Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2020/2512(RSO)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : B9-0039/2020

Testi mressqa :

B9-0039/2020

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 15/01/2020 - 10.1

Testi adottati :

P9_TA(2020)0001

Testi adottati
PDF 119kWORD 41k
L-Erbgħa, 15 ta' Jannar 2020 - Strasburgu
Il-kompożizzjoni numerika tal-kumitati
P9_TA(2020)0001B9-0039/2020

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Jannar 2020 dwar il-kompożizzjoni numerika tal-kumitati permanenti (2020/2512(RSO))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Konferenza tal-Presidenti,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tal-15 ta' Jannar 2014 dwar is-setgħat u r-responsabbiltajiet tal-kumitati permanenti(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 206 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

1.  Jiddeċiedi li jistabbilixxi kif ġej il-kompożizzjoni numerika tal-kumitati permanenti u tas-sottokumitati wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE:

I.  il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin: 71 membru,

II.  il-Kumitat għall-Iżvilupp: 26 membru,

III.  il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali: 43 membru,

IV.  il-Kumitat għall-Baġits: 41 membru,

V.  il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit: 30 membru,

VI.  il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji: 60 membru,

VII.  il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali: 55 membru,

VIII.  il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel: 81 membru,

IX.  il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija: 78 membru,

X.  il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur: 45 membru,

XI.  il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu: 49 membru,

XII.  il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali: 43 membru,

XIII.  il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali: 48 membru,

XIV.  il-Kumitat għas-Sajd: 28 membru,

XV.  il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni: 31 membru,

XVI.  il-Kumitat għall-Affarijiet Legali: 25 membru,

XVII.  il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern: 68 membru,

XVIII.  il-Kumitati għall-Affarijiet Kostituzzjonali: 28 membru,

XIX.  il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi: 35 membru,

XX.  il-Kumitat għall-Petizzjonijiet: 35 membru,

is-Sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem: 30 membru,

is-Sottokumitat għas-Sigurtà u d-Difiża: 30 membru;

2.  Jiddeċiedi, b'referenza għad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tat-30 ta' Ġunju 2019 dwar il-kompożizzjoni tal-bureaux tal-kumitati, li l-bureaux tal-kumitati jista' jkollhom sa erba' viċi presidenti;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi, għal skopijiet ta' informazzjoni, din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 482, 23.12.2016, p. 160.

Aġġornata l-aħħar: 24 ta' April 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza