– wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' José Manuel Fernandes, imressqa fis-26 ta' Novembru 2018 mid-Dipartiment tal-Investigazzjoni u l-Prosekuzzjoni Kriminali ta' Porto, b'rabta mal-proċediment Nru 1406/14.3TDPRT, u mħabbra fis-seduta plenarja fil-31 ta' Jannar 2019,
– wara li sema' lil José Manuel Fernandes, skont l-Artikolu 9(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett,
– wara li kkunsidra s-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fit-12 ta' Mejju 1964, fl-10 ta' Lulju 1986, fil-15 u l-21 ta' Ottubru 2008, fid-19 ta' Marzu 2010, fis-6 ta' Settembru 2011 u fis-17 ta' Jannar 2013(1),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 157 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika Portugiża,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 5(2), 6(1) u 9 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A9-0023/2019),
A. billi d-Dipartiment tal-Investigazzjoni u l-Prosekuzzjoni Kriminali ta' Porto talab it-tneħħija tal-immunità ta' José Manuel Fernandes, Membru tal-Parlament Ewropew, b'rabta ma' azzjoni legali possibbli dwar allegat reat ta' amministrazzjoni ħażina, previst u punibbli taħt l-Artikolu 11 tal-Liġi Portugiża 34/87 tas-16 ta' Lulju, reat li jġib miegħu sentenza ta' priġunerija minn sentejn sa tmien snin;
B. billi l-proċediment legali ma jittratta ebda opinjoni espressa jew vot mitfugħ fil-qadi tad-dmirijiet ta' Membru tal-Parlament Ewropew skont il-finijiet tal-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea;
C. billi l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea jiddikjara li l-Membri tal-Parlament Ewropew, igawdu fit-territorju tal-Istat tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lill-membri tal-parlament ta' dak l-istat;
D. billi l-Artikolu 157(2) u (3) tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika Portugiża jipprevedi:
"2. Il-Membri tal-Assemblea tar-Repubblika ma jistgħux jinstemgħu bħala xhieda jew bħala akkużati mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-Assemblea. Fl-aħħar każ, l-Assemblea għandha, b'mod obbligatorju, tiddeċiedi favur l-awtorizzazzjoni meta jkun hemm indikazzjonijiet qawwija li twettaq reat intenzjonat punibbli bi priġunerija għal terminu massimu ta' aktar minn tliet snin.
3. L-ebda Membru tal-Assemblea tar-Repubblika ma jista' jiġi detenut, arrestat jew impriġunat mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-Assemblea, ħlief għal reat intenzjonat punibbli mit-tip ta' terminu ta' priġunerija msemmi fil-paragrafu preċedenti u in flagrante delicto."
E. billi José Manuel Fernandes – fil-kapaċità tiegħu ta' Sindku ta' Vila Verde u fit-twettiq ta' dmirijietu f'dak ir-rwol u f'kollużjoni ma' oħrajn – huwa taħt investigazzjoni minħabba li allegatament kiser il-prinċipji ġenerali tar-regoli dwar l-akkwist pubbliku, u b'mod speċifiku, il-prinċipji tal-imparzjalità, in-newtralità, il-kompetizzjoni u t-trasparenza, billi qiegħed kumpanija f'pożizzjoni aktar favorevoli mill-kompetituri tagħha, u billi allegatament ipparteċipa fit-tħejjija u t-tlestija minn qabel tad-dokumenti meħtieġa għall-proċedura tas-sejħa għal offerti; billi dik il-kumpanija ngħatat il-kuntratt fit-22 ta' Diċembru 2008;
F. billi, skont l-Artikolu 9(8) tar-Regoli ta' Proċedura, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali fl-ebda ċirkustanza m'għandu jippronunzja ruħu dwar il-ħtija jew l-innoċenza tal-Membru, u lanqas m'għandu jippronunzja ruħu dwar jekk l-opinjonijiet u l-atti attribwiti lill-Membru jiġġustifikawx jew le l-prosekuzzjoni tiegħu, anke jekk, waqt li jkun qed jeżamina t-talba, il-kumitat jikseb tagħrif dettaljat tal-fatti tal-każ;
G. billi skont l-Artikolu 5(2) tar-Regoli ta' Proċedura, l-immunità parlamentari mhijiex privileġġ personali ta' Membru imma hija garanzija tal-indipendenza tal-Parlament kollu kemm hu u tal-Membri tiegħu;
H. billi José Manuel Fernandes talab it-tneħħija tal-immunità tiegħu; billi huwa l-Parlament biss li jiddeċiedi, f'każ partikolari, jekk għandhiex titneħħa l-immunità; billi l-Parlament jista' raġonevolment iqis il-pożizzjoni tal-Membru biex jiddeċiedi jekk għandhiex titneħħa l-immunità tiegħu jew tagħha(2);
I. billi l-iskop tal-immunità parlamentari huwa li l-Parlament u l-Membri tiegħu jiġu protetti minn proċedimenti ġudizzjarji fir-rigward tal-attivitajiet imwettqa fil-qadi tad-dmirijiet parlamentari u li ma jistgħux jiġu separati minn dawk id-dmirijiet;
J. billi f'dan il-każ, il-Parlament ma sab l-ebda evidenza ta' fumus persecutionis, jiġifieri elementi fattwali li jindikaw li l-intenzjoni wara l-proċediment legali tista' tkun li ssir ħsara lill-attività politika ta' Membru u b'hekk lill-Parlament Ewropew;
1. Jiddeċiedi li jneħħi l-immunità ta' José Manuel Fernandes;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-awtoritajiet Portugiżi u lil José Manuel Fernandes.
Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta' Mejju 1964, Wagner vs Fohrmann u Krier, 101/63, ECLI:EU:C:1964:28; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Lulju 1986, Wybot vs Faure et., 149/85, ECLI:EU:C:1986:310; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' Ottubru 2008, Mote vs il-Parlament, T-345/05, ECLI:EU:T:2008:440; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Ottubru 2008, Marra vs De Gregorio u Clemente, C-200/07 u C-201/07, ECLI:EU:C:2008:579; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta' Marzu 2010, Gollnisch vs il-Parlament, T-42/05, ECLI:EU:T:2010:102; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta' Settembru 2011, Patriciello, C163/10, ECLI:EU:C:2011:543; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta' Jannar 2013, Gollnisch vs il-Parlament, T-346/11 u T-347/11, ECLI:EU:T:2013:23.
Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' Ottubru 2008, Mote vs il-Parlament, T-345/05, ECLI:EU:T:2008:440, punt 28;
Bejgħ b'distanza ta' merkanzija u ċerti provvisti domestiċi ta' merkanzija *
164k
46k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Novembru 2019 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 fir-rigward tad-dispożizzjonijiet relatati ma' bejgħ b'distanza ta' merkanzija u ċerti provvisti domestiċi ta' merkanzija (COM(2018)0819 – C8-0017/2019 – 2018/0415(CNS))
(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2018)0819),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0017/2019),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 82 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9-0019/2019),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jistieden lill-Kummissjoni timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;
3. Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
4. Jitlob lill-Kunsill jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Emenda 1 Proposta għal direttiva Premessa 1
(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE3 kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2017/24554 tipprevedi li meta persuna taxxabbli tiffaċilita, permezz tal-użu ta' interfaċċa elettronika bħal post tas-suq, pjattaforma jew portal, il-bejgħ b'distanza ta' merkanzija importata minn territorji terzi jew pajjiżi terzi f'kunsinni ta' valur intrinsiku li ma jaqbiżx EUR 150 jew il-provvista ta' merkanzija fi ħdan il-Komunità minn persuna taxxabbli mhux stabbilita hemmhekk lil persuna mhux taxxabbli, il-persuna taxxabbli li tiffaċilita l-provvista għandha titqies li rċeviet u pprovdiet il-merkanzija hi stess. Peress li din id-dispożizzjoni tifred provvista waħda f'żewġ provvisti, jeħtieġ jiġi ddeterminat għal liema provvista għandu jiġi attribwit id-dispaċċ jew it-trasport tal-merkanzija biex jiġi ddeterminat kif suppost il-post tal-provvista tagħhom.
(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE3 kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2017/24554 tipprevedi li meta persuna taxxabbli tiffaċilita, permezz tal-użu ta' interfaċċa elettronika bħal post tas-suq, pjattaforma jew portal, il-bejgħ b'distanza ta' merkanzija importata minn territorji terzi jew pajjiżi terzi f'kunsinni ta' valur intrinsiku li ma jaqbiżx EUR 150 jew il-provvista ta' merkanzija fi ħdan il-Komunità minn persuna taxxabbli mhux stabbilita hemmhekk lil persuna mhux taxxabbli, il-persuna taxxabbli li tiffaċilita l-provvista għandha titqies li rċeviet u pprovdiet il-merkanzija hi stess. Peress li din id-dispożizzjoni tifred provvista waħda f'żewġ provvisti, jeħtieġ jiġi ddeterminat għal liema provvista għandu jiġi attribwit id-dispaċċ jew it-trasport tal-merkanzija biex jiġi ddeterminat kif suppost il-post tal-provvista tagħhom. Jenħtieġ ukoll li jiġi żgurat li l-fatt taxxabbli ta' dawn iż-żewġ provvisti jsir fl-istess ħin.
__________________
___________________
3 Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).
3 Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).
4 Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2017/2455 tal-5 ta' Diċembru 2017 li temenda d-Direttiva 2006/112/KE u d-Direttiva 2009/132/KE fir-rigward ta' ċerti obbligi tat-taxxa fuq il-valur miżjud għall-provvisti ta' servizzi u għall-bejgħ mill-bogħod ta' oġġetti (ĠU L 348, 29.12.2017, p. 7).
4 Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2017/2455 tal-5 ta' Diċembru 2017 li temenda d-Direttiva 2006/112/KE u d-Direttiva 2009/132/KE fir-rigward ta' ċerti obbligi tat-taxxa fuq il-valur miżjud għall-provvisti ta' servizzi u għall-bejgħ mill-bogħod ta' oġġetti (ĠU L 348, 29.12.2017, p. 7).
Emenda 2 Proposta għal direttiva Premessa 2
(2) Filwaqt li persuna taxxabbli li, permezz tal-użu ta' interfaċċa elettronika, tiffaċilita l-provvista ta' merkanzija lil persuna mhux taxxabbli fil-Komunità, tista' tnaqqas il-VAT imħallsa lil fornituri mhux stabbiliti fil-Komunità, f'konformità mar-regoli eżistenti, ir-riskju huwa li dan tal-aħħar ma jħallasx il-VAT lill-awtoritajiet tat-taxxa. Sabiex jiġi evitat dak ir-riskju, il-provvista mingħand il-fornitur li jbigħ merkanzija permezz tal-użu ta' interfaċċa elettronika jenħtieġ li tkun eżenti mill-VAT, filwaqt li dak il-fornitur jenħtieġ li jingħata dritt għal tnaqqis tal-VAT tal-input li ħallas max-xiri jew l-importazzjoni tal-merkanzija pprovduta.
(2) Filwaqt li persuna taxxabbli li, permezz tal-użu ta' interfaċċa elettronika, tiffaċilita l-provvista ta' merkanzija lil persuna mhux taxxabbli fil-Komunità, tista' tnaqqas il-VAT imħallsa lil fornituri mhux stabbiliti fil-Komunità, f'konformità mar-regoli eżistenti, ir-riskju huwa li din tal-aħħar ma tħallasx il-VAT lill-awtoritajiet tat-taxxa. Sabiex jiġi evitat dak ir-riskju, il-provvista mingħand il-fornitur li jbigħ merkanzija permezz tal-użu ta' interfaċċa elettronika jenħtieġ li tkun eżenti mill-VAT, filwaqt li dak il-fornitur jenħtieġ li jingħata dritt għal tnaqqis tal-VAT tal-input li ħallas max-xiri jew l-importazzjoni tal-merkanzija pprovduta. Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-fornitur ikun dejjem irreġistrat fl-Istat Membru fejn ikun akkwista jew importa dik il-merkanzija.
Emenda 3 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid) Direttiva 2006/112/KE Artikolu 66a (ġdid)
(1a) jiddaħħal l-artikolu li ġej:
"Artikolu 66a
Permezz ta' deroga mill-Artikoli 63, 64 u 65, għandu jseħħ il-fatt taxxabbli ta' provvista ta' merkanzija minn persuna taxxabbli li hija meqjusa li rċeviet u forniet il-merkanzija f'konformità mal-Artikolu 14a u tal-provvista lil dik il-persuna taxxabbli u l-VAT għandha tiġi imposta fil-mument meta jkun ġie aċċettat il-ħlas."
Emenda 4 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4a (ġdid) Direttiva 2006/112/KE Artikolu 272 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt b
(4a) fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 272(1), il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:
"(b) persuni taxxabbli li ma jwettqu l-ebda waħda mit-transazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 20, 21, 22, 33, 36, 138 u 141;"
"(b) persuni taxxabbli li ma jwettqu l-ebda waħda mit-tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 20, 21, 22, 33, 36, 136a, 138 u 141;"
Emenda 5 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt a Direttiva 2006/112/KE Artikolu 369a – paragrafu 1 – punt 3 – punt c
(c) fil-każ ta' provvista ta' merkanzija magħmula permezz ta' interfaċċa elettronika li tiffaċilita dawk il-provvisti skont il-paragrafu 2 tal-Artikolu 14a fejn id-dispaċċ jew it-trasport tal-oġġetti pprovduti jibda u jispiċċa fl-istess Stat Membru, tfisser dak l-Istat Membru.";
(c) fil-każ ta' provvista ta' merkanzija magħmula minn persuna taxxabbli li tiffaċilita dawk il-provvisti skont il-paragrafu 2 tal-Artikolu 14a fejn id-dispaċċ jew it-trasport tal-oġġetti pprovduti jibda u jispiċċa fl-istess Stat Membru, tfisser dak l-Istat Membru.";
Emenda 6 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt b Direttiva 2006/112/KE Artikolu 369a – paragrafu 2 a (ġdid)
(b) jiżdied it-tielet paragrafu li ġej:
(b) jiżdied il-paragrafu li ġej:
“Fejn persuna taxxabbli ma stabbilietx in-negozju tagħha fil-Komunità u ma jkollha l-ebda stabbiliment fiss fiha, l-Istat Membru ta’ identifikazzjoni għandu jkun l-Istat Membru li minnu ntbagħtet jew kienet ittrasportata l-merkanzija. Fejnikun hemm aktar minn Stat Membru wieħed li minnul-merkanzija ntbagħtet jew kienet ittrasportata, il-persuna taxxabbli għandha tindika liema minn dawk l-Istati Membri għandu jkun l-Istat Membru ta’ identifikazzjoni. Il-persuna taxxabbli għandha tkun marbuta b’din id-deċiżjoni għas-sena kalendarja konċernata u għas-sentejn kalendarji ta’ wara.”
"Meta persuna taxxabbli ma tkunx stabbiliet in-negozju tagħha fil-Komunità u ma jkollha l-ebda stabbiliment fiss hemmhekk, l-Istat Membru ta' identifikazzjoni għandu jkun l-Istat Membru li fihjibda d-dispaċċ jew it-trasport tal-merkanzija. Meta jkun hemm aktar minn Stat Membru wieħed li fih jibda d-dispaċċjew it-trasport tal-merkanzija, il-persuna taxxabbli għandha tindika liema minn dawk l-Istati Membri għandu jkun l-Istat Membru ta' identifikazzjoni. Il-persuna taxxabbli għandha tkun marbuta b'dik id-deċiżjoni għas-sena kalendarja kkonċernata u għas-sentejn kalendarji ta' wara."
Emenda 7 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 369g – paragrafu 1 – punt a
(a) bejgħ intra-Komunitarju b'distanza ta' merkanzija u provvisti ta' merkanzija skont il-paragrafu 2 tal-Artikolu 14a fejn id-dispaċċ jew it-trasport tal-merkanzija pprovduti jibda u jispiċċa fl-istess Stat Membru;
(a) bejgħ intra-Komunitarju b'distanza ta' merkanzija u provvisti ta' merkanzija;
(aa) provvisti ta' merkanzija skont il-paragrafu 2 tal-Artikolu 14a fejn id-dispaċċ jew it-trasport tal-merkanzija pprovduti jibda u jispiċċa fl-istess Stat Membru;
(11a) fl-Artikolu 369g, jiżdied il-paragrafu li ġej:
“2a. Meta l-persuna taxxabbli li tipprovdi s-servizzi koperti mill-iskema speċjali jkollha stabbiliment fiss wieħed jew aktar, għajr dak fl-Istat Membru ta' identifikazzjoni, li minnu jiġu pprovduti s-servizzi, id-dikjarazzjoni tal-VAT għandha tinkludi wkoll il-valur totali mingħajr il-VAT, ir-rati tal-VAT applikabbli, l-ammont totali għal kull rata tal-VAT korrispondenti u l-VAT totali dovuta ta' tali provvisti, għal kull Stat Membru li fih il-persuna taxxabbli jkollha stabbiliment, flimkien man-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT individwali jew in-numru ta' referenza tat-taxxa ta' kull stabbiliment, diżaggregati skont l-Istat Membru ta' konsum.”
Emenda 9 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 369zb – paragrafu 2
"2. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-VAT imsemmija fil-paragrafu 1 titħallas kull xahar.L-iskadenza għall-ħlas hija dik applikabbli għall-ħlas ta' dazju fuq l-importazzjoni f'sitwazzjonijiet simili."
‘2. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-VAT imsemmija fil-paragrafu 1 titħallas kull xahar sal-iskadenza għall-ħlas applikabbli għall-ħlas ta' dazju fuq l-importazzjoni.".
Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni – EGF/2019/001 BE/Carrefour - Belġju
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Novembru 2019 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (applikazzjoni mill-Belġju – EGF/2019/001 BE/Carrefour) (COM(2019)0442 – C9-0127/2019 – 2019/2114(BUD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2019)0442 – C9-0127/2019),
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006(1) (ir-Regolament dwar il-FEG),
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(2), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(3) (FII tat-2 ta' Diċembru 2013), u b'mod partikolari l-punt 13 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-proċedura ta' trilogu prevista fil-punt 13 tal-FII tat-2 ta' Diċembru 2013,
– wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A9-0021/2019),
A. billi l-Unjoni stabbiliet strumenti leġiżlattivi u baġitarji biex tipprovdi appoġġ addizzjonali lill-ħaddiema li jkunu qegħdin ibatu l-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fl-andament tal-kummerċ dinji jew tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali u biex tgħin l-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom fis-suq tax-xogħol; billi din l-għajnuna hija magħmula permezz ta' appoġġ finanzjarju mogħti lill-ħaddiema u lill-kumpaniji li ħadmu għalihom;
B. billi l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja għandha tkun dinamika u disponibbli b'mod effiċjenti u rapidu; billi dan il-każ jinvolvi grupp ta' età partikolarment vulnerabbli, li fih aktar minn 81 % tal-ħaddiema għandhom bejn il-55 u l-64 sena;
C. billi l-Belġju ppreżenta l-applikazzjoni EGF/2019/001 BE/Carrefour għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG, wara 751 sensja matul il-perjodu ta' referenza fis-settur ekonomiku kklassifikat taħt in-NACE Reviżjoni 2 Diviżjoni 47 (Kummerċ bl-imnut, ħlief vetturi bil-mutur u muturi), bejn it-30 ta' Novembru 2018 u t-30 ta' Marzu 2019; billi 268 ħaddiem addizzjonali ngħataw is-sensja qabel jew wara l-perjodu ta' referenza; billi, skont il-Kummissjoni, tista' tiġi stabbilita rabta ta' kawżalità ċara mal-avveniment li wassal għas-sensji matul il-perjodu ta' referenza; billi l-ebda fond jew programm ieħor ma ġie użat b'rabta mal-fatti deskritti fl-applikazzjoni sottomessa mill-Belġju;
D. billi l-applikazzjoni hi msejsa fuq il-kriterji ta' intervent tal-punt (a) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament dwar il-FEG, li jirrikjedi li jrid ikun hemm mill-inqas 500 ħaddiem li ngħataw is-sensja matul perjodu ta' referenza ta' erba' xhur f'intrapriża fi Stat Membru, inklużi l-ħaddiema li ngħataw is-sensja minn fornituri u produtturi aktar 'l isfel fil-katina ta' produzzjoni u / jew minn persuni li jaħdmu għal rashom u li l-attività tagħhom intemmet;
E. billi skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013, il-Belġju ddeċieda li jipprovdi wkoll servizzi personalizzati kkofinanzjati mill-FEG lil 330 żagħżugħ u żagħżugħa li huma barra mill-edukazzjoni, l-impjieg jew it-taħriġ (NEETs);
1. Jaqbel mal-Kummissjoni li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament dwar il-FEG huma ssodisfati, u li l-Belġju għandu d-dritt għal kontribuzzjoni finanzjarja ta' EUR 1 632 028 skont dan ir-Regolament, somma li tirrappreżenta 60 % tal-ispiża totali ta' EUR 2 720 047, liema spiża tinkludi n-nefqa għal servizzi personalizzati ta' EUR 2 665 047 u n-nefqa għall-attivitajiet ta' tħejjija, amministrazzjoni, informazzjoni u pubbliċità, kontroll u rapportar ta' EUR 55 000;
2. Jinnota li l-awtoritajiet Belġjani ppreżentaw l-applikazzjoni fl-20 ta' Ġunju 2019 u wara li l-Belġju ta informazzjoni addizzjonali, il-Kummissjoni ffinalizzat il-valutazzjoni tagħha fl-4 ta' Ottubru 2019 u nnotifikatha lill-Parlament fl-istess ġurnata;
3. Jinnota li l-Belġju beda joffri servizzi personalizzati lill-benefiċjarji fil-mira fl-1 ta' Diċembru 2018, għaldaqstant il-perjodu ta' eleġibbiltà għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG se jkun mill-1 ta' Diċembru 2018 sal-20 ta' Ġunju 2021;
4. Jinnota li l-Belġju, fil-25 ta' Jannar 2018, beda nefqa amministrattiva biex jimplimenta l-FEG u li n-nefqa fuq attivitajiet preparatorji, ta' ġestjoni, informazzjoni u pubbliċità, kontroll u rapportar bejn il-25 ta' Jannar 2018 u l-20 ta' Diċembru 2021 għalhekk se tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG;
5. Ifakkar li d-disinn tal-pakkett koordinat ta' servizzi personalizzati għandu jantiċipa wkoll l-iżviluppi emerġenti tas-suq tax-xogħol, b'enfażi speċjali fuq il-bidla lejn ekonomija sostenibbli u bbażata fuq sorsi effiċjenti;
6. Ifakkar li din hija l-14-il applikazzjoni tal-Belġju, u li dawk l-applikazzjonijiet koprew varjetà ta' setturi: vetturi, manifattura ta' metalli bażiċi, tessuti, makkinarju u tagħmir, ħġieġ u, f'dan il-każ, is-settur tal-bejgħ bl-imnut huwa kopert fil-Belġju għall-ewwel darba; ifakkar li s'issa din hija l-10 applikazzjoni tal-FEG li tkopri s-settur tal-bejgħ bl-imnut;
7. Jirrikonoxxi li l-kummerċ bl-imnut għaddej minn perjodu ta' bidla kbira, minħabba l-globalizzazzjoni (il-kummerċ elettroniku, ix-xiri online), li jirriżulta f'sensji u li t-tibdil fix-xejriet fid-drawwiet tal-konsumaturi u d-diġitalizzazzjoni għandhom ukoll impatt fuq il-kummerċ bl-imnut; jenfasizza li s-sensji f'Carrefour Belgique SA ma jikkonċernawx direttament lill-industrija tal-ikel, iżda fil-biċċa l-kbira għandhom x'jaqsmu mal-kummerċ elettroniku ta' oġġetti, bħal kotba u tagħmir elettroniku; jinnota li dawn it-tipi ta' sensji jistgħu jiżdiedu aktar fil-futur minħabba d-diġitalizzazzjoni, problema li għandha tiġi kkunsidrata fid-diskussjonijiet futuri dwar il-FEG fil-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss għas-snin 2021 sa 2027;
8. Jemmen li l-globalizzazzjoni tirrappreżenta sfida għall-Unjoni; iqis, barra minn hekk, li l-indirizzar tal-qgħad fost iż-żgħażagħ u ta' qgħad ieħor jinvolvi l-ħolqien ta' opportunitajiet ta' taħriġ mill-ġdid u titjib tal-ħiliet fil-kumpaniji Ewropej; jistenna li Carrefour Belgique SA tiżgura d-djalogu soċjali ta' kwalità għolja meħtieġ mal-ħaddiema tagħha matul dan il-proċess;
9. Jinnota li l-applikazzjoni tikkonċerna b'kollox 1 019 ħaddiem li ngħataw is-sensja minn Carrefour Belgique SA, u li s-sensji kienu jikkonċernaw lill-Belġju kollu; jinnota, barra minn hekk, li l-Belġju jistenna li 400 biss mit-total ta' benefiċjarji eliġibbli se jipparteċipaw fil-miżuri (benefiċjarji fil-mira), jiġifieri l-ħaddiema li ngħataw is-sensja fil-Wallonja peress li dawk is-sensji għandhom impatt negattiv partikolarment sinifikanti fuq is-sitwazzjoni tal-impjiegi u b'hekk fuq l-ekonomija reġjonali tal-Wallonja minħabba l-iskarsezza ta' impjiegi fir-reġjun, ir-rata relattivament għolja ta' qgħad u, b'konsegwenza ta' dan, id-diffikultajiet mistennija ta' riallokazzjoni għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja, b'mod partikolari dawk li għandhom 50 sena jew aktar; ifakkar, f'dan ir-rigward, li r-rata tal-qgħad ta' 8,6 % fil-Wallonja hija konsiderevolment ogħla mir-rata tal-qgħad medja ta' 6,9 % fl-UE, li hija aktar mid-doppju tar-rata tal-qgħad ta' 3,5 % fir-reġjun Fjamming;
10. Jinnota, barra minn hekk, li l-Belġju jipproponi servizzi personalizzati kofinanzjati mill-FEG lil massimu ta' 330 żagħżugħ u żagħżugħa li jinsabu barra mill-impjieg, edukazzjoni, jew taħriġ (NEETs) taħt l-età ta' 25 sena fid-data ta' sottomissjoni tal-applikazzjoni, peress li 240 mis-sensji qed iseħħu fir-reġjuni tal-livell NUTS 2 tal-Provinċja ta' Hainaut u l-Provinċja ta' Liège, li kellhom rati ta' qgħad fost iż-żgħażagħ ta' bejn il-15 u l-24 sena ta' mill-inqas 20 %, abbażi tad-data annwali disponibbli għall-2018;
11. Jinnota li l-Belġju qiegħed jippjana ħames tipi ta' azzjonijiet għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja u li huma koperti minn din l-applikazzjoni:
(i)
Appoġġ/Gwida/Integrazzjoni,
(ii)
Taħriġ, taħriġ mill-ġdid u taħriġ vokazzjonali,
(iii)
Appoġġ lejn il-ħolqien tan-negozju,
(iv)
Kontribuzzjoni għall-bidu ta' negozju,
(v)
Benefiċċji; jenfasizza li, f'dan il-każ, ir-rilevanza tal-appoġġ, il-gwida u l-integrazzjoni, kif ukoll it-taħriġ, it-taħriġ mill-ġdid u t-taħriġ vokazzjonali hija evidenzjata mill-għadd ta' parteċipanti stmati (730 parteċipant stmat fl-ewwel azzjoni, 460 fit-tieni);
12. Jenfasizza li n-NEETs se jkunu mħarrġa b'mod partikolari dwar kif jistgħu jfittxu u japplikaw għall-impjieg, u se jkunu infurmati aħjar dwar il-liġi tax-xogħol, id-drittijiet soċjali u l-appoġġ fil-proċeduri amministrattivi. Barra minn hekk, għandu jingħata benefiċċju ta' kull xahar ta' EUR 350 lill-ħaddiema u n-NEETs li jwettqu studji full-time ta' mill-inqas sena;
13. Jilqa' l-fatt li l-pakkett koordinat ta' servizzi personalizzati tfassal fil-Belġju f'konsultazzjoni mas-sħab soċjali, b'mod partikolari mat-trade unions, mal-konsulenti vokazzjonali u mal-ħaddiema soċjali, sabiex jerġgħu jiġu kkunsidrati diversi soluzzjonijiet ta' riallokazzjoni adattati għall-ħtiġijiet ta' ħaddiema li jkunu tilfu l-impjieg;
14. Jenfasizza li l-awtoritajiet Belġjani kkonfermaw li l-azzjonijiet eliġibbli ma jirċevux assistenza minn fondi jew strumenti finanzjarji oħra tal-Unjoni;
15. Itenni l-fatt li l-assistenza mill-FEG ma tistax tissostitwixxi l-azzjonijiet li jkunu r-responsabbiltà tal-kumpaniji, bis-saħħa tad-dritt nazzjonali jew tal-ftehimiet kollettivi, jew miżuri għar-ristrutturar ta' kumpaniji jew setturi;
16. Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;
17. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;
18. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
ANNESS
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni wara applikazzjoni mill-Belġju – EGF/2019/001 BE/Carrefour
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidraw ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(4) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(5), u b'mod partikolari l-punt 13 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) Il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) għandu l-iskop li jagħti appoġġ lill-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja u lill-persuni li kienu jaħdmu għal rashom u kellhom iwaqqfu l-attività tagħhom minħabba bidliet strutturali kbar fl-andament kummerċjali dinji bħala riżultat tal-globalizzazzjoni, bħala riżultat tal-kontinwazzjoni tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali, jew bħala riżultat ta' kriżi finanzjarja u ekonomika globali ġdida, u li jassistihom fl-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom fis-suq tax-xogħol.
(2) Il-FEG ma jridx jaqbeż ammont annwali massimu ta' EUR 150 miljun (fi prezzijiet tal-2011), kif stipulat fl-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013(6).
(3) Fl-20 ta' Ġunju 2019, il-Belġju ppreżenta applikazzjoni għall-mobilizzazzjoni tal-FEG, fir-rigward ta' sensji f'Carrefour, Belgique SA. Din ġiet issupplimentata b'informazzjoni addizzjonali mogħtija skont l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013. Din l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti għad-determinazzjoni ta' kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG, kif stabbilit fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013.
(4) Skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013, il-Belġju ddeċieda li jipprovdi servizzi personalizzati kkofinanzjati mill-FEG lil 330 żagħżugħ u żagħżugħa li huma barra mill-edukazzjoni, l-impjieg jew it-taħriġ (NEETs) ukoll.
(5) Għaldaqstant, il-FEG għandu jiġi mmobilizzat sabiex jagħti kontribuzzjoni finanzjarja li tammonta għal EUR 1 632 028 għall-applikazzjoni ppreżentata mill-Belġju.
(6) Sabiex iż-żmien li jittieħed għall-mobilizzazzjoni tal-FEG jitnaqqas kemm jista' jkun, din id-deċiżjoni jenħtieġ li tapplika mid-data tal-adozzjoni tagħha,
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni stabbilit għas-sena finanzjarja 2019, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jiġi mobilizzat biex jipprovdi s-somma ta' EUR 1 632 028 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament.
Artikolu 2
Din id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Din id-deċiżjoni tapplika minn [data ta' adozzjoni ta' din id-deċiżjoni](7).
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Novembru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qoton ġenetikament modifikat LLCotton25 (ACS-GHØØ1-3) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D061870/04 – 2019/2856(RSP))
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qoton ġenetikament modifikat LLCotton25 (ACS-GHØØ1-3) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D061870/04),
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament(1), u b'mod partikolari l-Artikoli 11(3) u 23(3) tiegħu,
– wara li kkunsidra l-votazzjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali msemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, tat-30 ta' April 2019, li fiha ma ngħatat ebda opinjoni, kif ukoll il-votazzjoni tal-Kumitat tal-Appell tal-5 ta' Ġunju 2019, li fiha wkoll ma ngħatat ebda opinjoni,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 11 u 13 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni(2),
– wara li kkunsidra l-opinjoni adottata mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel fis-6 ta' Diċembru 2006 u ppubblikata fl-14 ta' Diċembru 2006(3),
– wara li kkunsidra l-opinjoni adottata mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel fis-17 ta' Ottubru 2018 u ppubblikata fl-14 ta' Novembru 2018(4),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu li joġġezzjonaw għall-awtorizzazzjoni ta' organiżmi ġenetikament modifikati ("OĠM")(5),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 112(2) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa mill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel;
A. billi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/837/KE(6) awtorizzat it-tqegħid fis-suq ta' ikel u għalf li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qoton ġenetikament modifikat LLCotton25 ("LLCotton25");
B. billi, fit-2 ta' Ottubru 2017, id-detentur tal-awtorizzazzjoni inizjali, Bayer CropScience AG (l-"applikant"), ippreżenta applikazzjoni lill-Kummissjoni, skont l-Artikoli 11 u 23 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, għat-tiġdid ta' dik l-awtorizzazzjoni;
C. billi, fis-17 ta' Ottubru 2018, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) adottat opinjoni favorevoli, li ġiet ippubblikata fl-14 ta' Novembru 2018(7);
D. billi r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 jiddikjara li ikel jew għalf ġenetikament modifikat (ĠM) ma jridx ikollu effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem, is-saħħa tal-annimali jew l-ambjent, u jirrikjedi li l-Kummissjoni tikkunsidra kwalunkwe dispożizzjoni rilevanti tad-dritt tal-Unjoni u fatturi leġittimi oħrajn li jkunu rilevanti għall-kwistjoni li tkun qed tiġi kkunsidrata fl-abbozzar tad-deċiżjoni tagħha;
E. billi LLCotton25 sar tolleranti għall-erbiċidi bbażati fuq il-glufosinat(8);
F. billi, filwaqt li l-konsum taż-żejt taż-żerriegħa tal-qoton min-naħa tal-bniedem jista' jkun relattivament limitat fl-Ewropa, jista' jinstab f'varjetà wiesgħa ta' prodotti tal-ikel, inklużi t-taħwir tal-ikel, il-majoneż, prodotti fini tal-forn, krema u biċċiet taċ-ċikkulata; billi l-qoton jingħata lill-annimali prinċipalment fil-forma ta' kejk/għalf taż-żerriegħa tal-qoton jew bħala żerriegħa tal-qoton b'kontenut sħiħ ta' xaħam(9);
G. billi l-Istati Membri ressqu ħafna kummenti kritiċi lill-EFSA matul il-perjodu ta' konsultazzjoni ta' tliet xhur, kemm fir-rigward tal-valutazzjoni oriġinali kif ukoll dik għat-tiġdid(10); billi dawn jinkludu li l-effetti tar-residwi tal-glufosinat u tal-metaboliti ma tqisux, li huwa dibattibbli jekk ir-riżultati tat-test tat-tossiċità jistax jitqies bħala korrett, li la l-allerġeniċità u lanqas it-tossikoloġija ma ġiet ivvalutata bir-reqqa, li r-rapporti ta' monitoraġġ prodotti mill-applikant ma jipprovdu l-ebda data li tappoġġa l-konklużjonijiet li ma kien hemm ebda effetti negattivi fuq is-saħħa jew l-ambjent assoċjati mal-importazzjoni u l-użu ta' LLCotton25 u li l-pjan ta' sorveljanza ġenerali propost mill-applikant ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-Anness VII tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(11);
H. billi l-EFSA, b'reazzjoni għall-kummenti tal-Istati Membri, iddikjarat ripetutament li hija tqis li hija meħtieġa aktar diskussjoni bejn l-applikanti u l-Kummissjoni bħala maniġer tar-riskju dwar l-implimentazzjoni prattika tal-PMEM għal pjanti ĠM għall-importazzjoni u l-ipproċessar;
Nuqqas ta' valutazzjoni tar-residwi tal-glufosinat fuq LLCotton25
I. billi għadd ta' studji wrew li l-kultivazzjoni ta' għelejjel ĠM tolleranti għall-erbiċidi twassal għal użu akbar ta' dawk l-erbiċidi, fil-biċċa l-kbira minħabba l-emerġenza ta' ħaxix ħażin tolleranti għall-erbiċidi(12); billi, b'konsegwenza, għandu jkun mistenni li l-għelejjel ta' LLCotton25 ikunu esposti għal dożi kemm ogħla kif ukoll ripetuti ta' glufosinat, li potenzjalment iwassal għal kwantità ogħla ta' residwi fil-ħsad;
J. billi filwaqt li LLCotton25 inizjalment kien awtorizzat għall-importazzjoni fl-2008, l-approvazzjoni tal-użu tal-glufosinat fl-Unjoni skadiet fil-31 ta' Lulju 2018(13); billi l-glufosinat huwa klassifikat bħala sustanza tossika għar-riproduzzjoni 1B u għalhekk jissodisfa l-"kriterji ta' limitu" stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14);
K. billi l-valutazzjoni tar-residwi ta' erbiċidi u tal-metaboliti tagħhom misjuba fi pjanti ĠM hija kkunsidrata li ma taqax taħt il-kompetenza tal-Bord tal-EFSA dwar Organiżmi Ġenetikament Modifikati u għalhekk ma titwettaqx bħala parti mill-proċess ta' awtorizzazzjoni għall-OĠM; billi dan huwa problematiku peress li l-mod kif l-erbiċidi komplementari jiġu diżintegrati mill-pjanti ĠM, u l-kompożizzjoni u għalhekk it-tossiċità tal-prodotti ta' diżintegrazzjoni ("metaboliti"), jistgħu jiġu stimolati mill-modifika ġenetika nnifisha(15);
L. billi, skont ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(16), li għandu l-għan li jiżgura livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur fir-rigward tal-livelli massimi ta' residwu ("MRLs"), ir-residwi fuq l-għelejjel importati għall-ikel u l-għalf ta' sustanzi attivi li mhumiex awtorizzati għall-użu fl-Unjoni, bħall-glufosinat, għandhom jiġu kkontrollati u mmonitorjati b'attenzjoni(17);
M. billi, b'mod kuntrarju, skont l-aħħar programm multiannwali ta' kontroll pluriennali kkoordinat tal-Unjoni (għall-2020, l-2021 u l-2022), l-Istati Membri mhumiex obbligati jkejlu ir-residwi tal-glufosinat fuq kwalunkwe prodott, inkluż il-qoton(18); billi ma jistax jiġi eskluż li LLCotton25 jew il-prodotti derivati minnu għall-ikel u l-għalf jaqbżu l-MRLs, li ġew stabbiliti biex jiżguraw livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur;
N. billi l-EFSA sabet li l-istima tal-esponiment tal-operatur għall-glufosinat meta jintuża għall-kontroll tal-ħaxix ħażin fil-qamħirrun MĠ qabżet il-livell aċċettabbli ta' esponiment tal-operatur (AOEL) anki meta ntuża tagħmir ta' protezzjoni personali(19); billi l-esponiment tal-operatur joħloq tħassib partikolari minħabba l-volumi ogħla ta' erbiċidi użati fuq għelejjel ĠM tolleranti għall-erbiċidi
O. billi rapport reċenti mir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar id-dritt għall-ikel sab li l-pestiċidi perikolużi għandhom impatti katastrofiċi fuq is-saħħa, bil-pestiċidi responsabbli għal madwar 200,000 mewt ta' avvelenament akut kull sena, li 99 % minnhom iseħħu f'pajjiżi li qed jiżviluppaw(20); billi l-Mira 3.9 tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU, li l-Unjoni ffirmat, għandha l-għan li, sal-2030, tnaqqas b'mod sostanzjali l-għadd ta' mwiet u mard minn sustanzi kimiċi perikolużi u mit-tniġġis u l-kontaminazzjoni tal-arja, tal-ilma u tal-ħamrija(21);
Teħid ta' deċiżjonijiet mhux demokratiku
P. billi l-votazzjoni fit-30 ta' April 2019 tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali msemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 ma tat ebda opinjoni, li jfisser li l-awtorizzazzjoni ma kinitx appoġġjata minn maġġoranza kwalifikata tal-Istati Membri; billi anki l-votazzjoni tal-5 ta' Ġunju 2019 tal-Kumitat tal-Appell ma tat ebda opinjoni;
Q. billi l-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-fatt li d-deċiżjonijiet dwar l-awtorizzazzjoni tal-OĠM għadhom jiġu adottati mill-Kummissjoni mingħajr maġġoranza kwalifikata tal-Istati Membri favur, li huwa verament l-eċċezzjoni għall-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti b'mod ġenerali iżda sar in-norma għat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar l-awtorizzazzjonijiet ta' ikel u għalf ĠM, huwa problematiku(22); billi l-President tal-Kummissjoni ddeplora diversi drabi din il-prattika bħala waħda li mhijiex demokratika(23);
R. billi, fit-tmien leġiżlatura tiegħu, il-Parlament Ewropew adotta total ta' 36 riżoluzzjoni li joġġezzjonaw għat-tqegħid fis-suq tal-OĠM għall-ikel u għall-għalf (33 riżoluzzjoni) u għall-kultivazzjoni tal-OĠM fl-Unjoni (tliet riżoluzzjonijiet); billi ma kienx hemm maġġoranza kwalifikata ta' Stati Membri favur l-awtorizzazzjoni ta' kwalunkwe wieħed minn dawk l-OĠM; billi minkejja r-rikonoxximent tagħha stess tan-nuqqasijiet demokratiċi, tan-nuqqas ta' appoġġ mill-Istati Membri u tal-oġġezzjonijiet tal-Parlament, il-Kummissjoni qed tkompli tawtorizza OĠM;
S. billi ma hija meħtieġa ebda bidla fil-liġi biex il-Kummissjoni tkun tista' ma tawtorizzax OĠM meta ma jkunx hemm maġġoranza kwalifikata ta' Stati Membri favur fil-Kumitat tal-Appell(24);
1. Iqis li l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni jisboq is-setgħat ta' implimentazzjoni previsti fir-Regolament (KE) Nru 1829/2003;
2. Iqis li l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni mhuwiex konsistenti mad-dritt tal-Unjoni, billi mhuwiex kompatibbli mal-għan tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 li, skont il-prinċipji ġenerali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(25), huwa li jipprovdi l-bażi biex, fir-rigward tal-ikel u l-għalf ĠM, jiżgura livell għoli ta' protezzjoni għall-ħajja u s-saħħa tal-bniedem, is-saħħa u l-benesseri tal-annimali, u l-interessi tal-ambjent u tal-konsumaturi, filwaqt li jiżgura l-funzjonament effettiv tas-suq intern;
3. Jitlob lill-Kummissjoni tirtira l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tagħha;
4. Itenni l-impenn tiegħu li javvanza l-ħidma fuq il-proposta tal-Kummissjoni li temenda r-Regolament (UE) Nru 182/2011; jistieden lill-Kunsill imexxi 'l quddiem il-ħidma tiegħu fir-rigward ta' dik il-proposta tal-Kummissjoni bħala kwistjoni ta' urġenza;
5. Jistieden lill-Kummissjoni, sadanittant, ma tibqax tawtorizza OĠM meta ma tingħata ebda opinjoni mill-Istati Membri fil-Kumitat tal-Appell, kemm għall-kultivazzjoni kif ukoll għall-ikel u l-għalf, skont l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011;
6. Jistieden lill-Kummissjoni ma tawtorizzax għelejjel ĠM tolleranti għall-erbiċidi sakemm ir-riskji għas-saħħa assoċjati mar-residwi jkunu ġew investigati b'mod komprensiv fuq bażi ta' każ b'każ, li jirrikjedi valutazzjoni sħiħa tar-residwi mill-bexx tal-għelejjel ĠM b'erbiċidi komplementari, il-metaboliti tagħhom u kwalunkwe effett kombinatorju;
7. Jistieden lill-Kummissjoni tintegra għalkollox il-valutazzjoni tar-riskju tal-applikazzjoni tal-erbiċidi komplementari u r-residwi tagħhom fil-valutazzjoni tar-riskju tal-pjanti ĠM tolleranti għall-erbiċidi, irrispettivament minn jekk il-pjanta ĠM tkunx maħsuba għall-kultivazzjoni fl-Unjoni jew għall-importazzjoni fl-Unjoni biex tintuża għall-ikel u l-għalf;
8. Jistieden lill-Kummissjoni ma tawtorizzax l-importazzjoni, biex tintuża bħala ikel jew għalf, ta' kwalunkwe pjanta ĠM li saret tolleranti għal sustanza attiva erbiċida mhux awtorizzata għall-użu fl-Unjoni;
9. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tittratta l-obbligi tal-Unjoni skont ftehimiet internazzjonali, bħall-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima, il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Diversità Bijoloġika u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU, bħala "dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt tal-Unjoni" u/jew "fatturi leġittimi" skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003, u tagħtihom l-importanza li jistħoqqu, kif ukoll tikkomunika dwar kif tqiesu fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet;
10. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.
Opinion of the Scientific Panel on Genetically Modified Organisms on an application (Reference EFSA-GMO-NL-2005-13) for the placing on the market of glufosinate-tolerant genetically modified LLCotton25, for food and feed uses, and import and processing under Regulation (EC) No 1829/2003 from Bayer CropScience (Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar Organiżmi Ġenetikament Modifikati dwar applikazzjoni (Referenza EFSA-GMO-NL-2005-13) għat-tqegħid fis-suq tal-qoton LLCotton25 ġenetikament modifikat u tolleranti għall-glufosinat, għall-użu fl-ikel u l-għalf, u l-importazzjoni u l-ipproċessar skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 minn Bayer CropScience), EFSA Journal (2006) 429, p. 1-19, https://efsa.onlinelibrary.wiley.com/doi/epdf/10.2903/j.efsa.2006.429
Scientific opinion on the Assessment of genetically modified LLCotton25 for renewal of authorisation under Regulation (EC) No 1829/2003 (application EFSA‐GMO‐RX‐010) (Opinjoni xjentifika dwar il-Valutazzjoni ta' LLCotton25 ġenetikament modifikat għat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 (applikazzjoni EFSA-GMO-RX-010)), EFSA Journal 2018;16(11):5473, https://efsa.onlinelibrary.wiley.com/doi/epdf/10.2903/j.efsa.2018.5473
——— Fit-tmien leġiżlatura tiegħu, il-Parlament Ewropew adotta 36 riżoluzzjoni li joġġezzjonaw għall-awtorizzazzjoni tal-OĠM. Barra minn hekk, fid-disa' leġiżlatura tiegħu, il-Parlament adotta r-riżoluzzjonijiet li ġejjin:Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ottubru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat MZHG0JG (SYN-ØØØJG-2), skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2019)0028).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ottubru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn fażola tas-sojja ġenetikament modifikata A2704-12 (ACS-GMØØ5-3) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2019)0029).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ottubru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 × 1507 × MON 88017 × 59122 × DAS-40278-9, u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina żewġ, tlieta jew erba' mill-eventi uniċi MON 89034, 1507, MON 88017, 59122 u DAS-40278-9 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2019)0030).
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/837/KE tad-29 ta' Ottubru 2008 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, li jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn LLCotton25 (ACS-GHØØ1-3) modifikat ġenetikament skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 299, 8.11.2008, p. 36).
Scientific opinion on the Assessment of genetically modified LLCotton25 for renewal of authorisation under Regulation (EC) No 1829/2003 (application EFSA‐GMO‐RX‐010) (Opinjoni xjentifika dwar il-Valutazzjoni ta' LLCotton25 ġenetikament modifikat għat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 (applikazzjoni EFSA-GMO-RX-010)), EFSA Journal 2018;16(11):5473, https://efsa.onlinelibrary.wiley.com/doi/epdf/10.2903/j.efsa.2018.5473
Il-kummenti tal-Istati Membri dwar LLCotton25 jistgħu jinstabu fir-reġistru tal-mistoqsijiet tal-EFSA: http://registerofquestions.efsa.europa.eu/roqFrontend/login?
Id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta' organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (ĠU L 106, 17.4.2001, p. 1).
Ara, pereżempju, Bonny, S., "Genetically Modified Herbicide-Tolerant Crops, Weeds, and Herbicides: Overview and Impact" (Għelejjel Ġenetikament Modifikati Tolleranti għall-Erbiċidi), Environmental Management, Jannar 2016, 57(1), p. 31-48, https://www.ncbi.nlm.nih.gov/pubmed/26296738 u Benbrook, C.M., "Impacts of genetically engineered crops on pesticide use in the U.S. – the first sixteen years" (L-impatti ta' għelejjel ġenetikament modifikati fuq l-użu tal-pestiċidi fl-Istati Uniti – l-ewwel sittax-il sena), Environmental Sciences Europe, 28 ta' Settembru 2012, Vol 24(1), https://enveurope.springeropen.com/articles/10.1186/2190-4715-24-24
Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1)
Dan huwa fil-fatt il-każ għall-glifosat, kif iddikjarat fl-EFSA Review of the existing maximum residue levels for glyphosate according to Article 12 of Regulation (EC) No 396/2005 (Rieżami tal-EFSA tal-livelli massimi ta' residwi eżistenti għall-glifosat skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005), EFSA Journal 2018;16(5):5263, p. 12, https://www.efsa.europa.eu/fr/efsajournal/pub/5263
Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1).
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/533 tat-28 ta' Marzu 2019 dwar programm multiannwali tal-Unjoni kkoordinat u ta' kontroll għall-2020, l-2021 u l-2022 biex tiġi żgurata l-konformità mal-livelli massimi ta' residwi ta' pestiċidi fi u fuq ikel li joriġina mill-pjanti u mill-annimali u biex jiġi vvalutat l-esponiment tal-konsumatur għalihom (ĠU L 88, 29.3.2019, p. 28).
Ara, pereżempju, il-memorandum ta' spjegazzjoni tal-proposta leġiżlattiva tal-Kummissjoni ppreżentata fit-22 ta' April 2015 li temenda r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 rigward il-possibbiltà li l-Istati Membri jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-użu ta' ikel u għalf ĠM fit-territorju tagħhom, u l-memorandum ta' spjegazzjoni tal-proposta leġiżlattiva tal-Kummissjoni ppreżentata fl-14 ta' Frar 2017 li temenda r-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Ara, pereżempju, id-Dikjarazzjoni Inawgurali fis-sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew inkluża fil-linji gwida politiċi għall-Kummissjoni Ewropea li jmiss (Strasburgu, 15 ta' Lulju 2014), jew fid-Diskors dwar l-Istat tal-Unjoni 2016 (Strasburgu, 14 ta' Settembru 2016).
Il-Kummissjoni "tista'", u mhux "għandha", tmexxi bl-awtorizzazzjoni jekk ma jkunx hemm maġġoranza kwalifikata ta' Stati Membri favur fil-Kumitat tal-Appell skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 (l-Artikolu 6(3)).
Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Novembru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 89788 (MON-89788-1), li jikkonsistu minn tali fażola tas-sojja jew li huma prodotti minnha skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D061871/04 – 2019/2857(RSP))
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 89788 (MON-89788-1), li jikkonsistu minn tali fażola tas-sojja jew li huma prodotti minnha skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D061871/04),
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament(1), u b'mod partikolari l-Artikoli 11(3) u 23(3) tiegħu,
– wara li kkunsidra l-votazzjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali msemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, tat-30 ta' April 2019, li fiha ma ngħatat ebda opinjoni, kif ukoll il-votazzjoni tal-Kumitat tal-Appell tal-5 ta' Ġunju 2019, li fiha wkoll ma ngħatat ebda opinjoni,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 11 u 13 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni(2),
– wara li kkunsidra l-opinjoni adottata mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel fit-2 ta' Lulju 2008 u ppubblikata fil-11 ta' Lulju 2008(3),
– wara li kkunsidra l-opinjoni rigward it-tiġdid adottata mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel fis-17 ta' Ottubru 2018, u ppubblikata fis-16 ta' Novembru 2018(4),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu li joġġezzjonaw għall-awtorizzazzjoni ta' organiżmi ġenetikament modifikati ("OĠM")(5),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 112(2) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel;
A. billi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/933/KE(6) awtorizzat it-tqegħid fis-suq ta' ikel u għalf li fihom fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 89788 ("fażola tas-sojja MON 89788"), li jikkonsistu minn tali fażola tas-sojja jew li huma prodotti minnha;
B. billi, fl-20 ta' Novembru 2017, id-detentur tal-awtorizzazzjoni, Monsanto Europe S.A./N.V., f'isem il-kumpanija Monsanto, ippreżenta applikazzjoni lill-Kummissjoni, skont l-Artikoli 11 u 23 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, għat-tiġdid ta' dik l-awtorizzazzjoni;
C. billi, fis-17 ta' Ottubru 2018, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) adottat opinjoni favorevoli(7), li ġiet ippubblikata fis-16 ta' Novembru 2018, b'rabta mat-tiġdid ta' dik l-awtorizzazzjoni;
D. billi r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 jiddikjara li ikel jew għalf ġenetikament modifikat (ĠM) ma jridx ikollu effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem, is-saħħa tal-annimali jew l-ambjent, u jirrikjedi li l-Kummissjoni tikkunsidra kwalunkwe dispożizzjoni rilevanti tad-dritt tal-Unjoni u fatturi leġittimi oħrajn li jkunu rilevanti għall-kwistjoni li tkun qed tiġi kkunsidrata fl-abbozzar tad-deċiżjoni tagħha;
E. billi l-fażola tas-sojja MON 89788 saret tolleranti għall-erbiċidi bbażati fuq il-glifosat; billi l-fażola tas-sojja MON 89788 ġiet żviluppata biex tipprovdi tolleranza għall-glifosat billi tesprimi l-proteina CP4 EPSPS(8);
Nuqqas ta' valutazzjoni tar-residwi u l-metaboliti tal-glifosat
F. billi għadd ta' studji wrew li l-kultivazzjoni ta' għelejjel ĠM tolleranti għall-erbiċidi twassal għal użu akbar ta' dawk l-erbiċidi, fil-biċċa l-kbira minħabba l-emerġenza ta' ħaxix ħażin tolleranti għall-erbiċidi(9); billi, b'konsegwenza, għandu jkun mistenni li l-għelejjel tal-fażola tas-sojja MON 89788 ikunu esposti għal dożi kemm ogħla kif ukoll ripetuti ta' glifosat u dan l-esponiment potenzjalment iwassal għal kwantità ogħla ta' residwi fil-ħsad;
G. billi għad hemm dubji dwar il-karċinoġeniċità tal-glifosat; billi, f'Novembru 2015, l-EFSA kkonkludiet li l-glifosat x'aktarx mhuwiex karċinoġeniku, filwaqt li, f'Marzu 2017, l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) ikkonkludiet li ebda klassifikazzjoni ma kienet ġustifikata; billi, għall-kuntrarju, fl-2015, l-Aġenzija Internazzjonali għar-Riċerka dwar il-Kanċer (IARC), l-aġenzija speċjalizzata dwar il-kanċer tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, ikklassifikat il-glifosat bħala karċinoġenu possibbli għall-bnedmin; billi għadd ta' studji xjentifiċi reċenti bejn il-pari jikkonfermaw il-potenzjal karċinoġeniku tal-glifosat(10);
H. billi fil-pjanti ĠM, tista' tkun il-ġenetika mmodifikata nnifisha li tiddetermina l-mod li erbiċidi komplementari jiddekomponu skont il-pjanta, kif ukoll il-kompożizzjoni u għalhekk it-tossiċità tal-prodotti ta' dekompożizzjoni ("metaboliti")(11); billi, skont l-EFSA, id-data tossikoloġika li tippermetti li titwettaq valutazzjoni tar-riskju għall-konsumaturi għal diversi prodotti ta' dekompożizzjoni tal-glifosat rilevanti għall-għelejjel ĠM tolleranti għall-glifosat hija nieqsa(12);
Nuqqas ta' livelli massimi ta' residwi u kontrolli relatati
I. billi, skont ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(13), li għandu l-għan li jiżgura livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur, għandhom jiġu stabbiliti livelli massimi ta' residwi (MRLs) speċifiċi għall-ikel u l-għalf prodotti f'pajjiżi terzi, meta l-użu tal-pestiċidi jirriżulta f'livelli ta' residwi differenti minn dawk li jirriżultaw minn prattiki agrikoli fl-Unjoni(14); billi dan huwa fil-fatt il-każ għall-għelejjel ĠM tolleranti għall-erbiċidi impurtati, minħabba ż-żieda fl-ammonti ta' erbiċidi użati fir-rigward tal-għelejjel mhux ĠM;
J. billi, madankollu, skont rieżami tal-EFSA tal-2018 tal-MRLs eżistenti għall-glifosat, id-data disponibbli ma kinitx biżżejjed biex jiġu derivati l-MRLs u l-valuri tal-valutazzjoni tar-riskju għall-glifosat b'rabta ma' għadd ta' għelejjel ĠM, inkluża l-fażola tas-sojja b'modifika EPSPS(15);
K. billi l-valutazzjoni tar-residwi ta' erbiċidi u tal-metaboliti tagħhom misjuba fi pjanti ĠM hija kkunsidrata li ma taqax taħt il-kompetenza tal-Bord tal-EFSA dwar Organiżmi Ġenetikament Modifikati u għalhekk ma titwettaqx bħala parti mill-proċess ta' awtorizzazzjoni għall-OĠM;
L. billi bosta awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri identifikaw in-nuqqas ta' analiżi tar-residwi tal-erbiċidi fuq l-għelejjel ĠM bħala tħassib fil-kummenti tagħhom dwar il-valutazzjoni tar-riskju tal-EFSA(16);
Rimarki oħrajn
M. billi bosta Stati Membri esprimew tħassib dwar il-kwalità tal-pjan ta' monitoraġġ ambjentali wara t-tqegħid fis-suq, filwaqt li ddikjaraw, inter alia, li ma jissodisfax għalkollox l-objettivi stabbiliti fl-Anness VII tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(17) jew in-noti ta' gwida supplimentari rilevanti; L-Istati Membri kkummentaw ukoll b'mod ġenerali li l-monitoraġġ tal-fażola tas-sojja MON 89788 huwa inadegwat, ma jipprovdi ebda data soda li tappoġġja l-konklużjoni li ma kien hemm ebda effett negattiv fuq is-saħħa jew l-ambjent fir-rigward tal-importazzjoni u l-użu tal-fażola tas-sojja MON 89788 u ma jipprovdix lezzjonijiet rilevanti għas-sikurezza tal-użu tiegħu għall-konsum mill-annimali jew mill-bniedem(18);
N. billi l-EFSA, b'reazzjoni għall-kummenti tal-Istati Membri, ripetutament iddikjarat li tqis li hemm bżonn ta' aktar diskussjoni bejn l-applikanti u l-Kummissjoni bħala maniġer tar-riskju dwar l-implimentazzjoni prattika tal-monitoraġġ ambjentali wara t-tqegħid fis-suq għal pjanti ĠM għall-importazzjoni u l-ipproċessar;
O. billi l-grupp ta' ħidma dwar il-bijoteknoloġija tal-Aġenzija Franċiża għas-Sikurezza tal-Ikel, l-Ambjent u s-Saħħa (ANSES) jiddikjara li, peress li l-analiżi tal-letteratura li saret mill-applikant għal studji xjentifiċi ppubblikati minn mindu saret l-ewwel awtorizzazzjoni tal-fażola tas-sojja MON 89788 kienet restrittiva wisq, ma jistax jasal għal konklużjoni dwar is-sikurezza tal-fażola tas-sojja MON 89788;
P. billi meta tiġi kkultivata f'pajjiżi bħall-Brażil u l-Arġentina, il-fażola tas-sojja ĠM tkun mutur ewlieni ta' deforestazzjoni fuq skala kbira; billi dan l-aspett, flimkien mal-obbligi tal-Unjoni skont l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU, il-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima u miri internazzjonali oħra dwar il-bijodiversità, ma ġiex ikkunsidrat fil-proċess ta' awtorizzazzjoni;
Teħid ta' deċiżjonijiet mhux demokratiku
Q. billi l-votazzjoni fit-30 ta' April 2019 tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali msemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 ma tat ebda opinjoni, li jfisser li l-awtorizzazzjoni ma kinitx appoġġjata minn maġġoranza kwalifikata tal-Istati Membri; billi anki l-votazzjoni tal-5 ta' Ġunju 2019 tal-Kumitat tal-Appell ma tat ebda opinjoni;
R. billi l-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-fatt li d-deċiżjonijiet dwar l-awtorizzazzjoni tal-OĠM għadhom jiġu adottati mill-Kummissjoni mingħajr maġġoranza kwalifikata tal-Istati Membri favur, li huwa verament l-eċċezzjoni għall-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti b'mod ġenerali iżda sar in-norma għat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar l-awtorizzazzjonijiet ta' ikel u għalf ĠM, huwa problematiku(19); billi l-President tal-Kummissjoni diversi drabi ddeplora din il-prattika bħala waħda li mhijiex demokratika(20);
S. billi, fit-tmien leġiżlatura tiegħu, il-Parlament Ewropew adotta total ta' 36 riżoluzzjoni li joġġezzjonaw għat-tqegħid fis-suq tal-OĠM għall-ikel u għall-għalf (33 riżoluzzjoni) u għall-kultivazzjoni tal-OĠM fl-Unjoni (tliet riżoluzzjonijiet); billi ma kienx hemm maġġoranza kwalifikata ta' Stati Membri favur l-awtorizzazzjoni ta' kwalunkwe wieħed minn dawk l-OĠM; billi minkejja r-rikonoxximent tagħha stess tan-nuqqasijiet demokratiċi, tan-nuqqas ta' appoġġ mill-Istati Membri u tal-oġġezzjonijiet tal-Parlament, il-Kummissjoni qed tkompli tawtorizza OĠM;
T. billi ma hija meħtieġa ebda bidla fil-liġi biex il-Kummissjoni tkun tista' ma tawtorizzax OĠM meta ma jkunx hemm maġġoranza kwalifikata ta' Stati Membri favur fil-Kumitat tal-Appell(21);
1. Iqis li l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni jisboq is-setgħat ta' implimentazzjoni previsti fir-Regolament (KE) Nru 1829/2003;
2. Iqis li l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni mhuwiex konsistenti mad-dritt tal-Unjoni, billi mhuwiex kompatibbli mal-għan tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 li, skont il-prinċipji ġenerali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(22), huwa li jipprovdi l-bażi biex, fir-rigward tal-ikel u l-għalf ĠM, jiżgura livell għoli ta' protezzjoni għall-ħajja u s-saħħa umana, is-saħħa u l-benesseri tal-annimali, u l-interessi tal-ambjent u tal-konsumaturi, filwaqt li jiżgura l-funzjonament effikaċi tas-suq intern;
3. Jitlob lill-Kummissjoni tirtira l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tagħha;
4. Itenni l-impenn tiegħu li jmexxi 'l quddiem il-ħidma fuq il-proposta tal-Kummissjoni li temenda r-Regolament (UE) Nru 182/2011; jistieden lill-Kunsill imexxi 'l quddiem il-ħidma tiegħu fir-rigward ta' dik il-proposta tal-Kummissjoni b'urġenza;
5. Jistieden lill-Kummissjoni, sadanittant, ma tibqax tawtorizza OĠM meta ma tingħata ebda opinjoni mill-Istati Membri fil-Kumitat tal-Appell, kemm għall-kultivazzjoni kif ukoll għall-ikel u l-għalf, skont l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011;
6. Jistieden lill-Kummissjoni ma tawtorizzax għelejjel ĠM tolleranti għall-erbiċidi sakemm ir-riskji għas-saħħa assoċjati mar-residwi jkunu ġew investigati b'mod komprensiv fuq bażi ta' każ b'każ, li jirrikjedi valutazzjoni sħiħa tar-residwi mill-bexx tal-għelejjel ĠM b'erbiċidi komplementari, il-metaboliti tagħhom u kwalunkwe effett kombinatorju;
7. Jistieden lill-Kummissjoni tintegra għalkollox il-valutazzjoni tar-riskju tal-applikazzjoni tal-erbiċidi komplementari u r-residwi tagħhom fil-valutazzjoni tar-riskju tal-pjanti ĠM tolleranti għall-erbiċidi, irrispettivament minn jekk il-pjanta ĠM tkunx maħsuba għall-kultivazzjoni fl-Unjoni jew għall-importazzjoni fl-Unjoni biex tintuża għall-ikel u l-għalf;
8. Itenni t-tħassib qawwi tiegħu li d-dipendenza għolja tal-Unjoni fuq l-importazzjonijiet ta' għalf tal-annimali fil-forma ta' fażola tas-sojja tikkawża d-deforestazzjoni f'pajjiżi terzi u jfakkar li l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU jistgħu jinkisbu biss jekk il-ktajjen tal-provvista jsiru sostenibbli u jinħolqu sinerġiji bejn il-politiki(23);
9. Jistieden lill-Kummissjoni ma tawtorizzax l-importazzjoni tal-fażola tas-sojja ĠM dment li ma jkunx jista' jintwera biċ-ċar li l-kultivazzjoni tagħha ma kkontribwietx, direttament jew indirettament, għad-deforestazzjoni;
10. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tittratta l-obbligi tal-Unjoni skont ftehimiet internazzjonali, bħall-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima, il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Diversità Bijoloġika u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU, bħala "dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt tal-Unjoni" u/jew "fatturi leġittimi" skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003, u tagħtihom l-importanza li jistħoqqu, kif ukoll tikkomunika dwar kif tqiesu fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet;
11. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.
Opinion of the Scientific Panel on Genetically Modified Organisms on application (reference EFSA-GMO-NL-2006-36) for the placing on the market of the glyphosate tolerant genetically modified soybean MON89788, for food and feed uses, import and processing under Regulation (EC) No 1829/2003 from Monsanto, (Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar Organiżmi Ġenetikament Modifikati dwar applikazzjoni (referenza EFSA-GMO-NL-2006-36) għat-tqegħid fis-suq tal-fażola tas-sojja MON89788 tolleranti għall-glufosinat u ġenetikament modifikata, għall-użu tal-ikel u l-għalf, l-importazzjoni u l-ipproċessar skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 minn Monsanto), EFSA Journal (2008) 758, p. 1-23, https://efsa.onlinelibrary.wiley.com/doi/epdf/10.2903/j.efsa.2008.758
Scientific opinion on the Assessment of genetically modified soybean MON 89788 for renewal of authorisation under Regulation (EC) No 1829/2003 (application EFSA‐GMO‐RX‐011), (Opinjoni xjentifika dwar il-Valutazzjoni tal-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 89788 għat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 (applikazzjoni EFSA-GMO-RX-011)), EFSA Journal 2018;16(11):5468, https://efsa.onlinelibrary.wiley.com/doi/epdf/10.2903/j.efsa.2018.5468
——— Fit-tmien leġiżlatura tiegħu, il-Parlament Ewropew adotta 36 riżoluzzjoni li joġġezzjonaw għall-awtorizzazzjoni tal-OĠM. Barra minn hekk, fid-disa' leġiżlatura tiegħu, il-Parlament adotta r-riżoluzzjonijiet li ġejjin:Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ottubru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat MZHG0JG (SYN-ØØØJG-2), skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2019)0028).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ottubru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn fażola tas-sojja ġenetikament modifikata A2704-12 (ACS-GMØØ5-3) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2019)0029).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ottubru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 × 1507 × MON 88017 × 59122 × DAS-40278-9, u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina żewġ, tlieta jew erba' mill-eventi uniċi MON 89034, 1507, MON 88017, 59122 u DAS-40278-9 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2019)0030).
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/933/KE tal-4 ta' Diċembru 2008 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew prodotti mis-sojja modifikata ġenetikament MON89788 (MON-89788-1) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 333, 11.12.2008, p. 7).
Scientific opinion on the Assessment of genetically modified soybean MON 89788 for renewal of authorisation under Regulation (EC) No 1829/2003 (application EFSA‐GMO‐RX‐011), (Opinjoni xjentifika dwar il-Valutazzjoni tal-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 89788 għat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 (applikazzjoni EFSA-GMO-RX-011)), EFSA Journal 2018;16(11):5468, https://efsa.onlinelibrary.wiley.com/doi/epdf/10.2903/j.efsa.2018.5468
Ara, pereżempju, Bonny, S., "Genetically Modified Herbicide-Tolerant Crops, Weeds, and Herbicides: Overview and Impact" (Għelejjel Ġenetikament Modifikati Tolleranti għall-Erbiċidi), Environmental Management, Jannar 2016, 57(1), p. 31-48, https://www.ncbi.nlm.nih.gov/pubmed/26296738 u Benbrook, C.M., "Impacts of genetically engineered crops on pesticide use in the U.S. – the first sixteen years" (L-impatti ta' għelejjel ġenetikament modifikati fuq l-użu tal-pestiċidi fl-Istati Uniti – l-ewwel sittax-il sena), Environmental Sciences Europe, 28 ta' Settembru 2012, Vol 24(1), https://enveurope.springeropen.com/articles/10.1186/2190-4715-24-24
Dan huwa fil-fatt il-każ għall-glifosat, kif iddikjarat fl-EFSA Review of the existing maximum residue levels for glyphosate according to Article 12 of Regulation (EC) No 396/2005 (Rieżami tal-EFSA tal-livelli massimi ta' residwi eżistenti għall-glifosat skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005), EFSA Journal 2018;16(5):5263, p. 12, https://www.efsa.europa.eu/fr/efsajournal/pub/5263
EFSA conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance glyphosate (Konklużjoni tal-EFSA dwar ir-rieżami bejn il-pari tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva tal-glifosat), EFSA Journal 2015; 13(11):4302, p. 3, https://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/pub/4302
Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1).
Reasoned Opinion on the review of the existing maximum residue levels for glyphosate according to Article 12 of Regulation (EC) No 396/2005 (Opinjoni Motivata dwar ir-rieżami tal-livelli massimi ta' residwi eżistenti għall-glifosat skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005), EFSA Journal 2018; 16(5):5263, p. 4. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2018.5263
Il-kummenti tal-Istati Membri dwar il-fażola tas-sojja MON 89788 jistgħu jkunu kkonsultati fir-reġistru tal-mistoqsijiet tal-EFSA: http://registerofquestions.efsa.europa.eu/roqFrontend/login?
Id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta' organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (ĠU L 106, 17.4.2001, p. 1: Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 15 Volum 006 P. 77).
Il-kummenti tal-Istati Membri dwar il-fażola tas-sojja MON 89788 jistgħu jkunu kkonsultati fir-reġistru tal-mistoqsijiet tal-EFSA: http://registerofquestions.efsa.europa.eu/roqFrontend/login?
Ara, pereżempju, il-memorandum ta' spjegazzjoni tal-proposta leġiżlattiva tal-Kummissjoni ppreżentata fit-22 ta' April 2015 li temenda r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 rigward il-possibbiltà li l-Istati Membri jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-użu ta' ikel u għalf ĠM fit-territorju tagħhom, u l-memorandum ta' spjegazzjoni tal-proposta leġiżlattiva tal-Kummissjoni ppreżentata fl-14 ta' Frar 2017 li temenda r-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Ara, pereżempju, id-Dikjarazzjoni Inawgurali fis-sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew inkluża fil-linji gwida politiċi għall-Kummissjoni Ewropea li jmiss (Strasburgu, 15 ta' Lulju 2014), jew fid-Diskors dwar l-Istat tal-Unjoni 2016 (Strasburgu, 14 ta' Settembru 2016).
Il-Kummissjoni "tista'", u mhux "għandha", tmexxi bl-awtorizzazzjoni jekk ma jkunx hemm maġġoranza kwalifikata ta' Stati Membri favur fil-Kumitat tal-Appell, skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 (l-Artikolu 6(3)).
Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Settembru 2018 dwar il-ġestjoni trasparenti u responsabbli tar-riżorsi naturali fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw: il-każ tal-foresti (Testi adottati, P8_TA(2018)0333), il-paragrafu 67.
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Novembru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 × 1507 × NK603 × DAS-40278-9 u s-subkombinazzjonijiet MON 89034 × NK603 × DAS-40278-9, 1507 × NK603 × DAS-40278-9 u NK603 × DAS-40278-9, li jikkonsistu minn tali qamħirrum jew li huma prodotti minnu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D062828/04 – 2019/2859(RSP))
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 × 1507 × NK603 × DAS-40278-9 u s-subkombinazzjonijiet MON 89034 × NK603 × DAS-40278-9, 1507 × NK603 × DAS-40278-9 u NK603 × DAS-40278-9, li jikkonsistu minn tali qamħirrum jew li huma prodotti minnu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D062828/04),
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf ġenetikament modifikat(1), u b'mod partikolari l-Artikoli 7(3) u 19(3) tiegħu,
– wara li kkunsidra l-votazzjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali msemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, tat-12 ta' Lulju 2019, li fiha ma ngħatat ebda opinjoni, kif ukoll il-votazzjoni tal-Kumitat tal-Appell tas-16 ta' Settembru 2019, li fiha wkoll ma ngħatat ebda opinjoni,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 11 u 13 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni(2),
– wara li kkunsidra l-opinjoni adottata mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) fit-28 ta' Novembru 2018, u ppubblikata fis-16 ta' Jannar 2019(3),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu li joġġezzjonaw għall-awtorizzazzjoni ta' organiżmi ġenetikament modifikati ("OĠM")(4),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 112(2) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,
A. billi, fil-11 ta' Jannar 2013, Dow AgroSciences Europe (l-"applikant") ressqet, f'isem Dow AgroSciences LLC, applikazzjoni, skont l-Artikoli 5 u 17 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, għat-tqegħid fis-suq ta' ikel, ingredjenti tal-ikel u għalf li fihom qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 × 1507 × NK603 × DAS-40278-9 ("il-qamħirrum ĠM derivat minn trasformazzjoni multipla") u s-subkombinazzjonijiet tiegħu, li jikkonsistu minn tali qamħirrum jew li huma prodotti minnu; billi l-applikazzjoni kopriet ukoll it-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jew jikkonsistu minn, qamħirrum ĠM derivat minn trasformazzjoni multipla għal użi oħra għajr l-ikel u l-għalf, bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni;
B. billi seba' subkombinazzjonijiet tal-qamħirrum ĠM derivat minn trasformazzjoni multipla diġà ġew awtorizzati, jew qegħdin fil-proċess li jiġu awtorizzati taħt applikazzjoni separata; billi t-tliet subkombinazzjonijiet l-oħra (MON 89034 × NK603 × DAS-40278-9, 1507 × NK603 × DAS-40278-9 u NK603 × DAS 40278-9) huma koperti mill-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni;
C. billi l-qamħirrum ĠM derivat minn trasformazzjoni multipla huwa derivat minn inkroċjar ta' erba' eventi tal-qamħirrun ġenetikament modifikat ("ĠM"), u jagħti tolleranza għall-erbiċidi li fihom il-glufosinat, il-glifosat, il-kwiżalofop u t-2,4-D minbarra li jipproduċi tliet proteini insettiċidi (proteini "Bt" jew "Cry"): Cry1A.105, Cry2Ab2 u Cry1F li huma tossiċi għal ċerti larvi lepidopteri(5);
D. billi, fit-28 ta' Novembru 2018, l-EFSA adottat opinjoni favorevoli, li ġiet ippubblikata fis-16 ta' Jannar 2019(6);
E. billi r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 jgħid li ikel jew għalf ĠM m'għandux ikollu effetti negattivi fuq is-saħħa umana, is-saħħa tal-annimali jew l-ambjent, u jesiġi li l-Kummissjoni tikkunsidra kwalunkwe dispożizzjoni rilevanti tad-dritt tal-Unjoni u fatturi leġittimi oħra li jkunu rilevanti għall-kwistjoni li tkun qed tiġi kkunsidrata fl-abbozzar tad-deċiżjoni tagħha;
F. billi l-applikant ma ressaq ebda data lill-EFSA għat-tliet subkombinazzjonijiet fil-kamp ta' applikazzjoni tal-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni(7);
Kummenti tal-Istati Membri u studju indipendenti
G. billi l-Istati Membri ressqu bosta kummenti kritiċi lill-EFSA matul il-perjodu ta' konsultazzjoni ta' tliet xhur(8); billi dawk il-kummenti kritiċi jinkludu l-osservazzjoni li d-data pprovduta mill-applikant mhijiex biżżejjed biex tiġi żgurata valutazzjoni tar-riskju korretta, li l-valutazzjoni tar-riskju mwettqa mill-EFSA mhijiex biżżejjed fil-forma preżenti tagħha, peress li naqset milli tivvaluta kif xieraq is-sikurezza ġenerali u t-tossiċità potenzjali tal-event tal-qamħirrum ĠM derivat minn trasformazzjoni multipla għall-bnedmin, l-annimali u l-ambjent, li l-EFSA ma kkunsidratx studji reċenti dwar it-tossiċità potenzjali tat-tossini Bt, u li huwa impossibbli li jintlaħqu konklużjonijiet dwar ir-riskji għas-saħħa assoċjati mal-qamħirrum ĠM derivat minn trasformazzjoni multipla mingħajr ma jsiru studji ta' alimentazzjoni fit-tul biex tiġi vvalutata kif xieraq it-tossiċità għall-organi u għar-riproduzzjoni, u r-reazzjonijiet tas-sistema immunitarja, li jqisu l-livelli realistiċi ta' residwi ta' erbiċidi komplementari u l-effetti kombinatorji u kumulattivi potenzjali;
H. billi studju indipendenti(9) jikkonkludi wkoll li l-valutazzjoni tar-riskju tal-EFSA mhijiex aċċettabbli fil-forma preżenti tagħha, peress li naqset milli tivvaluta kif xieraq is-sikurezza ġenerali u t-tossiċità potenzjali tal-event tal-qamħirrum ĠM derivat minn trasformazzjoni multipla;
I. billi dak l-istudju indipendenti jikkonstata li l-EFSA kellha tieħu r-riżultati tal-analiżi komparattiva bħala punt ta' tluq għal investigazzjonijiet aktar dettaljati, peress li l-analiżi żvelat li hemm ħafna differenzi sinifikanti bejn il-qamħirrum ĠM derivat minn trasformazzjoni multipla u l-kontroparti konvenzjonali tiegħu, speċjalment meta l-qamħirrum ĠM derivat minn trasformazzjoni multipla ġie ttrattat b'erbiċidi komplementari;
J. billi l-istudju indipendenti jikkonkludi wkoll li, fid-dawl ta' dawk id-differenzi sinifikanti, l-istudji ta' alimentazzjoni fit-tul u/jew l-istudji multiġenerazzjonali kellhom jintalbu mill-EFSA, sabiex tkun tista' tivvaluta kif xieraq it-tossiċità għall-organi u għar-riproduzzjoni u r-reazzjonijiet tas-sistema immunitarja, filwaqt li jitqiesu l-ammont kbir ta' tossini Bt u l-livelli realistiċi ta' residwi ta' erbiċidi komplementari u l-effetti kombinatorji u kumulattivi potenzjali;
Nuqqas ta' valutazzjoni tar-residwi tal-erbiċidi, tal-metaboliti u tal-effetti cocktail
K. billi għadd ta' studji wrew li l-kultivazzjoni ta' għelejjel ĠM tolleranti għall-erbiċidi twassal għal użu akbar ta' erbiċidi "komplementari", fil-biċċa l-kbira minħabba l-emerġenza ta' ħaxix ħażin tolleranti għall-erbiċidi(10); billi, b'konsegwenza, għandu jkun mistenni li l-qamħirrum ĠM derivat minn trasformazzjoni multipla jkun espost għal dożi kemm ogħla kif ukoll ripetuti ta' glufosinat, glifosat, kwiżalofop u 2,4-D, u li għalhekk il-ħsad jista' jkun fih kwantità ogħla ta' residwi;
L. billi għad hemm dubji dwar il-karċinoġeniċità tal-glifosat; billi, f'Novembru 2015, l-EFSA kkonkludiet li l-glifosat x'aktarx mhuwiex karċinoġeniku, filwaqt li, f'Marzu 2017, l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) ikkonkludiet li ebda klassifikazzjoni ma kienet ġustifikata; billi, għall-kuntrarju, fl-2015, l-Aġenzija Internazzjonali għar-Riċerka dwar il-Kanċer (IARC), l-aġenzija speċjalizzata dwar il-kanċer tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, ikklassifikat il-glifosat bħala karċinoġenu possibbli għall-bnedmin;
M. billi, skont l-EFSA, id-data tossikoloġika li tippermetti li titwettaq valutazzjoni tar-riskju għall-konsumaturi għal diversi prodotti ta' dekompożizzjoni tal-glifosat rilevanti għall-għelejjel ĠM tolleranti għall-glifosat hija nieqsa(11);
N. billi l-glufosinat huwa klassifikat bħala sustanza tossika għar-riproduzzjoni 1B u għalhekk jissodisfa l-"kriterji ta' limitu" stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12); billi l-approvazzjoni għall-użu tal-glufosinat fl-Unjoni skadiet fil-31 ta' Lulju 2018(13);
O. billi artiklu reċenti minn espert involut fl-iżvilupp ta' pjanti ĠM iqajjem dubji dwar is-sikurezza tal-għelejjel ĠM li huma tolleranti għat-2,4-D minħabba d-degradazzjoni tiegħu fi prodotti ta' dekompożizzjoni ċitotossiċi(14);
P. billi l-valutazzjoni tar-residwi ta' erbiċidi u tal-prodotti ta' dekompożizzjoni tagħhom misjuba fi pjanti ĠM hija kkunsidrata li ma taqax taħt il-kompetenza tal-Bord tal-EFSA dwar Organiżmi Ġenetikament Modifikati (il-Bord tal-EFSA dwar l-OĠM) u għalhekk ma titwettaqx bħala parti mill-proċess ta' awtorizzazzjoni għall-OĠM; billi dan huwa problematiku peress li l-mod kif l-erbiċidi komplementari jiġu dekomposti mill-pjanta ĠM konċernata, u l-kompożizzjoni u għalhekk it-tossiċità tal-prodotti ta' dekompożizzjoni ("metaboliti"), jistgħu jiġu stimulati mill-modifika ġenetika nnifisha(15);
Q. billi, minħabba prattiki agrikoli speċifiċi fil-kultivazzjoni ta' pjanti ĠM tolleranti għall-erbiċidi, hemm ukoll xejriet speċifiċi ta' applikazzjoni ta' erbiċidi u, għalhekk, ta' esponiment tal-pjanti, kif ukoll l-emerġenza ta' effetti kombinatorji bejn ir-residwi differenti tal-erbiċidi u l-metaboliti tagħhom, li jirrikjedu attenzjoni speċjali; billi dawn ma ġewx ikkunsidrati mill-EFSA;
R. billi, għalhekk, ma jistax jiġi konkluż li l-konsum ta' qamħirrum ĠM derivat minn trasformazzjoni multipla jew tas-subkombinazzjonijiet tiegħu huwa sikur għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali;
Nuqqas ta' livelli massimi ta' residwi u kontrolli relatati
S. billi, skont ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(16), li għandu l-għan li jiżgura livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur, għandhom jiġu stabbiliti livelli massimi ta' residwi (MRLs) speċifiċi għall-ikel u l-għalf prodotti f'pajjiżi terzi, meta l-użu tal-pestiċidi jirriżulta f'livelli ta' residwi differenti minn dawk li jirriżultaw minn prattiki agrikoli fl-Unjoni; billi dan huwa fil-fatt il-każ għall-għelejjel ĠM tolleranti għall-erbiċidi importati, minħabba ż-żieda fl-ammonti ta' erbiċidi użati fir-rigward tal-għelejjel mhux ĠM;
T. billi, madankollu, skont rieżami tal-EFSA tal-2018 tal-MRLs eżistenti għall-glifosat, id-data disponibbli ma kinitx biżżejjed biex jiġu derivati l-MRLs u l-valuri tal-valutazzjoni tar-riskju għall-glifosat fir-rigward tal-qamħirrum ĠM b'modifika EPSPS(17); billi l-qamħirrun ĠM derivat minn trasformazzjoni multipla għandu l-modifika EPSPS(18);
U. billi, għal darb'oħra, skont ir-Regolament (KE) Nru 396/2005, ir-residwi fl-għelejjel importati għall-ikel u l-għalf ta' sustanzi attivi li mhumiex awtorizzati għall-użu fl-Unjoni, bħall-glufosinat, għandhom jiġu kkontrollati u ssorveljati bir-reqqa(19);
V. billi, skont l-aħħar programm multiannwali tal-Unjoni kkoordinat u ta' kontroll (għall-2020, l-2021 u l-2022), l-Istati Membri mhumiex obbligati jkejlu il-glufosinat (jew kwalunkwe erbiċida oħra) fil-qamħirrum (ĠM jew mhux)(20); billi ma jistax jiġi eskluż li l-qamħirrun ĠM derivat minn trasformazzjoni multipla, is-subkombinazzjonijiet tiegħu jew il-prodotti derivati minnu għall-ikel u l-għalf se jaqbżu l-MRLs, li għandhom jiddaħħlu fis-seħħ u jiġu mmonitorjati biex jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur;
Proteini Bt
W. billi għadd ta' studji juru li ġew osservati effetti kollaterali li jistgħu jaffettwaw is-sistema immunitarja wara esponiment għal proteini Bt u li xi proteini Bt jista' jkollhom karatteristiċi adjuvanti(21), li jfisser li dawn jistgħu jżidu l-allerġeniċità ta' proteini oħra li jidħlu f'kuntatt magħhom;
X. billi opinjoni tal-minoranza adottata minn membru tal-Bord tal-EFSA dwar l-OĠM fil-proċess tal-valutazzjoni ta' tip ieħor ta' qamħirrum ĠM derivat minn trasformazzjoni multipla u s-subkombinazzjonijiet tiegħu kkonstatat li, filwaqt li effetti mhux intenzjonati fuq is-sistema immunitarja qatt ma ġew identifikati fi kwalunkwe applikazzjoni fejn huma espressi proteini Bt, dawn "ma setgħux jiġu osservati mill-istudji tossikoloġiċi [...] rakkomandati attwalment u mwettqa għall-valutazzjoni tas-sikurezza ta' pjanti ĠM fl-EFSA minħabba li ma jinkludux it-testijiet xierqa għal dan l-iskop"(22);
Y. billi studju reċenti juri li żieda rapida fl-użu ta' trattamenti taż-żrieragħ neonikotinojdi fl-Istati Uniti tikkoinċidi maż-żieda ta' tħawwil ta' qamħirrun Bt ĠM(23); billi l-Unjoni pprojbiet l-użu fuq barra ta' tliet neonikotinojdi, inkluż bħala kisjiet taż-żrieragħ, minħabba l-impatt tagħhom fuq in-naħal tal-għasel u dakkara oħra(24);
Z. billi l-valutazzjoni tal-interazzjoni potenzjali ta' residwi tal-erbiċidi u l-metaboliti tagħhom mal-proteini Bt hija kkunsidrata li ma taqax taħt il-kompetenza tal-Bord tal-EFSA dwar l-OĠM u għalhekk ma titwettaqx bħala parti mill-valutazzjoni tar-riskju;
Teħid ta' deċiżjonijiet mhux demokratiku
AA. billi l-votazzjoni fit-12 ta' Lulju 2019 tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali msemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 ma tat ebda opinjoni, li jfisser li l-awtorizzazzjoni ma kinitx appoġġjata minn maġġoranza kwalifikata tal-Istati Membri; billi anki l-votazzjoni tas-16 ta' Settembru 2019 tal-Kumitat tal-Appell ma tat ebda opinjoni;
AB. billi l-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-fatt li d-deċiżjonijiet dwar l-awtorizzazzjoni tal-OĠM għadhom jiġu adottati mill-Kummissjoni mingħajr maġġoranza kwalifikata tal-Istati Membri favur, li huwa verament l-eċċezzjoni għall-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti b'mod ġenerali iżda sar in-norma għat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar l-awtorizzazzjonijiet ta' ikel u għalf ĠM, huwa problematiku(25); billi l-President tal-Kummissjoni ddeplora din il-prattika diversi drabi bħala waħda li mhijiex demokratika(26);
AC. billi, fit-tmien leġislatura tiegħu, il-Parlament Ewropew adotta total ta' 36 riżoluzzjoni li joġġezzjonaw għat-tqegħid fis-suq tal-OĠM għall-ikel u għall-għalf (33 riżoluzzjoni) u għall-kultivazzjoni tal-OĠM fl-Unjoni (tliet riżoluzzjonijiet); billi ma kienx hemm maġġoranza kwalifikata ta' Stati Membri favur l-awtorizzazzjoni ta' kwalunkwe wieħed minn dawk l-OĠM; billi, minkejja r-rikonoxximent tagħha stess tan-nuqqasijiet demokratiċi, tan-nuqqas ta' appoġġ mill-Istati Membri u tal-oġġezzjonijiet tal-Parlament, il-Kummissjoni qed tkompli tawtorizza OĠM;
AD. billi ma hija meħtieġa ebda bidla fil-liġi biex il-Kummissjoni tkun tista' ma tawtorizzax OĠM meta ma jkunx hemm maġġoranza kwalifikata ta' Stati Membri favur fil-Kumitat tal-Appell(27);
1. Iqis li l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni jisboq is-setgħat ta' implimentazzjoni previsti fir-Regolament (KE) Nru 1829/2003;
2. Iqis li l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni mhuwiex konsistenti mad-dritt tal-Unjoni, billi mhuwiex kompatibbli mal-għan tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 li, skont il-prinċipji ġenerali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(28), huwa li jipprovdi l-bażi biex, fir-rigward tal-ikel u l-għalf ĠM, jiżgura livell għoli ta' protezzjoni għall-ħajja u s-saħħa tal-bniedem, is-saħħa u l-benesseri tal-annimali, u l-interessi tal-ambjent u tal-konsumaturi, filwaqt li jiżgura l-funzjonament effettiv tas-suq intern;
3. Jistieden lill-Kummissjoni tirtira l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tagħha;
4. Itenni l-impenn tiegħu li javvanza l-ħidma fuq il-proposta tal-Kummissjoni li temenda r-Regolament (UE) Nru 182/2011; jistieden lill-Kunsill imexxi 'l quddiem il-ħidma tiegħu fir-rigward ta' dik il-proposta tal-Kummissjoni bħala kwistjoni ta' urġenza;
5. Jistieden lill-Kummissjoni biex, sadanittant, ma tibqax tawtorizza OĠM meta ma tingħata ebda opinjoni mill-Istati Membri fil-Kumitat tal-Appell, kemm għall-kultivazzjoni kif ukoll għall-ikel u l-għalf, skont l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011;
6. Jistieden lill-Kummissjoni ma tawtorizzax għelejjel ĠM tolleranti għall-erbiċidi sakemm ir-riskji għas-saħħa assoċjati mar-residwi jkunu ġew investigati b'mod komprensiv fuq bażi ta' każ b'każ, li jirrikjedi valutazzjoni sħiħa tar-residwi mill-bexx tal-għelejjel ĠM b'erbiċidi komplementari, il-metaboliti tagħhom u kwalunkwe effett kombinatorju;
7. Jistieden lill-Kummissjoni tintegra bis-sħiħ il-valutazzjoni tar-riskju tal-applikazzjoni tal-erbiċidi komplementari u r-residwi tagħhom fil-valutazzjoni tar-riskju tal-pjanti ĠM tolleranti għall-erbiċidi, irrispettivament minn jekk il-pjanta ĠM tkunx maħsuba għall-kultivazzjoni fl-Unjoni jew għall-importazzjoni fl-Unjoni biex tintuża għall-ikel u l-għalf;
8. Jistieden lill-Kummissjoni ma tawtorizzax l-importazzjoni, biex tintuża bħala ikel jew għalf, ta' kwalunkwe pjanta ĠM li saret tolleranti għal sustanza attiva erbiċida mhux awtorizzata għall-użu fl-Unjoni;
9. Jistieden lill-Kummissjoni ma tawtorizza ebda subkombinazzjoni ta' eventi ĠM derivati minn trasformazzjoni multipla sakemm dawn ma jkunux ġew evalwati bir-reqqa mill-EFSA abbażi ta' data kompleta mressqa mill-applikant;
10. Iqis, b'mod aktar speċifiku, li l-approvazzjoni ta' varjetajiet li għalihom ma ġiet ipprovduta ebda data dwar is-sikurezza, li lanqas biss ġew ittestjati, jew li lanqas biss ġew maħluqa, tmur kontra l-prinċipji tal-liġi ġenerali dwar l-ikel, kif stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 178/2002;
11. Jistieden lill-EFSA tkompli tiżviluppa u tuża b'mod sistematiku metodi li jippermettu l-identifikazzjoni tal-effetti mhux maħsuba tal-eventi ĠM derivati minn trasformazzjoni multipla, bħal fir-rigward tal-karatteristiċi adjuvanti tat-tossini Bt;
12. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tittratta l-obbligi tal-Unjoni skont ftehimiet internazzjonali, bħall-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima, il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Diversità Bijoloġika u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU, bħala "dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt tal-Unjoni" u/jew "fatturi leġittimi" skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003, u tagħtihom l-importanza li jistħoqqilhom, kif ukoll tikkomunika dwar kif tqiesu fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet;
13. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.
"Scientific opinion on the Assessment of genetically modified maize MON 89034 × 1507 × NK603 × DAS‐40278‐9 and subcombinations independently of their origin for food and feed uses, import and processing under Regulation (EC) No 1829/2003 (application EFSA‐GMO‐NL‐2013‐112)" (Opinjoni xjentifika dwar il-Valutazzjoni tal-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 × 1507 × NK603 × DAS‐40278‐9 u s-subkombinazzjonijiet indipendentement mill-oriġini tagħhom għall-użu tal-ikel u l-għalf, l-importazzjoni u l-ipproċessar skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 (applikazzjoni EFSA‐GMO‐NL‐2013‐112)), EFSA Journal 2019, 17(1):5522, https://efsa.onlinelibrary.wiley.com/doi/epdf/10.2903/j.efsa.2019.5522
—— Fit-tmien leġislatura tiegħu, il-Parlament Ewropew adotta 36 riżoluzzjoni li joġġezzjonaw għall-awtorizzazzjoni tal-OĠM. Barra minn hekk, fid-disa' leġislatura tiegħu, il-Parlament adotta r-riżoluzzjonijiet li ġejjin:Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ottubru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat MZHG0JG (SYN-ØØØJG-2), skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2019)0028).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ottubru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn fażola tas-sojja ġenetikament modifikata A2704-12 (ACS-GMØØ5-3) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2019)0029). Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ottubru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 × 1507 × MON 88017 × 59122 × DAS-40278-9, u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina żewġ, tlieta jew erba' mill-eventi uniċi MON 89034, 1507, MON 88017, 59122 u DAS-40278-9 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2019)0030).
"Scientific opinion on the Assessment of genetically modified maize MON 89034 × 1507 × NK603 × DAS‐40278‐9 and subcombinations independently of their origin for food and feed uses, import and processing under Regulation (EC) No 1829/2003 (application EFSA‐GMO‐NL‐2013‐112)" (Opinjoni xjentifika dwar il-Valutazzjoni tal-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 × 1507 × NK603 × DAS‐40278‐9 u s-subkombinazzjonijiet indipendentement mill-oriġini tagħhom għall-użu tal-ikel u l-għalf, l-importazzjoni u l-ipproċessar skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 (applikazzjoni EFSA‐GMO‐NL‐2013‐112)), EFSA Journal 2019, 17(1):5522, https://efsa.onlinelibrary.wiley.com/doi/epdf/10.2903/j.efsa.2019.5522
Il-kummenti tal-Istati Membri dwar il-qamħirrum ĠM derivat minn trasformazzjoni multipla jinsabu fir-reġistru tal-mistoqsijiet tal-EFSA: http://registerofquestions.efsa.europa.eu/roqFrontend/login?
Ara, pereżempju, Bonny, S., "Genetically Modified Herbicide-Tolerant Crops, Weeds, and Herbicides: Overview and Impact" (Għelejjel, Ħaxix Ħażin u Erbiċidi Ġenetikament Modifikati Tolleranti għall-Erbiċidi: Ħarsa Ġenerali u Impatt), Environmental Management, Jannar 2016 57(1):pp. 31-48, https://www.ncbi.nlm.nih.gov/pubmed/26296738 u Benbrook, C.M., "Impacts of genetically engineered crops on pesticide use in the U.S. - the first sixteen years" (L-impatti tal-għelejjel ġenetikament modifikati fuq l-użu tal-pestiċidi fl-Istati Uniti - l-ewwel sittax-il sena), Environmental Sciences Europe; 28 ta' Settembru 2012, Vol. 24(1), https://enveurope.springeropen.com/articles/10.1186/2190-4715-24-24
"EFSA conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance glyphosate" (Konklużjoni tal-EFSA dwar ir-rieżami bejn il-pari tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva glifosat), EFSA Journal 2015; 13(11):4302, p. 3, https://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/pub/4302
Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).
Dan huwa fil-fatt il-każ għall-glifosat, kif iddikjarat fl-"EFSA Review of the existing maximum residue levels for glyphosate according to Article 12 of Regulation (EC) No 396/2005" (Rieżami tal-EFSA tal-livelli ta' residwi massimi eżistenti għall-glifosat skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005), EFSA Journal 2018;16(5):5263, p. 12, https://www.efsa.europa.eu/fr/efsajournal/pub/5263
Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1). Ara l-premessa 26.
"Reasoned Opinion on the review of the existing maximum residue levels for glyphosate according to Article 12 of Regulation (EC) No 396/2005" (Opinjoni Motivata dwar ir-rieżami tal-livelli ta' residwi massimi eżistenti għall-glifosat skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005). EFSA Journal 2018; 16(5):5263, p. 4. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2018.5263
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/533 tat-28 ta' Marzu 2019 dwar programm multiannwali tal-Unjoni kkoordinat u ta' kontroll għall-2020, l-2021 u l-2022 biex tiġi żgurata l-konformità mal-livelli massimi ta' residwi ta' pestiċidi fi u fuq ikel li joriġina mill-pjanti u mill-annimali u biex jiġi vvalutat l-esponiment tal-konsumatur għalihom (ĠU L 88, 29.3.2019, p. 28).
Għal ħarsa ġenerali, ara Rubio-Infante, N., & Moreno-Fierros, L., "An overview of the safety and biological effects of Bacillus thuringiensis Cry toxins in mammals" (Ħarsa ġenerali lejn is-sikurezza u l-effetti bijoloġiċi tat-tossini Cry ta' Bacillus thuringiensis fil-mammiferi), Journal of Applied Toxicology, Mejju 2016, 36(5): pp. 630-648. http://onlinelibrary.wiley.com/doi/10.1002/jat.3252/full
"Application EFSA-GMO-DE-2010-86 (Bt11 x MIR162 x 1507 x GA21 maize and three sub combinations independently of their origin)" (Applikazzjoni EFSA-GMO-DE-2010-86 (Qamħirrum Bt11 x MIR162 x 1507 x GA21 u tliet subkombinazzjonijiet irrispettivament mill-oriġini tagħhom) Opinjoni tal-Minoranza Wal, J.M., Membru tal-Bord tal-EFSA dwar l-OĠM, EFSA Journal 2018;16(7):5309, https://efsa.onlinelibrary.wiley.com/doi/epdf/10.2903/j.efsa.2018.5309, p. 34.
"Large-Scale Deployment of Seed Treatments Has Driven Rapid Increase in Use of Neonicotinoid Insecticides and Preemptive Pest Management in U.S. Field Crops" (L-Użu fuq Skala Kbira ta' Trattamenti taż-Żrieragħ Wassal għal Żieda Rapida fl-Użu ta' Insettiċidi Neonikotinojdi u l-Ġestjoni Preventiva tal-Pesti fl-Għelejjel fl-Istati Uniti), Douglas, M.R., u Tooker, J.F., Environmental Science & Technology 2015, 49, 8, 5088-5097, Data tal-Pubblikazzjoni (Web): 20 ta' Marzu , 2015, https://pubs.acs.org/doi/10.1021/es506141g
Ara, pereżempju, il-memorandum ta' spjegazzjoni tal-proposta leġiżlattiva tal-Kummissjoni ppreżentata fit-22 ta' April 2015 li temenda r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 rigward il-possibbiltà li l-Istati Membri jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-użu ta' ikel u għalf ĠM fit-territorju tagħhom, u l-memorandum ta' spjegazzjoni tal-proposta leġiżlattiva tal-Kummissjoni ppreżentata fl-14 ta' Frar 2017 li temenda r-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Ara, pereżempju, id-Dikjarazzjoni Inawgurali fis-sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew inkluża fil-linji gwida politiċi għall-Kummissjoni Ewropea li jmiss (Strasburgu, il-15 ta' Lulju 2014), jew fid-Diskors dwar l-Istat tal-Unjoni 2016 (Strasburgu, 14 ta' Settembru 2016).
Il-Kummissjoni "tista'", u mhux "għandha", tmexxi bl-awtorizzazzjoni jekk ma jkunx hemm maġġoranza kwalifikata ta' Stati Membri favur fil-Kumitat tal-Appell, skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 (l-Artikolu 6(3)).
Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).
Qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × MIR162 × MIR604 × 1507 × 5307 × GA21 u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn, tlieta, erbgħa jew ħamsa mill-eventi uniċi Bt11, MIR162, MIR604, 1507, 5307 u GA21
189k
53k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Novembru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × MIR162 × MIR604 × 1507 × 5307 × GA21, li jikkonsistu minn tali qamħirrum jew li huma prodotti minnu u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn, tlieta, erbgħa jew ħamsa mill-eventi uniċi Bt11, MIR162, MIR604, 1507, 5307 u GA21 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D063846/02 – 2019/2860(RSP))
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × MIR162 × MIR604 × 1507 × 5307 × GA21, li jikkonsistu minn tali qamħirrum jew li huma prodotti minnu u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn, tlieta, erbgħa jew ħamsa mill-eventi uniċi Bt11, MIR162, MIR604, 1507, 5307 u GA21 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D063846/02),
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament(1), u b'mod partikolari l-Artikoli 7(3) u 19(3) tiegħu,
– wara li kkunsidra l-votazzjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali msemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, tas-16 ta' Settembru 2019, li fiha ma ngħatat ebda opinjoni, kif ukoll il-votazzjoni tal-Kumitat tal-Appell tal-11 ta' Ottubru 2019, li fiha wkoll ma ngħatat ebda opinjoni,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 11 u 13 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni(2),
– wara li kkunsidra l-opinjoni adottata mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) fis-27 ta' Frar 2019, u ppubblikata fil-5 ta' April 2019(3),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu li joġġezzjonaw għall-awtorizzazzjoni ta' organiżmi ġenetikament modifikati ("OĠM")(4),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 112(2) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,
A. billi, fis-16 ta' Diċembru 2011, Syngenta Crop Protection AG (l-"applikant") ressqet applikazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' ikel, ingredjenti tal-ikel u għalf li fihom qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × MIR162 × MIR604 × 1507 × 5307 × GA21, li jikkonsistu minn tali qamħirrum jew li huma prodotti minnu ("qamħirrum ĠM derivat minn trasformazzjoni multipla") u ċerti subkombinazzjonijiet, skont l-Artikoli 5 u 17 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003; billi l-applikazzjoni kopriet ukoll it-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom qamħirrum ĠM derivat minn trasformazzjoni multipla, jew li jikkonsistu minn tali qamħirrum, għal użi oħra għajr l-ikel u l-għalf, bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni;
B. billi l-qamħirrum ĠM derivat minn trasformazzjoni multipla huwa derivat minn inkroċjar ta' sitt eventi tal-qamħirrun ġenetikament modifikat ("ĠM"), u jagħti tolleranza għall-erbiċidi li fihom il-glufosinat, il-glifosat minbarra li jipproduċi ħames proteini insettiċidi (proteini "Bt" jew "Cry"): Cry1Ab, Vip3Aa20, mCry3A, Cry1F u eCry3.1Ab li huma tossiċi għal ċerti larvi lepidotteri jew koleotteri(5);
C. billi 22 subkombinazzjoni tal-qamħirrum ĠM derivat minn trasformazzjoni multipla diġà ġew awtorizzati; billi l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni tkopri 34 sottokombinazzjoni(6);
D. billi, fis-27 ta' Frar 2019, l-EFSA adottat opinjoni favorevoli, li ġiet ippubblikata fil-5 ta' April 2019(7);
E. billi r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 jgħid li ikel jew għalf ĠM m'għandux ikollu effetti negattivi fuq is-saħħa umana, is-saħħa tal-annimali jew l-ambjent, u jesiġi li l-Kummissjoni tikkunsidra kwalunkwe dispożizzjoni rilevanti tad-dritt tal-Unjoni u fatturi leġittimi oħra li jkunu rilevanti għall-kwistjoni li tkun qed tiġi kkunsidrata fl-abbozzar tad-deċiżjoni tagħha;
Il-kummenti tal-Istati Membri u punti addizzjonali
F. billi l-Istati Membri ressqu bosta kummenti kritiċi lill-EFSA matul il-perjodu ta' konsultazzjoni ta' tliet xhur(8); billi f'dawk il-kummenti kritiċi hemm il-fatt li la kienu saru studji ta' tossiċità fuq pjanti sħaħ rigward il-qamħirrum ĠM derivat minn trasformazzjoni multipla, u lanqas testijiet speċifiċi għall-effetti kombinatorji potenzjali tat-transġeni li jinsabu fil-qamħirrum ĠM derivat minn trasformazzjoni multipla, li għadhom jippersistu l-inċertezzi dwar l-effetti tat-tossini Cry fuq il-mammiferi u l-bnedmin, li l-valutazzjoni komparattiva ma toffri l-ebda prova ta' sikurezza, li l-pjan ta' monitoraġġ la jiżgura l-ġbir tal-informazzjoni rilevanti u lanqas ma hu konformi mad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(9) u li l-possibbiltà ta' interazzjoni bejn ir-residwi tal-erbiċidi u l-metaboliti tagħhom ma ġietx studjata, u lanqas ma tkejlilhom il-livelli tagħhom;
G. billi minn studju indipendenti(10) ħareġ li, fost ħwejjeġ oħra, il-valutazzjoni tossikoloġika li saret mill-EFSA mhijiex aċċettabbli inkwantu ma ntwerietx is-sikurezza tal-għalla għall-importazzjoni, li l-valutazzjoni ma tistax titqies li tissodisfa r-rekwiżiti għall-valutazzjoni tar-riskji għas-sistema immunitarja u li l-valutazzjoni tar-riskju ambjentali mhijiex konklużiva;
H. billi, mill-34 subkombinazzjoni vvalutati mill-EFSA, l-applikant forna biss studji relatati ma' tlieta minnhom(11); l-applikant ma forniex data għall-bqija tal-31 subkombinazzjoni;
Nuqqas ta' valutazzjoni tar-residwi tal-erbiċidi, tal-metaboliti u tal-effetti cocktail
I. billi għadd ta' studji wrew li l-kultivazzjoni ta' għelejjel ĠM tolleranti għall-erbiċidi twassal għal użu akbar ta' erbiċidi "komplementari", fil-biċċa l-kbira minħabba l-emerġenza ta' ħaxix ħażin tolleranti għall-erbiċidi(12); billi, b'konsegwenza, għandu jkun mistenni li l-qamħirrum ĠM derivat minn trasformazzjoni multipla jkun espost għal dożi kemm ogħla kif ukoll ripetuti ta' glufosinat, glifosat, u li għalhekk il-ħsad jista' jkun fih kwantità ogħla ta' residwi;
J. billi għad hemm dubji dwar il-karċinoġeniċità tal-glifosat; billi, f'Novembru 2015, l-EFSA kkonkludiet li l-glifosat x'aktarx mhuwiex karċinoġenu, filwaqt li, f'Marzu 2017, l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) ikkonkludiet li ebda klassifikazzjoni ma kienet ġustifikata; billi, għall-kuntrarju, fl-2015, l-Aġenzija Internazzjonali għar-Riċerka dwar il-Kanċer (IARC), l-aġenzija speċjalizzata dwar il-kanċer tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, ikklassifikat il-glifosat bħala karċinoġenu possibbli għall-bnedmin;
K. billi, skont l-EFSA, id-data tossikoloġika li tippermetti li ssir valutazzjoni tar-riskju għall-konsumaturi għal diversi prodotti ta' dekompożizzjoni tal-glifosat rilevanti għall-għelejjel ĠM tolleranti għall-glifosat hija nieqsa(13);
L. billi l-glufosinat huwa klassifikat bħala sustanza tossika għar-riproduzzjoni 1B u għalhekk jissodisfa l-"kriterji ta' limitu" stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14); billi l-approvazzjoni għall-użu tal-glufosinat fl-Unjoni skadiet fil-31 ta' Lulju 2018(15);
M. billi l-valutazzjoni tar-residwi ta' erbiċidi u tal-prodotti ta' diżintegrazzjoni tagħhom misjuba fi pjanti ĠM hija kkunsidrata li ma taqax taħt il-kompetenza tal-Bord tal-EFSA dwar Organiżmi Ġenetikament Modifikati (il-Bord tal-EFSA dwar l-OĠM) u għalhekk ma ssirx bħala parti mill-proċess ta' awtorizzazzjoni għall-OĠM; billi dan huwa problematiku peress li l-mod kif l-erbiċidi komplementari jiġu diżintegrati mill-pjanta ĠM konċernata, u l-kompożizzjoni u għalhekk it-tossiċità tal-prodotti ta' diżintegrazzjoni ("metaboliti"), jistgħu jiġu stimolati mill-modifika ġenetika nnifisha(16);
N. billi, minħabba prattiki agrikoli speċifiċi fil-kultivazzjoni ta' pjanti ĠM tolleranti għall-erbiċidi, hemm ukoll xejriet speċifiċi ta' applikazzjonijiet, ta' esponiment, ta' okkorrenzi ta' metaboliti u emerġenza ta' effetti kombinatorji li jirrikjedu attenzjoni speċjali; billi dawn ma ġewx ikkunsidrati mill-EFSA;
O. billi għalhekk ma jistax jiġi konkluż li l-konsum ta' qamħirrum ĠM derivat minn trasformazzjoni multipla jew tas-subkombinazzjonijiet tiegħu huwa sikur għas-saħħa umana u tal-annimali;
Nuqqas ta' livelli massimi ta' residwi u kontrolli relatati
P. billi, skont ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(17), li għandu l-għan li jiżgura livell għoli ta' ħarsien tal-konsumatur, għandhom jiġu stabbiliti livelli massimi ta' residwi (MRLs) speċifiċi għall-ikel u l-għalf prodotti f'pajjiżi terzi, meta l-użu tal-pestiċidi jirriżulta f'livelli ta' residwi differenti minn dawk li jirriżultaw minn prattiki agrikoli fl-Unjoni; billi dan huwa fil-fatt il-każ għall-għelejjel ĠM tolleranti għall-erbiċidi impurtati, minħabba ż-żieda fl-ammonti ta' erbiċidi użati fir-rigward tal-għelejjel mhux ĠM;
Q. billi, madankollu, skont rieżami tal-EFSA tal-2018 tal-MRLs eżistenti għall-glifosat, id-data disponibbli ma kinitx biżżejjed biex jiġu derivati l-MRLs u l-valuri tal-valutazzjoni tar-riskju għall-glifosat fir-rigward tal-qamħirrum ĠM b'modifika EPSPS(18); billi l-qamħirrun ĠM derivat minn trasformazzjoni multipla għandu l-modifika EPSPS(19);
R. billi, għal darb'oħra, skont ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 r-residwi fl-għelejjel impurtati għall-ikel u l-għalf ta' sustanzi attivi li mhumiex awtorizzati għall-użu fl-Unjoni, bħall-glufosinat, għandhom jiġu kkontrollati u ssorveljati(20);
S. billi, skont l-aħħar programm multiannwali tal-Unjoni kkoordinat u ta' kontroll (għall-2020, l-2021 u l-2022), l-Istati Membri mhumiex obbligati jkejlu il-glufosinat u lanqas il-glifosat) fil-qamħirrum (ĠM jew mhux)(21); billi ma jistax jiġi eskluż li l-qamħirrun ĠM derivat minn trasformazzjoni multipla, is-subkombinazzjonijiet tiegħu jew il-prodotti derivati minnu għall-ikel u l-għalf se jaqbżu l-MRLs, li għandhom jiddaħħlu fis-seħħ u jiġu mmonitorjati biex jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur;
Proteini Bt
T. billi għadd ta' studji juru li ġew osservati effetti kollaterali li jistgħu jaffettwaw is-sistema immunitarja wara esponiment għal proteini Bt u li xi proteini Bt jista' jkollhom karatteristiċi adjuvanti(22), li jfisser li dawn jistgħu jżidu l-allerġeniċità ta' proteini oħra li jidħlu f'kuntatt magħhom;
U. billi opinjoni tal-minoranza adottata minn membru tal-Bord tal-EFSA dwar l-OĠM fil-proċess tal-valutazzjoni ta' tip ieħor ta' qamħirrum ĠM derivat minn trasformazzjoni multipla u s-subkombinazzjonijiet tiegħu kkonstatat li, filwaqt li effetti mhux intenzjonati fuq is-sistema immunitarja qatt ma ġew identifikati fl-ebda applikazzjoni li fiha huma espressi proteini Bt, dawn "ma setgħux jiġu osservati mill-istudji tossikoloġiċi [...] rakkomandati attwalment u mwettqa għall-valutazzjoni tas-sikurezza ta' pjanti ĠM fl-EFSA minħabba li ma jinkludux it-testijiet xierqa għal dan l-iskop"(23);
V. billi studju reċenti juri li żieda rapida fl-użu ta' trattamenti taż-żrieragħ neonikotinojdi fl-Istati Uniti tikkoinċidi maż-żieda ta' tħawwil ta' qamħirrun Bt ĠM(24); billi l-Unjoni pprojbiet l-użu fuq barra ta' tliet neonikotinojdi, inkluż bħala kisjiet taż-żrieragħ, minħabba l-impatt tagħhom fuq in-naħal tal-għasel u dakkara oħra(25);
W. billi l-valutazzjoni tal-interazzjoni potenzjali ta' residwi tal-erbiċidi u l-metaboliti tagħhom mal-proteini Bt hija kkunsidrata li ma taqax taħt il-kompetenza tal-Bord tal-EFSA dwar l-OĠM u għalhekk ma ssirx bħala parti mill-valutazzjoni tar-riskju;
Proċess deċiżjonali mhux demokratiku
X. billi l-votazzjoni tas-16 ta' Settembru 2019 tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali msemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 ma tat ebda opinjoni, li jfisser li l-awtorizzazzjoni ma kinitx appoġġjata minn maġġoranza kwalifikata tal-Istati Membri; billi anki l-votazzjoni tal-11 ta' Ottubru 2019 tal-Kumitat tal-Appell ma tat ebda opinjoni;
Y. billi l-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-fatt li d-deċiżjonijiet dwar l-awtorizzazzjoni tal-OĠM għadhom jiġu adottati mill-Kummissjoni mingħajr maġġoranza kwalifikata tal-Istati Membri favur, li huwa verament l-eċċezzjoni għall-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti b'mod ġenerali iżda sar in-norma għat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar l-awtorizzazzjonijiet ta' ikel u għalf ĠM, huwa problematiku(26); billi l-President tal-Kummissjoni diversi drabi ddeplora din il-prattika bħala waħda li mhijiex demokratika(27);
Z. billi, fit-tmien leġiżlatura tiegħu, il-Parlament Ewropew adotta total ta' 36 riżoluzzjoni li joġġezzjonaw għat-tqegħid fis-suq tal-OĠM għall-ikel u għall-għalf (33 riżoluzzjoni) u għall-kultivazzjoni tal-OĠM fl-Unjoni (tliet riżoluzzjonijiet); billi ma kienx hemm maġġoranza kwalifikata ta' Stati Membri favur l-awtorizzazzjoni ta' kwalunkwe wieħed minn dawk l-OĠM; billi minkejja r-rikonoxximent tagħha stess tan-nuqqasijiet demokratiċi, tan-nuqqas ta' appoġġ mill-Istati Membri u tal-oġġezzjonijiet tal-Parlament, il-Kummissjoni qed tkompli tawtorizza OĠM;
AA. billi ma hija meħtieġa ebda bidla fil-liġi biex il-Kummissjoni tkun tista' ma tawtorizzax OĠM meta ma jkunx hemm maġġoranza kwalifikata ta' Stati Membri favur fil-Kumitat tal-Appell(28);
1. Iqis li l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni jisboq is-setgħat ta' implimentazzjoni previsti fir-Regolament (KE) Nru 1829/2003;
2. Iqis li l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni mhuwiex konsistenti mad-dritt tal-Unjoni, billi mhuwiex kompatibbli mal-għan tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 li, skont il-prinċipji ġenerali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(29), huwa li jipprovdi l-bażi biex, fir-rigward tal-ikel u l-għalf ĠM, jiżgura livell għoli ta' protezzjoni għall-ħajja u s-saħħa umana, is-saħħa u l-benesseri tal-annimali, u l-interessi tal-ambjent u tal-konsumaturi, filwaqt li jiżgura l-funzjonament effikaċi tas-suq intern;
3. Jitlob lill-Kummissjoni tirtira l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tagħha;
4. Itenni l-impenn tiegħu li jmexxi 'l quddiem il-ħidma fuq il-proposta tal-Kummissjoni li temenda r-Regolament (UE) Nru 182/2011; jistieden lill-Kunsill imexxi 'l quddiem il-ħidma tiegħu fir-rigward ta' dik il-proposta tal-Kummissjoni b'urġenza;
5. Jistieden lill-Kummissjoni, sadanittant, ma tibqax tawtorizza OĠM meta ma tingħata ebda opinjoni mill-Istati Membri fil-Kumitat tal-Appell, kemm għall-kultivazzjoni kif ukoll għall-ikel u l-għalf, skont l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011;
6. Jistieden lill-Kummissjoni ma tawtorizzax għelejjel ĠM tolleranti għall-erbiċidi sakemm ir-riskji għas-saħħa assoċjati mar-residwi jkunu ġew investigati b'mod komprensiv fuq bażi ta' każ b'każ, li jirrikjedi valutazzjoni sħiħa tar-residwi mill-bexx tal-għelejjel ĠM b'erbiċidi komplementari, il-metaboliti tagħhom u kwalunkwe effett kombinatorju;
7. Jistieden lill-Kummissjoni tintegra bis-sħiħ il-valutazzjoni tar-riskju tal-applikazzjoni tal-erbiċidi komplementari u r-residwi tagħhom fil-valutazzjoni tar-riskju tal-pjanti ĠM tolleranti għall-erbiċidi, irrispettivament minn jekk il-pjanta ĠM tkunx maħsuba għall-kultivazzjoni fl-Unjoni jew għall-importazzjoni fl-Unjoni biex tintuża għall-ikel u l-għalf;
8. Jistieden lill-Kummissjoni ma tawtorizzax l-importazzjoni, biex tintuża bħala ikel jew għalf, ta' kwalunkwe pjanta ĠM li saret tolleranti għal sustanza attiva erbiċida mhux awtorizzata għall-użu fl-Unjoni;
9. Jistieden lill-Kummissjoni ma tawtorizza ebda subkombinazzjoni ta' eventi ĠM derivati minn trasformazzjoni multipla sakemm dawn ma jkunux ġew evalwati bir-reqqa mill-EFSA abbażi ta' data kompleta mressqa mill-applikant;
10. Iqis, b'mod aktar speċifiku, li l-approvazzjoni ta' varjetajiet li għalihom ma ġiet ipprovduta ebda data dwar is-sikurezza, li lanqas biss ġew ittestjati, jew li lanqas biss ġew maħluqa, tmur kontra l-prinċipji tal-liġi ġenerali dwar l-ikel, kif stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 178/2002;
11. Jistieden lill-EFSA tkompli tiżviluppa u tuża b'mod sistematiku metodi li jippermettu l-identifikazzjoni tal-effetti mhux maħsuba tal-eventi ĠM derivati minn trasformazzjoni multipla, bħal fir-rigward tal-karatteristiċi adjuvanti tat-tossini Bt;
12. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tittratta l-obbligi tal-Unjoni skont ftehimiet internazzjonali, bħall-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima, il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Diversità Bijoloġika u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU, bħala "dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt tal-Unjoni" u/jew "fatturi leġittimi" skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003, u tagħtihom l-importanza li jistħoqqu, kif ukoll tikkomunika dwar kif tqiesu fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet;
13. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.
Scientific opinion on the assessment of genetically modified maize Bt11 × MIR162 × MIR604 × 1507 × 5307 × GA21 and subcombinations, for food and feed uses, under Regulation (EC) No 1829/2003 (Opinjoni xjentifika dwar il-valutazzjoni tal-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × MIR162 × MIR604 × 1507 × 5307 × GA21 u subkombinazzjonijiet għall-użu tiegħu bħala ikel u għalf, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003) (applikazzjoni EFSA‐GMO‐DE‐2011‐103), EFSA Journal 2019. 17(4):5635, https://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/pub/5635
——— Fit-tmien leġiżlatura tiegħu, il-Parlament Ewropew adotta 36 riżoluzzjoni li joġġezzjonaw għall-awtorizzazzjoni tal-OĠM. Barra minn hekk, fid-disa' leġiżlatura tiegħu, il-Parlament adotta r-riżoluzzjonijiet li ġejjin:Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ottubru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat MZHG0JG (SYN-ØØØJG-2), skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2019)0028).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ottubru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn fażola tas-sojja ġenetikament modifikata A2704-12 (ACS-GMØØ5-3) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2019)0029).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ottubru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 × 1507 × MON 88017 × 59122 × DAS-40278-9, u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina żewġ, tlieta jew erba' mill-eventi uniċi MON 89034, 1507, MON 88017, 59122 u DAS-40278-9 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2019)0030).
Scientific opinion on the assessment of genetically modified maize Bt11 × MIR162 × MIR604 × 1507 × 5307 × GA21 and subcombinations, for food and feed uses, under Regulation (EC) No 1829/2003 (Opinjoni xjentifika dwar il-valutazzjoni tal-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × MIR162 × MIR604 × 1507 × 5307 × GA21 u sottokombinazzjonijiet għall-użu tiegħu bħala ikel u għalf, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003) (applikazzjoni EFSA‐GMO‐DE‐2011‐103), EFSA Journal 2019. 17(4):5635, https://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/pub/5635
Il-kummenti tal-Istati Membri dwar il-qamħirrum ĠM derivat minn trasformazzjoni multipla jistgħu jkunu kkonsultati fir-reġistru tal-mistoqsijiet tal-EFSA: http://registerofquestions.efsa.europa.eu/roqFrontend/login?
Id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta' organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (ĠU L 106, 17.4.2001, p. 1).
Ara, pereżempju, Bonny, S., "Genetically Modified Herbicide-Tolerant Crops, Weeds, and Herbicides: Overview and Impact" (Għelejjel Ġenetikament Modifikati Tolleranti għall-Erbiċidi), Environmental Management, Jannar 2016, 57(1), p. 31-48, https://www.ncbi.nlm.nih.gov/pubmed/26296738 u Benbrook, C.M., "Impacts of genetically engineered crops on pesticide use in the U.S. – the first sixteen years" (L-impatti ta' għelejjel ġenetikament modifikati fuq l-użu tal-pestiċidi fl-Istati Uniti – l-ewwel sittax-il sena), Environmental Sciences Europe; 28 ta' Settembru 2012, Vol. 24(1), https://enveurope.springeropen.com/articles/10.1186/2190-4715-24-24
Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).
Dan huwa fil-fatt il-każ għall-glifosat, kif iddikjarat fl-EFSA Review of the existing maximum residue levels for glyphosate according to Article 12 of Regulation (EC) No 396/2005 (Rieżami tal-EFSA tal-livelli massimi ta' residwi eżistenti għall-glifosat skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005), EFSA Journal 2018;16(5):5263, p. 12, https://www.efsa.europa.eu/fr/efsajournal/pub/5263
Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1). Ara l-premessa 26.
Reasoned Opinion on the review of the existing maximum residue levels for glyphosate according to Article 12 of Regulation (EC) No 396/2005 (Opinjoni Motivata dwar ir-rieżami tal-livelli massimi ta' residwi eżistenti għall-glifosat skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005), EFSA Journal 2018; 16(5):5263, p. 4. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2018.5263
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/533 tat-28 ta' Marzu 2019 dwar programm multiannwali tal-Unjoni kkoordinat u ta' kontroll għall-2020, l-2021 u l-2022 biex tiġi żgurata l-konformità mal-livelli massimi ta' residwi ta' pestiċidi fi u fuq ikel li joriġina mill-pjanti u mill-annimali u biex jiġi vvalutat l-esponiment tal-konsumatur għalihom (ĠU L 88, 29.3.2019, p. 28).
Għal rieżami, ara Rubio-Infante, N., & Moreno-Fierros, L., "An overview of the safety and biological effects of Bacillus thuringiensis Cry toxins in mammals". Journal of Applied Toxicology, Mejju 2016, 36(5): pp. 630-648. http://onlinelibrary.wiley.com/doi/10.1002/jat.3252/full
Application EFSA-GMO-DE-2010-86 (Bt11 x3 MIR162 x3 1507 x3 GA21 maize and three sub combinations independently of their origin) Opinjoni tal-Minoranza Wal, J.M., Membru tal-Bord tal-EFSA dwar l-OĠM, EFSA Journal 2018;16(7):5309, https://efsa.onlinelibrary.wiley.com/doi/epdf/10.2903/j.efsa.2018.5309, p. 34.
"Large-Scale Deployment of Seed Treatments Has Driven Rapid Increase in Use of Neonicotinoid Insecticides and Preemptive Pest Management in U.S. Field Crops", Douglas, M.R., u Tooker, J.F., Environmental Science and Technology 2015, 49, 8, 5088-5097, data tal-pubblikazzjoni (Web): 20 ta' Marzu 2015, https://pubs.acs.org/doi/10.1021/es506141g
Ara, pereżempju, il-memorandum ta' spjegazzjoni tal-proposta leġiżlattiva tal-Kummissjoni ppreżentata fit-22 ta' April 2015 li temenda r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 rigward il-possibbiltà li l-Istati Membri jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-użu ta' ikel u għalf ĠM fit-territorju tagħhom, u l-memorandum ta' spjegazzjoni tal-proposta leġiżlattiva tal-Kummissjoni ppreżentata fl-14 ta' Frar 2017 li temenda r-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Ara, pereżempju, id-Dikjarazzjoni Inawgurali fis-sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew inkluża fil-linji gwida politiċi għall-Kummissjoni Ewropea li jmiss (Strasburgu, 15 ta' Lulju 2014), jew fid-Diskors dwar l-Istat tal-Unjoni 2016 (Strasburgu, 14 ta' Settembru 2016).
Il-Kummissjoni "tista'", u mhux "għandha", tmexxi bl-awtorizzazzjoni jekk ma jkunx hemm maġġoranza kwalifikata ta' Stati Membri favur fil-Kumitat tal-Appell, skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 (l-Artikolu 6(3)).
Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-10 ta' Diċembru 1948,
– wara li kkunsidra l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti (SDGs),
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Prevenzjoni u l-Ġlieda Kontra l-Vjolenza fuq in-Nisa u l-Vjolenza Domestika (Konvenzjoni ta' Istanbul), li nfetħet għall-iffirmar fil-11 ta' Mejju 2011,
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Protezzjoni tat-Tfal kontra l-Isfruttament u l-Abbuż Sesswali (Konvenzjoni ta' Lanzarote) tal-25 ta' Ottubru 2007,
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW) tat-18 ta' Diċembru 1979,
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal (CRC) tal-20 ta' Novembru 1989,
– wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem "il-Karta"),
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni u l-Pjattaforma ta' Azzjoni ta' Beijing adottati mir-Raba' Konferenza Dinjija dwar in-Nisa fil-15 ta' Settembru 1995 u d-dokumenti ta' eżitu sussegwenti adottati fis-sessjonijiet speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti Beijing + 5 (2005), Beijing + 15 (2010) u Beijing + 20 (2015),
– wara li kkunsidra l-Konferenza Internazzjonali dwar il-Popolazzjoni u l-Iżvilupp (ICPD) tal-1994 li kienet saret fil-Kajr u l-programm ta' azzjoni tagħha,
– wara li kkunsidra l-Gwida Teknika Internazzjonali tal-UNESCO għall-Edukazzjoni Sesswali, tal-2018,
– wara li kkunsidra l-Gwida Operazzjonali tal-2014 għall-Edukazzjoni Komprensiva dwar is-Sesswalità tal-Fond tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Popolazzjoni (UNFPA),
– wara li kkunsidra l-Istandards għall-Edukazzjoni dwar is-Sesswalità fl-Ewropa żviluppati mill-Uffiċċju Reġjonali għall-Ewropa tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) u miċ-Ċentru Federali Ġermaniż għall-Edukazzjoni tas-Saħħa,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa tal-4 ta' Diċembru 2017 bit-titolu "Women's sexual and reproductive health and rights in Europe"' (Is-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi tan-nisa fl-Ewropa),
– wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (QEDB) tal-20 ta' Ġunju 2017 fil-kawża Bayev et al. vs ir-Russja,
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2011/93/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pedopornografija(1), u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/68/ĠAI tat-22 ta' Diċembru 2003 dwar il-ġlieda kontra l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pornografija tat-tfal(2),
– wara li kkunsidra "l-istħarriġ tal-Unjoni Ewropea dwar il-persuni leżbjani, gay, bisesswali u transġeneru", ippubblikat mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) fl-2019,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Polonja, u, b'mod partikolari r-riżoluzzjoni tiegħu adottata fil-15 ta' Novembru 2017 dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt u tad-demokrazija fil-Polonja(3),
– wara li kkunsidra r-rapport ta' missjoni tal-10 ta' Lulju 2017 tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi wara l-missjoni tiegħu fil-Polonja mit-22 sal-24 ta' Mejju 2017,
– wara li kkunsidra r-rapport ta' missjoni tat-3 ta' Diċembru 2018 tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern wara li ntbagħtet delegazzjoni ad hoc fil-Polonja dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt (mid-19 sal-21 ta' Settembru 2018),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Frar 2019 dwar ir-rigressjoni attwali tad-drittijiet tan-nisa u tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-UE(4),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 132(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi fis-17 ta' Lulju 2019, inizjattiva taċ-ċittadini għal liġi li temenda l-Artikolu 200b tal-Kodiċi Penali Pollakk ġiet ippreżentata lis-Sejm permezz tal-inizjattiva "Stop Pedofilii" (Stop għall-Pedofelija);
B. billi fil-15 ta' Ottubru 2019, wara l-elezzjoni parlamentari u wara li reġgħet bdiet sessjoni parlamentari sospiża, is-Sejm iddibatta l-abbozz ta' liġi fl-ewwel qari u, permezz ta' vot fis-16 ta' Ottubru 2019, warrab proposta għar-rifjut tal-abbozz ta' liġi; billi l-kunsiderazzjoni leġiżlattiva tal-abbozz ta' liġi mistennija terġa' tibda wara s-sessjoni ta' ftuħ tas-Sejm li għadu kif ġie elett fit-12 ta' Novembru 2019;
C. billi l-iskop allegat tal-abbozz ta' liġi huwa li jemenda l-liġijiet eżistenti dwar il-prevenzjoni u t-trattament tal-pedofelija; billi l-fatt li l-għoti liż-żgħażagħ ta' edukazzjoni komprensiva dwar is-sesswalità qed jiġi allegat li jikkostitwixxi l-promozzjoni tal-pedofelija huwa sitwazzjoni allarmanti, sgwidata u ta' detriment;
D. billi d-dispożizzjonijiet il-ġodda tal-abbozz ta' liġi jiddisponu li kwalunkwe persuna li tapprova jew tippromwovi pubblikament li l-minorenni jwettqu konġunġiment karnali tiġi soġġetta għal piena ta' mhux aktar minn sentejn ħabs;
E. billi d-dispożizzjonijiet ta' hawn fuq japplikaw ukoll għall-każijiet fejn tintuża l-komunikazzjoni tal-massa biex jiġi promoss jew approvat li l-minorenni jwettqu konġunġiment karnali jew attività sesswali oħra, u fil-kuntest ta' professjonijiet relatati mal-edukazzjoni, it-trattament jew il-kura jew il-kustodja tal-minorenni, b'piena ta' mhux aktar minn tliet snin ħabs; billi saru proposti biex din il-piena tiżdied għal ħames snin;
F. billi tali dispożizzjonijiet effettivament jikkriminalizzaw l-għoti ta' edukazzjoni komprensiva dwar is-sesswalità lill-minorenni bl-iskuża tal-prevenzjoni tal-pedofelija, sitwazzjoni li jkollha impatt fuq, inter alia, l-edukaturi, l-attivisti, il-fornituri tal-kura tas-saħħa, il-psikologi, il-pubblikaturi u l-ġurnalisti u saħansitra l-ġenituri jew il-kustodji legali;
G. billi l-prinċipju kostituzzjonali tal-proporzjonalità jimplika li l-leġiżlaturi ma għandhomx id-diskrezzjoni assoluta li jistabbilixxu regoli tad-dritt kriminali u li d-dritt kriminali għandu jintuża biss bħala miżura tal-aħħar istanza, b'konformità mal-prinċipju tal-ultima ratio; billi dan l-abbozz ta' liġi jikser dak il-prinċipju;
H. billi l-Polonja rratifikat il-Konvenzjoni ta' Istanbul, il-Konvenzjoni ta' Lanzarote, is-CEDAW u s-CRC, u hija obbligata, skont id-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, tipprovdi aċċess għal edukazzjoni u informazzjoni komprensivi dwar is-sesswalità, inkluż dwar ir-riskji tal-isfruttament u l-abbuż sesswali, u tisfida l-kunċetti tal-istereotipi tas-sessi fis-soċjetà;
I. billi l-forniment ta' xi forma ta' edukazzjoni dwar is-sesswalità u s-saħħa diġà huwa mandatarju f'20 Stat Membru; billi xi Stati Membri, inkluża l-Polonja, naqsu milli jikkonformaw mal-Istandards għall-Edukazzjoni dwar is-Sesswalità fl-Ewropa żviluppati mid-WHO;
J. billi l-edukazzjoni komprensiva dwar is-sesswalità hija proċess ta' tagħlim u apprendiment ibbażat fuq il-kurrikulu dwar l-aspetti konjittivi, emozzjonali, fiżiċi u soċjali tas-sesswalità, u għandha l-għan li tarma lit-tfal u liż-żgħażagħ bl-għarfien, il-ħiliet, l-attitudnijiet u l-valuri li jagħtuhom is-setgħa biex jissalvagwardjaw is-saħħa, il-benesseri u d-dinjità tagħhom; billi l-edukazzjoni komprensiva dwar is-sesswalità tippermetti li t-tfal u ż-żgħażagħ jiżviluppaw relazzjonijiet soċjali u sesswali rispettużi filwaqt li jikkunsidraw kif l-għażliet tagħhom jaffettwaw il-benesseri tagħhom stess u dak tal-oħrajn; billi dan jippermetti wkoll li t-tfal u ż-żgħażagħ jifhmu l-protezzjoni tad-drittijiet tagħhom matul ħajjithom kollha u jiżgurawhom;
K. billi l-għoti ta' edukazzjoni komprensiva dwar is-sesswalità huwa wieħed mill-istrumenti ewlenin biex jitwettqu għalkollox l-impenji tal-25 anniversarju tal-Konferenza Internazzjonali dwar il-Popolazzjoni u l-Iżvilupp (ICPD25), jiġifieri żero każijiet li fihom ma tkunx ġiet issodisfata l-ħtieġa ta' ppjanar tal-familja, żero mwiet materni prevenibbli, żero vjolenza sessista u żero prattiki dannużi kontra n-nisa, il-bniet u ż-żgħażagħ;
L. billi, skont il-Karta, il-KEDB u l-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, is-saħħa sesswali u riproduttiva tan-nisa hija relatata ma' diversi drittijiet tal-bniedem, inklużi d-dritt għall-ħajja u għad-dinjità, il-libertà mit-trattament inuman u degradanti, id-dritt ta' aċċess għall-kura tas-saħħa, id-dritt għall-privatezza, id-dritt għall-edukazzjoni u l-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni, kif huwa rifless ukoll fil-Kostituzzjoni Pollakka;
M. billi l-abbozz ta' liġi jista' jitqies tentattiv ieħor biex jiġu limitati d-drittijiet sesswali u riproduttivi fil-Polonja f'dawn l-aħħar snin; billi t-tentattiv biex ikompli jiġi limitat id-dritt għall-abort twaqqaf fl-2018 bħala riżultat tal-oppożizzjoni tal-massa minn ċittadini Pollakki kif espress fil- mixjiet tal-'Jum il-Ġimgħa l-Iswed";
N. billi l-QEDB indikat li fi kwistjonijiet sensittivi, bħal waqt id-diskussjoni pubblika fuq l-edukazzjoni dwar is-sesswalità, li fihom il-fehmiet tal-ġenituri, il-politiki edukattivi u d-dritt tal-partijiet terzi għal-libertà tal-espressjoni jridu jkunu bbilanċjati, l-awtoritajiet ma għandhom l-ebda għażla ħlief li jirrikorru għall-kriterji tal-oġġettività, il-pluraliżmu, il-preċiżjoni xjentifika u, fl-aħħar mill-aħħar, l-utilità ta' tip partikolari ta' informazzjoni għall-udjenza żagħżugħa;
O. billi ħafna tfal u adolexxenti qed jieħdu l-ewwel tgħalim tagħhom dwar ir-relazzjonijiet intimi mill-pornografija, speċjalment online, u mill-messaġġi konfliġġenti tal-pari tagħhom; billi f'dan il-kuntest, l-edukazzjoni dwar is-sesswalità ssir saħansitra aktar essenzjali sabiex jiġu fornuti l-għodod meħtieġa biex iż-żgħażagħ ikunu jistgħu jinnavigaw b'mod sikur l-internet u l-midja soċjali u biex ma jisfgħux vittmi ta' grooming online, biex ikunu jistgħu jagħmlu sens mill-kontenut li jaraw, u jidentifikaw l-informazzjoni bbażata fuq il-fatti u l-preżenza tal-istereotipi tas-sessi u s-sessiżmu;
P. billi l-minorenni jistgħu jħabbtu wiċċhom ma' ostakli biex ikollhom aċċess għall-kontraċezzjoni, bħalma huma liġijiet u politiki restrittivi dwar il-forniment ta' kontraċettivi, flimkien ma' nuqqas ta' għarfien; billi anke meta l-adolexxenti jkunu jistgħu jiksbu l-kontraċettivi, jista' jkun li huma jinżammu milli jagħmlu dan minħabba l-istigma marbuta mal-attività sesswali barra miż-żwieġ u/jew l-użu tal-kontraċezzjoni, il-biża' tal-effetti sekondarji, jew in-nuqqas ta' għarfien dwar l-użu korrett tal-kontraċettivi; billi skont il-liġi Pollakka dwar l-età tal-kunsens, l-adolexxenti ta' 'l fuq minn 15-il sena huma legalment kompetenti li jagħtu l-kunsens tagħhom għal atti sesswali; billi huma xorta jeħtieġu l-kunsens tal-kustodju tagħhom sabiex jirċievu riċetta għall-kontraċettivi;
Q. billi l-vjolenza sesswali hija mifruxa ħafna u taffettwa lill-minorenni b'mod partikolari, u għandha tinqered; billi t-tqala fost l-adolexxenti għadha kwistjoni soċjali ewlenija u tista' tikkontribwixxi għall-mortalità materna u tat-tfal; billi l-edukazzjoni komprensiva dwar is-sesswalità tgħin biex jiżżarmaw l-istereotipi tas-sessi u biex tiġi prevenuta l-vjolenza sessista;
1. Ifakkar li s-saħħa sesswali hija fundamentali għas-saħħa u l-benesseri ġenerali tal-individwi, il-koppji u l-familji, l-istess kif inhi għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku tal-komunitajiet u l-pajjiżi, u li l-aċċess għas-saħħa, inkluża s-saħħa sesswali u riproduttiva, huwa dritt tal-bniedem;
2. Jesprimi t-tħassib profond tiegħu dwar id-dispożizzjonijiet estremament vagi, wiesgħa u sproporzjonati fl-abbozz ta' liġi, li de facto jfittex li jikkriminalizza t-tixrid tal-edukazzjoni dwar is-sesswalità għall-minorenni u li l-kamp ta' applikazzjoni tiegħu huwa potenzjalment ta' theddida għall-persuni kollha u b'mod partikolari għall-edukaturi fil-qasam tas-sesswalità, inklużi l-għalliema, il-fornituri tal-kura tas-saħħa, l-awturi, il-pubblikaturi, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, il-ġurnalisti u l-ġenituri jew il-kustodji legali, b'massimu ta' tliet snin ħabs għat-tagħlim dwar is-sesswalità tal-bniedem, is-saħħa u r-relazzjonijiet intimi; għadu mħasseb li dan l-abbozz ta' liġi se jkollu effett dissważiv fuq l-edukaturi u li wieħed mill-ostakli ewlenin għall-edukazzjoni dwar is-sesswalità huwa l-fatt li l-edukaturi ma jkunux appoġġati;
3. Itenni bil-qawwa li l-aċċess għal informazzjoni komprensiva dwar is-sess u s-sesswalità adattata skont l-età u l-aċċess għall-kura tas-saħħa sesswali u riproduttiva, inklużi l-edukazzjoni dwar is-sesswalità, l-ippjanar tal-familja, il-metodi ta' kontraċezzjoni u l-abort sikur u legali, huma essenzjali għall-ħolqien ta' approċċ pożittiv u rispettuż lejn is-sesswalità u r-relazzjonijiet sesswali, flimkien mal-possibbiltà ta' esperjenzi sesswali sikuri, mingħajr koerċizzjoni, diskriminazzjoni u vjolenza; iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha jintroduċu edukazzjoni komprensiva dwar is-sesswalità u r-relazzjonijiet adattata skont l-età għaż-żgħażagħ fl-iskejjel;
4. Ifakkar li edukazzjoni bħal din hija parti neċessarja mill-kurrikulu skolastiku ħalli jiġu ssodisfati l-istandards tad-WHO biex l-Ewropa teduka u tipproteġi liż-żgħażagħ; jafferma li tali edukazzjoni għandha tinkludi suġġetti bħall-orjentazzjoni sesswali u l-identità tal-ġeneru, l-espressjoni sesswali, ir-relazzjonijiet u l-kunsens affermattiv, u informazzjoni dwar eżiti negattivi jew kundizzjonijiet bħall-infezzjonijiet trażmessi sesswalment (STIs) u l-HIV, it-tqala mhux intenzjonata, il-vjolenza sesswali u l-prattiki li jagħmlu l-ħsara bħalma huma l-grooming u l-mutilazzjoni ġenitali femminili;
5. Ifakkar li l-edukazzjoni, minbarra li hija dritt fundamentali fiha nfisha, hija prekundizzjoni għat-tgawdija ta' drittijiet u libertajiet fundamentali oħra kif garantiti skont il-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), mill-Kostituzzjoni Pollakka u mill-Karta; jenfasizza li minflok ma jipproteġi liż-żgħażagħ, in-nuqqas ta' informazzjoni u edukazzjoni dwar is-sess u s-sesswalità jqiegħed f'riskju s-sikurezza u l-benesseri taż-żgħażagħ peress li jħallihom aktar vulnerabbli u inqas armati biex jidentifikaw l-isfruttament sesswali, l-abbuż u l-vjolenza, inklużi l-vjolenza domestika u l-forom online ta' abbuż bħall-vjolenza ċibernetika, il-fastidju online u l-pornografija b'vendetta; jemmen li l-edukazzjoni komprensiva dwar is-sesswalità għandha wkoll impatt pożittiv fuq l-eżiti tal-ugwaljanza bejn is-sessi, inkluż billi tittrasforma n-normi dannużi tas-sessi u tal-attitudnijiet lejn il-vjolenza sessista, tgħin biex jiġu prevenuti l-vjolenza bejn is-sħab intimi u l-koerċizzjoni sesswali, tikser is-silenzju li hemm madwar il-vjolenza sesswali, l-isfruttament sesswali jew l-abbuż, u tagħti s-setgħa liż-żgħażagħ ifittxu l-għajnuna;
6. Jenfasizza l-importanza tal-edukazzjoni dwar is-saħħa u s-sesswalità, b'mod partikolari għall-bniet u ż-żgħażagħ LGBTI, li huma partikolarment milquta minn normi inġusti tas-sessi; jenfasizza li tali edukazzjoni trid tinkludi t-tagħlim taż-żgħażagħ dwar ir-relazzjonijiet abbażi tal-ugwaljanza bejn is-sessi, il-kunsens u r-rispett reċiproku bħala mod kif jiġu prevenuti u miġġielda l-istereotipi tas-sessi, l-omofobija, it-transfobija u l-vjolenza sessista; jinnota li l-edukazzjoni dwar is-sesswalità ma twassalx għal attività sesswali aktar bikrija;
7. Ifakkar li l-Artikolu 23 tad-Direttiva 2011/93/UE jistieden lill-Istati Membri, inkluża l-Polonja, jieħdu l-miżuri xierqa mal-organizzazzjonijiet rilevanti tas-soċjetà ċivili sabiex joħolqu sensibilizzazzjoni u jnaqqsu r-riskju li t-tfal jisfgħu vittmi ta' abbuż sesswali jew ta' sfruttament sesswali;
8. Jirrikonoxxi r-rwol importanti tas-soċjetà ċivili fil-forniment tal-edukazzjoni dwar is-sesswalità; jitlob li jkun hemm finanzjament adegwat disponibbli għall-organizzazzjonijiet ikkonċernati permezz ta' strumenti ta' finanzjament differenti fil-livell tal-UE, bħall-programm Drittijiet u Valuri tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021 – 2027, u proġetti pilota oħra tal-UE li jista' jkollhom impatt f'dan il-qasam;
9. Jikkundanna l-iżviluppi li seħħew dan l-aħħar fil-Polonja li kienu maħsuba biex jagħtu informazzjoni ħażina, jistigmatizzaw u jipprojbixxu l-edukazzjoni dwar is-sesswalità, u b'mod partikolari l-kontenut aħrax, mhux xieraq u żbaljat tal-ġustifikazzjoni li għaliha jiddisponi l-abbozz ta' liġi; jistieden lill-Parlament Pollakk iżomm lura milli jadotta l-abbozz ta' liġi propost u jistiednu wkoll jiżgura li ż-żgħażagħ ikollhom aċċess għal edukazzjoni komprensiva dwar is-sesswalità u li dawk li jipprovdu tali edukazzjoni u informazzjoni jiġu appoġġati biex jagħmlu dan b'mod fattwali u oġġettiv;
10. Jistieden lill-Kunsill jindirizza din il-kwistjoni u allegazzjonijiet oħra ta' ksur tad-drittijiet fundamentali fil-Polonja fil-kuntest tas-seduti ta' smigħ tiegħu li qed isiru bħalissa dwar is-sitwazzjoni fil-Polonja, b'konformità mal-Artikolu 7(1) tat-TUE;
11. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni u lill-Kunsill, kif ukoll lill-President, lill-Gvern u lill-Parlament tal-Polonja u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.