Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2019/0181(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A9-0097/2020

Testi mressqa :

A9-0097/2020

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

Testi adottati :

P9_TA(2020)0061

Testi adottati
PDF 120kWORD 41k
L-Erbgħa, 13 ta' Mejju 2020 - Brussell Verżjoni finali
Ftehim UE-Belarussja dwar ir-riammissjoni ta' persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni ***
P9_TA(2020)0061A9-0097/2020

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Mejju 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Belarussja dwar ir-riammissjoni ta' persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni (12158/2019 – C9-0004/2020 – 2019/0181(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (12158/2019),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Belarussja dwar ir-riammissjoni ta' persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni (12160/2019),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 79(3) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9-0004/2020),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4) u l-Artikolu 114(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A9-0097/2020),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Belarussja.

Aġġornata l-aħħar: 14 ta' Lulju 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza