Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2019/2094(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A9-0050/2020

Testi mressqa :

A9-0050/2020

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

Testi adottati :

P9_TA(2020)0099

Testi adottati
PDF 164kWORD 53k
Il-Ħamis, 14 ta' Mejju 2020 - Brussell Verżjoni finali
Kwittanza 2018: Aġenzija għall-Appoġġ tal-BEREC (Uffiċċju tal-BEREC)
P9_TA(2020)0099A9-0050/2020
Deċiżjoni
 Deċiżjoni
 Riżoluzzjoni

1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Mejju 2020 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għall-Appoġġ tal-BEREC (qabel l-20 ta' Diċembru 2018: l-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi) għas-sena finanzjarja 2018 (2019/2094(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija għall-Appoġġ tal-BEREC għas-sena finanzjarja 2018,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2018, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2018 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2020 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lil-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2018 (05761/2020 – C9-0061/2020),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1211/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi l-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) u l-Uffiċċju(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2018/1971 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 li jistabbilixxi l-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) u l-Aġenzija għall-Appoġġ tal-BEREC (l-Uffiċċju tal-BEREC), li jemenda r-Regolament (UE) 2015/2120 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1211/2009(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 28 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(8), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0050/2020),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija għall-Appoġġ tal-BEREC għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2018;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur tal-Aġenzija għall-Appoġġ tal-BEREC, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 417, 11.12.2019, p. 1.
(2) ĠU C 417, 11.12.2019, p. 34.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(5) ĠU L 337, 18.12.2009, p. 1.
(6) ĠU L 321, 17.12.2018, p. 1.
(7) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(8) ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Mejju 2020 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija għall-Appoġġ tal-BEREC (qabel l-20 ta' Diċembru 2018: l-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi) għas-sena finanzjarja 2018 (2019/2094(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija għall-Appoġġ tal-BEREC għas-sena finanzjarja 2018,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2018, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2018 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2020 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lil-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2018 (05761/2020 – C9-0061/2020),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1211/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi l-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) u l-Uffiċċju(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2018/1971 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 li jistabbilixxi l-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) u l-Aġenzija għall-Appoġġ tal-BEREC (l-Uffiċċju tal-BEREC), li jemenda r-Regolament (UE) 2015/2120 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1211/2009(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 28 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(8), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0050/2020),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija għall-Appoġġ tal-BEREC għas-sena finanzjarja 2018;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deċiżjoni lid-Direttur tal-Aġenzija għall-Appoġġ tal-BEREC, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 417, 11.12.2019, p. 1.
(2) ĠU C 417, 11.12.2019, p. 34.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(5) ĠU L 337, 18.12.2009, p. 1.
(6) ĠU L 321, 17.12.2018, p. 1.
(7) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(8) ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Mejju 2020 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għall-Appoġġ tal-BEREC (qabel l-20 ta' Diċembru 2018: l-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi) għas-sena finanzjarja 2018 (2019/2094(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għall-Appoġġ tal-BEREC għas-sena finanzjarja 2018,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0050/2020),

A.  billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tagħha(1), il-baġit finali tal-Aġenzija għall-Appoġġ tal-BEREC (l-"Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2018 kien ta' EUR 4 331 000, li jirrappreżenta żieda ta' 2,00 % meta mqabbel mal-2017, u billi l-baġit tal-Aġenzija huwa kompletament derivat mill-baġit tal-Unjoni(2);

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2018 (ir-"rapport tal-Qorti"), tistqarr li kisbet aċċertament raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija kienu affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi kienu legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2018 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni baġitarja ta' 99,85 %, li tirrappreżenta tnaqqis ta' 0,09 % meta mqabbla mal-2017; jinnota li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 82,68 %, li tirrappreżenta tnaqqis ta' 4,24 % meta mqabbla mal-2017;

2.  Jinnota bi tħassib li l-Aġenzija ġiet affettwata minn livell għoli ta' dawran tal-impjegati, li huwa ta' riskju għall-implimentazzjoni tal-programm ta' ħidma tal-Aġenzija; jinnota li bħala parti mit-tekniki ta' mitigazzjoni, il-kumitat ta' tmexxija talab li tiġi stabbilita lista ta' riżerva għal 75 % tal-profili tal-impjiegi kollha bil-ħsieb li r-rata ta' postijiet battala tinżamm taħt il-15 %; jinnota li, barra minn hekk, wara l-istabbiliment ta' postijiet ġodda biex jiġi indirizzat il-mandat il-ġdid tal-Aġenzija stabbilit fir-Regolament (UE) 2018/1971, l-Aġenzija rnexxielha tiżgura r-reklutaġġ rapidu ta' tliet membri ġodda tal-persunal mil-listi ta' riżerva eżistenti;

Prestazzjoni

3.  Jinnota li l-Aġenzija tuża diversi tipi ta' miżuri bħala indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni biex tivvaluta l-valur miżjud mogħti permezz tal-attivitajiet tagħha, u biex itejjeb il-ġestjoni baġitarja tagħha;

4.  Jirrikonoxxi l-fatt li l-Aġenzija ġiet ipprovduta b'appoġġ tal-IT imtejjeb, inkluż l-użu ta' teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni speċjalizzata u servizzi ta' sigurtà tal-IT;

5.  Jinnota bi tħassib li l-Aġenzija ma tikkondividix riżorsi ma' aġenziji oħra minħabba r-riżorsi proprji limitati tagħha; jinnota, madankollu, li fl-2014 l-Aġenzija ffirmat ftehim dwar il-livell ta' servizz mal-ENISA għall-kondiviżjoni ta' riżorsi fil-qasam tal-kontrolli interni; jinnota li dak il-ftehim ġie tterminat mill-ENISA mill-1 ta' Jannar 2020 b'riżultat ta' bidliet fl-istruttura tal-ENISA minħabba l-mandat ġdid estiż tagħha; jinnota b'sodisfazzjon li l-Aġenzija bdiet proġett konġunt għall-kondiviżjoni ta' infrastruttura tal-IT u proġetti oħra tal-IT ma' diversi impriżi konġunti u aġenziji oħra tal-Unjoni; jilqa' dik l-inizjattiva u jħeġġeġ lill-Aġenzija tkompli tesplora modi possibbli ta' esternalizzazzjoni tal-kompiti tagħha u kollaborazzjoni fuq kompiti li jikkoinċidu ma' istituzzjonijiet u korpi oħra tal-Unjoni;

6.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li fl-2018 l-Aġenzija nediet sejħa għall-offerti biex tikkonkludi kuntratt qafas li ngħata mingħajr ma ntalbet ebda spjegazzjoni mingħand l-offerent rebbieħ għall-offerta li potenzjalment kienet anormalment baxxa; jirrikonoxxi r-risposta tal-Aġenzija li sal-2018 ma kellhiex gwida separata dwar prezzijiet ta' offerti anormalment baxxi, iżda jinnota b'sodisfazzjon li l-Aġenzija introduċiet id-definizzjoni ta' prezz tal-offerta anormalment baxx fil-manwal intern tagħha dwar l-akkwist; jistieden lill-Aġenzija titlob ir-raġunijiet għall-offerti anormalment baxxi u tanalizzahom sabiex tiġi żgurata s-sostenibbiltà tal-offerti li potenzjalment ikunu anormalment baxxi;

7.  Iħeġġeġ lill-Aġenzija taħdem favur id-diġitalizzazzjoni tas-servizzi tagħha;

Politika dwar il-persunal

8.  Jinnota li, fil-31 ta' Diċembru 2018, it-tabella tal-persunal kienet eżegwita 100 %, b'14-il aġent temporanju maħtura minn total ta' 14-il aġent temporanju awtorizzati mill-baġit tal-Unjoni (apparagun ta' 14-il post tax-xogħol awtorizzati fl-2017); jinnota li, barra minn hekk, fl-2018 kien hemm disa' aġenti kuntrattwali u erba' esperti nazzjonali sekondati li kienu qed jaħdmu għall-Aġenzija;

9.  Jinnota bi tħassib li l-Aġenzija tiddependi minn riżorsi esterni u minn kumpanija waħda, u dan joħloq riskju għall-kontinwità tal-attivitajiet; jinnota bi tħassib li l-Aġenzija ma għandhiex il-massa kritika ta' persunal u kompetenza; jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta allokazzjoni xierqa tar-riżorsi lill-awtoritàtal-baġit.

10.  Jinnota b'sodisfazzjon li fi tmiem l-2018, kważi nkiseb bilanċ bejn is-sessi fil-livell tal-persunal (52 % nisa u 48 % irġiel), u nkiseb f'pożizzjonijiet ta' maniġment intermedju (50 % nisa u 50 % irġiel), u jinnota li nkiseb bilanċ ġeografiku tajjeb, bl-Aġenzija timpjega rappreżentanti minn 13-il Stat Membru; jinsab imħasseb, madankollu, li ma nkisibx bilanċ bejn is-sessi fil-bord maniġerjali, b'ħames nisa biss minn 28 membru; jitlob f'dan ir-rigward lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jqisu l-importanza li jiġi żgurat bilanċ bejn is-sessi meta jippreżentaw in-nomini tagħhom għall-membri tal-bord maniġerjali;

11.  Jinnota bi tħassib li fl-2017 il-perjodu medju ta' impjieg fl-Aġenzija kien ta' 2,7 snin biss li huwa rifless fir-rata għolja ta' dawran tal-impjegati; jifhem li l-Aġenzija ssibha diffiċli biex tattira professjonisti, inter alia minħabba l-koeffiċjent ta' korrezzjoni tas-salarji baxx tal-pajjiż ospitanti (74,9 %); jenfasizza li r-rata għolja ta' dawran tal-impjegati tenfasizza problemi possibbli bil-politika ta' "bibien iduru" tal-Aġenzija; jistieden lill-Aġenzija tivvaluta mill-ġdid il-politika ta' "bibien iduru" tagħha; jesprimi t-tħassib tiegħu li t-tnaqqis tal-postijiet awtorizzati skont il-baġit tal-Unjoni f'dawn l-aħħar snin u l-kompiti addizzjonali miksuba żiedu l-ammont ta' xogħol tal-persunal tal-Aġenzija; jirrimarka li din is-sitwazzjoni tista' toħloq riskji għall-implimentazzjoni tal-programmi ta' ħidma tagħha; josserva li l-Aġenzija taħdem biex itejjeb il-kundizzjonijiet tal-impjieg għall-persunal tagħha, u li fl-2018 l-Aġenzija bdiet l-implimentazzjoni ta' pjan ta' azzjoni għall-protezzjoni soċjali; jistieden lill-Aġenzija ssib possibbiltajiet ulterjuri għat-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-għajxien għall-persunal mal-awtoritajiet Latvjani bl-għan li jiġi konkluż ftehim ġdid dwar il-kwartieri ġenerali;

12.  jinnota bi tħassib mir-rapport tal-Qorti li fl-4 ta' Mejju 2018 l-Aġenzija ffirmat kuntratt qafas ma' kumpanija għall-forniment ta' servizzi ta' appoġġ segretarjali u klerikali għal durata ta' erba' snin għal ammont massimu ta' EUR 433 433 (pagamenti 2018: EUR 27 655) u li minn Ġunju 2018 bħala medja kien hemm erbgħa mill-membri tal-persunal ta' dik il-kumpanija jaħdmu fl-Aġenzija flimkien ma' 27 impjegat tagħha stess; jenfasizza li l-użu ta' dan il-kuntratt ta' servizz għall-forniment tal-ħaddiema mhuwiex konformi mar-regoli soċjali u tal-impjieg tal-Unjoni u jesponi lill-Aġenzija għal riskji legali u ta' reputazzjoni; jistieden lill-Aġenzija tirrimedja s-sitwazzjoni u tirrapporta lura lill-awtorità tal-kwittanza;

13.  Jinnota li l-Aġenzija ffirmat kuntratt qafas ma' kumpanija għall-forniment ta' servizzi ta' appoġġ segretarjali u klerikali, iżda jfakkar li s-self ta' membri tal-persunal jista' jseħħ biss permezz ta' kuntratti ma' aġenziji tax-xogħol temporanju awtorizzati u b'konformità mad-Direttiva 2008/104/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(3), u mar-regoli speċifiċi adottati mill-Istati Membri; jinnota bi tħassib li l-użu ta' dan il-kuntratt ta' servizz ma jikkonformax mar-regoli soċjali u tal-impjieg tal-Unjoni; jieħu nota tar-risposta tal-Aġenzija li wara proċedura tal-offerti miftuħa, ikkonkludiet kuntratt qafas għall-forniment ta' servizzi ta' appoġġ segretarjali u klerikali, iggarantit tul id-durata tal-kuntratt, u dan huwa differenti mill-użu ta' ħaddiema interim; jinnota li skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt qafas, li huma annessi miegħu, il-kuntrattur huwa meħtieġ jikkonforma mal-qafas legali nazzjonali u tal-Unjoni applikabbli;

Akkwist

14.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li sa tmiem l-2017, l-Aġenzija kienet introduċiet sistemi ta' akkwist-e għal ċerti proċeduri, iżda kienet għadha ma implimentatx fatturar-e u sottomissjoni-e; jinnota mir-risposta tal-Aġenzija li wara l-iffirmar, fl-2018, ta' Memorandum ta' Qbil dwar l-e-PRIOR bejn l-Aġenzija u d-Direttorat Ġenerali għall-Informatika tal-Kummissjoni, inħoloq modulu tal-e-PRIOR għas-sottomissjoni-e ta' offerti għall-Aġenzija;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

15.  Jinnota l-miżuri eżistenti dwar u l-isforzi kontinwi tal-Aġenzija biex tiżgura t-trasparenza u l-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess; jindika bi tħassib, madankollu, li hija ma tippubblikax is-CVs tal-membri tal-bord fis-sit web tagħha; jinnota li l-bord maniġerjali beda rieżami tal-politika eżistenti tiegħu b'rabta mal-istabbiliment ta' regoli għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess li jipprevedi obbligu għall-membri tiegħu li jippreżentaw flimkien mad-dikjarazzjoni ta' interess tagħhom is-CVs tagħhom, li jiġu ppubblikati fis-sit web tal-Aġenzija;

Kontrolli interni

16.  Jirrikonoxxi li finalment l-Aġenzija adottat il-linji gwida tagħha dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta fis-7 ta' Diċembru 2018;

17.  Jinnota li fl-2018, l-Aġenzija wettqet eżerċizzju intern biex tivvaluta s-sistemi ta' kontroll intern tagħha, u kkonkludiet li dawn ġew implimentati b'mod effikaċi;

18.  Jinnota li fl-2018, is-servizz tal-awditjar intern tal-Kummissjoni ħareġ rapport tal-awditjar bit-titolu "Planning, Budgeting, Monitoring of Activities and Reporting in the Office" (Ippjanar, Ibbaġitjar, Monitoraġġ tal-Attivitajiet u Rappurtar fl-Uffiċċju), li kien segwit minn pjan ta' azzjoni korrettiva;

Kummenti oħra

19.  Jinnota li l-Aġenzija wettqet analiżi tal-impatt probabbli tad-deċiżjoni tar-Renju Unit li joħroġ mill-Unjoni u identifikat il-passi ta' mitigazzjoni meħtieġa; jinnota li l-Aġenzija m'għandha l-ebda membru tal-persunal b'ċittadinanza tar-Renju Unit biss u li għalhekk m'hemm l-ebda riskju relatat ma' kwistjonijiet ta' riżorsi umani;

20.  Jistieden lill-Aġenzija tikkonċentra fuq it-tixrid tar-riżultati tar-riċerka tagħha mal-pubbliku, u tikkomunika mal-pubbliku permezz tal-midja soċjali u mezzi oħra tal-midja;

o
o   o

21.  Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta' natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Mejju 2020(4) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 108, 22.3.2018, p. 157.
(2) ĠU C 108, 22.3.2018, p. 158.
(3) Id-Direttiva 2008/104/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar xogħol temporanju permezz ta' aġenzija (ĠU L 327, 5.12.2008, p. 9).
(4) Testi adottati, P9_TA(2020)0121.

Aġġornata l-aħħar: 31 ta' Lulju 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza