Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2019/2090(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A9-0060/2020

Testi mressqa :

A9-0060/2020

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 13/05/2020 - 20
PV 14/05/2020 - 17
CRE 14/05/2020 - 17

Testi adottati :

P9_TA(2020)0108

Testi adottati
PDF 170kWORD 54k
Il-Ħamis, 14 ta' Mejju 2020 - Brussell
Kwittanza 2018: l-Awtorità Bankarja Ewropea
P9_TA(2020)0108A9-0060/2020
Deċiżjoni
 Deċiżjoni
 Riżoluzzjoni

1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Mejju 2020 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2018 (2019/2090(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2018,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2018, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2018 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2020 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Awtorità fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2018 (05761/2020 – C9-0057/2020),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 64 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0060/2020),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Bankarja Ewropea għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità għas-sena finanzjarja 2018;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Bankarja Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 417, 11.12.2019, p. 1.
(2) ĠU C 417, 11.12.2019, p. 34.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(5) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(7) ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Mejju 2020 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2018 (2019/2090(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2018,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2018, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2018 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2020 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Awtorità fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2018 (05761/2020 – C9-0057/2020),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 64 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0060/2020),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2018;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Bankarja Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 417, 11.12.2019, p. 1.
(2) ĠU C 417, 11.12.2019, p. 34.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(5) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(7) ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Mejju 2020 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2018 (2019/2090(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2018,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Jannar 2020 dwar l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja: Il-prevenzjoni tal-kunflitti ta' interess wara l-impjieg fis-servizz pubbliku(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0060/2020),

A.  billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tagħha(2), il-baġit finali tal-Awtorità Bankarja Ewropea (l-"Awtorità") għas-sena finanzjarja 2018 kien jammonta għal EUR 42 584 409, li jfisser żieda ta' 10,84 % meta mqabbel mas-sena 2017; billi ż-żieda kienet relatata mal-proċess ta' rilokazzjoni tal-Awtorità lejn Pariġi; billi l-Awtorità hija ffinanzjata minn kontribuzzjoni mill-Unjoni (EUR 16 142 578, jiġifieri 37,91 %), u minn kontribuzzjonijiet mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali tal-Istati Membri u minn osservaturi (EUR 26 441 831, jiġifieri 62,09 %)(3);

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2018 (ir-"rapport tal-Qorti"), tiddikjara li kisbet aċċertament raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Awtorità huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2018 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 99,85 %, li tirrappreżenta żieda ta' 3,94 % meta mqabbla mal-2017; jinnota li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 88,23 %, li tirrappreżenta żieda ċkejkna ta' 0,96 % meta mqabbla mas-sena preċedenti;

Prestazzjoni

2.  Jinnota li l-Awtorità tuża erbatax-il indikatur ewlieni ta' prestazzjoni biex tivvaluta, sal-punt li fih ir-riżultati huma fil-kontroll tal-Awtorità, ir-riżultati tal-attivitajiet tagħha u biex ittejjeb il-ġestjoni tal-baġit tagħha;

3.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Awtorità pprovdiet il-maġġoranza tal-prodotti regolatorji tagħha f'konformità mal-programm ta' ħidma tagħha u laħqet il-miri kollha ddikjarati fl-implimentazzjoni tal-ftehimiet dwar il-livell ta' servizz tal-Awtorità;

4.  Jilqa' l-fatt li l-Awtorità tikkondividi prattiki, inizjattivi u mudelli mal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) u mal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol, li magħhom l-Awtorità jkollha laqgħat regolari; iħeġġeġ bil-qawwa lill-Awtorità biex b'mod attiv tipprova tikseb aktar kooperazzjoni u kooperazzjoni mifruxa mal-aġenziji kollha tal-Unjoni;

5.  Ifakkar fir-rwol, fil-kompiti u fir-riżorsi l-ġodda tal-Awtorità fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu; jemmen li l-prestazzjoni effettiva ta' dan ir-rwol u ta' dawn il-kompiti tiddependi mill-appoġġ tal-Bord tas-Superviżuri; jiddispjaċih, f'dan il-kuntest, biċ-ċaħda ta' proposta biex jiġi investigat il-każ tal-ħasil tal-flus tad-Danske Bank;

6.  Ifakkar li l-Awtorità s'issa għadha ma fetħitx inkjesta dwar l-iskemi ta' negozju ta' arbitraġġ tad-dividendi bħal cum-ex jew cum-cum kif mitlub mill-Parlament; iħeġġeġ lill-Awtorità tiftaħ inkjesta flimkien mal-ESMA dwar l-iskemi ta' arbitraġġ tad-dividendi sabiex twaqqaf u tipprevjeni prattiki futuri li jheddu l-integrità tas-swieq finanzjarji tal-Unjoni;

7.  Jiddispjaċih li twaqqfet il-kooperazzjoni bejn l-Awtorità u l-ESMA għat-tħejjija ta' proċedura konġunta ta' akkwist għall-kiri ta' spazju għall-uffiċċji f'Pariġi u li l-Awtorità u l-ESMA wettqu proċeduri ta' akkwist separati, mhux biss għal spazju għall-uffiċċji iżda wkoll għal servizzi relatati oħra; jappella lill-Awtorità tirrapporta għand lill-awtorità ta' kwittanza dwar ir-raġunijiet għal din l-opportunità mitlufa għal ekonomiji ta' skala u żidiet fl-effiċjenza; iħeġġeġ lill-Awtorità tqis l-idea ta' proċeduri ta' akkwist konġunti u l-kondiviżjoni tar-riżorsi f'kompiti sovraposti fost aġenziji oħra b'attivitajiet simili jew li jinsabu qrib is-sede tal-Awtorità;

8.  Jappella lill-Awtorità ttejjeb u tintensifika l-komunikazzjoni tagħha mal-Istati Membri; iħeġġeġ lill-Awtorità ttejjeb u tintensifika l-kooperazzjoni tagħha mal-Istati Membri u mal-banek nazzjonali u l-organi bankarji kummerċjali tal-Istati Membri; jisħaq fuq l-importanza ta' kollaborazzjoni bla xkiel bħal din għall-għan tal-Awtorità li toħloq ġabra unika tar-regoli bankarji;

9.  Jenfasizza li r-rwol tal-Awtorità fil-promozzjoni ta' reġim superviżorju komuni fis-sistema finanzjarja Ewropea huwa essenzjali biex jiġu żgurati stabbiltà finanzjarja, suq finanzjarju integrat aħjar, aktar effiċjenti u aktar sikur, kif ukoll livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur fl-Unjoni permezz tal-promozzjoni tal-korrettezza u t-trasparenza fis-suq tal-prodotti u s-servizzi finanzjarji;

10.  Ifakkar fl-importanza tas-superviżjoni tas-settur finanzjarju, li huwa strument meħtieġ u tassew effikaċi fil-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa u l-ħasil tal-flus;

11.  Jinnota li r-rwol, is-setgħat u r-riżorsi tal-Awtorità fil-qasam tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (AML/CFT) ser jissaħħu fil-kuntest tal-proposti leġiżlattivi l-ġodda li dwarhom intlaħaq qbil politiku f'Marzu 2019(4); jisħaq li l-Awtorità għandha tiżvolġi rwol ewlieni fil-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus, filwaqt li tieħu vantaġġ mill-kompetenzi l-ġodda u l-ħolqien ta' kumitat intern ġdid tal-AML/CFT, u għalhekk għandha tingħata kapaċità akbar f'termini ta' riżorsi umani u materjali biex tikkontribwixxi b'mod effikaċi għall-prevenzjoni konsistenti u effiċjenti tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu;

12.  Jissottolinja l-fatt li l-Awtorità, meta twettaq l-attivitajiet tagħha, jeħtiġilha tagħti attenzjoni partikolari biex tiżgura l-kompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni, filwaqt li tirrispetta l-prinċipju tal-proporzjonalità u tikkonforma mal-prinċipji fundamentali tas-suq intern;

13.  Iħeġġeġ lill-Awtorità twettaq il-proposti tagħha għat-tnaqqis tal-piż tar-rapportar superviżorju għall-istituzzjonijiet ż-żgħar u mhux kumplessi skont kalendarju stabbilit mill-Parlament u mill-Kunsill sabiex tinkiseb proporzjonalità akbar(5); jitlob lill-Awtorità tiżgura l-użu konsistenti tad-definizzjonijiet fid-dokumenti regolatorji u mhux regolatorji kollha(6);

14.  Jinnota li l-volum ta' xogħol tal-Awtorità qiegħed jevolvi b'mod kostanti u jinkludi kemm kompiti regolatorji kif ukoll l-infurzar u l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni; jinnota li sabiex tkun iffaċilitata dik l-evoluzzjoni, ir-riżorsi baġitarji u tal-persunal ġew riallokati internament; jisħaq li l-Awtorità qatt ma għandha tipprova tmur lil hinn mill-mandat tagħha; jindika li l-iffukar fuq il-mandat assenjat mill-Parlament u mill-Kunsill ser iwassal għal użu aktar effikaċi u effiċjenti tar-riżorsi;

15.  Jitlob li l-Awtorità twettaq inkjesta dwar skemi ta' negozju ta' arbitraġġ tad-dividendi, bħal cum-ex, sabiex tivvaluta t-theddid potenzjali għall-integrità tas-swieq finanzjarji u għall-baġits nazzjonali, tistabbilixxi n-natura u l-kobor tal-atturi fi skemi bħal dawn, tivvaluta jekk kienx hemm ksur tad-dritt tal-Unjoni jew tad-dritt nazzjonali, tivvaluta l-azzjonijiet meħuda mis-superviżuri finanzjarji fl-Istati Membri, u tagħmel rakkomandazzjonijiet xierqa għar-riforma u għall-azzjoni lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati;

Politika dwar il-persunal

16.  Jinnota li, fil-31 ta' Diċembru 2018, it-tabella tal-persunal kienet 97,93 % eżegwita, b'145 aġent temporanju li ġew awtorizzati skont il-baġit tal-Unjoni (imqabbla mal-134 post awtorizzati fl-2017); jinnota li, barra minn hekk, 42 aġent kuntrattwali u 16-il espert nazzjonali sekondati kienu qegħdin jaħdmu għall-Awtorità fl-2018;

17.  Jinnota li l-Awtorità tippubblika l-avviżi ta' postijiet vakanti fuq is-sit web tagħha u fuq is-sit web tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal u fuq kanali oħra relatati sabiex iżżid il-pubbliċità;

18.  Jinnota bi tħassib li fl-2018, skont ir-rapport tal-Qorti, l-Awtorità, minbarra l-persunal tagħha, użat 42 ħaddiem interim li minnhom 27 kienu għal funzjonijiet relatati mal-IT, u 13-il ħaddiem biss mill-persunal tal-Awtorità jaħdem fl-IT, u dan ikkawża dipendenza kritika mill-aġenzija interim f'qasam li huwa kruċjali għall-operazzjonijiet tal-Awtorità; iħeġġeġ lill-Awtorità tindirizza dan ir-riskju konsiderevoli għall-kontinwità tal-operat mal-Parlament u mal-Kunsill waqt id-diskussjoni tal-allokazzjoni tal-persunal għall-Awtorità;

19.  Jinnota bi tħassib li għall-2018 ġie rrapportat li hemm żbilanċ bejn il-ġeneri fir-rigward tal-maniġers superjuri (ħamest u mara waħda) u li ma hemm ebda membru mara fil-bord maniġerjali (ħamest irġiel ).

Akkwist

20.  Jinnota li l-Awtorità ipparteċipat f'diversi proċeduri ta' akkwist interistituzzjonali mad-direttorati ġenerali tal-Kummissjoni u ma' aġenziji oħra;

21.  Jilqa' l-fatt li, skont ir-rapport tal-Qorti, l-Awtorità għamlet sforzi sinifikanti fit-tħejjija ta' dokumenti tal-offerti u fil-metodoloġija ta' evalwazzjoni tal-offerti; jinnota, madankollu, li għad hemm lok biex jiġu applikati kriterji għall-għoti li jkunu aktar sinifikanti u li fil-proċedura tal-akkwist tal-bini futur tal-Awtorità, l-offerenti rċevew punti ta' evalwazzjoni addizzjonali f'każ ta' dikjarazzjoni li jistgħu joffru wkoll biżżejjed spazju biex jospitaw lill-ESMA fl-istess bini u li l-offerent rebbieħ irċieva dawn il-punti iżda fl-aħħar mill-aħħar ma pparteċipax fil-proċedura ta' akkwist għall-bini tal-ESMA;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

22.  Jirrikonoxxi l-miżuri li l-Awtorità diġà għandha fis-seħħ u l-isforzi kontinwi tagħha biex tiżgura t-trasparenza, tipprevjeni u tiġġestixxi l-kunflitti ta' interess u tipproteġi lill-informaturi; jinnota li huma meħtieġa passi ulterjuri sabiex jiġu evitati u amministrati l-kunflitti ta' interess, u sabiex tissaħħaħ it-trasparenza fl-attivitajiet tal-Awtorità permezz tar-rapportar dwar il-laqgħat li l-persunal tal-Awtorità jkollu ma' partijiet ikkonċernati esterni, u billi tagħmel dawn ir-rapporti disponibbli fuq is-sit web tal-Awtorità;

23.  Ifakkar li fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Jannar 2020 dwar "L-Istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja: il-prevenzjoni tal-kunflitti ta' interess wara l-impjieg fis-servizz pubbliku", il-Parlament innota t-tħassib tiegħu dwar il-kunflitt ta' interess li nħoloq b'konsegwenza tal-ħatra tad-direttur eżekuttiv tal-Awtorità bħala l-kap eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni għas-Swieq Finanzjarji fl-Ewropa (AFME) mill-1 ta' Frar 2020, li ma ġiex indirizzat biżżejjed bir-restrizzjonijiet imposti mill-Bord tas-Superviżuri; jesprimi t-tħassib tiegħu li l-Bord tas-Superviżuri tal-Awtorità nnomina wkoll kandidat għall-kariga ta' direttur eżekuttiv li qabel kien impjegat bħala direttur maniġerjali għal promozzjoni fl-AFME; jissottolinja li s-sitwazzjonijiet ta' kunflitt ta' interess wara l-impjieg fis-servizz pubbliku u ta' "bibien iduru" huma problema komuni għal bosta korpi u aġenziji madwar l-Unjoni li taffettwa r-reputazzjoni tagħhom; jinkoraġġixxi lill-Awtorità ssaħħaħ il-politika tagħha rigward il-kunflitt ta' interess;

24.  Jinnota li wara l-iżvilupp tal-istrateġija tal-awtorità ta' kontra l-frodi għall-perjodu 2015–2017, it-tim ta' kontra l-frodi kompla jikkoordina u jimplimenta din l-istrateġija;

Kontrolli interni

25.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, wieħed mill-obbligi prinċipali, li jirriżulta mid-Direttiva 2008/104/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7) u l-leġiżlazzjoni tax-xogħol tar-Renju Unit, huwa li l-ħaddiema interim ikollhom l-istess kundizzjonijiet tax-xogħol bħall-ħaddiema li jiġu impjegati direttament mill-impriża li tħaddimhom; jinnota, madankollu, li l-kuntratti ma kinux jirrikjedu li l-aġenziji tax-xogħol temporanju jirrispettaw b'mod espliċitu dawn il-kundizzjonijiet u m'hemm ebda evidenza li tindika li l-Awtorità stess għamlet tqabbil bejn il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-persunal tagħha u l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema interim, li kkawża riskji ta' litigazzjoni u ta' dannu għar-reputazzjoni; jappella lill-Awtorità tanalizza l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema temporanji tagħha u tiżgura li jkunu jikkonformaw mal-leġiżlazzjonijiet tax-xogħol tal-Unjoni u dawk nazzjonali;

26.  Jinnota li, b'segwitu għar-rapport tal-awditjar tas-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni fl-2018 dwar "Il-Ġabra Unika tar-Regoli – Mistoqsijiet u Tweġibiet fl-Awtorità Bankarja Ewropea", l-Awtorità ħejjiet pjan ta' azzjoni biex tindirizza xi oqsma potenzjali għal titjib; jappella lill-Aġenzija tirrapporta għand l-awtorità tal-kwittanza dwar kwalunkwe progress f'dak ir-rigward;

Kummenti oħra

27.  Jinnota li minħabba d-deċiżjoni tar-Renju Unit li joħroġ mill-Unjoni, is-sede tal-Awtorità ġiet ittrasferita gradwalment f'Pariġi, Franza, minn Marzu 2019; jinnota li l-kontijiet tal-Awtorità jinkludu proviżjonamenti għal spejjeż relatati li jammontaw għal EUR 4,7 miljun u jiddivulgaw il-bqija tal-pagamenti kuntrattwali futuri li jammontaw għal EUR 10,4 miljun għall-uffiċċji f'Londra;

28.  Jissottolinja r-responsabbiltà li għandha s-sistema finanzjarja biex tegħleb l-isfidi relatati mas-sostenibbiltà u tiżgura li l-Unjoni tissodisfa l-obbligi meħuda fil-qafas tal-Ftehim ta' Pariġi skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima; jenfasizza r-rwol kruċjali tal-Awtorità fl-integrazzjoni ta' fatturi ambjentali, soċjali u dawk relatati mal-governanza fil-qafas regolatorju u superviżorju, u fil-mobilizzazzjoni u l-iggwidar tal-flussi kapitali privati lejn investimenti sostenibbli; jisħaq għaldaqstant fuq il-ħtieġa ta' biżżejjed riżorsi biex tiġi mmonitorjata l-implimentazzjoni ta' dak il-qafas mill-istituzzjonijiet finanzjarji u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali;

29.  Huwa tal-opinjoni li l-Qorti għandha twettaq awditu dwar l-effiċjenza u l-kosteffettività tar-rilokazzjoni tal-Awtorità ladarba l-ispejjeż kollha taċ-ċaqliq ikunu stabbiliti, sabiex jiġu identifikati l-aħjar prattiki u jiġu indirizzati oqsma għal titjib;

30.  Jappella lill-Aġenzija tiffoka fuq it-tixrid tar-riżultati tar-riċerka tagħha mal-pubbliku ġenerali, u biex tikkomunika mal-pubbliku permezz tal-midja soċjali u mezzi oħra tal-midja;

o
o   o

31.  Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta' natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Mejju 2020(8) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) Testi adottati, P9_TA(2020)0017.
(2) ĠU C 419, 19.11.2018, p. 1.
(3) ĠU C 419, 19.11.2018, p. 2.
(4) https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_1655
(5) Abbażi tal-kontribut mogħti minn IHK München u Genossenschaftsverband Bayern.
(6) Abbażi tal-kontribut mogħti minn Michael Ikrath, Membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.
(7) Id-Direttiva 2008/104/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar xogħol temporanju permezz ta' aġenzija (ĠU L 327, 5.12.2008, p. 9).
(8) Testi adottati, P9_TA(2020)0121.

Aġġornata l-aħħar: 31 ta' Lulju 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza