Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2019/2072(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A9-0035/2020

Testi mressqa :

A9-0035/2020

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

Testi adottati :

P9_TA(2020)0089

Testi adottati
PDF 164kWORD 53k
Il-Ħamis, 14 ta' Mejju 2020 - Brussell Verżjoni finali
Kwittanza 2018: Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea
P9_TA(2020)0089A9-0035/2020
Deċiżjoni
 Deċiżjoni
 Riżoluzzjoni

1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Mejju 2020 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018 (2019/2072(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2018, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2018 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2020 dwar il-kwittanza li għandha tingħata liċ-Ċentru fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2018 (05761/2020 – C9-0039/2020),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom)  2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2965/94 tat-28 ta' Novembru 1994 li jistabbilixxi ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet tal-Unjoni Ewropea(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0035/2020),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2018;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 417, 11.12.2019, p. 1.
(2) ĠU C 417, 11.12.2019, p. 1.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(5) ĠU L 314, 7.12.1994, p. 1.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(7) ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Mejju 2020 dwar l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018 (2019/2072(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2018, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2018 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2020 dwar il-kwittanza li għandha tingħata liċ-Ċentru fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2018 (05761/2020 – C9-0039/2020),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom)  2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2965/94 tat-28 ta' Novembru 1994 li jistabbilixxi ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet tal-Unjoni Ewropea(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0035/2020),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 417, 11.12.2019, p. 1.
(2) ĠU C 417, 11.12.2019, p. 1.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(5) ĠU L 314, 7.12.1994, p. 1.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(7) ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Mejju 2020 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018 (2019/2072(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0035/2020),

A.  billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq(1), il-baġit finali taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea (iċ-"Ċentru") għas-sena finanzjarja 2018 kien jammonta għal EUR 47 142 100, li meta mqabbel mal-2017 jirrappreżenta tnaqqis ta' 4,63 %; billi 91,48 % tal-baġit taċ-Ċentru jiġi minn kontribuzzjonijiet diretti minn istituzzjonijiet, aġenziji u korpi oħra(2);

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2018 (ir-"rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet aċċertamenti raġonevoli li l-kontijiet annwali taċ-Ċentru huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2018 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 94,94 %, li tirrappreżenta żieda ta' 1,82 % meta mqabbla mas-sena preċedenti; jinnota li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 87,94 %, li tirrappreżenta żieda ta' 2,53 % meta mqabbla mas-sena preċedenti;

Prestazzjoni

2.  Jinnota li ċ-Ċentru juża indikaturi tal-input u tal-output bħala indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni biex jivvaluta r-riżultati tal-attivitajiet tiegħu u diversi indikaturi biex itejjeb il-ġestjoni baġitarja tiegħu; jinnota l-evalwazzjoni ex ante riveduta u r-reviżjoni ex post li għaddejja bħalissa tal-programmi u tal-attivitajiet taċ-Ċentru; jistieden liċ-Ċentru jkompli jiżviluppa l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni biex jivvaluta l-eżitu u l-impatt tal-attivitajiet tiegħu sabiex jikseb pariri kwalitattivi dwar kif jipprovdi aktar valur miżjud għall-output taċ-Ċentru u jtejjeb il-mudell kummerċjali taċ-Ċentru;

3.  Jinnota b'apprezzament li, fl-2018, iċ-Ċentru ħa passi kbar 'il quddiem fl-użu tat-teknoloġija tat-traduzzjoni u li, f'kooperazzjoni mill-qrib mad-direttorat ġenerali sieħeb fil-Kummissjoni, implimenta b'suċċess it-traduzzjoni awtomatika u l-Euramis fil-fluss tal-produzzjoni tiegħu;

4.  Jinnota, barra minn hekk, li fl-2018 il-verżjoni ġdida fjamanta tal-ikbar bażi tad-data tat-terminoloġija fid-dinja, l-Interactive Terminology for Europe (IATE), ġiet varata għall-pubbliku u li ċ-Ċentru jiżviluppaha u jimmaniġġjaha f'isem is-sħab istituzzjonali tiegħu;

5.  Jilqa' pożittivament il-fatt li ċ-Ċentru implimenta żewġ azzjonijiet biex jikkondividi r-riżorsi ma' aġenziji oħra dwar il-kompiti li jikkoinċidu permezz tan-Network tal-Aġenziji tal-UE: katalgu tas-servizzi kondiviż, li jelenka s-servizzi kollha li jistgħu jiġu kondiviżi mill-aġenziji tal-Unjoni, u portal tal-akkwist konġunt li fuqu l-aġenziji tal-Unjoni jikkondividu l-pjanijiet ta' akkwist; iħeġġeġ bil-qawwa liċ-Ċentru biex ifittex b'mod attiv kooperazzjoni ulterjuri u usa' mal-aġenziji kollha tal-Unjoni, speċjalment minħabba l-pożizzjoni strateġikament ideali tiegħu fil-Lussemburgu, fejn ħafna aġenziji oħra tal-Unjoni għandhom il-kwartieri ġenerali;

6.  Iħeġġeġ liċ-Ċentru jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti;

7.  Jilqa' l-progress li sar rigward l-evalwazzjoni esterna tal-mudell kummerċjali taċ-Ċentru, li twettqet fl-2017; jistieden liċ-Ċentru jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-eżitu tal-evalwazzjoni finali;

8.  Jinnota b'apprezzament l-impatt persistenti tal-istruttura tal-prezzijiet introdotta fl-2017 għat-traduzzjoni tad-dokumenti – li permezz tagħha l-klijenti taċ-Ċentru ffrankaw EUR 4,4 miljun fl-2018 – u jenfasizza l-effetti pożittivi tiegħu;

9.  Iħeġġeġ liċ-Ċentru jadotta mudell kummerċjali sostenibbli bi qbil mal-pjan ta' trasformazzjoni mfassal abbażi tal-istudju estern bit-titlu "Study on the Translation Centre as the Linguistic Shared Service Provider for the EU Agencies and Bodies" (Studju dwar iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni bħala l-Fornitur ta' Servizzi Lingwistiċi Kondiviżi għall-Aġenziji u l-Korpi tal-UE); iħeġġeġ liċ-Ċentru jimplimenta bis-sħiħ dawk l-azzjonijiet li jgħinu biex il-mudell kummerċjali l-ġdid jiġi adattat għall-avvanzi teknoloġiċi, bħall-proġett dwar it-traduzzjoni tal-paġni web u l-għarfien tat-taħdit;

10.  Jinnota bi tħassib li ċ-Ċentru ma lestiex il-pjan għal kontra l-frodi li kellu jiġi implimentat sa tmiem l-2018 u li dik is-sena kellu rata ta' implimentazzjoni ta' 66 %; iħeġġeġ liċ-Ċentru jħaffef l-implimentazzjoni ta' dak il-pjan;

11.  Jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu dwar l-isforzi magħmula miċ-Ċentru fl-iżvilupp ta' kapaċitajiet tal-persunal ewlieni fl-oqsma tal-ġestjoni tal-kwalità u l-ġestjoni tal-proġetti, billi 86,8 % tal-persunal ewlieni rċieva t-taħriġ, li jaqbeż il-mira stabbilita għall-2018;

12.  Jirrikonoxxi l-fatt li ċ-Ċentru żamm mal-impenn tiegħu li verżjoni ġdida tal-IATE tkun disponibbli għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni sa tmiem l-2018, u li dan l-objettiv intlaħaq f'Novembru 2018; jinnota li ċ-Ċentru ppubblika l-verżjoni interistituzzjonali tal-IATE fi Frar 2019;

Politika dwar il-persunal

13.  Jinnota li, fil-31 ta' Diċembru 2018, it-tabella tal-persunal kienet eżegwita bil-perċentwal ta' 94,82 %, u li kienu nħatru 50 uffiċjal u 133 aġent temporanju minn 55 uffiċjal u 138 aġent temporanju awtorizzati mill-baġit tal-Unjoni (meta mqabbel ma' 195 post awtorizzat fl-2017); jinnota li, barra minn hekk, 23 aġent kuntrattwali ħadmu għaċ-Ċentru fl-2018;

14.  Jinnota b'sodisfazzjon li bilanċ tajjeb bejn il-ġeneri ntlaħaq fl-2018 fir-rigward ta' pożizzjonijiet maniġerjali superjuri (tlett irġiel u żewġ nisa) u fi ħdan il-membri tal-bord amministrattiv (32 raġel u 27 mara);

15.  Iħeġġeġ liċ-Ċentru jiżviluppa qafas ta' politika fit-tul dwar ir-riżorsi umani biex jindirizza l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata tal-persunal tiegħu, l-iggwidar tul il-ħajja u l-iżvilupp tal-karriera, il-bilanċ bejn il-ġeneri, it-telexogħol, in-nondiskriminazzjoni, il-bilanċ ġeografiku kif ukoll ir-reklutaġġ u l-integrazzjoni ta' persuni b'diżabilità;

Akkwist

16.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, sa tmiem l-2018 iċ-Ċentru kien introduċa l-fatturazzjoni elettronika iżda ma kienx għadu introduċa għodod bħas-sejħa għall-offerti elettronika u s-sottomissjoni elettronika ta' offerti varati mill-Kummissjoni biex tiġi introdotta soluzzjoni waħda għall-iskambju elettroniku ta' informazzjoni ma' partijiet terzi li jipparteċipaw fi proċeduri ta' akkwist pubbliku (akkwist elettroniku); jistieden liċ-Ċentru jintroduċi l-għodod neċessarji kollha biex jamministra l-proċeduri ta' akkwist u jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-implimentazzjoni tagħhom;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

17.  Jinnota li ċ-Ċentru għażel li jippubblika d-dikjarazzjonijiet ta' interess biss, mingħajr is-CVs, minħabba l-problemi ta' ġestjoni assoċjati mad-daqs tal-bord amministrattiv tiegħu (madwar 130 membru u membru supplenti); jinnota li s-CV u d-dikjarazzjoni tal-interessi tad-direttur huma ppubblikati fuq is-sit web taċ-Ċentru; jinnota li ċ-Ċentru jqis li r-riskji assoċjati mal-kunflitti ta' interess huma baxxi ħafna minħabba n-natura tal-attivitajiet tiegħu;

18.  Jinnota bi tħassib li, għalkemm iċ-Ċentru mhuwiex iffinanzjat mit-tariffi, jiddependi fuq id-dħul li jirċievi mill-klijenti tiegħu, li huma rrappreżentati fil-bord amministrattiv taċ-Ċentru, u li għalhekk hemm riskju għoli ta' kunflitt ta' interess fir-rigward tal-ipprezzar tal-prodotti taċ-Ċentru, li jista' jiġi rrimedjat jekk il-Kummissjoni tiġbor tariffi f'isem il-klijenti taċ-Ċentru, li jwassal biex iċ-Ċentru jkun iffinanzjat kompletament mill-baġit tal-Unjoni; jirrikonoxxi l-kumment taċ-Ċentru li l-possibbiltà li jkun iffinanzjat mill-baġit tal-Unjoni tkun tirrikjedi ftehim bejn il-Kummissjoni u l-awtorità tal-baġit; jistieden liċ-Ċentru jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-miżuri meħuda biex jimmitiga tali riskju;

Kummenti oħra

19.  Jilqa' pożittivament il-varar, fl-2018, tal-verżjoni l-ġdida tal-IATE maħsuba biex iżżid il-viżibbiltà pubblika u l-preżenza online taċ-Ċentru; jistieden liċ-Ċentru jikkonċentra ulterjorment fuq it-tixrid tar-riżultati tal-kompiti tiegħu mal-pubbliku, u jikkomunika mal-pubbliku permezz tal-midja soċjali u mezzi oħra tal-midja;

20.  Iħeġġeġ liċ-Ċentru jaħdem favur id-diġitalizzazzjoni tas-servizzi tiegħu;

21.  Jiddispjaċih mill-fatt li l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) iddeċieda, fis-26 ta' April 2018, li jtemm l-arranġament tat-traduzzjoni li kkonkluda maċ-Ċentru, minkejja l-obbligu legali tiegħu li juża s-servizzi taċ-Ċentru, kif previst fl-Artikolu 148 tar-Regolament (UE) 2017/1001(3), li stabbilixxa l-EUIPO; jinnota l-azzjoni legali mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali miċ-Ċentru fis-6 ta' Lulju 2018 u l-għeluq tal-fażi orali tas-seduta ta' smigħ fl-4 ta' Ġunju 2019; jinnota li fis-7 ta' Diċembru 2018 ġie ffirmat arranġament ġdid għal sentejn biss bejn iċ-Ċentru u l-EUIPO; jistieden liċ-Ċentru jżomm lill-awtorità ta' kwittanza aġġornata bl-iżvilupp tal-proċedimenti ġudizzjarji;

o
o   o

22.  Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta' natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Mejju 2020(4) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 416, 15.11.2018, p. 16.
(2) ĠU C 416, 15.11.2018, p. 18.
(3) Ir-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2017 dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 154, 16.6.2017, p. 1).
(4) Testi adottati, P9_TA(2020)0121.

Aġġornata l-aħħar: 31 ta' Lulju 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza