Indiċi 
Testi adottati
It-Tlieta, 17 ta' Diċembru 2019 - Strasburgu
Assistenza makrofinanzjarja lill-Ġordan ***I
 Ftehim UE-Żvizzera dwar it-titjib fil-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali ***
 Ftehim UE-Liechtenstein dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali ***
 Protokoll għal mal-Ftehim UE-Żvizzera li jikkonċerna l-kriterji u l-mekkaniżmi biex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli biex jeżamina talba għall-ażil ippreżentata fi Stat Membru jew fl-Iżvizzera rigward l-aċċess għall-Eurodac għall-finijiet ta' infurzar tal-liġi ***
 L-adeżjoni tal-Gżejjer Solomon mal-Ftehim Interim ta' Sħubija bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Istati tal-Paċifiku, min-naħa l-oħra ***
 Rekwiżiti għall-fornituri tas-servizzi ta' pagament *
 Miżuri biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni amministrattiva għall-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT *
 L-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea ("Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Extra-Ewropea") *
 Ħatra ta' Membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew
 Ħatra ta' Membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew

Assistenza makrofinanzjarja lill-Ġordan ***I
PDF 134kWORD 42k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2019 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprevedi aktar assistenza makrofinanzjarja lir-Renju Ħaxemita tal-Ġordan (COM(2019)0411 – C9-0116/2019 – 2019/0192(COD))
P9_TA(2019)0085A9-0045/2019

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2019)0411),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 212(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0116/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill adottata flimkien mad-Deċiżjoni Nru 778/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Awwissu 2013 li tipprovdi assistenza makro-finanzjarja ulterjuri lill-Ġeorġja(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-ittri tal-Kumitat għall-Baġits u tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A9-0045/2019),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-17 ta' Diċembru 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni (UE) 2020/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprevedi aktar assistenza makrofinanzjarja lir-Renju Ħaxemita tal-Ġordan

P9_TC1-COD(2019)0192


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, d-Deċiżjoni (UE) 2020/33.)

(1) ĠU L 218, 14.8.2013, p. 15.


Ftehim UE-Żvizzera dwar it-titjib fil-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali ***
PDF 124kWORD 41k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI dwar it-titjib fil-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI dwar it-titjib fil-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali, u l-Anness tagħha, u tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/905/ĠAI dwar l-akkreditazzjoni ta' fornituri ta' servizzi forensiċi li jwettqu attivitajiet tal-laboratorju (08730/2019 – C9-0018/2019 – 2019/0013(NLE))
P9_TA(2019)0086A9-0043/2019

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (08730/2019),

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali, u l-Anness tagħha, u tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/905/ĠAI dwar l-akkreditament tal-fornituri ta' servizzi forensiċi li jwettqu attivitajiet tal-laboratorji (08744/2019 u 10510/2019),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 82(1), it-tieni subparagrafu, punt (d) u l-Artikolu 87(2), punt (a), flimkien mal-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9-0018/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4) u l-Artikolu 114(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A9-0043/2019),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Konfederazzjoni Żvizzera.


Ftehim UE-Liechtenstein dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali ***
PDF 124kWORD 41k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali, u l-Anness tagħha, u tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/905/ĠAI dwar l-akkreditazzjoni ta' fornituri ta' servizzi forensiċi li jwettqu attivitajiet tal-laboratorji (08732/2019 – C9-0019/2019 – 2019/0012(NLE))
P9_TA(2019)0087A9-0044/2019

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (08732/2019),

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali, u l-Anness tagħha, u tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/905/ĠAI dwar l-akkreditament tal-fornituri ta' servizzi forensiċi li jwettqu attivitajiet tal-laboratorji (08750/2019 u 10513/2019),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 82(1), it-tieni subparagrafu, punt (d) u l-Artikolu 87(2), punt (a), flimkien mal-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9-0019/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4) u l-Artikolu 114(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A9-0044/2019),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Prinċipat tal-Liechtenstein.


Protokoll għal mal-Ftehim UE-Żvizzera li jikkonċerna l-kriterji u l-mekkaniżmi biex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli biex jeżamina talba għall-ażil ippreżentata fi Stat Membru jew fl-Iżvizzera rigward l-aċċess għall-Eurodac għall-finijiet ta' infurzar tal-liġi ***
PDF 124kWORD 42k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi biex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli għall-eżami ta' talba għall-ażil magħmula fi Stat Membru jew fl-Iżvizzera fir-rigward ta' aċċess fil-Eurodac għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi (15783/2018 – C9-0025/2019 – 2018/0418(NLE))
P9_TA(2019)0088A9-0025/2019

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (15783/2018),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi biex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli għall-eżami ta' talba għall-ażil magħmula fi Stat Membru jew fl-Iżvizzera fir-rigward ta' aċċess fil-Eurodac għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi (15781/2018),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 87(2), punt (a), l-Artikolu 88(2) l-ewwel subparagrafu, punt (a) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9-0025/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4) u l-Artikolu 114(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A9-0025/2019),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-protokoll;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Konfederazzjoni Żvizzera u tal-Prinċipat tal-Liechtenstein.


L-adeżjoni tal-Gżejjer Solomon mal-Ftehim Interim ta' Sħubija bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Istati tal-Paċifiku, min-naħa l-oħra ***
PDF 122kWORD 41k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-adeżjoni tal-Gżejjer Solomon mal-Ftehim Interim ta' Sħubija bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Istati tal-Paċifiku, min-naħa l-oħra (09405/2019 – C9-0010/2019 – 2019/0099(NLE))
P9_TA(2019)0089A9-0050/2019

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (09405/2019),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 207(3), l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu, u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9-0010/2019),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' Ottubru 2016 dwar il-futur tar-relazzjonijiet AKP-UE wara l-2020(1),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Jannar 2011 dwar il-Ftehim Interim ta' Sħubija bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Istati tal-Paċifiku, min-naħa l-oħra(2),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmata f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000 (il-Ftehim ta' Cotonou),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4) u l-Artikolu 114(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A9-0050/2019),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-adeżjoni tal-Gżejjer Solomon mal-Ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Gżejjer Solomon.

(1) ĠU C 215, 19.6.2018, p. 2.
(2) ĠU C 136E, 11.5.2012, p. 19.


Rekwiżiti għall-fornituri tas-servizzi ta' pagament *
PDF 172kWORD 48k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2019 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE rigward l-introduzzjoni ta' ċerti rekwiżiti għall-fornituri tas-servizzi ta' pagament (COM(2018)0812 – C8-0015/2019 – 2018/0412(CNS))
P9_TA(2019)0090A9-0048/2019

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2018)0812),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C8-0015/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 82 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9-0048/2019),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal direttiva
Premessa 2a (ġdida)
(2a)  Skont ir-Rapport Finali tal-2019 imħejji għall-Kummissjoni fil-kuntest tal-Istudju u r-Rapporti dwar id-Diskrepanza tal-VAT fit-28 Stat Membru tal-EU ("Study and Reports on the VAT Gap in the EU-28 Member States")44a, fl-2017 id-diskrepanza tal-VAT, jiġifieri d-differenza bejn id-dħul mistenni mill-VAT u l-ammont effettivament miġbur, fl-Unjoni ammontat għal EUR 137,5 biljun, u dan jirrappreżenta EUR 267 ta' dħul mitluf għal kull persuna fl-Unjoni. Madankollu, hemm differenzi kbar bejn l-Istati Membri, fejn id-diskrepanzi tal-VAT ivarjaw minn inqas minn 0,7 % tad-dħul totali mistenni f'xi Stati Membri għal 35,5 % f'oħrajn. Dak jenfasizza l-bżonn ta' aktar kooperazzjoni transnazzjonali biex tiġi miġġielda aħjar il-frodi tal-VAT fil-kummerċ elettroniku b'mod partikolari, kif ukoll il-frodi tal-VAT b'mod aktar ġenerali (inkluża l-frodi karusell).
_________________
44a   Disponibbli fuq https://ec.europa.eu/taxation_customs/sites/taxation/files/vat-gap-full-report-2019_en.pdf.
Emenda 2
Proposta għal direttiva
Premessa 2b (ġdida)
(2b)  L-istrateġija biex tiġi miġġielda l-frodi tal-VAT jenħtieġ li tevolvi b'mod parallel mal-modernizzazzjoni u d-diġitalizzazzjoni dejjem jiżdiedu tal-ekonomija tagħna filwaqt li s-sistema tal-VAT tiġi semplifikata kemm jista' jkun għan-negozji u ċ-ċittadini. Għalhekk huwa partikolarment importanti li l-Istati Membri jkomplu jinvestu fil-ġbir tat-taxxi mmexxi mit-teknoloġija, b'mod partikolari billi cash registers korporattivi u sistemi ta' bejgħ jintrabtu awtomatikament mad-dikjarazzjoni tal-VAT. Barra minn hekk, l-awtoritajiet tat-taxxa jenħtieġ li jkomplu bl-isforzi tagħhom lejn skambju tal-aħjar prattiki u kooperazzjoni msaħħa, inkluż permezz tas-Summit tal-UE tal-Amministrazzjoni tat-Taxxa (TADEUS), netwerk ta' kapijiet tal-amministrazzjonijiet tat-taxxa tal-Istati Membri li jfittex li jikseb koordinazzjoni aħjar bejn l-amministrazzjonijiet tat-taxxa f'livell strateġiku. F'dak ir-rigward, l-awtoritajiet tat-taxxa jenħtieġ li jaħdmu lejn komunikazzjoni u interoperabilità effettivi bejn il-bażijiet ta' data kollha dwar kwistjonijiet fiskali fil-livell tal-Unjoni. It-teknoloġija blockchain tista' tintuża wkoll biex tiġi protetta aħjar id-data personali u jittejjeb l-iskambju ta' informazzjoni online bejn l-awtoritajiet tat-taxxa.
Emenda 3
Proposta għal direttiva
Premessa 3a (ġdida)
(3a)  Fil-preżent, peress li l-pagamenti permezz ta' pjattaformi ta' skambju ta' muniti virtwali huma eżegwiti biss f'numru limitat ta' każijiet, tali pjattaformi mhumiex meqjusa bħala fornituri ta' servizzi ta' pagament kif definit fid-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a. Madankollu, ir-riskju ta' frodi tal-VAT, għalkemm attwalment limitat, jeżisti. Il-Kummissjoni għalhekk jenħtieġ li tevalwa fi żmien tliet snin jekk il-pjattaformi ta' skambju ta' muniti virtwali għandhomx jiġu inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.
_______________
1a   Id-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar is-servizzi ta' pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 35).
Emenda 4
Proposta għal direttiva
Premessa 7
(7)  Skont ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill46, importanti li l-obbligu fuq fornitur tas-servizz ta' pagament li jżomm u jipprovdi informazzjoni dwar tranżazzjoni ta' pagament transfruntier jenħtieġ li jkun proporzjonat u jkun jinkludi biss dak li huwa meħtieġ għall-Istati Membri biex jiġġieldu kontra l-frodi tal-VAT fil-kummerċ elettroniku. Barra minn hekk, l-unika informazzjoni li jenħtieġ li tinżamm dwar il-pagatur hija dik dwar fejn jinsab il-pagatur. Fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-benefiċjarju u t-tranżazzjoni ta' pagament nnifisha, jenħtieġ li l-fornituri tas-servizzi ta' pagament jintalbu jżommu u jittrażmettu biss – lill-awtoritajiet tat-taxxa – l-informazzjoni li dawn jeħtieġu biex jidentifikaw frodaturi possibbli u biex iwettqu kontrolli tal-VAT. Għalhekk, jenħtieġ li l-fornituri tas-servizzi ta' pagament jintalbu jżommu rekords ta' tranżazzjonijiet ta' pagament transfruntiera li x'aktarx jindikaw attivitajiet ekonomiċi. L-introduzzjoni ta' limitu massimu bbażat fuq l-għadd ta' pagamenti riċevuti minn benefiċjarju matul perjodu ta' tliet xhur kalendarji tagħti indikazzjoni affidabbli li dawk il-pagamenti jkunu ġew riċevuti bħala parti minn attività ekonomika u b'hekk jiġu esklużi l-pagamenti għal raġunijiet mhux kummerċjali. Meta jintlaħaq dan il-limitu massimu, jiskatta l-obbligu tal-kontabilità tal-fornitur tas-servizz ta' pagament.
(7)  Skont ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill46, importanti li l-obbligu fuq fornitur tas-servizz ta' pagament li jżomm u jipprovdi informazzjoni dwar tranżazzjoni ta' pagament transfruntier jenħtieġ li jkun proporzjonat u jkun jinkludi biss dak li huwa meħtieġ għall-Istati Membri biex jiġġieldu kontra l-frodi tal-VAT fil-kummerċ elettroniku. Barra minn hekk, l-unika informazzjoni li jenħtieġ li tinżamm dwar il-pagatur hija dik dwar fejn jinsab il-pagatur. Fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-benefiċjarju u t-tranżazzjoni ta' pagament innifisha, jenħtieġ li l-fornituri tas-servizzi ta' pagament jintalbu jżommu u jittrażmettu biss – lill-awtoritajiet tat-taxxa – l-informazzjoni li dawn jeħtieġu biex jidentifikaw frodaturi possibbli u biex iwettqu kontrolli tal-VAT. Għalhekk, jenħtieġ li l-fornituri tas-servizzi ta' pagament jintalbu jżommu rekords ta' tranżazzjonijiet ta' pagament transfruntiera li x'aktarx jindikaw attivitajiet ekonomiċi. L-introduzzjoni ta' limitu massimu bbażat fuq l-għadd ta' pagamenti riċevuti minn benefiċjarju matul perjodu ta' tliet xhur kalendarji jew fuq ammont minimu għal kull pagament tagħti indikazzjoni affidabbli li dawk il-pagamenti jkunu ġew riċevuti bħala parti minn attività ekonomika u b'hekk jiġu esklużi l-pagamenti magħmula għal raġunijiet mhux kummerċjali. Meta jintlaħaq dan il-limitu massimu, jiskatta l-obbligu tal-kontabilità tal-fornitur tas-servizz ta' pagament.
_________________
_________________
46 Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
46 Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
Emenda 5
Proposta għal direttiva
Premessa 8
(8)  Minħabba l-volum sinifikanti ta' informazzjoni u s-sensittività tagħha f'termini ta' protezzjoni tad-data personali, huwa meħtieġ u proporzjonat li l-fornituri tas-servizzi ta' pagament iżommu rekords tal-informazzjoni dwar it-tranżazzjonijiet ta' pagament transfruntiera għal perjodu ta' sentejn sabiex jassistu lill-Istati Membri biex jiġġieldu kontra l-frodi tal-VAT fil-kummerċ elettroniku u biex jidentifikaw il-frodaturi. Dan il-perjodu jikkostitwixxi l-minimu meħtieġ għall-Istati Membri biex iwettqu l-kontrolli b'mod effettiv u biex jinvestigaw is-suspetti ta' frodi tal-VAT jew biex jidentifikaw il-frodi tal-VAT.
(8)  Minħabba l-volum sinifikanti ta' informazzjoni u s-sensittività tagħha f'termini ta' protezzjoni tad-data personali, huwa meħtieġ u proporzjonat li l-fornituri tas-servizzi ta' pagament iżommu rekords tal-informazzjoni dwar it-tranżazzjonijiet ta' pagament transfruntiera għal perjodu ta' tliet snin sabiex jassistu lill-Istati Membri biex jiġġieldu kontra l-frodi tal-VAT fil-kummerċ elettroniku u biex jidentifikaw il-frodaturi. Dan il-perjodu jikkostitwixxi l-minimu meħtieġ għall-Istati Membri biex iwettqu l-kontrolli b'mod effettiv u biex jinvestigaw is-suspetti ta' frodi tal-VAT jew biex jidentifikaw il-frodi tal-VAT.
Emenda 6
Proposta għal direttiva
Premessa 8a (ġdida)
(8a)   Jenħtieġ li jkun hemm obbligu ta' rapportar u żamma tar-rekords anke meta fornitur ta' servizzi ta' pagament jirċievi fondi jew jaċċetta tranżazzjonijiet ta' pagament f'isem il-benefiċjarju u mhux biss meta fornitur ta' servizzi ta' pagament jittrasferixxi fondi jew joħroġ strumenti ta' pagament għall-pagatur.
Emenda 7
Proposta għal direttiva
Premessa 8b (ġdida)
(8b)   Jeħtieġ jiġi adottat mandat ambizzjuż għall-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) b'kollaborazzjoni mal-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali sabiex tiġi żgurata prosekuzzjoni effiċjenti fil-konfront tal-frodaturi quddiem il-qrati nazzjonali. Jenħtieġ li tittieħed azzjoni legali kontra l-frodi transfruntiera organizzata tal-VAT u l-frodaturi jiġu kkastigati.
Emenda 8
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b
Direttiva 2006/112/KE
Artikolu 243b – paragrafu 2 – punt b
(b)  fir-rigward tat-trasferiment ta' fondi msemmi fil-punt (a), meta fornitur tas-servizzi ta' pagament jeżegwixxi aktar minn 25 tranżazzjoni ta' pagament lill-istess benefiċjarju matul perjodu ta' tliet xhur kalendarji.
(b)  fir-rigward tat-trasferiment ta' fondi msemmi fil-punt (a), meta fornitur tas-servizzi ta' pagament jeżegwixxi aktar minn 25 tranżazzjoni ta' pagament lill-istess benefiċjarju matul perjodu ta' tliet xhur kalendarji jew jeżegwixxi trasferiment ta' fondi li jkollu valur monetarju ta' mill-inqas EUR 2 500 fi tranżazzjoni ta' pagament unika.
Emenda 9
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b
Direttiva 2006/112/KE
Artikolu 243b – paragrafu 3 – punt a
(a)  jinżammu mill-fornitur tas-servizzi ta' pagament f'format elettroniku għal perjodu ta' sentejn minn tmiem is-sena li fiha tkun ġiet eżegwita t-tranżazzjoni ta' pagament;
(a)  jinżammu mill-fornitur tas-servizzi ta' pagament f'format elettroniku għal perjodu ta' tliet snin minn tmiem is-sena li fiha tkun ġiet eżegwita t-tranżazzjoni ta' pagament;
Emenda 10
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b
Direttiva 2006/112/KE
Artikolu 243c – paragrafu 1 – punt a
(a)  l-IBAN tal-kont ta' pagament tal-pagatur;
(a)  l-IBAN tal-kont ta' pagament tal-pagatur jew kwalunkwe identifikatur ieħor li jidentifika l-pagatur u fejn jinsab il-pagatur mingħajr ambigwità;
Emenda 11
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b
Direttiva 2006/112/KE
Artikolu 243d – paragrafu 1 – punt h
(h)  kull rifużjoni ta' pagament eżegwita għat-tranżazzjonijiet ta' pagament imsemmija fil-punt (g);
(h)  kull rifużjoni ta' pagament eżegwita għat-tranżazzjonijiet ta' pagament imsemmija fil-punt (g), jekk disponibbli;
Emenda 12
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 - paragrafu 1 - punt 1a (ġdid)
Direttiva 2006/112/KE
Titolu XV – Kapitolu 2a – Artikolu 410c (ġdid)
(1a)  Fil-Kapitolu 2a tat-Titolu XV, jiddaħħal l-Artikolu li ġej:
''Artikolu 410c
Sal-31 ta' Diċembru 2022, il-Kummissjoni għandha, abbażi ta' informazzjoni miksuba mill-Istati Membri, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar it-tħaddim tat-Taqsima 2a tal-Kapitolu 4 tat-Titolu XI, b'mod partikolari fir-rigward tal-ħtieġa li jiġu inklużi pjattaformi ta' skambju ta' muniti virtwali fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dik it-Taqsima. Dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, fejn xieraq, bi proposta leġiżlattiva.''
Emenda 13
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2021, l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Dawn għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-testi ta' dawk id-dispożizzjonijiet.
Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2023, l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Dawn għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-testi ta' dawk id-dispożizzjonijiet.
Emenda 14
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
Dawn għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Jannar 2022.
Dawn għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Jannar 2024.

Miżuri biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni amministrattiva għall-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT *
PDF 184kWORD 52k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 904/2010 dwar miżuri biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni amministrattiva għall-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT (COM(2018)0813 – C8-0016/2019 – 2018/0413(CNS))
P9_TA(2019)0091A9-0047/2019

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2018)0813),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0016/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 82 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9-0047/2019),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 2a (ġdida)
(2a)   Skont ir-Rapport Finali tal-2019 imħejji għall-Kummissjoni fil-kuntest tal-"Istudy and Reports on the VAT Gap in the EU-28 Member States" (Studju u r-Rapporti dwar id-Diskrepanza tal-VAT fit-28 Stat Membru tal-EU)3a, id-diskrepanza tal-VAT fl-Unjoni, jiġifieri d-differenza bejn id-dħul mistenni mill-VAT u l-ammont miġbur, kienet tammonta għal EUR 137,5 biljun fl-2017, li jfisser telf ta' 11,2 % tad-dħul kollu mistenni mill-VAT, u EUR 267 ta' dħul mitluf għal kull persuna fl-Unjoni. Madankollu hemm differenzi kbar bejn Stat Membru u ieħor, u d-diskrepanzi tal-VAT ivarjaw minn 0,6 % għal 35,5 %. Dan jenfasizza l-bżonn ta' aktar kooperazzjoni transnazzjonali biex tiġi miġġielda aħjar il-frodi tal-VAT fil-kummerċ elettroniku b'mod partikolari, kif ukoll il-frodi tal-VAT b'mod aktar ġenerali (inkluża l-frodi karusell).
_________________
3a Disponibbli fuq https://ec.europa.eu/taxation_customs/sites/taxation/files/vat-gap-full-report-2019_en.pdf.
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 2b (ġdida)
(2b)   Il-frodi tal-VAT ħafna drabi hija marbuta mal-kriminalità organizzata, u għadd żgħir ħafna ta' dawn in-netwerks organizzati jista' jkun responsabbli għal biljuni ta' euro fi frodi transfruntiera tal-VAT, li tolqot mhux biss il-ġbir tad-dħul fl-Istati Membri iżda għandha wkoll impatt negattiv fuq ir-riżorsi proprji tal-Unjoni. Jeħtieġ għalhekk li jiġi adottat mandat ambizzjuż għall-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) b'kollaborazzjoni mal-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali sabiex tiġi żgurata prosekuzzjoni effiċjenti fil-konfront tal-frodaturi quddiem il-qrati nazzjonali. Jenħtieġ li tittieħed azzjoni legali kontra l-frodi transfruntiera organizzata tal-VAT u l-frodisti jiġu ppenalizzati.
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 2c (ġdida)
(2c)  Jenħtieġ li l-istrateġija għall-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT tevolvi b'mod parallel mal-modernizzazzjoni u d-diġitalizzazzjoni dejjem jiżdiedu tal-ekonomija filwaqt li s-sistema tal-VAT tiġi semplifikata kemm jista' jkun għan-negozji u ċ-ċittadini. Għalhekk huwa partikolarment importanti li l-Istati Membri jkomplu jinvestu fil-ġbir tat-taxxi mmexxi mit-teknoloġija, notevolment billi cash registers korporattivi u sistemi ta' bejgħ jintrabtu awtomatikament mad-dikjarazzjoni tal-VAT. Barra minn hekk, l-awtoritajiet tat-taxxa jenħtieġ li jkomplu bl-isforzi tagħhom lejn kooperazzjoni msaħħa u skambju tal-aħjar prattiki, inkluż permezz tas-Summit tal-UE tal-Amministrazzjoni tat-Taxxa (TADEUS), netwerk ta' kapijiet tal-amministrazzjonijiet tat-taxxa tal-Istati Membri li jfittex li jikseb koordinazzjoni aħjar bejn l-amministrazzjonijiet tat-taxxa fil-livell strateġiku. F'dak ir-rigward, jenħtieġ li l-awtoritajiet tat-taxxa jaħdmu lejn komunikazzjoni u interoperabbiltà effettivi bejn il-bażijiet ta' data kollha dwar kwistjonijiet fiskali fil-livell tal-Unjoni. It-teknoloġija blockchain tista' tintuża wkoll biex tiġi protetta aħjar id-data personali u jittejjeb l-iskambju ta' informazzjoni online bejn l-awtoritajiet tat-taxxa.
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 8
(8)  Sistema ta' informazzjoni elettronika ċentrali ''CESOP'' fejn l-Istati Membri jittrażmettu informazzjoni dwar il-pagamenti li huma jaħżnu fil-livell nazzjonali, tilħaq l-għan tal-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT fil-kummerċ elettroniku b'mod aktar effettiv. Jenħtieġ li din is-sistema tiġbor, fir-rigward ta' prendituri individwali, l-informazzjoni kollha rilevanti dwar il-VAT rigward it-tranżazzjonijiet ta' pagamenti trażmessi mill-Istati Membri u jenħtieġ li tipprovdi ħarsa ġenerali sħiħa tal-pagamenti li jirċievu l-prendituri mingħand pagaturi li jinsabu fl-Istati Membri. Barra minn hekk, din is-sistema ta' informazzjoni jenħtieġ li tirrikonoxxi rekords multipli mill-istess tranżazzjonijiet ta' pagamenti, tnaddaf l-informazzjoni riċevuta mingħand l-Istati Membri (eż. tneħħi l-informazzjoni doppja, tikkoreġi l-iżbalji fid-data, eċċ.) u tippermetti lill-uffiċjali ta' kollegament tal-Eurofisc tal-Istati Membri jikkontroverifikaw id-data dwar il-pagamenti mal-informazzjoni li jkollhom dwar il-VAT u jwettqu inkjesti għall-finijiet ta' investigazzjoni ta' suspetti ta' frodi tal-VAT jew ta' identifikazzjoni ta' frodi tal-VAT.
(8)  Sistema ta' informazzjoni elettronika ċentrali ''CESOP'' fejn l-Istati Membri jittrażmettu informazzjoni dwar il-pagamenti li huma jaħżnu fil-livell nazzjonali, tilħaq l-għan tal-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT fil-kummerċ elettroniku b'mod aktar effettiv. Jenħtieġ li din is-sistema tiġbor, fir-rigward ta' prendituri individwali, l-informazzjoni kollha rilevanti dwar il-VAT rigward it-tranżazzjonijiet ta' pagamenti trażmessi mill-Istati Membri u jenħtieġ li tipprovdi ħarsa ġenerali sħiħa tal-pagamenti li jirċievu l-prendituri mingħand pagaturi li jinsabu fl-Istati Membri. Barra minn hekk, din is-sistema ta' informazzjoni jenħtieġ li tirrikonoxxi rekords multipli mill-istess tranżazzjonijiet ta' pagamenti, tnaddaf l-informazzjoni riċevuta mingħand l-Istati Membri (eż. tneħħi l-informazzjoni doppja, tikkoreġi l-iżbalji fid-data, eċċ.) u tippermetti lill-uffiċjali ta' kollegament tal-Eurofisc tal-Istati Membri jikkontroverifikaw id-data dwar il-pagamenti mal-informazzjoni li jkollhom dwar il-VAT u jwettqu inkjesti għall-finijiet ta' investigazzjoni ta' suspetti ta' frodi tal-VAT jew ta' identifikazzjoni ta' frodi tal-VAT. Jenħtieġ li l-Istati Membri kollha jipparteċipaw fil-gruppi ta' ħidma kollha tal-Eurofisc u jaħtru uffiċjali ta' kollegament kif xieraq.
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 11
(11)  L-iskambju ta' data dwar pagamenti bejn l-awtoritajiet tat-taxxa huwa kruċjali għall-ġlieda effettiva kontra l-frodi. L-uffiċjali ta' kollegament tal-Eurofisc biss jenħtieġ li jipproċessaw l-informazzjoni dwar il-pagamenti u biss bl-għan li jiġġieldu l-frodi tal-VAT. Jenħtieġ li dik l-informazzjoni ma tintużax għal skopijiet oħrajn għajr dawk stabbiliti minn dan ir-Regolament, bħal pereżempju għal skopijiet kummerċjali.
(11)  L-iskambju ta' data dwar pagamenti bejn l-awtoritajiet tat-taxxa huwa kruċjali għall-ġlieda effettiva kontra l-frodi. L-uffiċjali ta' kollegament tal-Eurofisc biss jenħtieġ li jipproċessaw l-informazzjoni dwar il-pagamenti u biss bl-għan li jiġġieldu l-frodi tal-VAT. Jenħtieġ li dik l-informazzjoni ma tintużax għal skopijiet oħrajn għajr dawk stabbiliti minn dan ir-Regolament, bħal pereżempju għal skopijiet kummerċjali, u jenħtieġ li tiġi applikata wkoll fl-implimentazzjoni tad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill6a.
_________________
6a Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 11a (ġdida)
(11a)   Fid-dawl tal-għadd żgħir ta' Stati Membri li jippubblikaw stimi ta' telf tal-VAT minħabba frodi intrakomunitarja, id-disponibbiltà ta' data komparabbli dwar frodi intrakomunitarja tal-VAT se tikkontribwixxi għal kooperazzjoni mmirata aħjar bejn l-Istati Membri. Għalhekk, il-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri, jenħtieġ li tiżviluppa approċċ statistiku komuni għall-kwantifikazzjoni u l-analiżi tal-frodi tal-VAT.
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 13
(13)  Huwa neċessarju u proporzjonat li l-fornituri tas-servizzi ta' pagament iżommu rekords tal-informazzjoni relatata mat-tranżazzjonijiet ta' pagamenti għal perjodu ta' sentejn sabiex jassistu lill-Istati Membri fil-ġlieda tagħhom kontra l-frodi tal-VAT fil-kummerċ elettroniku u biex jidentifikaw lill-frodaturi. Dan il-perjodu huwa l-minimu meħtieġ biex l-Istati Membri jwettqu l-kontrolli b'mod effettiv u jinvestigaw suspetti ta' frodi tal-VAT jew jidentifikaw frodi tal-VAT, u huwa proporzjonat meta wieħed iqis il-volum enormi ta' informazzjoni dwar il-pagamenti u s-sensittività tagħha f'termini ta' protezzjoni ta' data personali.
(13)  Huwa neċessarju u proporzjonat li l-fornituri tas-servizzi ta' pagament iżommu rekords tal-informazzjoni relatata mat-tranżazzjonijiet ta' pagamenti għal perjodu ta' tliet snin sabiex jassistu lill-Istati Membri fil-ġlieda tagħhom kontra l-frodi tal-VAT fil-kummerċ elettroniku u biex jidentifikaw lill-frodaturi. Dak il-perjodu huwa l-minimu meħtieġ biex l-Istati Membri jwettqu l-kontrolli b'mod effettiv u jinvestigaw suspetti ta' frodi tal-VAT jew jidentifikaw frodi tal-VAT, u huwa proporzjonat meta wieħed iqis il-volum enormi ta' informazzjoni dwar il-pagamenti u s-sensittività tagħha f'termini ta' protezzjoni ta' data personali.
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 14
(14)  Kull uffiċjal ta' kollegament tal-Eurofisc tal-Istati Membri jenħtieġ li jkun jista' jaċċessa u janalizza l-informazzjoni dwar tranżazzjonijiet ta' pagamenti bl-iskop li tiġi miġġielda l-frodi tal-VAT. Persuni debitament akkreditati tal-Kummissjoni jenħtieġ li jaċċessaw l-informazzjoni biss bl-iskop li jiżviluppaw u jżommu s-sistema ta' informazzjoni elettronika ċentrali. Iż-żewġ gruppi ta' utenti jenħtieġ li jkunu marbuta bir-regoli ta' kunfidenzjalità stabbiliti f'dan ir-Regolament.
(14)  Kull uffiċjal ta' kollegament tal-Eurofisc tal-Istati Membri jenħtieġ li jkun jista' jaċċessa u janalizza l-informazzjoni dwar tranżazzjonijiet ta' pagamenti bl-iskop li tiġi miġġielda l-frodi tal-VAT. Persuni debitament akkreditati tal-Kummissjoni jenħtieġ li jaċċessaw l-informazzjoni bl-iskop li jiżviluppaw u jżommu s-sistema ta' informazzjoni elettronika ċentrali u li jiżguraw l-implimentazzjoni xierqa ta' dan ir-Regolament. Iż-żewġ gruppi ta' utenti jenħtieġ li jkunu marbuta bir-regoli ta' kunfidenzjalità stabbiliti f'dan ir-Regolament. Barra minn hekk, jenħtieġ li jkun possibbli għall-Kummissjoni li twettaq żjarat fl-Istati Membri biex tevalwa kif jaħdmu l-arranġamenti ta' kooperazzjoni amministrattiva.
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 14a (ġdida)
(14a)  Il-ġestjoni tas-CESOP kif ukoll l-analiżi ta' informazzjoni kruċjali jikkostitwixxu kompiti addizzjonali għall-Eurofisc. Ir-rapport annwali tal-Eurofisc jenħtieġ li jeżamina jekk ir-riżorsi ddedikati lill-Eurofisc humiex adegwati u biżżejjed biex titjieb il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u tiġi miġġielda b'mod effiċjenti l-frodi tal-VAT.
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 18
(18)  Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat skont paragrafu 1 tal-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) 2018/1725 u ta opinjoni fi…17
(18)  Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD) ġie kkonsultat f'konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 u ta opinjoni fi...17. Il-protezzjoni tad-data personali hija valur fundamentali tal-Unjoni, jenħtieġ li l-KEPD jiġi kkonsultat dwar kwalunkwe miżura li għandha tittieħed skont l-Artikolu 24e tar-Regolament (UE) Nru 904/2010, kif emendat b'dan ir-Regolament.
__________________
__________________
17 ĠU C […], […], p. […].
17 ĠU C […], […], p. […].
Emenda 11
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)
Regolament (UE) Nru 904/2010
Kapitolu II – Taqsima 2 – Artikolu 12a (ġdid)
(1a)   fit-Taqsima 2 tal-KAPITOLU II, jiżdied l-Artikolu li ġej:
"Artikolu 12a
L-Istati Membri kollha huma mitluba jieħdu miżuri sabiex inaqqsu l-perċentwal ta' tweġibiet tard u jtejbu l-kwalità tat-talbiet għal informazzjoni. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dawk il-miżuri.''
Emenda 12
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt d
Regolament (UE) Nru 904/2010
Artikolu 24c – paragrafu 2
2.  Is-CESOP għandha żżomm l-informazzjoni msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 għal perjodu massimu ta' sentejn mill-iskadenza tas-sena li fiha l-informazzjoni ġiet trasferita fis-sistema.
2.  Is-CESOP għandha żżomm l-informazzjoni msemmija mil-punti (a) sa (c) tal-paragrafu 1 għal perijodu massimu ta' ħames snin mill-iskadenza tas-sena meta l-informazzjoni ġiet ittrasferita fis-sistema.
Emenda 13
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt d
Regolament (UE) Nru 904/2010
Artikolu 24d – subparagrafu 2 (ġdid)
Barra minn hekk, jenħtieġ li jkun possibbli għall-Kummissjoni li twettaq żjarat fl-Istati Membri biex tevalwa kif jaħdmu l-arranġamenti ta' kooperazzjoni bejn l-Istati Membri dwar frodi transfruntiera tal-VAT.
Emenda 14
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2a (ġdid)
Regolament (UE) Nru 904/2010
Artikolu 36 – paragrafu 2 – parti introduttorja
(2a)   fl-Artikolu 36(2), il-parti introduttorja tinbidel b'dan li ġej:
‘2. L-uffiċjali ta' kollegament tal-Istati Membri li jipparteċipaw f'qasam ta' ħidma partikolari tal-Eurofisc (minn hawn 'il quddiem "uffiċjali ta' kollegament parteċipanti tal-Eurofisc") għandhom jaħtru koordinatur (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "koordinatur tal-oqsma ta' ħidma tal-Eurofisc"), minn fost l-uffiċjali ta' kollegament parteċipanti tal-Eurofisc, għal perijodu limitat. Il-koordinaturi tal-oqsma ta' ħidma tal-Eurofisc għandhom:"
‘2. L-uffiċjali ta' kollegament tal-Istati Membri li jipparteċipaw fil-qasam ta' ħidma rilevanti tal-Eurofisc (minn hawn 'il quddiem "uffiċjali ta' kollegament parteċipanti tal-Eurofisc") għandhom jaħtru koordinatur (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "koordinatur tal-oqsma ta' ħidma tal-Eurofisc"), minn fost l-uffiċjali ta' kollegament parteċipanti tal-Eurofisc, għal perijodu limitat. Il-koordinaturi tal-oqsma ta' ħidma tal-Eurofisc għandhom:"
Emenda 15
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3
Regolament (UE) Nru 904/2010
Artikolu 37 – subparagrafu 1a (ġdid)
Ir-rapport annwali għandu tal-inqas jindika fid-dettall għal kull Stat Membru n-numru ta' kontrolli mwettqa u l-VAT addizzjonali vvalutata u miġbura b'riżultat tal-informazzjoni pproċessata skont l-Artikolu 24d.
Ir-rapport annwali għandu tal-inqas jindika fid-dettall għal kull Stat Membru:
—   l-għadd ta' kontrolli mwettqa;
—  l-għadd ta' uffiċjali awtorizzati li jkunu preżenti fl-uffiċċji tal-awtoritajiet amministrattivi ta' Stat Membru ieħor u l-għadd ta' uffiċjali preżenti waqt l-inkjesti amministrattivi mwettqa fit-territorju tal-Istat Membru li tkun saritlu t-talba;
—  l-għadd ta' kontrolli simultanji organizzati ma' Stat Membru wieħed jew aktar u l-għadd ta' uffiċjali parteċipanti fil-laqgħat ta' preselezzjoni għal kontrolli simultanji;
—  l-għadd ta' Timijiet Konġunti tal-Awditjar li kull Stat Membru pparteċipa fihom;
—  passi meħuda sabiex l-awdituri jiġu infurmati dwar l-istrumenti skont dan ir-Regolament;
—  l-għadd ta' persunal kwalifikat sabiex jiġu żgurati l-preżenza fl-uffiċċji amministrattivi, il-parteċipazzjoni f'inkjesti amministrattivi u l-kontrolli simultanji (kif imsemmi fl-Artikoli 28 sa 30);
—  l-għadd ta' persunal preżenti fl-uffiċċju ċentrali ta' kollegament uniku, u f'dipartimenti ta' kollegament oħra magħżula kif ukoll uffiċjali kompetenti li jistgħu jiskambjaw l-informazzjoni direttament abbażi ta' dan ir-Regolament (kif imsemmi fl-Artikolu 4) u kif l-informazzjoni qed tiġi miġbura u skambjata bejn dawn il-korpi; kif ukoll
—   il-VAT addizzjonali vvalutata u miġbura b'riżultat tal-informazzjoni pproċessata skont l-Artikolu 24d.
Emenda 16
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3a (ġdid)
Regolament (UE) Nru 904/2010
Kapitolu XIII – Artikolu 49a (ġdid)
(3a)   fil-KAPITOLU XIII, jiżdied l-Artikolu li ġej:
"Artikolu 49a
L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jistabbilixxu sistema komuni tal-ġbir tal-istatistika dwar frodi intrakomunitarja tal-VAT u jippubblikaw l-istimi nazzjonali tat-telf tal-VAT minħabba din il-frodi, kif ukoll l-istimi għall-Unjoni kollha. Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, l-arranġamenti prattiċi għal din is-sistema statistika. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 58(2)."
Emenda 17
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3b (ġdid)
Regolament (UE) Nru 904/2010
Artikolu 50 – paragrafu 1a (ġdid)
(3b)   fl-Artikolu 50, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
''1a. Meta Stat Membru jipprovdi informazzjoni usa' lil pajjiż terz minn dik prevista skont il-Kapitoli II u III ta' dan ir-Regolament, dak l-Istat Membru ma jistax jirrifjuta li jipprovdi dik l-informazzjoni lil kwalunkwe Stat Membru ieħor li jkun qed jitlob kooperazzjoni jew li jkollu interess li jirċievi l-informazzjoni."

L-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea ("Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Extra-Ewropea") *
PDF 119kWORD 42k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2019 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta' Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea ("Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Extra-Ewropea") (COM(2019)0359 – C9-0118/2019 – 2019/0162(CNS))
P9_TA(2019)0092A9-0033/2019

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2019)0359),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 203 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C9-0118/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 82 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A9-0033/2019),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


Ħatra ta' Membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew
PDF 125kWORD 42k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2019 dwar ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill fir-rigward tal-ħatra ta' Membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (12451/2019 – C9-0149/2019 – 2019/0817(NLE))
P9_TA(2019)0093A9-0049/2019

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta' Ottubru 2019 (12451/2019)(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 283(2), it-tieni subparagrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill Ewropew (C9-0149/2019),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 2019 dwar il-bilanċ bejn is-sessi fin-nomini fis-settur tal-affarijiet ekonomiċi u monetarji tal-UE(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 130 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9-0049/2019),

A.  billi, bl-ittra tas-16 ta' Ottubru 2019, il-Kunsill Ewropew ikkonsulta l-Parlament dwar il-ħatra ta' Fabio Panetta għall-kariga ta' Membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew għal mandat ta' tmien snin li jibda mill-1 ta' Jannar 2020;

B.  billi l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tiegħu evalwa l-kwalifiki tal-kandidat propost, b'mod partikolari fir-rigward tal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 283(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, kif jirriżulta mill-Artikolu 130 tat-Trattat, tal-ħtieġa tal-indipendenza totali tal-BĊE; billi, fil-qafas ta' din l-evalwazzjoni, il-Kumitat irċieva mill-kandidat curriculum vitae kif ukoll it-tweġibiet tiegħu għall-kwestjonarju miktub li kien indirizzat lilu;

C.  billi dan il-Kumitat imbagħad, fit-3 ta' Diċembru 2019, ipproċeda b'seduta ta' smigħ tal-kandidat, li matulha hu għamel stqarrija preliminari, u wara wieġeb għall-mistoqsijiet li saru mill-membri tal-Kumitat;

D.  billi l-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew jinkludi l-membri tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew u d-dsatax-il gvernatur tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro; billi, sal-lum, dawn tal-aħħar huma kollha rġiel;

E.  billi l-Parlament esprima ripetutament in-nuqqas ta' sodisfazzjon tiegħu rigward il-proċedura tal-ħatra għal membri tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew u appella għal proċeduri mtejba f'dan ir-rigward; billi l-Parlament talab li jirċievi, fi żmien debitu, lista ristretta b'bilanċ bejn il-ġeneri ta' mill-inqas żewġ ismijiet;

F.  billi fis-17 ta' Settembru 2019, il-Parlament ta opinjoni favorevoli dwar ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill għall-ħatra ta' Christine Lagarde bħala l-ewwel President mara tal-Bank Ċentrali Ewropew;

G.  billi n-nisa għadhom sottorappreżentati fil-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew; billi l-Parlament jiddeplora l-fatt li l-Istati Membri ma ħadux din it-talba bis-serjetà u jitlob lill-istituzzjonijiet nazzjonali u tal-UE jaħdmu b'mod attiv biex jinkiseb bilanċ bejn il-ġeneri fin-nomini li jmiss;

H.  billi l-istituzzjonijiet u l-korpi kollha tal-UE u dawk nazzjonali għandhom jimplimentaw miżuri konkreti biex jiżguraw il-bilanċ bejn il-ġeneri;

1.  Jagħti opinjoni favorevoli dwar ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill għall-ħatra ta' Fabio Panetta bħala Membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill kif ukoll lill-gvernijiet tal-Istati Membri.

(1) Għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
(2) Testi adottati, P8_TA(2019)0211.


Ħatra ta' Membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew
PDF 127kWORD 42k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2019 dwar ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill fir-rigward tal-ħatra ta' Membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (13651/2019 – C9-0173/2019 – 2019/0818(NLE))
P9_TA(2019)0094A9-0046/2019

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-8 ta' Novembru 2019 (13651/2019)(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 283(2), it-tieni inċiż, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill Ewropew (C9-0173/2019),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 2019 dwar il-bilanċ bejn is-sessi fin-nomini fis-settur tal-affarijiet ekonomiċi u monetarji tal-UE(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 130 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9-0046/2019),

A.  billi, bl-ittra tal-14 ta' Novembru 2019, il-Kunsill ikkonsulta l-Parlament Ewropew dwar il-ħatra ta' Isabel Schnabel għall-kariga ta' Membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew għal mandat ta' tmien snin li jibda mill-1 ta' Jannar 2020;

B.  billi l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tiegħu evalwa l-kwalifiki tal-kandidat propost, b'mod partikolari fir-rigward tal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 283(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, kif jirriżulta mill-Artikolu 130 tat-Trattat, tal-ħtieġa tal-indipendenza totali tal-BĊE; billi, fil-qafas ta' din l-evalwazzjoni, il-Kumitat irċieva mill-kandidat curriculum vitae kif ukoll it-tweġibiet tagħha għall-kwestjonarju miktub li kien indirizzat lilha;

C.  billi dan il-Kumitat imbagħad, fit-3 ta' Diċembru 2019, ipproċeda b'seduta ta' smigħ tal-kandidat, li matulha din għamlet stqarrija preliminari, u wara wieġbet għall-mistoqsijiet li saru mill-membri tal-Kumitat;

D.  billi l-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew jinkludi l-membri tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew u d-dsatax-il gvernatur tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro; billi, sal-lum, dawn tal-aħħar huma kollha rġiel;

E.  billi l-Parlament esprima ripetutament in-nuqqas ta' sodisfazzjon tiegħu rigward il-proċedura tal-ħatra għal membri tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew u appella għal proċeduri mtejba f'dan ir-rigward; billi l-Parlament talab li jirċievi, fi żmien debitu, lista ristretta b'bilanċ bejn il-ġeneri ta' mill-inqas żewġ ismijiet;

F.  billi fis-17 ta' Settembru 2019, il-Parlament ta opinjoni favorevoli dwar ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill għall-ħatra ta' Christine Lagarde bħala l-ewwel President mara tal-Bank Ċentrali Ewropew;

G.  billi n-nisa għadhom sottorappreżentati fil-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew; billi l-Parlament jiddeplora l-fatt li l-Istati Membri ma ħadux din it-talba bis-serjetà u jitlob lill-istituzzjonijiet nazzjonali u tal-UE jaħdmu b'mod attiv biex jinkiseb bilanċ bejn il-ġeneri fin-nomini li jmiss;

H.  billi l-istituzzjonijiet u l-korpi kollha tal-UE u dawk nazzjonali għandhom jimplimentaw miżuri konkreti biex jiżguraw il-bilanċ bejn il-ġeneri;

1.  Jagħti opinjoni favorevoli dwar ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill għall-ħatra ta' Isabel Schnabel bħala Membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill kif ukoll lill-gvernijiet tal-Istati Membri.

(1) Għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
(2) Testi adottati, P8_TA(2019)0211.

Avviż legali - Politika tal-privatezza