Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Ottubru 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1309/2013 dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) (COM(2019)0397 – C9-0109/2019 – 2019/0180(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2019)0397),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 175, it-tielet paragrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0109/2019),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-25 ta’ Settembru 2019(1),
– wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,
– wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-2 ta' Ottubru 2019, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament , skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Baġits,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A9-0015/2019),
1. Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Japprova d-dikjarazzjoni tiegħu annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;
3. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-22 ta' Ottubru 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1309/2013 dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020)
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, r-Regolament (UE) 2019/1796.)
ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEGIŻLATTIVA
DIKJARAZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
Il-Parlament Ewropew jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżguraw applikazzjoni flessibbli tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013 dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) fil-każ tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, b'mod partikolari fir-rigward ta' applikazzjonijiet kollettivi li jinvolvu l-SMEs f'każijiet individwali jew multisettorjali.
Awtorizzazzjonijiet tas-sajd għall-bastimenti tal-Unjoni fl-ilmijiet tar-Renju Unit u għall-operazzjonijiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd tar-Renju Unit fl-ilmijiet tal-Unjoni ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Ottubru 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2017/2403 fir-rigward tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għall-bastimenti tal-Unjoni fl-ilmijiet tar-Renju Unit u għall-operazzjonijiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd tar-Renju Unit fl-ilmijiet tal-Unjoni (COM(2019)0398 – C9-0110/2019 – 2019/0187(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2019)0398),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0110/2019),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-25 ta’ Settembru 2019(1),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A9-0014/2019).
1. Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-22 ta' Ottubru 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2017/2403 fir-rigward tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fl-ilmijiet tar-Renju Unit u għall-operazzjonijiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd tar-Renju Unit fl-ilmijiet tal-Unjoni
s Għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
L-implimentazzjoni u l-finanzjament tal-baġit ġenerali tal-UE fl-2020 fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE ***
116k
41k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Ottubru 2019 dwar l-abbozz ta' regolament tal-Kunsill dwar miżuri li jikkonċernaw l-implimentazzjoni u l-finanzjament tal-baġit ġenerali tal-Unjoni fl-2020 fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni (12412/2019 – C9-0139/2019 – 2019/0186(APP))
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' regolament tal-Kunsill (12412/2019),
– wara li kkunsidra t-talba għall-approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 352 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 203 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika (C9-0139/2019),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A9-0018/2019),
1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-abbozz ta' regolament tal-Kunsill;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.
Il-perjodi ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/501 u tar-Regolament (UE) 2019/502 ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Ottubru 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) 2019/501 u (UE) 2019/502 fir-rigward tal-perjodi ta' applikazzjoni tagħhom (COM(2019)0396 - C9-0108/2019 - 2019/0179(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2019)0396),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 91(1) u 100(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0108/2019),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-25 ta’ Settembru 2019(1),
– wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 163 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-22 ta' Ottubru 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) 2019/501 u (UE) 2019/502 fir-rigward tal-perjodi ta’ applikazzjoni tagħhom