Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2019/2101(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A9-0032/2020

Testi mressqa :

A9-0032/2020

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

Testi adottati :

P9_TA(2020)0071

Testi adottati
PDF 174kWORD 57k
Il-Ħamis, 14 ta' Mejju 2020 - Brussell Verżjoni finali
Kwittanza 2018: Impriża Konġunta Clean Sky 2
P9_TA(2020)0071A9-0032/2020
Deċiżjoni
 Deċiżjoni
 Riżoluzzjoni

1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Mejju 2020 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għas-sena finanzjarja 2018 (2019/2101(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għas-sena finanzjarja 2018,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-Impriżi Konġunti tal-UE għas-sena finanzjarja 2018, flimkien mar-risposta tal-Impriża Konġunta(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2018 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2020 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2018 (05763/2019 – C9-0067/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 209 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 71 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 558/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Clean Sky 2(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0032/2020),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2018;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 426, 18.12.2019, p. 1.
(2) ĠU C 426, 18.12.2019, p. 32.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(5) ĠU L 169, 7.6.2014, p. 77.
(6) ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.


2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Mejju 2020 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għas-sena finanzjarja 2018 (2019/2101(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għas-sena finanzjarja 2018,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-Impriżi Konġunti tal-UE għas-sena finanzjarja 2018, flimkien mar-risposta tal-Impriża Konġunta(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2018 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2020 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2018 (05763/2019 – C9-0067/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 209 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 71 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 558/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Clean Sky 2(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0032/2020),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għas-sena finanzjarja 2018;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 426, 18.12.2019, p. 1.
(2) ĠU C 426, 18.12.2019, p. 32.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(5) ĠU L 169, 7.6.2014, p. 77.
(6) ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.


3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Mejju 2020 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għas-sena finanzjarja 2018 (2019/2101(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għas-sena finanzjarja 2018,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0032/2020),

A.  billi l-Impriża Konġunta bdiet taħdem b'mod awtonomu fis-16 ta' Novembru 2009;

B.  billi l-Impriża Konġunta Clean Sky 2 (l-"Impriża Konġunta") stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 558/2014(1) ħadet post, mis-27 ta' Ġunju 2014, l-Impriża Konġunta Clean Sky fl-ambitu ta' Orizzont 2020;

C.  billi l-objettivi prinċipali tal-Impriża Konġunta huma li ttejjeb b'mod sinifikanti l-impatt ambjentali tat-teknoloġiji ajrunawtiċi u li ssaħħaħ il-kompetittività tal-avjazzjoni Ewropea; billi t-tul ta' żmien tal-Impriża Konġunta ġie prorogat sal-31 ta' Diċembru 2024;

D.  billi l-membri fundaturi tal-Impriża Konġunta huma l-Unjoni, rappreżentata mill-Kummissjoni, il-mexxejja tad-Dimostraturi tat-Teknoloġija Integrata (ITDs), tal-Pjattaformi ta' Dimostrazzjoni ta' Mezzi tal-Ajru Innovattivi (IADPs) u tal-attivitajiet trasversali (TAs), flimkien mal-membri assoċjati tal-ITDs;

E.  billi l-kontribuzzjoni massima mill-Unjoni għat-tieni fażi tal-attivitajiet tal-Impriża Konġunta hija EUR 1 755 000 000 li għandha titħallas mill-baġit ta' Orizzont 2020;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti") stqarret li l-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2018 jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Impriża Konġunta fil-31 ta' Diċembru 2018, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha, il-flussi tal-flus tagħha, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, skont ir-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni;

2.  Jinnota li l-Qorti, fir-rapport tagħha dwar Clean Sky 2 (ir-"Rapport tal-Qorti"), indikat li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha;

3.  Jinnota li l-baġit finali tal-Impriża Konġunta għall-2018 kien jinkludi EUR 371 100 000 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u EUR 343 786 573 f'approprjazzjonijiet ta' pagament; jinnota li 98,7 % tal-approprjazzjonijiet ta' impenn u 98,6 % tal-approprjazzjonijiet ta' pagament jikkonsistu f'riporti minn snin preċedenti u sussidji tal-Kummissjoni;

4.  Jinnota li r-rata ta' użu tal-approprjazzjonijiet ta' impenn kienet 99,2 % (imqabbla ma' 99,6 % fl-2017) u li r-rata ta' użu tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet 97,3 % (imqabbla ma' 98,5 % fl-2017); jinnota t-tnaqqis fir-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament għall-infiq amministrattiv għal 79,23 % (minn 93,13 % fl-2017);

5.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Impriża Konġunta implimentat diversi għodod biex timmonitorja l-eżekuzzjoni tal-programm f'termini ta' produttività, kisbiet, ippjanar u riskji tal-operazzjonijiet;

Implimentazzjoni tal-baġit pluriennali taħt is-Seba' Programm Kwadru

6.  Jinnota li l-kontribuzzjoni tal-Unjoni hija EUR 800 000 000 mis-Seba' Programm Kwadru u li l-membri mir-Raggruppamenti tal-Industrija u tar-Riċerka qed jikkontribwixxu riżorsi ta' EUR 608 300 000, li jinkludu EUR 594 100 000 f'kontribuzzjonijiet in natura fi proġetti tas-Seba' Programm Kwadru li huma ffinanzjati mill-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 (FCH2), u EUR 14 900 000 fi flus kontanti għall-ispejjeż amministrattivi;

7.  Jinnota li s-Seba' Programm Kwadru ngħalaq formalment fl-2017 b'livell ta' implimentazzjoni ta' madwar 100 %; josserva li fl-2018 l-Impriża Konġunta xorta għamlet irkupri ta' madwar EUR 850 000 li jirriżultaw minn prefinanzjamenti pendenti u riżultati ta' awditjar ex post;

Implimentazzjoni tal-baġit pluriennali taħt Orizzont 2020

8.  Jinnota li sa tmiem l-2018, mill-ammont totali ta' EUR 2 064 000 000, għall-attivitajiet li għandhom jiġu ffinanzjati taħt Orizzont 2020, EUR 816 700 000 huma l-kontribuzzjoni fi flus tal-Unjoni u EUR 14 100 000 huma l-kontribuzzjoni fi flus minn membri privati; jinnota li fi tmiem l-2018, il-Bord tat-Tmexxija kien ivvalida EUR 273 900 000 f'kontribuzzjonijiet in natura u EUR 157 600 000 oħra kienu ġew irrappurtati, iżda kienu għadhom ma ġewx ivvalidati, kif ukoll EUR 801 700 000 tal-kontribuzzjonijiet in natura tal-membri tal-industrija għal attivitajiet addizzjonali;

Sejħiet għal proposti

9.  Jinnota li, fl-2018, l-Impriża Konġunta nediet żewġ sejħiet għal proposti, irċeviet 417-il proposta eliġibbli (minn total ta' 420) u għażlet 131 proposta biex jiġu ffinanzjati;

10.  Jinnota l-għeluq b'suċċess tas-sejħiet tal-erba' Sħab Ewlenin fl-2017; jieħu nota li l-attività fl-2018 kienet tikkonċerna l-implimentazzjoni tal-Ftehim il-ġdid ta' Għotja għall-Membri (GAMs) tas-Sħab Ewlenin magħżula kollha, li numru żgħir minnhom saru membri attivi fl-2018; josserva li r-riżultati mill-erba' sejħiet kollha u l-adeżjoni tal-entitajiet rebbieħa bħala membri rriżultaw f'183 Sieħeb Ewlieni li 49 minnhom huma affiljati jew partijiet terzi konnessi;

11.  Jinnota li, sa tmiem l-2018, tnedew disa' sejħiet għal proposti, li tmienja minnhom ġew evalwati u implimentati bis-sħiħ jew jinsabu fl-istadju finali, jinnota li dawn it-tmien sejħiet qed jinvolvu aktar minn 560 sieħeb minn 27 pajjiż differenti; josserva li s-seba' sejħa għal proposti ġiet implimentata f'Ottubru 2018 b'198 parteċipant; josserva li t-tmien sejħa għal proposti bdiet f'Novembru 2018 b'182 parteċipant; barra minn hekk, id-disa' sejħa għal proposti tnediet f'Novembru 2018 u l-evalwazzjoni saret f'Marzu 2019;

Prestazzjoni

12.  Jinnota li l-informazzjoni dwar ċerti indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni għadha mhijiex disponibbli minħabba n-natura tal-proġetti; jilqa' l-fatt li l-biċċa l-kbira tal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni speċifiċi nkisbu jew inkella jinsabu fit-triq it-tajba biex jinkisbu; jieħu nota tal-fatt li l-esperti jitolbu aktar attività ta' monitoraġġ u analiżi, filwaqt li jagħmlu distinzjoni ċara bejn l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni fil-fatt miksuba fi tmiem kull sena u l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni proġettati;

13.  Josserva li l-proporzjon tal-ispejjeż tal-ġestjoni (baġit amministrattiv u operattiv) għadu taħt il-5 %, u b'hekk jindika struttura organizzattiva pjuttost simplifikata u effiċjenti tal-Impriża Konġunta;

14.  Jinnota l-fatt li r-rati ta' rotazzjoni tal-Impriża Konġunta kienu għoljin għall-aġenti temporanji u l-aġenti kuntrattwali fl-2017 u fl-2018; jinnota li għall-persunal temporanju r-rata ta' rotazzjoni żdiedet għal kważi 17 %; barra minn hekk, l-użu ta' servizzi ta' persunal temporanju kważi rdoppja fl-2018;

15.  Jinnota li, fir-rapport ta' attività annwali tal-2018 tal-Impriża Konġunta, l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni rigward il-bilanċ bejn is-sessi fl-2017 u fl-2018 juru li l-livell ta' parteċipazzjoni tan-nisa, minkejja li huwa stabbli, huwa pjuttost baxx: in-nisa jirrappreżentaw 22 % ta' dawk involuti fil-programm, 13 % tal-koordinaturi tal-programm u bejn 18 % u 25 % tal-konsulenti u l-esperti li jwettqu evalwazzjonijiet u analiżi u li jaħdmu fil-Kumitat Xjentifiku; jirrakkomanda li jsiru sforzi kostanti biex jiżdied il-livell ta' parteċipazzjoni tan-nisa fil-programm;

16.  Jilqa' l-fatt li l-Impriża Konġunta tinvolvi l-aħjar talenti u riżorsi fl-Ewropa; jinnota li tuża l-ħiliet u l-għarfien ewlenin tal-istabbilimenti ta' riċerka u l-fakultajiet akkademiċi mexxejja fil-qasam tal-ajrunawtiku fl-Ewropa;

Kontrolli ewlenin u sistemi superviżorji

17.  Jinnota li l-Impriża Konġunta stabbiliet proċeduri ta' kontroll ex ante bbażati fuq rieżamijiet dokumentarji finanzjarji u operattivi, awditi ex post għand benefiċjarji ta' għotjiet għall-pagamenti interim u finali tas-Seba' Programm Kwadru u fir-rigward tat-talbiet għall-ispejjeż tal-proġetti ta' Orizzont 2020, huwa s-Servizz tal-Awditjar Komuni tal-Kummissjoni li għandu r-responsabbiltà tal-awditi ex post;

18.  Jinnota li r-rati ta' żball residwu għall-awditi ex post li ġew irrapportati mill-Impriża Konġunta kienu 1,21 % għall-proġetti tas-Seba' Programm Kwadru u 1,11 % għall-proġetti ta' Orizzont 2020, li t-tnejn li huma jinsabu taħt il-livell limitu ta' materjalità ta' 2 %;

Strateġija kontra l-frodi

19.  Josserva li l-Impriża Konġunta tagħti attenzjoni partikolari lill-prevenzjoni u d-detezzjoni tal-frodi; b'riżultat ta' dan, id-DĠ RTD jimplimenta l-Istrateġija Kontra l-Frodi tal-2020 mal-partijiet ikkonċernati sabiex jiġi identifikat u evitat finanzjament doppju; madankollu, jinnota bi tħassib li matul l-2018 instabu tliet każijiet ta' attivitajiet allegatament frodulenti b'rabta mal-benefiċjarji li rċevew fondi mill-Impriża Konġunti u dawn ġew innotifikati lill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF);

Awditu intern

20.  Jinnota li fl-2018, is-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) wettaq awditu dwar il-Koordinazzjoni maċ-Ċentru ta' Appoġġ Komuni (CSC) sabiex jivvaluta l-adegwatezza tat-tfassil tal-governanza tal-Impriża Konġunta, il-ġestjoni tar-riskju u l-proċessi interni; jinnota b'sodisfazzjon li l-IAS identifika bħala qawwa r-rwol attiv tal-Impriża Konġunta fl-iskambju ta' informazzjoni mas-CSC; barra minn hekk, jinnota li l-awdituri ħadu nota tal-approċċi konġunti meħuda mid-Diretturi biex jesprimu l-ħtiġijiet tagħhom f'suġġetti sinifikanti bħall-kunfidenzjalità; barra minn hekk, ingħataw diversi rakkomandazzjonijiet lill-IAS biex jadatta aktar is-sistemi tal-IT tal-Kummissjoni biex jiġu solvuti r-restrizzjonijiet pendenti għat-trasferiment tad-data; jistieden lill-Impriża Konġunta tiffinalizza l-iżvilupp tal-kriterji u l-proċeduri għat-trattament ta' data kunfidenzjali tal-benefiċjarji tal-Impriża Konġunta;

Kummenti oħrajn

21.  Jinnota l-estensjoni tal-kuntatti bilaterali tal-Impriża Konġunta ma' għadd ta' Stati Membri u reġjuni abbażi tal-immappjar tal-prijoritajiet tal-istrateġiji ta' riċerka u innovazzjoni għall-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti (RIS3) imfassal mill-Impriża Konġunta, li jindika aktar minn 60 reġjun li indikaw lill-Impriża Konġunta li l-ajrunawtika jew oqsma korrelatati huma fost il-prijoritajiet R&I tagħhom; jinnota b'sodisfazzjon, barra minn hekk, li ġie ffirmat Memorandum ta' Qbil (MtQ) ulterjuri fl-2018 ma' reġjun fil-Ġermanja, li ġab l-għadd ta' MtQ fis-seħħ sal-31 ta' Diċembru 2018 għal 17; jinnota li wara dan ġie ffirmat MtQ mar-reġjun Franċiż ta' Nouvelle Aquitaine f'Ġunju 2019;

22.  Jinnota li komunikazzjoni effettiva hija komponent essenzjali tal-proġetti ffinanzjati mill-UE li jirnexxu; Iqis li huwa importanti li tiżdied il-viżibbiltà tal-kisbiet tal-Impriża Konġunta u li tinxtered informazzjoni li tikkonċerna l-valur miżjud; Jistieden lill-Impriża Konġunta ssegwi politika ta' komunikazzjoni proattiva billi xxerred ir-riżultati tar-riċerka tagħha fost il-pubbliku ġenerali, pereżempju permezz tal-midja soċjali jew ta' mezzi oħra tal-midja, u b'hekk tissensibilizza lill-pubbliku dwar l-impatt tal-appoġġ tal-Unjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-adozzjoni mis-suq.

23.  Jitlob lill-Qorti tivvaluta r-robustezza u l-affidabbiltà tal-metodoloġija għall-kalkolu u l-ivvalutar tal-kontribuzzjonijiet in natura. Il-valutazzjoni għandha tevalwa d-disinn u r-robustezza tal-gwida għall-implimentazzjoni tal-proċedura tal-kontribuzzjoni in natura sabiex tassisti fil-proċess ta' ppjanar, rapportar u ċertifikazzjoni tal-kontribuzzjonijiet in natura.

Trasport u Turiżmu

24.  Jenfasizza li l-objettivi tal-Impriża Konġunta għandhom jiġu aġġustati biex iqisu l-ħtieġa tad-dekarbonizzazzjoni progressiva u li r-riżorsi finanzjarji u umani meħtieġa għandhom jiġu pprovduti awtomatikament sabiex jiġi żgurat li l-Impriża Konġunta jkollha biżżejjed kapaċità għal kwalunkwe aġġustament li jsir;

25.  Jinnota li l-Impriża Konġunta hija sħubija pubblika-privata bejn l-Unjoni u l-industrija tal-ajrunawtika li l-għan tagħha huwa li tiżviluppa teknoloġiji innovattivi sabiex titjieb b'mod sinifikanti l-prestazzjoni ambjentali tal-ajruplani u tat-trasport bl-ajru; jinnota li fl-2007 din ġiet stabbilita bħala l-"Impriża Konġunta Clean Sky" fi ħdan is-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta' riċerka, ta' żvilupp teknoloġiku u ta' dimostrazzjoni ("FP7") u li fl-2014 inbidlet għal "Impriża Konġunta Clean Sky 2" fi ħdan il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni Orizzont 2020;

26.  Jinnota li l-programmi tal-Impriża Konġunta jiġu ffinanzjati b'mod konġunt fi ħdan Orizzont 2020 (għall-perjodu 2014-2020) permezz ta' sussidji tal-Unjoni sa EUR 1 755 miljun u permezz ta' kontribuzzjonijiet in natura mill-membri privati ta' mill-inqas EUR 2 193,75 miljun; jinnota li l-Unjoni u l-membri privati jikkondividu b'mod ugwali l-ispejjeż amministrattivi li ma għandhomx jaqbżu EUR 78 miljun tul dak il-perjodu;

27.  Jilqa' l-kontribut kbir li tat l-Impriża Konġunta biex tiżdied l-effiċjenza fis-settur tal-avjazzjoni; jenfasizza r-riżultati tajbin ħafna u r-rwol essenzjali li l-Impriża Konġunta tiżvolġi fl-Ewropa biex tiżgura aċċelerazzjonijiet netti f'teknoloġiji ekoloġiċi li għandhom l-għan li jnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 u ta' gassijiet u l-livelli ta' storbju ġġenerati mill-inġenji tal-ajru; jenfasizza l-importanza strateġika li din l-Impriża Konġunta għandu jkollha fil-qafas tal-programm futur Orizzont Ewropa biex tikkontribwixxi għall-objettivi l-ġodda ta' "newtralità klimatika" għall-2050 u għat-tnaqqis ippjanat tal-emissjonijiet ta' CO2 bis-saħħa tal-progress teknoloġiku;

28.  Jenfasizza li l-użu globali tat-teknoloġiji maħluqin u promossi mill-Impriża Konġunta jista' jelimina l-ekwivalenti tal-emissjonijiet totali ta' CO2 tan-Netherlands;

29.  Jenfasizza li t-teknoloġiji Clean Sky I naqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 għal kull passiġġier bi 19 % għat-titjiriet fuq distanzi twal u b'40 % għat-titjiriet fuq distanzi medji; jitlob li l-Impriża Konġunta tingħata r-riżorsi umani u finanzjarji kollha biex tkun tista' tibni fuq is-suċċess ta' dan l-approċċ;

30.  Jinnota li sa 40 % tal-finanzjament tal-Impriża Konġunta jiġi allokat lis-16-il Mexxej tagħha u lill-affiljati tagħhom, jiġifieri l-industriji impenjati li jwettqu l-programm Clean Sky 2 kollu matul id-durata tiegħu; jinnota li 30 % tal-finanzjament tal-Impriża Konġunta għandhom jingħataw permezz ta' sejħiet għal proposti u sejħiet għal offerti lis-Sħab Ewlenin tagħha (magħżula għal impenji fit-tul għall-programm); jinnota wkoll li t-30 % tal-finanzjament li jifdal għandhom jingħataw permezz ta' sejħiet għal proposti u sejħiet għal offerti lil sħab oħra (parteċipazzjoni f'temi u proġetti speċifiċi fil-kuntest ta' impenn definit tajjeb u limitat);

31.  Jinnota li, mid-data limitu tal-kontijiet proviżorji tal-2018 (tmiem Frar 2019), il-membri privati tal-Impriża Konġunta rrapportaw somma kumulattiva ta' EUR 399 miljun bħala kontribuzzjonijiet in natura għall-attivitajiet operattivi (IKOP), u li l-Impriża Konġunta vvalidat kontribuzzjoni ċċertifikata b'valur ta' EUR 279,9 miljun; jinnota bl-istess mod li l-membri privati rrapportaw somma kumulattiva ta' EUR 827,9 miljun f'kontribuzzjonijiet in natura għal attivitajiet addizzjonali (IKAA), li minnhom EUR 620 miljun ġew ivvalidati mill-Impriża Konġunta;

32.  Jinnota li l-Impriża Konġunta issa għandha 16-il Mexxej, 193 Sieħeb Ewlieni (fosthom 50 SME) u li tnedew disa' sejħiet għal proposti (sabiex il-fondi li jkun fadal jiġu allokati lil sħab oħra); jinnota li ġew evalwati tmienja minn dawn is-sejħiet li wasslu għall-għażla ta' 560 sieħeb (inklużi 31 % tal-SMEs li huma responsabbli għal 25 % tal-finanzjament) minn 27 pajjiż;

33.  Jinnota li l-Impriża Konġunta qiegħda tippjana li tirrevedi r-Regoli Finanzjarji tagħha sabiex tallinjahom mar-regoli finanzjarji l-ġodda applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni f'konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(2);

34.  Jinnota li s-Servizz tal-Awditjar Intern ħareġ rakkomandazzjoni importanti ħafna lill-Impriża Konġunta biex telabora reġistru kkonsolidat tar-riskji li għandu jkopri r-riskji li jaffettwaw il-programm u l-Impriża Konġunta bħala entità awtonoma; jinnota li l-Uffiċjal tal-Awditjar Intern (IAO) iddikjara lill-maniġment tal-Impriża Konġunta li kien hemm nuqqas ta' oġġettività minħabba l-involviment ripetut tiegħu fil-kompiti tal-maniġment u minħabba l-proċessi tal-immaniġġjar tal-kwalità; iħeġġeġ lill-Impriża Konġunta ssolvi din il-kwistjoni minnufih u timplimenta bis-sħiħ ir-rakkomandazzjoni tal-IAO;

35.  Jinnota bi tħassib li l-IAO identifika diversi oqsma ta' riskju, li jirrikjedu azzjonijiet mill-maniġment tal-Impriża Konġunta; jistenna li l-maniġment tal-Impriża Konġunta jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex itaffi dawn ir-riskji;

36.  Jinnota li matul l-2018 instabu tliet każijiet ta' attivitajiet allegatament frodulenti b'rabta mal-benefiċjarji li rċevew fondi mill-Impriża Konġunta u dawn ġew innotifikati lill-OLAF; jappella lill-Impriża Konġunta tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex fil-futur tipprevjeni każijiet ta' frodi;

(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 558/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Clean Sky 2 (ĠU L 169, 7.6.2014, p. 77).
(2) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).

Aġġornata l-aħħar: 31 ta' Lulju 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza