– wara li kkunsidra l-Artikoli 10(1), 14(2) u 14(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea;
– wara li kkunsidra l-Att tal-20 ta' Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, anness mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 76/787/KEFA, KEE, Euratom tal-20 ta' Settembru 1976(1), kif emendat u rinumerat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/772/KE, Euratom tal-25 ta' Ġunju 2002 u tat-23 ta' Settembru 2002(2),
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2005/684/KE, Euratom tiegħu tat-28 ta' Settembru 2005 li tadotta l-istatut għall-membri tal-Parlament Ewropew(3), u b'mod partikolari l-Artikoli 2(1) u 3(1) tagħha,
– wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 93/109/KE tas-6 ta' Diċembru 1993 dwar arranġamenti dettaljati sabiex jiġi eżerċitat id-dritt għall-vot u għall-kandidatura fl-elezzjonijiet għal-Parlament Ewropew għaċ-ċittadini ta' l-Unjoni li joqogħdu fi Stat Membru li tiegħu ma jkunux ċittadini(4), kif emendata mid-Direttiva tal-Kunsill 2013/1/UE tal-20 ta' Diċembru 2012(5),
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2013/312/UE tat-28 ta' Ġunju 2013 li tistabbilixxi l-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew(6) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2018/937 tat-28 ta' Ġunju 2018 li tistabbilixxi l-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew(7),
– wara li kkunsidra s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tas-7 ta' Lulju 2005, tat-30 ta' April 2009 u tad-19 ta' Diċembru 2019(8),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjonijiet uffiċjali mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri dwar ir-riżultati tal-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra d-deċiżjoni tat-13 ta' Ġunju 2019 tal-Junta Electoral Central (Kummissjoni Elettorali Ċentrali Spanjola) li tipproklama l-kandidati eletti fil-Parlament Ewropew fl-elezzjonijiet li saru fis-26 ta' Mejju 2019 u li ġiet ippubblikata fil-Boletín Oficial del Estado (Gazzetta Uffiċjali tal-Istat) fl-14 ta' Ġunju 2019(9);
– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 4 u 11 u l-Anness I tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A9-0015/2020),
A. billi, skont l-Artikolu 12 tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976, il-Parlament Ewropew għandu jivverifika l-kredenzjali tal-Membri tal-Parlament Ewropew u, għal dan l-iskop, għandu jieħu nota tar-riżultati ddikjarati uffiċjalment mill-Istati Membri u għandu jiddeċiedi dwar kwalunkwe kontroversja li tista' tinqala' mid-dispożizzjonijiet tal-Att tal-1976, minbarra dawk li jirriżultaw mid-dispożizzjonijiet nazzjonali li għalihom jirreferi l-Att tal-1976;
B. billi l-Istati Membri kollha nnotifikaw l-ismijiet tal-Membri eletti lill-Parlament skont l-Artikolu 3(1) tar-Regoli ta' Proċedura, iżda mhux l-ismijiet kollha ġew ikkomunikati;
C. billi, skont l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2013/312/UE tat-28 ta' Ġunju 2013 u l-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2018/937 tat-28 ta' Ġunju 2018, l-għadd ta' rappreżentanti fil-Parlament Ewropew allokat lil Spanja fil-preżent huwa 54, filwaqt li n-notifika tal-awtoritajiet kompetenti Spanjoli fiha bis 51 isem; billi, abbażi tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea(10) u fi qbil mal-Artikolu 12 tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976, il-Parlament jieħu nota tad-deċiżjoni tat-13 ta' Ġunju 2019 tal-Junta Electoral Central li tipproklama l-kandidati eletti fil-Parlament Ewropew fl-elezzjonijiet li saru fis-26 ta' Mejju 2019 u li ġiet ippubblikata fil-Boletín Oficial del Estado fl-14 ta' Ġunju 2019 għall-iskop li tistabbilixxi l-lista tal-Membri eletti; billi, għaldaqstant, l-għadd ta' rappreżentanti fil-Parlament Ewropew eletti fi Spanja kien 54;
D. billi fl-Istati Membri jistgħu jiġu kkunsidrati, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, oġġezzjonijiet fir-rigward tal-elezzjoni ta' xi Membri tal-Parlament Ewropew u billi dawn il-proċeduri jistgħu jirriżultaw fl-annullament tal-elezzjoni tal-Membri kkonċernati;
E. billi ċerti Stati Membri għaddew tard lill-Parlament il-listi ta' sostituti eventwali, filwaqt li oħrajn għadhom ma għaddew l-ebda tali lista, flimkien mal-ordni tagħhom skont ir-riżultat tal-votazzjoni, kif jirrikjedi l-Artikolu 3(3) tar-Regoli ta' Proċedura;
F. billi, skont l-Artikolu 3(3) tar-Regoli ta' Proċedura, il-validità tal-mandat ta' Membru tal-Parlament Ewropew ma tistax tiġi kkonfermata jekk ma jkunux saru d-dikjarazzjoni bil-miktub dwar l-assenza ta' kwalunkwe kariga inkompatibbli u d-dikjarazzjoni bil-miktub tal-interessi finanzjarji rikjesti skont l-Artikolu 3 u l-Anness I tar-Regoli ta' Proċedura;
G. billi l-Artikolu 7(1) u (2) tal-Att tal-1976 jiddefinixxi b'mod ċar il-karigi li huma inkompatibbli mal-kariga ta' Membru tal-Parlament Ewropew;
H. billi, skont l-Artikolu 11 u l-Anness I tar-Regoli ta' Proċedura, kull Membru tal-Parlament Ewropew huwa obbligat jippreżenta dikjarazzjoni dettaljata dwar: (a) l-attivitajiet professjonali tal-Membru matul it-tliet snin qabel il-ħatra tiegħu fil-Parlament, u l-parteċipazzjoni tiegħu matul dak il-perjodu f'kumitati jew bordijiet ta' kumpaniji, organizzazzjonijiet mhux governattivi, assoċjazzjonijiet jew kwalunkwe organu ieħor stabbilit fil-liġi; (b) kwalunkwe salarju li l-Membru jirċievi għat-twettiq ta' mandat f'parlament ieħor, (c) kwalunkwe attività b'remunerazzjoni regolari mwettqa mill-Membru fl-istess żmien li jkun qed jeżerċita l-kariga tiegħu, kemm bħala impjegat u kemm jekk jaħdem għal rasu; (d) il-parteċipazzjoni f'kumitati jew bordijiet ta' kumpaniji, organizzazzjonijiet mhux governattivi, assoċjazzjonijiet jew kwalunkwe korp ieħor stabbilit fil-liġi, jew kwalunkwe attività oħra esterna li tinvolvi l-Membru, kemm jekk remunerat u kemm jekk le; (e) kwalunkwe attività esterna okkażjonali b'remunerazzjoni, jekk ir-remunerazzjoni totali tal-attivitajiet esterni okkażjonali kollha tal-Membru taqbeż il-EUR 5 000 f'sena kalendarja; (f) ishma jew sħubija f'kumpanija, fejn hemm il-possibbiltà ta' riperkussjonijiet fuq il-politika pubblika, jew meta din il-parteċipazzjoni tagħti lill-Membru influwenza sinifikanti fl-affarijiet tal-organizzazzjoni inkwestjoni; (g) kull għajnuna, sew finanzjarja u sew fil-forma ta' riżorsi umani jew materjali, minbarra l-għajnuna pprovduta mill-Parlament, mogħtija lill-Membru minħabba l-attivitajiet politiċi tiegħu minn terzi persuni, li għandhom ikunu identifikati; (h) kwalunkwe interess finanzjarju ieħor li jista' jinfluwenza l-qadi tad-dmirijiet tal-Membru. Għal kull wieħed minn dawn il-punti, il-Membru għandu l-obbligu li jindika, meta jkun il-każ, jekk huwiex remunerat jew le u, għall-punti (a), (c), (d), (e) u (f), il-Membru għandu wkoll jindika l-kategorija ta' introjtu rilevanti; billi l-informazzjoni mogħtija tiġi ppubblikata fis-sit web tal-Parlament;
I. billi l-mandat tar-rappreżentanti eletti fir-Renju Unit huwa bbażat fuq is-sħubija tal-pajjiż fl-Unjoni Ewropea; billi, b'konsegwenza tal-Artikolu 3(2), it-tielet subparagrafu, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2018/937 tat-28 ta' Ġunju 2018, u bis-saħħa tal-imsemmi Artikolu, il-mandat ta' dawn il-Membri tal-Parlament Ewropew jintemm awtomatikament jekk u fil-jum li fih il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea jsir legalment effettiv;
J. billi, skont l-istess dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2018/937, il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea mhuwiex se jikkawża vakanza skont l-Artikolu 13 tal-Att tal-1976 u l-Artikolu 4 tar-Regoli ta' Proċedura u, konsegwentement, it-tmiem tal-mandat tar-rappreżentanti eletti fir-Renju Unit ikun awtomatiku u jsir mingħajr il-bżonn li jiġi ddikjarat mill-Parlament Ewropew;
K. billi, fil-każ tal-ħruġ tar-Renju Unit, l-għadd ta' rappreżentanti fil-Parlament Ewropew għal kull Stat Membru wara li tali ħruġ ikun sar effettiv ġie stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2018/937 u se jwassal biex rappreżentanti minn ċerti Stati Membri jimlew is-siġġijiet addizzjonali li jirriżultaw mill-għadd ta' siġġijiet allokat skont l-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-Artikolu 3(2) ta' dik id-deċiżjoni;
L. billi ċerti Stati Membri adottaw liġijiet jew regolamenti li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għall-organizzazzjoni ta' elezzjonijiet b'listi transnazzjonali;
M. billi ċ-ċittadini ta' ċerti Stati Membri li ilhom jgħixu f'pajjiż ieħor għal perjodu ta' żmien speċifiku jistgħu jiġu mċaħħda mid-dritt tal-vot fl-Istat Membru tagħhom (ċaħda tad-dritt tal-vot); billi, f'xi każijiet, dan jista' jinkludi wkoll iċ-ċaħda tad-dritt għall-kandidatura;
1. Jiddikjara validu, suġġett għal kwalunkwe deċiżjonijiet eventwali mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li fihom ir-riżultati elettorali jkunu ġew ikkontestati, il-mandat tal-Membri tal-Parlament Ewropew imsemmija fl-Anness ta' din id-deċiżjoni;
2. Itenni t-talba tiegħu li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti mhux biss jinnotifikawh minnufih bl-ismijiet tal-kandidati eletti, iżda wkoll jgħaddulu l-ismijiet ta' kwalunkwe sostitut, flimkien mal-ordni tagħhom skont ir-riżultat tal-votazzjoni, u jħeġġeġ lil dawk li għadhom ma bagħtux in-notifiki rilevanti biex jagħmlu dan mill-aktar fis;
3. Jitlob li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jtemmu mingħajr dewmien l-eżami tal-kontestazzjonijiet possibbli li ġew ippreżentati lilhom, u li jinfurmaw lill-Parlament bir-riżultati tiegħu; jitlob li ssir evalwazzjoni trasparenti tal-iżvolġiment tal-elezzjonijiet Ewropej;
4. Jirrikonoxxi li l-mandat tar-rappreżentanti eletti fir-Renju Unit jintemm awtomatikament jekk u fil-jum li fih il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea jsir legalment effettiv;
5. F'din l-eventwalità, jistenna li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jibagħtu n-notifiki rilevanti, mingħajr dewmien bla bżonn, biex jimtlew is-siġġijiet addizzjonali;
6. Iqis li ċ-ċaħda tad-dritt tal-vot tista', potenzjalment, ikollha effett dissważiv fuq iċ-ċittadini li jkollhom il-ħsieb jeżerċitaw id-dritt ta' moviment liberu fi ħdan l-UE (Artikolu 20(2)(a) tat-TFUE) u tikkawża riperkussjonijiet fuq dawk iċ-ċittadini li jkunu eżerċitaw dan l-istess dritt; iqis li ċ-ċaħda tad-dritt tal-vot tikser il-prinċipju ta' suffraġju universali (Artikolu 14(2) tat-TUE u Artikolu 1(3) tal-Att tal-1976); barra minn hekk, jesprimi tħassib dwar sitwazzjonijiet li fihom iċ-ċittadini jiġu mfixkla milli jeżerċitaw id-dritt tal-vot tagħhom minħabba nuqqas ta' ċarezza tal-proċeduri, inkluż bi rbit ma' listi tal-votanti, rekwiżiti ta' preżenza fiżika, jew diffikultà fil-ksib ta' aċċess għall-informazzjoni meħtieġa min-naħa tal-Istati Membri biex dak li jkun jeżerċita d-dritt tal-vot; huwa tal-fehma li ċ-ċaħda tad-dritt tal-vot jew rekwiżiti li jfixklu b'mod sproporzjonat l-eżerċizzju tad-dritt tal-vot fl-ebda ċirkostanza ma għandhom japplikaw għall-elezzjonijiet Ewropew, u jitlob li l-Kummissjoni tiżgura li l-ebda Stat Membru ma jipprevedi din il-possibbiltà;
7. Jitlob li l-Istati Membri li fihom setgħu nqalgħu problemi ta' dan it-tip jissemplifikaw il-formalitajiet ta' reġistrazzjoni tagħhom marbutin mal-parteċipazzjoni ta' persuni b'ċittadinanza ta' Stati Membri oħrajn fl-elezzjonijiet Ewropej, sew bħala votanti u sew bħala kandidati, b'mod partikolari billi jneħħu l-ostakoli amministrattivi żejda, b'tali mod li jagħmlu effettivi d-drittijiet imsemmija fl-Artikolu 20(2)(a) u (b) tat-TFUE; jitlob li l-Kummissjoni tiżgura li l-prattiki tal-Istati Membri jikkonformaw mal-liġi tal-UE;
8. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-Deċiżjoni lill-Kummissjoni, lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti kif ukoll lill-parlamenti tal-Istati Membri.
ANNESS: Lista tal-Membri tal-Parlament Ewropew li l-mandat tagħhom ġie ddikjarat validu
(it-2 ta' Lulju 2019)
Il-Belġju (21 Membru)
ANNEMANS Gerolf
ARENA Maria
ARIMONT Pascal
BOTENGA Marc
BOURGEOIS Geert
BRICMONT Saskia
CHASTEL Olivier
DE MAN Filip
DE SUTTER Petra
FRANSSEN Cindy
KANKO Assita
LAMBERTS Philippe
LUTGEN Benoît
PEETERS Kris
RIES Frédérique
TARABELLA Marc
VAN BREMPT Kathleen
VAN OVERTVELDT Johan
VANDENDRIESSCHE Tom
VAUTMANS Hilde
VERHOFSTADT Guy
MEMBRI ELETTI FIL-PARLAMENT SKONT L-ISTAT MEMBRU
(it-2 ta' Lulju 2019)
Il-Bulgarija (17-il Membru)
ADEMOV Asim
ALEXANDROV YORDANOV Alexander
ALIEVA-VELI Atidzhe
DZHAMBAZKI Angel
HRISTOV Ivo
KANEV Radan
KOVATCHEV Andrey
KYUCHYUK Ilhan
MAYDELL Eva
MIHAYLOVA Iskra
NOVAKOV Andrey
PENKOVA Tsvetelina
RADEV Emil
SLABAKOV Andrey
STANISHEV Sergei
VITANOV Petar
YONCHEVA Elena
MEMBRI ELETTI FIL-PARLAMENT SKONT L-ISTAT MEMBRU
(it-2 ta' Lulju 2019)
Ir-Repubblika Ċeka (21 Membru)
BLAŠKO Hynek
CHARANZOVÁ Dita
DAVID Ivan
DLABAJOVÁ Martina
GREGOROVÁ Markéta
HLAVÁČEK Martin
KNOTEK Ondřej
KOLAJA Marcel
KONEČNÁ Kateřina
KOVAŘÍK Ondřej
MAXOVÁ Radka
NIEDERMAYER Luděk
PEKSA Mikuláš
POLČÁK Stanislav
POSPÍŠIL Jiří
ŠOJDROVÁ Michaela
TOŠENOVSKÝ Evžen
VONDRA Alexandr
VRECIONOVÁ Veronika
ZAHRADIL Jan
ZDECHOVSKÝ Tomáš
MEMBRI ELETTI FIL-PARLAMENT SKONT L-ISTAT MEMBRU
(it-2 ta' Lulju 2019)
Id-Danimarka (13-il Membru)
AUKEN Margrete
CHRISTENSEN Asger
FUGLSANG Niels
GADE Søren
KOFOD Peter
LØKKEGAARD Morten
MELCHIOR Karen
PETER-HANSEN Kira Marie
PETERSEN Morten
SCHALDEMOSE Christel
VILLUMSEN Nikolaj
VIND Marianne (*)
WEISS Pernille
(*) Il-mandat huwa validu b'effett mit-2 ta' Lulju 2019, jiġifieri d-data indikata fin-notifika mibgħuta mill-awtorità nazzjonali kompetenti tal-elezzjoni tas-Sa Marianne VIND flok is-Sur Jeppe KOFOD, li d-deċiżjoni tiegħu li jassumi l-kariga ta' Ministru tal-Gvern Daniż u, konsegwentement, li ma jibdiex il-mandat tiegħu bħala Membru tal-Parlament Ewropew, ġiet innotifikata mill-awtoritajiet nazzjonali Daniżi fis-27 ta' Ġunju 2019.
MEMBRI ELETTI FIL-PARLAMENT SKONT L-ISTAT MEMBRU
(it-2 ta' Lulju 2019)
Il-Ġermanja (96 Membru)
ANDERSON Christine
ANDRESEN Rasmus
BARLEY Katarina
BECK Gunnar
BEER Nicola
BENTELE Hildegard
BERG Lars Patrick
BERGER Stefan
BISCHOFF Gabriele
BLOSS Michael
BOESELAGER Damian
BREYER Patrick
BUCHHEIT Markus
BUCHNER Klaus
BULLMAN Udo
BURKHARDT Delara
BUSCHMANN Martin
BÜTIKOFER Reinhard
CASPARY Daniel
CAVAZZINI Anna
DEMIREL Özlem
DEPARNAY-GRUNENBERG Anna
DOLESCHAL Christian
DÜPONT Lena
EHLER Christian
ERNST Cornelia
EROGLU Engin
ERTUG Ismail
FERBER Markus
FEST Nicolaus
FRANZ Romeo
FREUND Daniel
GAHLER Michael
GEBHARDT Evelyne
GEESE Alexandra
GEIER Jens
GEUKING Helmut
GIEGOLD Sven
GIESEKE Jens
GLÜCK Andreas
HAHN Henrike
HAHN Svenja
HÄUSLING Martin
HERBST Niclas
HERZBERGER-FOFANA Pierrette
HOHLMEIER Monika
JAHR Peter
KAMMEREVERT Petra
KELLER Ska
KÖRNER Moritz
KÖSTER Dietmar
KRAH Maximilian
KREHL Constanze
KUHS Joachim
LAGODINSKY Sergey
LANGE Bernd
LANGENSIEPEN Katrin
LIESE Peter
LIMMER Sylvia
LINS Norbert
MARQUARDT Erik
McALLISTER David
MEUTHEN Jörg
MICHELS Martina
MORTLER Marlene
MÜLLER Ulrike
NEUMANN Hannah
NEUSER Norbert
NIEBLER Angelika
NIENASS Niklas
NOICHL Maria
OETJEN Jan-Christoph
PAULUS Jutta
PIEPER Markus
RADTKE Dennis
REIL Guido
REINTKE Terry
SCHIRDEWAN Martin
SCHNEIDER Christine
SCHOLZ Helmut
SCHULZE Sven
SCHUSTER Joachim
SCHWAB Andreas
SEEKATZ Ralf
SEMSROTT Nico
SIMON Sven
SIPPEL Birgit
SONNEBORN Martin
VERHEYEN Sabine
VON CRAMON-TAUBADEL Viola
VOSS Axel
WALSMANN Marion
WEBER Manfred
WIELAND Rainer
WÖLKEN Tiemo
ZIMNIOK Bernhard
MEMBRI ELETTI FIL-PARLAMENT SKONT L-ISTAT MEMBRU
(it-2 ta' Lulju 2019)
L-Estonja (6 Membri)
ANSIP Andrus
KALJURAND Marina
MADISON Jaak
MIKSER Sven
PAET Urmas
TOOM Yana
MEMBRI ELETTI FIL-PARLAMENT SKONT L-ISTAT MEMBRU
(it-2 ta' Lulju 2019)
L-Irlanda (11-il Membru)
CARTHY Matt
CUFFE Ciarán
DALY Clare
FITZGERALD Frances
FLANAGAN Luke Ming
KELLEHER Billy
KELLY Seán
McGUINNESS Mairead
O’SULLIVAN Grace
WALLACE Mick
WALSH Maria
MEMBRI ELETTI FIL-PARLAMENT SKONT L-ISTAT MEMBRU
(it-2 ta' Lulju 2019)
Il-Greċja (21 Membru)
ANDROULAKIS Nikos
ARVANITIS Konstantinos
ASIMAKOPOULOU Anna-Michelle
FRAGKOS Emmanouil (*)
GEORGOULIS Alexis
KAILI Eva
KEFALOGIANNIS Manolis
KOKKALIS Petros
KONSTANTINOU Athanasios
KOULOGLOU Stelios
KOUNTOURA Elena
KYMPOUROPOULOS Stelios
KYRTSOS Georgios
LAGOS Ioannis
MEIMARAKIS Vangelis
NIKOLAOU-ALAVANOS Lefteris
PAPADAKIS Kostas
PAPADIMOULIS Dimitrios
SPYRAKI Maria
VELOPOULOS Kyriakos (**)
VOZEMBERG-VRIONIDI Elissavet
ZAGORAKIS Theodoros
(*) Il-mandat huwa validu b'effett mill-10 ta' Lulju 2019, jiġifieri d-data tan-notifika mibgħuta mill-awtorità nazzjonali kompetenti tal-elezzjoni tas-Sur Emmanouil FRAGKOS flok is-Sur Kyriakos VELOPOULOS.
(**) Il-mandat tas-Sur Kyriakos VELOPOULOS intemm fis-6 ta' Lulju 2019.
MEMBRI ELETTI FIL-PARLAMENT SKONT L-ISTAT MEMBRU
(it-2 ta' Lulju 2019)
Spanja (54 Membru)
AGUILAR Mazaly
AGUILERA Clara
ARIAS ECHEVERRÍA Pablo
BARRENA ARZA Pernando
BAUZÁ DÍAZ José Ramón
BENJUMEA BENJUMEA Isabel
BILBAO BARANDICA Izaskun
BUXADÉ VILLALBA Jorge
CAÑAS Jordi
del CASTILLO VERA Pilar
DURÁ FERRANDIS Estrella (*)
ESTARÀS FERRAGUT Rosa
FERNÁNDEZ Jonás
GÁLVEZ MUÑOZ Lina
GARCÍA DEL BLANCO Ibán
GARCÍA-MARGALLO Y MARFIL José Manuel
GARCÍA MUÑOZ Isabel
GARCÍA PÉREZ Iratxe
GARDIAZABAL RUBIAL Eider
GARICANO Luis
GONZÁLEZ Mónica Silvana
GONZÁLEZ CASARES Nicolás
GONZÁLEZ PONS Esteban
HOMS GINEL Alicia
LÓPEZ Javi
LÓPEZ AGUILAR Juan Fernando
LÓPEZ GIL Leopoldo
LÓPEZ-ISTÚRIZ WHITE Antonio
LUENA César
MAESTRE MARTÍN DE ALMAGRO Cristina
MALDONADO LÓPEZ Adriana
MILLÁN MON Francisco José
MONTSERRAT Dolors
MORENO SÁNCHEZ Javier
NART Javier
PAGAZAURTUNDÚA Maite
PINEDA Manu
REGO Sira
RIBA I GINER Diana
RODRÍGUEZ PALOP Eugenia
RODRÍGUEZ-PIÑERO Inma
RODRÍGUEZ RAMOS María Soraya
RUIZ DEVESA Domènec
SÁNCHEZ AMOR Nacho
SOLÍS PÉREZ Susana
TERTSCH Hermann
URBÁN CRESPO Miguel
URTASUN Ernest
VILLANUEVA RUIZ Idoia
ZARZALEJOS Javier
ZOIDO ÁLVAREZ Juan Ignacio
(*) Il-mandat huwa validu b'effett mit-2 ta' Lulju 2019, skont in-notifika mibgħuta mill-awtorità nazzjonali kompetenti tal-elezzjoni tas-Sa Estrella DURÁ FERRANDIS flok is-Sur Josep BORRELL FONTELLES, li rrinunzja għas-siġġu tiegħu fis-26 ta' Ġunju 2019 u ma ppreżentax id-dikjarazzjonijiet neċessarji għall-verifika tal-kredenzjali tiegħu.
MEMBRI ELETTI FIL-PARLAMENT SKONT L-ISTAT MEMBRU
(it-2 ta' Lulju 2019)
Franza (74 Membru)
ALFONSI François
ANDRIEU Eric
ANDROUËT Mathilde
AUBRY Manon
BARDELLA Jordan
BAY Nicolas
BEIGNEUX Aurelia
BELLAMY François-Xavier
BIJOUX Stéphane
BILDE Dominique
BITEAU Benoît
BOMPARD Manuel
BOYER Gilles
BRUNA Annika
BRUNET Sylvie
CANFIN Pascal
CARÊME Damien
CHABAUD Catherine
CHAIBI Leïla
COLIN-OESTERLÉ Nathalie
COLLARD Gilbert
CORMAND David
DANJEAN Arnaud
DECERLE Jérémy
DELBOS-CORFIELD Gwendoline
DELLI Karima
DIDIER Geoffroy
DURAND Pascal
EVREN Agnès
FARRENG Laurence
GARRAUD Jean-Paul
GLUCKSMANN Raphaël
GRISET Catherine
GRUDLER Christophe
GUETTA Bernard
GUILLAUME Sylvie
HAYER Valerie
HORTEFEUX Brice
JADOT Yannick
JALKH Jean-François
JAMET France
JORON Virginie
JUVIN Herve
KARLESKIND Pierre
KELLER Fabienne
LALUCQ Aurore
LAPORTE Hélène
LARROUTUROU Pierre
LEBRETON Gilles
LECHANTEUX Julie
LOISEAU Nathalie
MARIANI Thierry
MAUREL Emmanuel
MÉLIN Joëlle
MORANO Nadine
OLIVIER Philippe
OMARJEE Younous
PELLETIER Anne-Sophie
PIRBAKAS Maxette
RIQUET Dominique
RIVASI Michèle
RIVIÈRE Jérôme
ROOSE Caroline
ROUGÉ André
SANDER Anne
SATOURI Mounir
SÉJOURNÉ Stéphane
TOLLERET Irène
TOUSSAINT Marie
TRILLET-LENOIR Véronique
VEDRENNE Marie-Pierre
YENBOU Salima
YON-COURTIN Stéphanie
ZACHAROPOULOU Chrysoula
MEMBRI ELETTI FIL-PARLAMENT SKONT L-ISTAT MEMBRU
(it-2 ta' Lulju 2019)
Il-Kroazja (11-il Membru)
BORZAN Biljana
FLEGO Valter
GLAVAK Sunčana (*)
KOLAKUŠIĆ Mislav
MATIĆ Predrag Fred
PICULA Tonino
RESSLER Karlo
SINČIĆ Ivan Vilibor
SOKOL Tomislav
ŠUICA Dubravka (**)
TOMAŠIĆ Ruža
ZOVKO Željana
(*) Il-mandat huwa validu b'effett mill-1 ta' Diċembru 2019, jiġifieri d-data indikata fin-notifika mibgħuta mill-awtorità nazzjonali kompetenti tal-elezzjoni tas-Sa Sunčana GLAVAK flok is-Sa Dubravka ŠUICA.
Il-mandat tas-Sa Dubravka ŠUICA ntemm fit-30 ta' Novembru 2019.
MEMBRI ELETTI FIL-PARLAMENT SKONT L-ISTAT MEMBRU
(it-2 ta' Lulju 2019)
L-Italja (73 Membru)
ADINOLFI Isabella
ADINOLFI Matteo
BALDASSARRE Simona
BARTOLO Pietro
BASSO Alessandra
BEGHIN Tiziana
BENIFEI Brando
BERLUSCONI Silvio
BIZZOTTO Mara
BONAFÈ Simona
BONFRISCO Anna
BORCHIA Paolo
CALENDA Carlo
CAMPOMENOSI Marco
CAROPPO Andrea
CASANOVA Massimo
CASTALDO Fabio Massimo
CECCARDI Susanna
CHINNICI Caterina
CIOCCA Angelo
CONTE Rosanna
CORRAO Ignazio
COZZOLINO Andrea
D’AMATO Rosa
DANTI Nicola (*)
DA RE Gianantonio
DE CASTRO Paolo
DONATO Francesca
DORFMANN Herbert
DREOSTO Marco
EVI Eleonora
FERRANDINO Giuseppe
FERRARA Laura
FIDANZA Carlo
FIOCCHI Pietro
FITTO Raffaele
FURORE Mario
GANCIA Gianna
GEMMA Chiara
GIARRUSSO Dino
GRANT Valentino
GUALMINI Elisabetta
GUALTIERI Roberto (**)
LANCINI Danilo Oscar
LIZZI Elena
MAJORINO Pierfrancesco
MARTUSCIELLO Fulvio
MILAZZO Giuseppe
MORETTI Alessandra
PANZA Alessandro
PATRICIELLO Aldo
PEDICINI Piernicola
PICIERNO Pina
PIGNEDOLI Sabrina
PISAPIA Giuliano
PROCACCINI Nicola
REGIMENTI Luisa
RINALDI Antonio Maria
ROBERTI Franco
RONDINELLI Daniela
SALINI Massimiliano
SARDONE Silvia
SASSOLI David Maria
SMERIGLIO Massimiliano
STANCANELLI Raffaele
TAJANI Antonio
TARDINO Annalisa
TINAGLI Irene
TOIA Patrizia
TOVAGLIERI Isabella
VUOLO Lucia
ZAMBELLI Stefania
ZANNI Marco
ZULLO Marco
(*) Il-mandat huwa validu b'effett mill-5 ta' Settembru 2019, jiġifieri d-data indikata fin-notifika mibgħuta mill-awtorità nazzjonali kompetenti tal-elezzjoni tas-Sur Nicola DANTI flok is-Sur Roberto GUALTIERI.
(**) Il-mandat tas-Sur Roberto GUALTIERI ntemm fl-4 ta' Settembru 2019.
MEMBRI ELETTI FIL-PARLAMENT SKONT L-ISTAT MEMBRU
(it-2 ta' Lulju 2019)
Ċipru (6 Membri)
CHRISTOFOROU Lefteris
FOURLAS Loukas
GEORGIOU Giorgios
KIZILYÜREK Niyazi
MAVRIDES Costas
PAPADAKIS Demetris
MEMBRI ELETTI FIL-PARLAMENT SKONT L-ISTAT MEMBRU
(it-2 ta' Lulju 2019)
Il-Latvja (8 Membri)
AMERIKS Andris
IJABS Ivars
KALNIETE Sandra
MELBĀRDE Dace
UŠAKOVS Nils
VAIDERE Inese (*)
ZĪLE Roberts
ŽDANOKA Tatjana
(*) Il-mandat huwa validu b'effett mit-2 ta' Lulju 2019, jiġifieri d-data indikata fin-notifika mibgħuta mill-awtorità nazzjonali kompetenti tal-elezzjoni tas-Sa Inese VAIDERE flok is-Sur Valdis DOMBROVSKIS, li rrinunzja għas-siġġu tiegħu qabel ma bdiet id-disa' leġiżlatura u ma ppreżentax id-dikjarazzjonijiet neċessarji għall-verifika tal-kredenzjali tiegħu.
MEMBRI ELETTI FIL-PARLAMENT SKONT L-ISTAT MEMBRU
(it-2 ta' Lulju 2019)
Il-Litwanja (11-il Membru)
AUŠTREVIČIUS Petras
BLINKEVIČIŪTĖ Vilija
JAKELIŪNAS Stasys
JUKNEVIČIENĖ Rasa
KUBILIUS Andrius
MALDEIKIENĖ Aušra
MAŽYLIS Liudas
OLEKAS Juozas
ROPĖ Bronis
TOMAŠEVSKI Valdemar
USPASKICH Viktor
MEMBRI ELETTI FIL-PARLAMENT SKONT L-ISTAT MEMBRU
(it-2 ta' Lulju 2019)
Il-Lussemburgu (6 Membri)
ANGEL Marc (*)
GOERENS Charles
HANSEN Christophe
METZ Tilly
SCHMIT Nicolas (**)
SEMEDO Monica
WISELER-LIMA Isabel
(*) Il-mandat huwa validu b'effett mill-10 ta' Diċembru 2019, jiġifieri d-data indikata fin-notifika mibgħuta mill-awtorità nazzjonali kompetenti tal-elezzjoni tas-Sur Marc ANGEL flok is-Sur Nicolas SCHMIT.
(**) Il-mandat tas-Sur Nicolas SCHMIT intemm fit-30 ta' Novembru 2019.
MEMBRI ELETTI FIL-PARLAMENT SKONT L-ISTAT MEMBRU
(it-2 ta' Lulju 2019)
L-Ungerija (21 Membru)
ARA-KOVÁCS Attila
BOCSKOR Andrea
CSEH Katalin
DELI Andor
DEUTSCH Tamás
DOBREV Klára
DONÁTH Anna Júlia
GÁL Kinga
GYÖNGYÖSI Márton
GYŐRI Enikő
GYÜRK András
HIDVÉGHI Balázs
HÖLVÉNYI György
JÁRÓKA Lívia
KÓSA Ádám
MOLNÁR Csaba
RÓNAI Sándor
SZÁJER József
TÓTH Edina
TRÓCSÁNYI László
UJHELYI István
MEMBRI ELETTI FIL-PARLAMENT SKONT L-ISTAT MEMBRU
(it-2 ta' Lulju 2019)
Malta (6 Membri)
AGIUS SALIBA Alex
CASA David
CUTAJAR Josianne
DALLI Miriam
METSOLA Roberta
SANT Alfred
MEMBRI ELETTI FIL-PARLAMENT SKONT L-ISTAT MEMBRU
(it-2 ta' Lulju 2019)
In-Netherlands (26 Membru)
AZMANI Malik
BERENDSEN Tom
CHAHIM Mohammed
van DALEN Peter
EICKHOUT Bas
EPPINK Derk Jan
HAZEKAMP Anja
HUITEMA Jan
JONGERIUS Agnes Maria
de LANGE Esther
LENAERS Jeroen
MANDERS Antonius
NAGTEGAAL Caroline
PIRI Kati
RAFAELA Samira
ROOKEN Rob
ROOS Rob
RUISSEN Bert-Jan
SCHREIJER-PIERIK Annie
SCHREINEMACHER Liesje
van SPARRENTAK Kim
STRIK Tineke
TANG Paul
TAX Vera
in 't VELD Sophia
WOLTERS Lara (*)
(*) Il-mandat huwa validu b'effett mill-4 ta' Lulju 2019, jiġifieri d-data indikata fin-notifika mibgħuta mill-awtorità nazzjonali kompetenti tal-elezzjoni tas-Sa Lara WOLTERS flok is-Sur Frans TIMMERMANS, li ma ppreżentax id-dikjarazzjonijiet neċessarji għall-verifika tal-kredenzjali tiegħu u għażel li jżomm il-kariga ta' Kummissarju Ewropew.
MEMBRI ELETTI FIL-PARLAMENT SKONT L-ISTAT MEMBRU
(it-2 ta' Lulju 2019)
L-Awstrija (18-il Membru)
BERNHUBER Alexander
EDTSTADLER Karoline (*)
GAMON Claudia
HAIDER Roman
HEIDE Hannes
KARAS Othmar
MANDL Lukas
MAYER Georg
REGNER Evelyn
SCHIEDER Andreas
SCHMIEDTBAUER Simone
SIDL Günther
THALER Barbara
VANA Monika
VILIMSKY Harald
VOLLATH Bettina
WIENER Sarah
WINZIG Angelika
(*) Il-mandat tas-Sa Karoline EDTSTADLER intemm fis-6 ta' Jannar 2020.
MEMBRI ELETTI FIL-PARLAMENT SKONT L-ISTAT MEMBRU
(it-2 ta' Lulju 2019)
Il-Polonja (51 Membru)
ADAMOWICZ Magdalena
ARŁUKOWICZ Bartosz
BALT Marek Paweł
BELKA Marek
BIEDROŃ Robert
BIELAN Adam
BRUDZIŃSKI Joachim Stanisław
BUZEK Jerzy
CIMOSZEWICZ Włodzimierz
CZARNECKI Ryszard
DUDA Jarosław
FOTYGA Anna
FRANKOWSKI Tomasz
HALICKI Andrzej
HETMAN Krzysztof
HÜBNER Danuta Maria
JAKI Patryk
JARUBAS Adam
JURGIEL Krzysztof
KALINOWSKI Jarosław
KARSKI Karol
KEMPA Beata
KLOC Izabela-Helena
KOHUT Łukasz
KOPACZ Ewa
KOPCIŃSKA Joanna
KRASNODĘBSKI Zdzisław
KRUK Elżbieta
KUŹMIUK Zbigniew
LEGUTKO Ryszard Antoni
LEWANDOWSKI Janusz
LIBERADZKI Bogusław
ŁUKACIJEWSKA Elżbieta Katarzyna
MAZUREK Beata
MILLER Leszek
MOŻDŻANOWSKA Andżelika Anna
OCHOJSKA Janina
OLBRYCHT Jan
PORĘBA Tomasz Piotr
RAFALSKA Elżbieta
RZOŃCA Bogdan
SARYUSZ-WOLSKI Jacek
SIKORSKI Radosław
SPUREK Sylwia
SZYDŁO Beata
THUN UND HOHENSTEIN Róża
TOBISZOWSKI Grzegorz
WASZCZYKOWSKI Witold Jan
WIŚNIEWSKA Jadwiga
ZALEWSKA Anna
ZŁOTOWSKI Kosma
MEMBRI ELETTI FIL-PARLAMENT SKONT L-ISTAT MEMBRU
(it-2 ta' Lulju 2019)
Il-Portugall (21 Membru)
AMARO Álvaro
CARVALHAIS Isabel (*)
CARVALHO Maria de Graça
CERDAS Sara
DIONÍSIO BRADFORD André Jorge (**)
FERNANDES José Manuel
FERREIRA João
GUERREIRO Francisco
GUSMÃO José
LEITÃO MARQUES Maria Manuel
MARQUES Margarida
MARQUES Pedro
MATIAS Marisa
MELO Nuno
MONTEIRO DE AGUIAR Cláudia
PEREIRA Lídia
PEREIRA Sandra
PIZARRO Manuel
RANGEL Paulo
SANTOS Isabel
SILVA PEREIRA Pedro
ZORRINHO Carlos
(*) Il-mandat huwa validu b'effett mit-3 ta' Settembru 2019, jiġifieri d-data tan-notifika mibgħuta mill-awtorità nazzjonali kompetenti tal-elezzjoni tas-Sa Isabel CARVALHAIS flok is-Sur André Jorge DIONÍSIO BRADFORD.
(**) Il-mandat tas-Sur André Jorge DIONÍSIO BRADFORD intemm fit-18 ta' Lulju 2019.
MEMBRI ELETTI FIL-PARLAMENT SKONT L-ISTAT MEMBRU
(it-2 ta' Lulju 2019)
Ir-Rumanija (32 Membru)
ARMAND Clotilde
AVRAM Carmen
BĂSESCU Traian
BENEA Adrian-Dragoş
BLAGA Vasile
BOGDAN Ioan-Rareş
BOTOŞ Vlad-Marius
BUDA Daniel
BUŞOI Cristian-Silviu
CIOLOŞ Dacian
CIUHODARU Tudor
CREŢU Corina
FALCĂ Gheorghe
GHINEA Cristian
GRAPINI Maria
HAVA Mircea-Gheorghe
MANDA Claudiu
MARINESCU Marian-Jean
MOTREANU Dan-Ştefan
MUREȘAN Siegfried
NICA Dan
NISTOR Gheorghe-Vlad (*)
PÎSLARU Dragoş
PLUMB Rovana
ŞTEFĂNUȚĂ Nicolae
STRUGARIU Ramona
TERHEŞ Cristian
TOMAC Eugen
TUDORACHE Dragoş
TUDOSE Mihai
VĂLEAN Adina-Ioana (**)
VINCZE Loránt
WINKLER Iuliu
(*) Il-mandat huwa validu b'effett mit-2 ta' Diċembru 2019, jiġifieri d-data indikata fin-notifika mibgħuta mill-awtorità nazzjonali kompetenti tal-elezzjoni tas-Sur Gheorghe-Vlad NISTOR flok is-Sa Adina-Ioana VĂLEAN.
(**) Il-mandat tas-Sa Adina-Ioana VĂLEAN intemm fit-30 ta' Novembru 2019.
MEMBRI ELETTI FIL-PARLAMENT SKONT L-ISTAT MEMBRU
(it-2 ta' Lulju 2019)
Is-Slovenja (8 Membri)
BOGOVIČ Franc
BRGLEZ Milan
FAJON Tanja
GROŠELJ Klemen
JOVEVA Irena
NOVAK Ljudmila
TOMC Romana
ZVER Milan
MEMBRI ELETTI FIL-PARLAMENT SKONT L-ISTAT MEMBRU
(it-2 ta' Lulju 2019)
Is-Slovakkja (13-il Membru)
BEŇOVÁ Monika
BILČÍK Vladimír
ČÍŽ Miroslav
ĎURIŠ NICHOLSONOVÁ Lucia
HAJŠEL Robert
HOJSÍK Martin
JURZYKA Eugen
POLLÁK Peter
RADAČOVSKÝ Miroslav
ŠIMEČKA Michal
ŠTEFANEC Ivan
UHRÍK Milan
WIEZIK Michal
MEMBRI ELETTI FIL-PARLAMENT SKONT L-ISTAT MEMBRU
(it-2 ta' Lulju 2019)
Il-Finlandja (13-il Membru)
HAKKARAINEN Teuvo
HAUTALA Heidi
HEINÄLUOMA Eero
HUHTASAARI Laura
KATAINEN Elsi
KUMPULA-NATRI Miapetra
MODIG Silvia
NIINISTÖ Ville
PEKKARINEN Mauri
PIETIKÄINEN Sirpa
SARVAMAA Petri
TORVALDS Nils
VIRKKUNEN Henna
MEMBRI ELETTI FIL-PARLAMENT SKONT L-ISTAT MEMBRU
(it-2 ta' Lulju 2019)
L-Iżvezja (20 Membru)
AL-SAHLANI Abir
BERGKVIST Erik
BJÖRK Malin
DANIELSSON Johan
FEDERLEY Fredrick
FRITZON Heléne
GUTELAND Jytte
HOLMGREN Pär
INCIR Evin
KARLSBRO Karin
KOKALARI Arba
KUHNKE Alice
LEGA David
LUNDGREN Peter
POLFJÄRD Jessica
SKYTTEDAL Sara
STEGRUD Jessica
TOBÉ Tomas
WARBORN Jörgen
WEIMERS Charlie
MEMBRI ELETTI FIL-PARLAMENT SKONT L-ISTAT MEMBRU
(it-2 ta' Lulju 2019)
Ir-Renju Unit (73 Membru)
AINSLIE Scott
ALLARD Christian
ANDERSON Martina
BEARDER Catherine
BENNION Phil
BROPHY Jane
BULL David
BULLOCK Jonathan
BUNTING Judith
CHOWNS Ellie
CORBETT Richard
DANCE Seb
DAUBNEY Martin Edward
DAVIES Chris
DE LUCY Belinda
DHAMIJA Dinesh
DODDS Diane
DOWDING Gina
ENGLAND KERR Andrew
EVANS Jill
FARAGE Nigel
FORMAN Lance
FOX Claire
GIBSON Barbara Ann
GILL Nathan
GILL Neena
GLANCY James Alexander
GRIFFIN Theresa
HABIB Ben
HANNAN Daniel
HARRIS Lucy Elizabeth
HEAVER Michael
HOOK Anthony
HORWOOD Martin
HOWARTH John
JONES Jackie
JORDAN Christina Sheila
KIRTON-DARLING Jude
LONG Naomi
LONGWORTH John
LOWE Rupert
MAGID Magid
McINTYRE Anthea
McLEOD Aileen
MOBARIK Nosheena
MOHAMMED Shaffaq
MONTEITH Brian
MORAES Claude
MUMMERY June Alison
NETHSINGHA Lucy
NEWTON DUNN Bill
OVERGAARD NIELSEN Henrik
PALMER Rory
PATTEN Matthew
PHILLIPS Alexandra Lesley
PHILLIPS Alexandra Louise Rosenfield
PORRITT Luisa
PUGH Jake
REES-MOGG Annunziata Mary
RITCHIE Sheila
ROWETT Catherine
ROWLAND Robert
SCOTT CATO Molly
SMITH Alyn (*)
STEDMAN-BRYCE Louis
TENNANT John David Edward
TICE Richard
VAN ORDEN Geoffrey
VOADEN Caroline
VON WIESE Irina
WARD Julie
WELLS James
WIDDECOMBE Ann
(*) Il-mandat tas-Sur Alyn SMITH intemm fit-12 ta' Diċembru 2019.
Le Pen vs Il-Parlament, C-208/03, EU:C:2005:429; L-Italja u Donnici vs Il-Parlament, C-393/07 u C-9/08, EU:C:2009:275: u Junqueras Vies, C-502/19, EU:C:2019:1115.
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Jannar 2020 dwar il-proposta għall-ħatra ta' membru tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni (N9-0005/2020[1] – C9-0009/2020 – 2020/0902(NLE))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-14 ta' Jannar 2020 għall-ħatra ta' Pedro Machado bħala Membru tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni (C9-0009/2020),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 56(6) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta' Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010(1),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 2019 dwar il-bilanċ bejn is-sessi fin-nomini fis-settur tal-affarijiet ekonomiċi u monetarji tal-UE(2),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Jannar 2020 dwar l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja: il-prevenzjoni tal-kunflitti ta' interess wara l-impjieg fis-servizz pubbliku(3),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9-0009/2020),
A. billi l-Artikolu 56(4) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 jgħid li l-membri tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 43(1) ta' dak ir-Regolament għandhom jinħatru abbażi tal-mertu, il-ħiliet, l-għarfien dwar kwistjonijiet bankarji u finanzjarji u tal-esperjenza rilevanti għas-superviżjoni u r-regolamentazzjoni finanzjarja, kif ukoll ir-riżoluzzjoni tal-banek;
B. billi l-Parlament jiddeplora l-fatt li l-kandidati kollha kienu rġiel, minkejja l-obbligi skont l-Artikolu 56(4) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 u d-diversi talbiet magħmula mill-Parlament biex ikun rispettat il-bilanċ bejn is-sessi meta tiġi ppreżentata lista ta' kandidati; billi l-Parlament jiddispjaċih li n-nisa għadhom sottorappreżentati fil-karigi eżekuttivi fil-qasam tas-servizzi bankarji u finanzjarji u jesiġi li jiġi rispettat il-bilanċ bejn is-sessi għan-nomina li jmiss; billi l-istituzzjonijiet u l-korpi kollha nazzjonali u tal-UE għandhom jimplimentaw miżuri konkreti biex jiżguraw il-bilanċ bejn is-sessi;
C. billi, bi qbil mal-Artikolu 56(6) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, fit-13 ta' Novembru 2019 il-Kummissjoni adottat lista mqassra tal-kandidati magħżula għall-kariga ta' Membru tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni skont il-punt (b) tal-Artikolu 43(1) ta' dak ir-Regolament;
D. billi, bi qbil mal-Artikolu 56(6) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, il-Kummissjoni bagħtet il-lista mqassra lill-Parlament;
E. billi, fl-14 ta' Jannar 2020, il-Kummissjoni adottat proposta biex taħtar lil Pedro Machado bħala Membru tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni u Direttur għall-"Ippjanar u d-Deċiżjonijiet relatati ma' Riżoluzzjonijiet" fil-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni, u bagħtet din il-proposta lill-Parlament;
F. billi l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament imbagħad ipproċeda bl-evalwazzjoni tal-kredenzjali tal-kandidat propost għall-funzjonijiet ta' Membru tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni, b'mod partikolari fid-dawl tar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 56(4) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014;
G. billi, fit-22 ta' Jannar 2020, il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji kellu seduta ta' smigħ ma' Pedro Machado, li fiha hu għamel dikjarazzjoni preliminari u mbagħad wieġeb għal mistoqsijiet li saru mill-membri tal-kumitat;
1. Jagħti l-approvazzjoni għall-ħatra ta' Pedro Machado bħala Membru tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni għal perjodu ta' ħames snin;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet tal-Istati Membri.
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Jannar 2020 dwar il-proposta għall-ħatra ta' membru tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni (N9-0005/2020[2] – C9-0010/2020 – 2020/0903(NLE))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-14 ta' Jannar 2020 għall-ħatra ta' Jesús Saurina bħala Membru tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni (C9-0010/2020),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 56(6) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta' Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010(1),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 2019 dwar il-bilanċ bejn is-sessi fin-nomini fis-settur tal-affarijiet ekonomiċi u monetarji tal-UE(2),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Jannar 2020 dwar l-istituzzjonijiet u l-korpi fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja: il-prevenzjoni tal-konflitti ta' interess wara l-impjieg fis-servizz pubbliku(3),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9-0011/2020),
A. billi l-Artikolu 56(4) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 jipprevedi li l-membri tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni msemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 43(1) ta' dak ir-Regolament għandhom jinħatru abbażi tal-mertu, il-ħiliet, l-għarfien dwar kwistjonijiet bankarji u finanzjarji u tal-esperjenza rilevanti għas-superviżjoni u r-regolamentazzjoni finanzjarja, kif ukoll ir-riżoluzzjoni tal-banek;
B. billi l-Parlament jiddeplora l-fatt li l-kandidati kollha kienu rġiel, minkejja l-obbligi skont l-Artikolu 56(4) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 u d-diversi talbiet magħmula mill-Parlament biex ikun rispettat il-bilanċ bejn is-sessi meta tiġi ppreżentata lista ta' kandidati; billi l-Parlament jiddispjaċih li n-nisa għadhom sottorappreżentati fil-karigi eżekuttivi fil-qasam tas-servizzi bankarji u finanzjarji u jesiġi li jiġi rispettat il-bilanċ bejn is-sessi għan-nomina li jmiss; billi l-istituzzjonijiet u l-korpi kollha tal-UE u dawk nazzjonali għandhom jimplimentaw miżuri konkreti biex jiżguraw il-bilanċ bejn is-sessi;
C. billi skont l-Artikolu 56(6) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, fit-13 ta' Novembru 2019 il-Kummissjoni adottat lista mqassra ta' kandidati għall-kariga ta' Membru tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni msemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 43(1) ta' dak ir-Regolament;
D. billi, bi qbil mal-Artikolu 56(6) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, il-lista mqassra ntbagħtet lill-Parlament mill-Kummissjoni;
E. billi fl-14 ta' Jannar 2020 il-Kummissjoni adottat proposta biex taħtar lil Jesús Saurina bħala Membru tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni u Direttur għall-"Ippjanar u d-Deċiżjonijiet tar-Riżoluzzjonijiet" fil-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni, u għaddiet dik il-proposta lill-Parlament;
F. billi l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji mbagħad ipproċeda bl-evalwazzjoni tal-kredenzjali tal-kandidat propost għall-funzjonijiet ta' Membru tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni, b'mod partikolari fid-dawl tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 56(4) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014;
G. billi fit-22 ta' Jannar 2020 il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji kellu seduta ta' smigħ ma' Jesús Saurina, li fiha hu għamel dikjarazzjoni preliminari u mbagħad wieġeb għal mistoqsijiet li saru mill-membri tal-kumitat;
1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-ħatra ta' Jesús Saurina bħala Membru tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni għal perjodu ta' ħames snin;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet tal-Istati Membri.
Ħatra tal-Viċi President tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni
123k
42k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Jannar 2020 dwar il-proposta għall-ħatra tal-Viċi President tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni (N9-0006/2020 – C9-0011/2020 – 2020/0904(NLE))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-14 ta' Jannar 2020 għall-ħatra ta' Jan de Carpentier bħala Viċi President tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni (C9-0011/2020),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 56(6) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta' Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010(1),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 2019 dwar il-bilanċ bejn is-sessi fin-nomini fis-settur tal-affarijiet ekonomiċi u monetarji tal-UE(2),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Jannar 2020 dwar l-istituzzjonijiet u l-korpi fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja: il-prevenzjoni tal-konflitti ta' interess wara l-impjieg fis-servizz pubbliku(3),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9-0010/2020),
A. billi l-Artikolu 56(4) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 jipprevedi li l-Viċi President tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni għandu jinħatar fuq il-bażi tal- mertu, il-ħiliet, l-għarfien dwar kwistjonijiet bankarji u finanzjarji, u tal-esperjenza rilevanti għas-superviżjoni u r-regolamentazzjoni finanzjarja, kif ukoll ir-riżoluzzjoni bankarja;
B. billi l-Parlament jiddeplora l-fatt li l-kandidati kollha kienu rġiel, minkejja l-obbligi skont l-Artikolu 56(4) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 u d-diversi talbiet magħmula mill-Parlament biex ikun rispettat il-bilanċ bejn is-sessi meta tiġi ppreżentata lista ta' kandidati; billi l-Parlament jiddispjaċih li n-nisa għadhom sottorappreżentati fil-karigi eżekuttivi fil-qasam tas-servizzi bankarji u finanzjarji u jesiġi li jiġi rispettat il-bilanċ bejn is-sessi għan-nomina li jmiss; billi l-istituzzjonijiet u l-korpi kollha nazzjonali u tal-UE għandhom jimplimentaw miżuri konkreti biex jiżguraw il-bilanċ bejn is-sessi;
C. billi skont l-Artikolu 56(6) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, fit-13 ta' Novembru 2019 il-Kummissjoni adottat lista mqassra għall-kariga ta' Viċi President tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni;
D. billi, bi qbil mal-Artikolu 56(6) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, il-Kummissjoni bagħtet il-lista mqassra lill-Parlament;
E. billi fl-14 ta' Jannar 2020 il-Kummissjoni adottat proposta biex taħtar lil Jan de Carpentier bħala Viċi President tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni u Direttur li jopera s-servizzi korporattivi tal-SRB u li jissorvelja l-Fond Uniku ta' Riżoluzzjoni, u bagħtet dik il-proposta lill-Parlament;
F. billi l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji mbagħad ipproċeda bl-evalwazzjoni tal-kredenzjali tal-kandidat propost għall-funzjonijiet ta' Viċi President tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni, b'mod partikolari fid-dawl tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 56(4) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014;
G. billi fit-22 ta' Jannar 2020 il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji kellu seduta ta' smigħ ma' Jan de Carpentier, li fiha hu għamel dikjarazzjoni preliminari u mbagħad wieġeb għal mistoqsijiet li saru mill-membri tal-kumitat;
1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-ħatra ta' Jan de Carpentier bħala Viċi President tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni għal perjodu ta' ħames snin;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet tal-Istati Membri.
Ħatra tad-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Bankarja Ewropea
121k
42k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Jannar 2020 dwar il-proposta għall-ħatra tad-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Bankarja Ewropea (N9-0003/2020 – C9-0006/2020 – 2020/0901(NLE))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Bord tas-Superviżuri tal-Awtorità Bankarja Ewropea tal-14 ta' Jannar 2020 (C9-0006/2020),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51(2) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE(1),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 2019 dwar il-bilanċ bejn is-sessi fin-nomini fis-settur tal-affarijiet ekonomiċi u monetarji tal-UE(2),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Jannar 2020 dwar l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja: il-prevenzjoni tal-kunflitti ta' interess wara l-impjieg fis-servizz pubbliku(3),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9-0008/2020),
A. billi d-Direttur Eżekuttiv attwali tal-Awtorità Bankarja Ewropea ħabbar ir-riżenja tiegħu mill-kariga b'effett mill-31 ta' Jannar 2020;
B. billi, fl-14 ta' Jannar 2020, il-Bord tas-Superviżuri tal-Awtorità Bankarja Ewropea, wara proċedura tal-għażla miftuħa, ippropona li jaħtar lil Gerry Cross bħala Direttur Eżekuttiv għal mandat ta' ħames snin, b'konformità mal-Artikolu 51(2) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010;
C. billi, fit-22 ta' Jannar 2020, il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji kellu seduta ta' smigħ ma' Gerry Cross, li fiha hu għamel stqarrija preliminari u mbagħad wieġeb għal mistoqsijiet li saru mill-membri tal-Kumitat;
1. Jirrifjuta li jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-ħatra ta' Gerry Cross bħala Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Bankarja Ewropea u jitlob li tiġi rtirata l-proposta kif ukoll li tiġi preżentata waħda ġdida lill-Parlament;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Awtorità Bankarja Ewropea kif ukoll lill-gvernijiet tal-Istati Membri.
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mat-tqegħid fis-suq ta' tagħmir tar-radju u li tħassar id-Direttiva 1999/5/KE(1),
– wara li kkunsidra l-Memorandum ta' Qbil rigward l-armonizzazzjoni tal-kapaċità tal-iċċarġjar għat-telefons mobbli tal-5 ta' Ġunju 2009,
– wara li kkunsidra l-Memorandum ta' Qbil dwar is-soluzzjoni futura ta' ċċarġjar komuni għall-ismartphones tal-20 ta' Marzu 2018,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tal-11 ta' Novembru 2018 dwar it-tħaddim tad-Direttiva dwar it-Tagħmir tar-Radju 2014/53/UE (COM(2018)0740),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 132(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi s-suq uniku kien, u għadu, il-bażi għas-suċċess ekonomiku tal-Ewropa, il-pedament tal-integrazzjoni Ewropea u mutur tat-tkabbir u l-impjiegi;
B. billi s-suq uniku mhux qed jisfrutta għal kollox il-potenzjal tiegħu, u billi l-kontinwazzjoni tal-frammentazzjoni tas-suq għaċ-ċarġers tat-telefons mobbli u ta' apparati elettroniċi ta' daqs żgħir u medju oħrajn tissarraf f'żieda fl-iskart elettroniku u fil-frustrazzjoni tal-konsumaturi;
C. billi l-konsumaturi għadu qed ikollhom jakkwistaw ċarġers differenti meta jixtru apparati ġodda mingħand bejjiegħa differenti, u huma obbligati jixtru ċarġer ġdid meta jixtru apparat ġdid mingħand l-istess bejjiegħ;
D. billi l-Membri tal-Parlament Ewropew ilhom għal aktar minn għaxar snin jitolbu li jkun hemm ċarġer komuni għat-tagħmir tar-radju mobbli, inklużi t-telefons mobbli, it-tablets, l-apparati għall-qari ta' kotba elettroniċi, il-kameras intelliġenti, it-tagħmir elettroniku li jintlibes u apparati elettroniċi oħra ta' daqs medju jew żgħir; billi l-Kummissjoni pposponiet ripetutament l-att delegat li jissupplementa d-Direttiva 2014/53/UE dwar it-tagħmir tar-radju;
E. billi l-implimentazzjoni tempestiva tal-leġiżlazzjoni adottata mill-UE permezz ta' passi leġiżlattivi konkreti hija essenzjali għall-kredibbiltà tal-Unjoni Ewropea f'għajnejn iċ-ċittadini tagħha u fix-xena internazzjonali;
F. billi l-ftehimiet volontarji bejn l-atturi industrijali, minkejja li naqqsu b'mod sinifikanti l-għadd ta' tipi ta' ċarġers disponibbli fis-suq, ma rnexxilhomx jiksbu soluzzjoni ta' ċċarġjar komuni, u l-konsumaturi għadhom qed iħabbtu wiċċhom ma' tipi differenti ta' ċarġers fis-suq;
G. billi kull sena jiġu ġġenerati madwar 50 miljun tunnellata metrika ta' skart elettroniku fid-dinja, b'medja ta' aktar minn 6 kg għal kull persuna; billi l-ġenerazzjoni totali ta' skart elettroniku fl-Ewropa fl-2016 kienet tammonta għal 12,3 miljun tunnellata metrika, li huma ekwivalenti għal medja ta' 16,6 kg għal kull abitant(2); billi dan jirrappreżenta impronta bla bżonn fuq l-ambjent li tista' titnaqqas;
H. billi, fi ħdan il-qafas tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, il-Parlament talab pjan ta' azzjoni ġdid u ambizzjuż għall-ekonomija ċirkolari bl-għan li titnaqqas l-impronta totali tal-produzzjoni u l-konsum tal-UE fuq l-ambjent u r-riżorsi, fejn l-effiċjenza fir-riżorsi, it-tniġġis żero u l-prevenzjoni tal-iskart ikunu prijoritajiet ewlenin;
I. billi x-xejriet tal-konsumaturi f'dawn l-aħħar 10 snin juru żieda fis-sjieda ta' aktar minn apparat wieħed u ċikli tal-ħajja qosra għal xi tagħmir tar-radju, eż. l-ismartphones; billi ħafna drabi t-tagħmir iktar qadim jiġi sostitwit għax jitqies skadut; billi, barra minn hekk, dawn ix-xejriet jwasslu għall-produzzjoni ta' skart elettroniku addizzjonali, inklużi ċarġers;
J. billi l-konsumaturi stess jużaw u ħafna drabi jġorru magħhom ħafna ċarġers differenti għal apparati simili li jaħdmu bil-batteriji; billi l-provvista żejda attwali ta' ċarġers tikkawża inkonvenjenza u spejjeż eċċessivi għall-konsumaturi u impronta bla bżonn fuq l-ambjent;
K. billi n-nies illum jiddependu fuq l-apparati mobbli tagħhom f'bosta sitwazzjonijiet ta' kuljum, speċjalment fil-każ ta' emerġenza jew meta jkunu qed jivvjaġġaw, u dan huwa dovut ukoll għan-nuqqas ta' telefons pubbliċi; billi n-nies jiddependu fuq telefon mobbli li jiċċarġja faċilment biex jiksbu aċċess rapidu għal servizzi essenzjali u għodda vitali bħalma huma l-mezzi ta' pagament, il-magni tat-tiftix, l-apparati ta' navigazzjoni, eċċ.; billi l-apparati mobbli huma għodda essenzjali għal parteċipazzjoni sħiħa fis-soċjetà;
1. Jenfasizza bil-qawwa li hemm bżonn urġenti ta' azzjoni regolatorja tal-UE biex jitnaqqas l-iskart elettroniku, tingħata s-setgħa lill-konsumaturi ħalli jagħmlu għażliet sostenibbli, u jitħallew jipparteċipaw bis-sħiħ f'suq intern effiċjenti u li jiffunzjona tajjeb;
2. Jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta u tippubblika, mingħajr aktar dewmien, ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-impatt rigward l-introduzzjoni ta' ċarġer komuni għat-telefons mobbli u għal apparati kompatibbli oħrajn bil-ħsieb li jiġu proposti dispożizzjonijiet obbligatorji;
3. Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi adottat standard għal ċarġer komuni għat-tagħmir tar-radju mobbli, li għandu jiġi adottat b'urġenza sabiex tiġi evitata l-frammentazzjoni ulterjuri tas-suq intern;
4. Jistieden għalhekk lill-Kummissjoni tieħu azzjoni biex tintroduċi ċarġer komuni mingħajr ebda dewmien ulterjuri billi tadotta l-att delegat li jissupplementa d-Direttiva 2014/53/UE dwar it-tagħmir tar-radju li jiddefinixxi standard għal ċarġer komuni għat-telefons mobbli u tagħmir tar-radju ieħor ta' daqs żgħir u medju sa Lulju 2020, jew, jekk ikun meħtieġ, billi taddotta miżura leġiżlattiva sa mhux aktar tard minn Lulju 2020;
5. Jirrimarka li l-Kummissjoni għandha tiżgura, mingħajr ma xxekkel l-innovazzjoni, li l-qafas leġiżlattiv għal ċarġer komuni jiġi skrutinizzat regolarment sabiex jitqies il-progress tekniku; itenni l-importanza tar-riċerka u l-innovazzjoni f'dan il-qasam biex jittejbu t-teknoloġiji eżistenti u jfeġġu oħrajn ġodda;
6. Jirrimarka li l-użu tat-teknoloġija tal-iċċarġjar bla fili jinvolvi benefiċċji addizzjonali bħal pereżempju l-mitigazzjoni tal-iskart elettroniku; jenfasizza li ħafna telefons mobbli diġà jużaw metodi ta' ċċarġjar bla fili, u li l-frammentazzjoni f'dan il-qasam għandha tiġi evitata; jistieden, għaldaqstant, lill-Kummissjoni tieħu miżuri biex tiżgura bl-aħjar mod l-interoperabbiltà ta' ċarġers bla fili differenti ma' tagħmir tar-radju mobbli differenti;
7. Ifakkar li f'konformità mar-Regolament dwar l-Istandardizzazzjoni(3), l-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni jridu jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati rilevanti, li jinkludu, f'dan il-kuntest, l-organizzazzjonijiet tal-SMEs, l-organizzazzjonijiet ambjentali, il-persuni b'diżabbiltà, l-anzjani u l-konsumaturi;
8. Jemmen li l-Kummissjoni għandha tikkunsidra inizjattivi leġiżlattivi biex tkabbar il-volum ta' fili u ċarġers li jinġabru u jiġu riċiklati fl-Istati Membri;
9. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-konsumaturi ma jibqgħux obbligati jixtru ċarġers ġodda ma' kull apparat ġdid, biex b'hekk jitnaqqas il-volum ta' ċarġers prodotti kull sena; iqis li l-istrateġiji ta' diżakkoppjament jippermettu benefiċċji ambjentali akbar; jenfasizza sadanittant li kwalunkwe miżura mmirata lejn id-diżakkoppjament għandha tevita prezzijiet potenzjalment ogħla għall-konsumaturi; jenfasizza, barra minn hekk, li l-istrateġiji ta' diżakkoppjament għandhom jiġu introdotti flimkien ma' soluzzjoni ta' ċarġer komuni, għax jekk ma jsirx hekk l-għanijiet tad-Direttiva ma jintlaħqux;
10. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.
Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.
Differenza fil-pagi bejn il-ġeneri
157k
53k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Jannar 2020 dwar id-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri (2019/2870(RSP))
– wara li kkunsidra l-Artikoli 2 u 3(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 8, 151, 153 u 157 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),
– wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari d-dispożizzjonijiet tagħha dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 22 u 25 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem,
– wara li kkunsidra l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, b'mod partikolari l-prinċipji 2, 3, 6, 9 u 15 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Aġenda għall-Iżvilupp Sostenibbli 2030 tan-NU u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tagħha, b'mod partikolari l-għanijiet 1, 5, 8 u 10 u l-miri u l-indikaturi rispettivi tagħhom,
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar ir-Remunerazzjoni Indaqs tal-1951 tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), u l-Konvenzjoni dwar il-Vjolenza u l-Fastidju tal-2019 tal-ILO,
– wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta' Marzu 2014 dwar it-tisħiħ tal-prinċipju ta' pagi ugwali għall-irġiel u n-nisa permezz tat-trasparenza(1),
– wara li kkunsidra l-Istrateġija tal-Kummissjoni għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2010-2015 (COM(2010)0491),
– wara li kkunsidra l-Impenn Strateġiku tal-Kummissjoni għall-Ugwaljanza Bejn il-Ġeneri 2016-2019,
– wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE tal-Kummissjoni dwar l-indirizzar tad-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa għall-2017-2019 (COM(2017)0678),
– wara li kkunsidra r-rapport tal-2019 tal-Kummissjoni dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-UE,
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' opportunitajiet indaqs u ta' trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta' impjiegi u xogħol(2) u d-Direttiva (UE) 2019/1158 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2019 dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-ġenituri u għall-persuni li jindukraw u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE(3),
– wara li kkunsidra l-Indiċi tal-Ugwaljanza bejn is-Sessi tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi, b'mod partikolari r-rapport tal-2019 tal-Indiċi,
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2011 dwar Patt Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (2011-2020)(4),
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2015 dwar Opportunitajiet ugwali ta' dħul għan-nisa u l-irġiel: Intemmu d-differenza bejn il-pensjonijiet tan-nisa u l-irġiel,
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2019 bit-titlu "Innaqqsu d-Differenza bejn il-Pagi tal-Irġiel u n-Nisa: Politiki u Miżuri Ewlenin",
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta' Diċembru 2019 dwar Ekonomiji li Jiffavorixxu l-Ugwaljanza bejn is-Sessi fl-UE: It-Triq 'il Quddiem,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' Mejju 2012 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' paga ugwali għall-ħaddiema rġiel u nisa għal xogħol ugwali jew għal xogħol ta' valur ugwali(5),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Mejju 2016 dwar il-faqar: perspettiva tas-sessi(6),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Jannar 2017 dwar Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali(7),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Ġunju 2017 dwar il-ħtieġa ta' strateġija tal-UE biex titwaqqaf u tiġi evitata d-differenza bejn il-pensjonijiet tan-nisa u tal-irġiel(8),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' Ottubru 2017 dwar it-tisħiħ tal-pożizzjoni ekonomika tan-nisa fis-setturi privati u pubbliċi fl-UE(9),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Novembru 2017 dwar il-ġlieda kontra l-inugwaljanzi bħala xprun biex tingħata spinta lit-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi(10),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 132(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri hija wieħed mill-prinċipji komuni u fundamentali tal-Unjoni Ewropea, minquxa fl-Artikoli 2 u 3(3) tat-TUE, fl-Artikolu 8 tat-TFUE u fl-Artikolu 23 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali; billi l-Artikolu 157 tat-TFUE jiddikjara b'mod espliċitu li kull Stat Membru għandu jassigura li l-prinċipju ta' paga ugwali għall-ħaddiema maskili u femminili għal xogħol ugwali jew xogħol ta' valur ugwali jkun applikat; billi l-indipendenza ekonomika hija prerekwiżit essenzjali għar-realizzazzjoni personali tan-nisa u tal-irġiel, u billi l-garanzija ta' aċċess ugwali għar-riżorsi finanzjarji hija kruċjali għall-proċess tal-kisba tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri;
B. billi l-prinċipju nru 2 tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali jiddikjara li "jeħtieġ li tiġi żgurata u titrawwem l-ugwaljanza fit-trattament u fl-opportunitajiet bejn in-nisa u l-irġiel fl-oqsma kollha, inkluż fir-rigward tal-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol, fit-termini u fil-kundizzjonijiet tal-impjieg u fil-progressjoni fil-karriera" u li "n-nisa u l-irġiel għandhom id-dritt għal paga indaqs għal xogħol ta' valur ugwali";
C. billi r-Rakkomandazzjoni tal-2014 tal-Kummissjoni ddeskriviet ġabra ta' miżuri ewlenin biex jgħinu lill-Istati Membri jtejbu t-trasparenza u jsaħħu l-prinċipju ta' paga indaqs għall-irġiel u n-nisa; billi dawn il-miżuri inkorporaw id-dritt tal-impjegati li jiksbu informazzjoni dwar il-livelli tal-pagi, ir-rappurtar dwar il-pagi, l-awditjar tal-pagi, in-negozjar kollettiv, l-istatistika u d-data amministrattiva, il-protezzjoni tad-data, kjarifika tal-kunċett ta' xogħol ta' valur ugwali, sistemi ta' evalwazzjoni u klassifikazzjoni tal-impjiegi, appoġġ għall-korpi tal-ugwaljanza, monitoraġġ u infurzar konsistenti tar-rimedji, u attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni;
D. billi, madwar l-UE, il-qligħ tan-nisa huwa sproporzjonatament aktar baxx minn dak tal-irġiel; billi, skont l-aħħar ċifri tal-Kummissjoni, id-differenza bejn il-ġeneri fl-UE fir-rigward tal-paga fis-siegħa hija ta' 16 %, għalkemm din tvarja b'mod sinifikanti bejn l-Istati Membri; billi d-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri tiżdied għal 40 % meta jitqiesu r-rati tal-impjieg u l-parteċipazzjoni globali fis-suq tax-xogħol; billi, filwaqt li 8,7 % biss tal-irġiel fl-UE jaħdmu part-time, kważi terz tan-nisa fl-UE (31,3 %) jaħdmu part-time; billi hemm korrelazzjoni negattiva speċifika bejn il-femminilizzazzjoni ta' impjieg u l-livell tal-pagi, kif evidenzjat mit-tnaqqis fil-pagi medji fil-kumpaniji li fihom 65 % jew aktar tal-impjegati huma nisa;
E. billi d-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri hija definita bħala d-differenza bejn il-qligħ gross medju fis-siegħa tal-irġiel u tan-nisa, espressa bħala perċentwal tal-qligħ gross medju fis-siegħa tal-irġiel; billi madwar żewġ terzi tad-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri ma tistax tiġi spjegata mid-differenzi bejn il-ġeneri fil-karatteristiċi tas-suq tax-xogħol bħalma huma l-età, l-esperjenza u l-edukazzjoni, il-kategorija tal-impjieg jew il-ħinijiet tax-xogħol u karatteristiċi osservabbli oħra, u dan jiżvela fattur diskriminatorju ċar, filwaqt li d-diskriminazzjoni abbażi tal-ġeneru tinkroċja wkoll ma' forom multipli ta' diskriminazzjoni; billi approċċ intersezzjonali huwa kruċjali biex nifhmu l-forom multipli ta' diskriminazzjoni li jaggravaw id-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri għal nisa b'kombinazzjoni ta' identitajiet u l-intersezzjoni tal-ġeneru ma' fatturi soċjali oħra;
F. billi t-tisħiħ tal-pożizzjoni ekonomika tan-nisa huwa fundamentali biex tiġi eliminata d-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri; billi t-teħid ta' azzjoni f'dan il-qasam mhuwiex biss kwistjoni ta' ekwità, iżda huwa wkoll eżiġenza ekonomika, billi t-telf ekonomiku li jirriżulta mid-differenza fl-impjieg bejn il-ġeneri jammonta għal madwar EUR 370 biljun fis-sena(11); billi l-problema li n-nisa ma jitħallsux jitħallsu b'mod ugwali tillimita l-kapaċità tagħhom li jiksbu l-indipendenza ekonomika u, għaldaqstant, il-kapaċità tagħhom li jgħixu f'awtonomija sħiħa; billi, skont l-Istitut għar-Riċerka tal-Politiki dwar in-Nisa, ir-rata tal-faqar fost in-nisa li jaħdmu tista' tonqos minn 8,0 % għal 3,8 % li kieku n-nisa jitħallsu daqs l-irġiel; billi mill-5,6 miljun tifel u tifla li jgħixu fil-faqar illum, 2,5 miljun joħorġu mill-faqar jekk tiġi eliminata d-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri;
G. billi d-differenza bejn il-ġeneri fil-qligħ gross fix-xahar fost l-impjegati bejn il-15 u l-24 sena (7 %) kienet aktar minn ħames darbiet aktar baxxa milli fost l-impjegati ta' 65 sena jew aktar (differenza bejn il-ġeneri ta' 38 %); billi teżisti wkoll "differenza fil-pagi tal-ommijiet", b'differenza fil-pagi bejn in-nisa li għandhom tfal dipendenti u dawk li m'għandhomx, kif ukoll bejn l-ommijiet u l-missirijiet; billi l-faqar huwa kkonċentrat l-aktar fil-familji fejn in-nisa jkunu l-unika persuna b'paga, u 35 % tal-ommijiet waħedhom fl-UE huma f'riskju ta' faqar, meta mqabbla ma' 28 % tal-missirijiet waħedhom fl-2017(12);
H. billi l-indukrar huwa pilastru fundamentali tas-soċjetà tagħna u, fil-biċċa l-kbira tiegħu, isir min-nisa; billi dan l-iżbilanċ huwa rifless fid-differenza fil-pagi u l-pensjonijiet bejn il-ġeneri; billi l-fatt li tkun omm u tieħu ħsieb it-tfal u l-anzjani, il-morda jew membri tal-familja b'diżabilità u dipendenti oħra jirrappreżenta xogħol addizzjonali jew xi kultant xogħol full-time li jsir kważi esklussivament min-nisa; billi dan huwa rifless fis-segregazzjoni tas-suq tax-xogħol u fil-proporzjon ogħla ta' nisa li jaħdmu part-time, għal pagi fis-siegħa aktar baxxi, b'waqfiet fil-karriera u b'anqas snin f'impjieg; billi ħafna drabi dan ix-xogħol isir bla ħlas u mhuwiex apprezzat adegwatament mis-soċjetà, minkejja li huwa ta' importanza soċjali enormi u jikkontribwixxi għall-benesseri soċjali;
I. billi aktar minn nofs in-nisa fl-età tax-xogħol u li għandhom diżabilità huma ekonomikament inattivi; billi fl-Istati Membri kollha r-rata ta' privazzjoni materjali estrema tan-nisa b'diżabilità hija ogħla minn dik tan-nisa mingħajr diżabilità;
J. billi huwa meħtieġ li niddefendu d-drittijiet tan-nisa, fil-liġi u fil-ħajja, u li nieħdu miżuri biex jiġu miġġielda l-forom kollha ta' sfruttament, vjolenza, oppressjoni u inugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel;
K. billi r-ramifikazzjonijiet tad-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri jinkludu differenza ta' 37 % bejn il-ġeneri fid-dħul mill-pensjoni, sitwazzjoni li se tkompli għal ħafna deċennji oħra, kif ukoll livell mhux ugwali ta' indipendenza ekonomika bejn in-nisa u l-irġiel, b'waħda minn kull ħames ħaddiema nisa fl-UE jappartjenu għall-grupp bil-pagi l-aktar baxxi, meta mqabbla ma' raġel minn kull għaxra; billi t-tnaqqis tad-differenza fil-pensjonijiet huwa wkoll kwistjoni ta' solidarjetà interġenerazzjonali;
L. billi din id-differenza fil-pensjonijiet tirriżulta minn akkumulazzjoni ta' inugwaljanzi matul il-ħajja tax-xogħol tan-nisa u mill-perjodi ta' assenza fis-suq tax-xogħol li huma imposti fuq in-nisa bħala riżultat ta' diversi forom ta' inugwaljanza u diskriminazzjoni, kif ukoll paga aktar baxxa u diskriminazzjoni fil-pagi; billi sabiex jingħelbu l-inugwaljanzi fil-pensjonijiet u jitħarsu u jiżdiedu l-pensjonijiet b'mod ġenerali, huwa essenzjali li s-sistemi tas-sigurtà soċjali jibqgħu jeżistu fl-isfera pubblika u jiġu integrati l-prinċipji tas-solidarjetà u r-ridistribuzzjoni, u li jsiru l-aktar sforzi qawwija biex jiġi miġġieled ix-xogħol prekarju u deregolat;
M. billi d-differenza fi-pagi bejn il-ġeneri u l-kawżi tagħha għandhom konsegwenzi ta' ħsara esponenzjali għan-nisa tul ħajjithom kollha, u dan iwassal għal differenza fil-pensjonijiet bejn il-ġeneri li bħalissa hija aktar mid-doppju tad-differenza fil-pagi; billi r-riskju tal-faqar jiżdied b'mod qawwi matul il-ħajja, u dan juri l-impatt tal-inugwaljanzi fil-pagi li jakkumula gradwalment; billi l-faqar fost dawk li għandhom 75 sena u aktar huwa kkonċentrat b'mod konsistenti fost in-nisa, prinċipalment minħabba l-impatt tad-dmirijiet ta' indukrar bla ħlas marbuta mal-ġeneru, id-differenzi tul il-ħajja kollha fil-paga u l-ħinijiet tax-xogħol bil-pensjonijiet aktar baxxi li jirriżultaw, etajiet tal-irtirar differenti għall-irġiel u għan-nisa f'xi Stati Membri, u l-fatt li aktar nisa akbar fl-età jgħixu waħedhom;
N. billi d-Direttiva 2006/54/KE kkontribwiet għat-titjib tas-sitwazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol, iżda ma ġabet ebda tibdil profond fil-leġiżlazzjoni dwar l-eliminazzjoni tad-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri f'ħafna Stati Membri;
O. billi t-trasparenza tal-pagi jista' jkollha rwol kruċjali biex jiġi żgurat li jsir progress sostanzjali fl-indirizzar tad-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri, peress li tgħin biex tiżvela s-sottovalutazzjoni tax-xogħol tan-nisa u biex tissottolinja s-segmentazzjoni tas-suq tax-xogħol abbażi tal-ġeneru, inkluż permezz ta' għodod li jipprovdu kriterji oġġettivi li jippermettu valutazzjoni newtrali fir-rigward tal-ġeneru u komparabbiltà tal-valur tax-xogħol f'impjiegi u setturi differenti;
P. billi l-metodi ta' evalwazzjoni tal-impjiegi ħielsa mill-preġudizzju bejn il-ġeneri huma essenzjali biex jippermettu li l-impjiegi jitqabblu fuq il-bażi tal-iskala u l-kumplessità tagħhom sabiex tiġi determinata l-pożizzjoni ta' impjieg wieħed b'relazzjoni ma' impjieg ieħor fi ħdan settur jew organizzazzjoni partikolari, indipendentement minn jekk l-impjiegi inkwistjoni jkunux tan-nisa jew tal-irġiel;
Q. billi r-riskju tal-faqar u livell aktar baxx ta' awtonomija finanzjarja kkawżati kemm mid-differenzi fil-pagi u fil-pensjonijiet bejn il-ġeneri jkomplu jesponu lin-nisa għall-vjolenza abbażi tal-ġeneru, b'mod partikolari l-vjolenza domestika, u dan jagħmilha aktar diffiċli għalihom li jitilqu minn relazzjoni abbużiva; billi skont in-NU, il-fastidju psikoloġiku jew sesswali fuq il-post tax-xogħol jew il-fastidju b'konsegwenzi serji f'termini ta' aspirazzjonijiet personali u professjonali huwa esperjenzat minn kważi 35 % tan-nisa mad-dinja kollha u huwa ta' ħsara għall-awtostima tan-nisa u l-pożizzjoni tan-negozjar tagħhom għal remunerazzjoni aktar ġusta;
R. billi l-kawżi tad-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri huma numerużi, u jinkludu kemm fatturi strutturali kif ukoll kulturali, minn naħa waħda s-swieq u s-setturi tax-xogħol segregati skont il-ġeneru, in-nuqqas ta' għażliet u servizzi ta' bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, fejn in-nisa huma l-persuna li tindokra t-tfal kif ukoll lil persuni dipendenti oħra, il-persistenza ta' "soqfa tal-ħġieġ" li ma jippermettux lin-nisa jilħqu l-ogħla livelli tal-karriera tagħhom u għalhekk salarji ta' livell għoli, u min-naħa l-oħra, l-istereotipi tal-ġeneru dwar ir-rwoli u l-aspirazzjonijiet tan-nisa, il-preġudizzju bejn il-ġeneri fl-istrutturi tas-salarji u l-istituzzjonijiet li jiffissaw is-salarji, u aspettattivi profondi dwar ir-rwol tan-nisa bħala ommijiet li jwasslu għal waqfiet fil-karriera, interruzzjonijiet, jew bdil għal xogħol part-time, kif ukoll nuqqas ta' trasparenza tal-pagi;
S. billi l-kawżi tad-differenzi fil-pagi u l-qligħ relatat mal-ġeneru, u d-diskrepanzi fil-pensjoni huma numerużi, strutturali u ħafna drabi interkonnessi; billi dawn il-kawżi jistgħu jinqasmu f'żewġ komponenti: l-ewwel nett, wieħed li jista' jkun apparentement "spjegat" bid-differenzi fil-karatteristiċi tas-suq tax-xogħol tan-nisa u l-irġiel u, it-tieni, wieħed li apparentement jibqa' "mhux spjegat" minn tali karatteristiċi, u dan tal-aħħar huwa l-komponent dominanti tad-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri kważi fil-pajjiżi kollha madwar id-dinja;
T. billi dawn id-differenzi fil-karatteristiċi tas-suq tax-xogħol tan-nisa u l-irġiel jinkludu l-età, l-esperjenza u l-edukazzjoni, is-settur tal-impjiegi u l-ħinijiet tax-xogħol; billi dawn huma riflessi fil-fatt li n-nisa aktar spiss jaħdmu part-time, iħabbtu wiċċhom mas-saqaf tal-ħġieġ korporattiv, jaħdmu f'setturi u f'pożizzjonijiet iddominati min-nisa u mħallsa anqas jew spiss ikollhom jieħdu r-responsabbiltà primarja għall-kura tal-familji tagħhom bħala riżultat ta' normi soċjali bbażati fuq il-ġeneru, li jwasslu għal żmien barra mill-impjieg; billi l-komponent akbar "mhux spjegat" jista' jiġi attribwit lill-istereotipi tal-ġeneru, id-diskriminazzjoni fil-paga u s-sottovalutazzjoni frekwenti ta' xogħol iddominat min-nisa, li jista' jkun kemm dirett kif ukoll indirett, u jibqa' fenomenu moħbi li jrid jiġi indirizzat b'mod aktar effettiv;
U. billi, għalkemm in-nisa jirrappreżentaw kważi 60 % tal-gradwati fl-UE, dawn jibqgħu sottorappreżentati b'mod sproporzjonat fix-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija u l-matematika (STEM) u fil-karrieri diġitali; billi, konsegwentement, l-inugwaljanza fl-impjiegi qed tieħu forom ġodda u, minkejja l-investiment fl-edukazzjoni, in-nisa żgħażagħ xorta għandhom possibbiltà doppja meta mqabbla mal-irġiel żgħażagħ li jkunu ekonomikament inattivi;
1. Ifakkar li l-istess paga għal xogħol ugwali jew xogħol ta' valur ugwali hija wieħed mill-prinċipji ta' fondazzjoni tal-UE, u li l-Istati Membri għandhom obbligu li jeliminaw id-diskriminazzjoni abbażi tal-ġeneru fir-rigward tal-aspetti u l-kundizzjonijiet kollha ta' remunerazzjoni għall-istess xogħol jew għal xogħol ta' valur ugwali; jiddispjaċih profondament dwar il-fatt li d-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri għal xogħol ta' valur ugwali għadha tippersisti b'titjib minimu fiċ-ċifra medja tal-UE matul l-aħħar għaxar snin;
2. Jistieden lill-Kummissjoni tressaq Strateġija ġdida ambizzjuża tal-UE għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi, li tibni fuq l-istrateġija preċedenti u l-impenn strateġiku, u li għandha tinkludi miżuri vinkolanti dwar id-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri u t-trasparenza tal-pagi, kif ukoll miri ċari u proċessi ta' monitoraġġ għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u li tkejjel il-progress lejn il-kisba tagħha, b'mod partikolari fir-rigward tal-qligħ relatat mal-ġeneru u d-diskrepanzi fil-pensjoni u l-promozzjoni tan-nisa u l-irġiel bħala persuni ugwali li jaqilgħu paga u li jindokraw il-familja;
3. Ifakkar li d-differenza fi-pagi bejn il-ġeneri u l-kawżi tagħha għandhom konsegwenzi ta' ħsara esponenzjali għan-nisa tul ħajjithom kollha, u dan iwassal għal differenza fil-pensjonijiet bejn il-ġeneri li hija aktar mid-doppju tad-differenza fil-pagi; ifakkar li n-nisa jinsabu f'riskju akbar ta' faqar fix-xjuħija mill-irġiel minħabba d-differenzi tul il-ħajja fil-paga u fil-ħin tax-xogħol, l-etajiet tal-pensjoni differenti għall-irġiel u għan-nisa f'xi Stati Membri, u l-fatt li hemm aktar nisa anzjani jgħixu waħedhom; jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw miżuri speċifiċi biex jiġi miġġieled ir-riskju tal-faqar għan-nisa akbar fl-età, billi jiżdiedu l-pensjonijiet iżda wkoll billi jiġi offrut appoġġ soċjali; jafferma li minbarra l-promozzjoni ta' regolamentazzjoni tax-xogħol ibbażata fuq drittijiet akbar tax-xogħol, xogħol irregolat u l-projbizzjoni ta' xogħol prekarju, in-negozjar kollettiv għandu jiġi restawrat, difiż u promoss bħala għodda deċiżiva biex jingħelbu l-inugwaljanzi, b'mod partikolari f'termini ta' salarji iżda anke f'termini ta' difiża u konsolidazzjoni tad-drittijiet tax-xogħol;
4. Jitlob ir-reviżjoni immedjata u aġġornament ambizzjuż tal-Pjan ta' Azzjoni dwar id-Differenza fil-Pagi bejn il-Ġeneri sa tmiem l-2020, li għandu jistabbilixxi miri ċari biex l-Istati Membri jnaqqsu d-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri matul il-ħames snin li ġejjin u jiżguraw li tali miri jitqiesu fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż; jenfasizza, b'mod partikolari, il-ħtieġa li tiġi inkluża perspettiva intersezzjonali fil-Pjan ta' Azzjoni l-ġdid; jistieden lill-Kummissjoni tagħti attenzjoni partikolari lill-fatturi li jwasslu għad-diskrepanza fil-pensjoni fil-qafas tal-Pjan ta' Azzjoni, u tivvaluta l-ħtieġa ta' miżuri speċifiċi biex titnaqqas din id-diskrepanza fil-livell tal-UE u dak nazzjonali;
5. Jistieden lill-Istati Membri jsaħħu l-isforzi tagħhom biex jeliminaw id-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri billi jinfurzaw b'mod rigoruż il-prinċipju ta' paga ugwali għal xogħol ugwali jew xogħol ta' valur ugwali, mhux biss permezz tal-leġiżlazzjoni u l-miżuri biex tiġi miġġielda d-diskriminazzjoni fis-salarji iżda wkoll billi jsaħħu, jippromwovu u jiddefendu n-negozjar kollettiv; jitlob, barra minn hekk, miżuri li jindirizzaw is-segregazzjoni vertikali u orizzontali fl-impjiegi u l-prattiki diskriminatorji f'deċiżjonijiet li jikkonċernaw ir-reklutaġġ u l-promozzjoni; jitlob miżuri li jżidu l-ħarsien soċjali fl-oqsma tal-maternità, il-qgħad, il-mard, l-inċidenti fuq il-post tax-xogħol u l-mard okkupazzjonali;
6. Jilqa' l-impenn kemm tal-President tal-Kummissjoni kif ukoll tal-Kummissarju għall-Ugwaljanza li jressqu miżuri biex jintroduċu miżuri vinkolanti ta' trasparenza fil-pagi fl-ewwel 100 jum tal-mandat tal-Kummissjoni; iqis li d-direttiva li jmiss għandha tinkludi politiki ta' infurzar b'saħħithom għal dawk li jonqsu milli jikkonformaw, u għandha tapplika kemm għas-settur privat kif ukoll għal dak pubbliku, b'kont dovut meħud tal-ispeċifiċitajiet tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs), u għall-pakkett ta' remunerazzjoni kollu kemm hu, inkluż kwalunkwe komponent tiegħu, u għandu jkollha kamp ta' applikazzjoni wiesa'; jistieden lill-Kummissjoni miżuri konkreti, filwaqt li tibni fuq ir-Rakkomandazzjoni tagħha tal-2014, bħal (a) id-definizzjoni ċara ta' kriterji għall-valutazzjoni tal-valur tax-xogħol, (b) sistemi ta' evalwazzjoni u klassifikazzjoni tal-impjiegi newtrali fir-rigward tal-ġeneru, (c) awditi u rapporti tal-pagi fir-rigward tal-ġeneru li jiggarantixxu paga ugwali, (d) id-dritt tal-ħaddiema li jitolbu informazzjoni sħiħa dwar il-pagi u d-dritt għal rimedju, u (e) miri ċari għall-prestazzjoni ta' ugwaljanza tal-kumpaniji; jemmen bil-qawwa li tali miżuri huma meħtieġa biex jiġu identifikati każijiet ta' diskriminazzjoni fil-paga sabiex il-ħaddiema jkunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet infurmati u jieħdu azzjoni fejn meħtieġ; jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi r-rwol tas-sħab soċjali u tan-negozjar kollettiv fil-livelli kollha (nazzjonali, settorjali, lokali u korporattiv) fil-leġiżlazzjoni dwar it-trasparenza fil-pagi li jmiss;
7. Jistieden lill-Kummissjoni tikkomplementa l-inizjattiva tat-trasparenza tal-pagi billi tiżviluppa, b'kooperazzjoni mill-qrib mas-sħab soċjali, u tintroduċi linji gwida għal sistemi ta' evalwazzjoni u klassifikazzjoni tax-xogħol newtrali fir-rigward tal-ġeneru u d-definizzjoni ta' kriterji ċari (bħall-kwalifiki, il-livell ta' responsabbiltà, il-piżijiet fiżiċi u psikoloġiċi, il-mudelli tax-xift, eċċ) għall-valutazzjoni tal-valur tax-xogħol, u b'hekk ikun possibbli li jitqabbel il-valur tax-xogħol f'impjiegi u setturi differenti bil-għan li tinkiseb remunerazzjoni aktar ġusta għal xogħol f'setturi ddominati min-nisa, li ġeneralment huwa stmat aktar baxx u għalhekk mhux remunerat bħala xogħol f'setturi ddominati mill-irġiel;
8. Jistieden lill-Kummissjoni tieħu r-rieżami attwali tal-funzjonament u l-implimentazzjoni tal-liġijiet tal-UE dwar paga ugwali u l-prinċipju ta' paga ugwali bħala l-bażi għall-azzjoni tagħha, u tippreżenta reviżjoni f'waqtha tad-Direttiva 2006/54/KE sabiex taġġorna u ttejjeb il-leġiżlazzjoni eżistenti dwar il-prinċipju ta' paga ugwali fil-prattika, biex ittejjeb l-infurzar f'konformità mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE) u biex tinkludi l-projbizzjoni ta' kwalunkwe diskriminazzjoni bbażata fuq l-orjentament sesswali, l-identità tal-ġeneru jew ir-riassenjament tal-ġeneru; jitlob li jittejjeb l-aċċess għall-ġustizzja u għall-introduzzjoni ta' drittijiet proċedurali aktar b'saħħithom biex tiġi miġġielda d-diskriminazzjoni fil-paga;
9. Ifakkar li r-Rapport tal-Kummissjoni tal-2017 dwar l-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni għat-tisħiħ tal-prinċipju ta' paga ugwali għall-irġiel u n-nisa permezz tat-trasparenza (COM(2017)0671) sab li l-miżuri ma kinux effettivi u li l-implimentazzjoni tagħhom kienet inadegwata; jilqa', għalhekk, l-impenn tal-President tal-Kummissjoni fil-Linji Gwida Politiċi tagħha għall-Kummissjoni Ewropea 2019-2024 li jmiss, li l-prinċipju ta' paga ugwali għal xogħol ugwali se jkun il-prinċipju fil-bażi ta' Strateġija Ewropea dwar il-Ġeneri, u jilqa' wkoll ir-rikonoxximent li l-ugwaljanza bejn il-ġeneri hija komponent kritiku tat-tkabbir ekonomiku, kif ukoll kwistjoni ta' drittijiet fundamentali u ekwità;
10. Itenni t-talba tiegħu biex il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, li jippromwovi konverġenza 'l fuq, ikun realtà kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f'dak tal-Istati Membri sabiex jiġu żgurati trattament indaqs u opportunitajiet indaqs għan-nisa u l-irġiel, kif ukoll biex jitħares id-dritt għal paga ugwali għal xogħol ugwali jew xogħol ta' valur ugwali għan-nisa u l-irġiel; jenfasizza li l-eliminazzjoni tad-differenza bejn il-ġeneri għandha tkun objettiv speċifiku fil-programm suċċessur għall-Istrateġija Ewropa 2020;
11. Jistieden lill-Istati Membri jsaħħu l-isforzi tagħhom biex jeliminaw b'mod definittiv id-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri billi jinfurzaw b'mod strett il-prinċipju ta' paga ugwali, billi jiżguraw li s-salarji għall-ħaddiema part-time jkunu konformi mal-ekwivalenti full-time, billi jadottaw leġiżlazzjoni li żżid it-trasparenza tal-pagi u billi jtejbu ċ-ċarezza legali biex jiġu identifikati l-preġudizzji bejn il-ġeneri u d-diskriminazzjoni fl-istrutturi tal-pagi, billi jikkumbattu s-segregazzjoni tal-impjiegi, kemm jekk tkun ta' natura vertikali kif ukoll jekk tkun ta' natura orizzontali, u jiġġieldu l-preġudizzju ta' min iħaddem fid-deċiżjonijiet ta' reklutaġġ u ta' promozzjoni;
12. Jenfasizza li l-aċċess għax-xogħol u l-kundizzjonijiet li jiffaċilitawh huma ċentrali biex jiġu żgurati l-emanċipazzjoni u l-indipendenza tan-nisa f'kull qasam tal-ħajja, minn fuq ix-xogħol sal-parteċipazzjoni soċjali, ekonomika u politika, fost oħrajn; iqis li l-progress lejn il-kisba tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u l-promozzjoni tad-drittijiet tan-nisa jirrappreżentaw mogħdija ta' progress soċjali għas-soċjetà kollha kemm hi filwaqt li jippermettu t-titjib fis-sitwazzjoni soċjoekonomika tan-nisa;
13. Jistieden ukoll lill-Istati Membri jinvestu b'mod adegwat fil-forniment, l-aċċessibbiltà, l-affordabbiltà u l-kwalità tas-servizzi formali tal-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal, bl-użu ta' Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej f'konformità mal-Miri ta' Barċellona, kif ukoll jinvestu f'servizzi ta' kura fit-tul u arranġamenti ta' xogħol favur il-familja, biex jiżguraw il-parteċipazzjoni ugwali u kontinwa tan-nisa fis-suq tax-xogħol billi jipprovdu flessibbiltà adegwata biex jgħinu fil-promozzjoni ta' rati ogħla ta' impjiegi fost in-nisa; itenni li sabiex jiġi miġġieled ir-riskju tal-faqar fost in-nisa akbar fl-età, kif ukoll biex jiġu indirizzati l-kawżi tad-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jsir provvediment adegwat għan-nisa akbar fl-età, inklużi miżuri bħal krediti għal perjodi ta' kura, pensjonijiet minimi adegwati, benefiċċji tas-superstiti u drittijiet ta' liv tal-familja għall-irġiel sabiex tiġi evitata l-femminilizzazzjoni tal-faqar; jistieden lill-Kunsill jintroduċi miri għall-indukrar ta' persuni akbar fl-età u l-persuni dipendenti simili għall-Miri ta' Barċellona għall-indukrar tat-tfal;
14. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jimplimentaw politiki li jippromwovu l-impjieg tan-nisa u l-indipendenza finanzjarja tagħhom, inklużi politiki li jippromwovu l-integrazzjoni tan-nisa minn gruppi marġinalizzati fis-suq tax-xogħol; jistieden lill-Istati Membri jikkumbattu s-segmentazzjoni tas-suq tax-xogħol abbażi tal-ġeneru billi jinvestu fl-edukazzjoni formali, informali u mhux formali u t-tagħlim tul il-ħajja u t-taħriġ vokazzjonali għan-nisa biex jiżguraw li jkollhom aċċess għal impjiegi kwalità għolja għal opportunitajiet b'tali mod li jiksbu ħiliet mill-ġdid u jtejbu l-ħiliet tagħhom għall-bidliet futuri fis-suq tax-xogħol; jitlob, b'mod partikolari, li jkun hemm promozzjoni akbar tal-intraprenditorija, is-suġġetti STEM, l-edukazzjoni diġitali u l-litteriżmu finanzjarju għall-bniet minn età bikrija sabiex jiġu miġġielda l-istereotipi edukattivi eżistenti u jiġi żgurat li aktar nisa jidħlu f'setturi li qed jiżviluppaw u li fihom l-impjegati huma mħallsa tajjeb;
15. Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw l-adozzjoni u l-implimentazzjoni rapida tad-Direttiva dwar il-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja Privata, u jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja mill-qrib il-progress tagħhom bil-ħsieb tar-rapport eventwali u l-istudji li jakkumpanjawh dwar l-implimentazzjoni tiegħu;
16. Jinnota l-impatt tas-sottorappreżentanza tan-nisa f'pożizzjonijiet ta' tmexxija fuq id-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri, u jenfasizza l-ħtieġa urġenti li tiġi promossa l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa fil-livelli kollha tat-teħid ta' deċiżjonijiet fin-negozju u l-maniġment; jistieden lill-Istati Membri jiżblokkaw in-negozjati fil-Kunsill dwar id-direttiva proposta dwar in-Nisa fuq il-Bordijiet peress li din tista' tgħin biex jiġi eliminat is-saqaf tal-ħġieġ;
17. Jistieden kemm lill-Kummissjoni kif ukoll lill-Istati Membri biex jiġbru data diżaggregata sabiex ikejlu u jimmonitorjaw aħjar il-progress biex jeliminaw id-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri, filwaqt li jagħtu attenzjoni partikolari lill-gruppi li jesperjenzaw forom ta' diskriminazzjoni multipla u intersezzjonali bħan-nisa b'diżabilità, in-nisa migranti u ta' minoranzi etniċi, in-nisa Rom, in-nisa akbar fl-età, in-nisa f'żoni rurali u depopolati, l-ommijiet waħedhom u l-persuni LGBTIQ;
18. Jenfasizza li l-ġbir ta' data diżaggregata skont il-ġeneri jeħtieġ li jittejjeb aktar f'oqsma bħall-impjiegi informali, l-intraprenditorija, l-aċċess għall-fondi u s-servizzi tal-kura tas-saħħa, il-vjolenza kontra n-nisa u x-xogħol mingħajr ħlas; jenfasizza l-ħtieġa li tinġabar u tintuża data u evidenza ta' kwalità għal tfassil ta' politika infurmat u bbażat fuq l-evidenza; jistieden kemm lill-Kummissjoni kif ukoll lill-Istati Membri jiġbru data diżaggregata sabiex jivvalutaw u jimmonitorjaw aħjar il-progress biex jeliminaw id-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri, filwaqt li jagħtu attenzjoni partikolari lill-gruppi li jesperjenzaw forom ta' diskriminazzjoni multipla u intersezzjonali bħal nisa b'diżabilità, nisa migranti u ta' minoranzi etniċi, nisa Rom, nisa akbar fl-età, ommijiet waħedhom u persuni LGBTIQ;
19. Jistieden lill-Kummissjoni tinvolvi lis-sħab soċjali fl-iżvilupp ta' politiki ġodda biex tiġi eliminata d-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri; jistieden, f'dan il-kuntest, lis-sħab soċjali biex jimpenjaw ruħhom f'diskussjonijiet u jaħdmu flimkien biex jindirizzaw id-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri, permezz ta' miżuri ta' azzjoni pożittiva, kif ukoll biex jikkollaboraw mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili sabiex jinvolvu bis-sħiħ l-opinjoni pubblika, peress li l-eliminazzjoni tad-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri hija prijorità universali;
20. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex iżidu l-ħidma tagħhom biex jikkumbattu x-xogħol prekarju li hu ddominat min-nisa u l-femminilizzazzjoni tal-faqar; jenfasizza l-livelli għoljin ta' xogħol mhux iddikjarat imwettaq min-nisa, li għandhom impatt negattiv fuq l-introjtu, il-kopertura u l-protezzjoni tas-sigurtà soċjali tagħhom, u jistieden lill-Istati Membri jirratifikaw il-Konvenzjoni tal-ILO dwar il-Ħaddiema Domestiċi tal-2011;
21. Jitlob li l-Istati Membri jsaħħu l-protezzjoni tal-maternità u l-paternità fil-leġiżlazzjoni tax-xogħol, b'mod partikolari billi jżidu l-ammont ta' liv u jiggarantixxu li dan jitħallas kollu, u jnaqqsu n-numru ta' sigħat ta' xogħol matul it-treddigħ, u billi jieħdu miżuri xierqa biex jinfurzaw tali protezzjoni, iżda wkoll billi jinvestu fil-forniment ta' netwerk pubbliku bla ħlas ta' servizzi ta' edukazzjoni u ta' kura bikrija tat-tfal u ta' servizzi ta' kura fit-tul; jinnota li nuqqas ta' disponibbiltà, spejjeż projbittivi u nuqqas ta' infrastruttura suffiċjenti li toffri servizzi ta' kwalità għall-kura tat-tfal jibqgħu ostaklu sinifikanti, primarjament għall-parteċipazzjoni ugwali tan-nisa fl-aspetti kollha tas-soċjetà, inkluż l-impjieg;
22. Jirrikonoxxi li l-vjolenza u l-fastidju abbażi tal-ġeneru jistgħu jiġu aggravati wkoll mid-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri, peress li l-vittmi spiss jiġu sfurzati f'impjiegi b'pagi aktar baxxi b'riżultat ta' ambjenti tax-xogħol ostili; jistieden lill-Istati Membri jiffirmaw u jirratifikaw il-Konvenzjoni dwar il-Vjolenza u l-Fastidju tal-2019 tal-ILO biex jintroduċu miżuri effettivi biex jiddefinixxu, jipprevjenu u jipprojbixxu l-vjolenza u l-fastidju fuq il-post tax-xogħol, inklużi mekkaniżmi sikuri u effettivi ta' lment u għas-soluzzjoni tat-tilwim, appoġġ, servizzi u rimedji;
23. Jistieden lill-Kummissjoni tmexxi bl-eżempju u tippreżenta analiżi sħiħa tad-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri fl-istituzzjonijiet tal-UE fil-Jum għall-Pagi Indaqs tal-UE;
24. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet tal-Istati Membri.
Skont l-iskeda informattiva tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi intitolata "Poverty, gender and lone parents in the EU", li tikkwota ċ-ċifri mill-Istatistika tal-Unjoni Ewropea dwar l-Introjtu u l-Kondizzjonijiet tal-Għajxien (EU-SILC) tal-2014.