Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2019/0107(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A9-0006/2020

Testi mressqa :

A9-0006/2020

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

Testi adottati :

P9_TA(2020)0066

Testi adottati
PDF 138kWORD 45k
L-Erbgħa, 13 ta' Mejju 2020 - Brussell Verżjoni finali
Is-servizzi internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank fir-reġjuni tal-fruntiera: l-operazzjonijiet ta' kabotaġġ bejn il-Ġermanja u l-Iżvizzera ***I
P9_TA(2020)0066A9-0006/2020
Riżoluzzjoni
 Test

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Mejju 2020 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li l-Ġermanja tingħata s-setgħa li temenda l-ftehim bilaterali eżistenti tagħha dwar it-trasport bit-triq mal-Iżvizzera bil-għan li tawtorizza l-operazzjonijiet ta' kabotaġġ waqt is-servizzi internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank fir-reġjuni tal-fruntiera bejn iż-żewġ pajjiżi (COM(2019)0221 – C9-0001/2019 – 2019/0107(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2019)0221),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 2(1) u 91 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0001/2019),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

—  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-25 ta' Settembru 2019(1),

–  wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A9-0006/2020),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 14, 15.1.2020, p. 118.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Mejju 2020 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni (UE) 2020/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li l-Ġermanja tingħata s-setgħa li temenda l-ftehim bilaterali tagħha dwar it-trasport bit-triq mal-Iżvizzera bil-għan li tawtorizza l-operazzjonijiet ta' kabotaġġ waqt l-għoti ta' servizzi tat-trasport internazzjonali bit-triq tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank fir-reġjuni tal-fruntiera bejn iż-żewġ pajjiżi
P9_TC1-COD(2019)0107

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġislattiv finali, d-Deċiżjoni (UE) 2020/853.)

Aġġornata l-aħħar: 14 ta' Lulju 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza