Protokoll bejn l-UE, l-Iżlanda u n-Norveġja għall-Ftehim dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi biex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli għall-eżami ta' talba għall-ażil ippreżentata fi Stat Membru jew fl-Iżlanda jew in-Norveġja fir-rigward ta' aċċess fil-Eurodac għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi ***
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Jannar 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, l-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi biex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli għall-eżami ta' talba għall-ażil ippreżentata fi Stat Membru jew fl-Iżlanda jew in-Norveġja fir-rigward ta' aċċess fil-Eurodac għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi (15791/2018 – C9-0155/2019 – 2018/0419(NLE))
(Approvazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (15791/2018),
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, l-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi biex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli għall-eżami ta’ talba għall-ażil ippreżentata fi Stat Membru jew fl-Iżlanda jew in-Norveġja fir-rigward ta’ aċċess fil-Eurodac għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi (15792/2018),
– wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 87(2), punt (a), l-Artikolu 88(2) l-ewwel subparagrafu, punt (a) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9-0155/2019),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4) u l-Artikolu 114(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A9-0053/2019),
1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-protokoll;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Iżlanda u tar-Renju tan-Norveġja.