Indiċi 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2018/0427(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A9-0004/2020

Testi mressqa :

A9-0004/2020

Dibattiti :

PV 29/01/2020 - 16
CRE 29/01/2020 - 16

Votazzjonijiet :

PV 29/01/2020 - 17.1
CRE 29/01/2020 - 17.1
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P9_TA(2020)0018

Testi adottati
PDF 129kWORD 45k
L-Erbgħa, 29 ta' Jannar 2020 - Brussell
Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika ***
P9_TA(2020)0018A9-0004/2020

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Jannar 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (XT 21105/3/2018 – C9-0148/2019 – 2018/0427(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra n-notifika tad-29 ta' Marzu 2017 li r-Renju Unit bagħat lill-Kunsill Ewropew dwar l-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, f'konformità mal-Artikolu 50(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mal-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (XT 21105/3/2018),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni politika li tistabbilixxi l-qafas għar-relazzjonijiet futuri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit(2),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill Ewropew (UE) 2019/476 tat-22 ta' Marzu 2019(3), (UE) 2019/584 tal-11 ta' April 2019(4) u (UE) 2019/1810 tad-29 ta' Ottubru 2019(5), meħuda bi qbil mar-Renju Unit, li jestendu l-perjodu skont l-Artikolu 50(3) tat-TUE sat-12 ta' April 2019, sal-31 ta' Ottubru 2019, u sal-31 ta' Jannar 2020, rispettivament,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-5 ta' April 2017 dwar in-negozjati mar-Renju Unit wara n-notifika tiegħu li biħsiebu joħroġ mill-Unjoni Ewropea(6), tat-3 ta' Ottubru 2017 dwar il-qagħda tan-negozjati mar-Renju Unit(7), tat-13 ta' Diċembru 2017 dwar il-qagħda tan-negozjati mar-Renju Unit(8), tal-14 ta' Marzu 2018 dwar il-qafas tar-relazzjonijiet futuri bejn l-UE u r-Renju Unit(9), u tat-18 ta' Settembru 2019 dwar il-qagħda kurrenti tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea(10),

–  wara li kkunsidra t-talba għall-approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill, skont l-Artikolu 50(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (C9-0148/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4) u l-Artikolu 88 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-ittri mill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, mill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, mill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, mill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, mill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, mill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, mill-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, mill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, mill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u mill-Kumitat għall-Petizzjonijiet,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A9-0004/2020),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim dwar il-ħruġ;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali u lill-Gvern tar-Renju Unit.

(1) ĠU C 384 I, 12.11.2019, p. 1.
(2) ĠU C 384 I, 12.11.2019, p. 178.
(3) ĠU L 80 I, 22.3.2019, p. 1.
(4) ĠU L 101, 11.4.2019, p. 1.
(5) ĠU L 278 I, 30.10.2019, p. 1.
(6) ĠU C 298, 23.8.2018, p. 24.
(7) ĠU C 346, 27.9.2018, p. 2.
(8) ĠU C 369, 11.10.2018, p. 32.
(9) ĠU C 162, 10.5.2019, p. 40.
(10) Testi adottati, P9_TA(2019)0016.

Aġġornata l-aħħar: 24 ta' April 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza