Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2019/2068(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A9-0070/2020

Testi mressqa :

A9-0070/2020

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

Testi adottati :

P9_TA(2020)0115

Testi adottati
PDF 178kWORD 58k
Il-Ħamis, 14 ta' Mejju 2020 - Brussell Verżjoni proviżorja
Kwittanza 2018: Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali
P9_TA-PROV(2020)0115A9-0070/2020
Deċiżjoni
 Deċiżjoni
 Riżoluzzjoni

1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Mejju 2020 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2018 (2019/2068(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2018,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2018, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2018 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2020 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2018 (05761/2020 – C9-0035/2020),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 tal-15 ta' Frar 2007 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0070/2020),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2018;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 417, 11.12.2019, p. 1.
(2) ĠU C 417, 11.12.2019, p. 1.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(5) ĠU L 53, 22.2.2007, p. 1.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(7) ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Mejju 2020 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2018 (2019/2068(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2018,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2018, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2018 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2020 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2018 (05761/2020 – C9-0035/2020),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 tal-15 ta' Frar 2007 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0070/2020),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2018;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 417, 11.12.2019, p. 1.
(2) ĠU C 417, 11.12.2019, p. 1.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(5) ĠU L 53, 22.2.2007, p. 1.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(7) ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Mejju 2020 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2018 (2019/2068(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2018,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0070/2020),

A.  billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tagħha(1), il-baġit finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali ("l-Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2018 kien jammonta għal EUR 22 960 429, u dan jirrappreżenta żieda ta' 0,47 % meta mqabbel mal-2017; billi l-baġit tal-Aġenzija huwa kważi esklużivament derivat mill-baġit tal-Unjoni(2);

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2018 ("ir-rapport tal-Qorti"), issostni li għandha fil-pussess tagħha aċċertamenti raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota b'apprezzament li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2018 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 100 %, jiġifieri l-istess rata bħal fl-2017; jinnota li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet 76,20 %, iżda jirrikonoxxi li tirrappreżenta tnaqqis żgħir ta' 4,09 % meta mqabbla ma' dik tal-2017;

2.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, ir-riporti ta' approprjazzjonijiet impenjati kienu għoljin għall-infiq operattiv, prinċipalment minħabba n-natura tal-attivitajiet li jinkludu studji ta' finanzjament fuq diversi xhur u ta' spiss lil hinn minn tmiem is-sena; jinnota li l-Aġenzija introduċiet proċeduri ta' ppjanar biex timmonitorja d-dewmien inevitabbli bejn l-iffirmar tal-kuntratti, il-konsenji u l-pagamenti. jinnota li, skont ir-risposta tal-Aġenzija, id-devjazzjoni bejn l-ammont ippjanat inizjali u l-ammont finali riportat kienet madwar 10 %, fi ħdan il-marġini tat-tolleranza, u li l-applikazzjoni l-qadima għall-monitoraġġ tal-konsum tal-baġit ġiet sostitwita b'waħda ġdida. jistieden lill-Aġenzija ttejjeb l-ippjanar tal-baġit tagħha;

Prestazzjoni

3.  Jinnota li l-Aġenzija tuża 31 indikatur ewlieni tal-prestazzjoni bħala parti mill-qafas tal-kejl tal-prestazzjoni tagħha biex tivvaluta r-riżultati u l-impatt tal-attivitajiet tagħha, u 5 indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni addizzjonali biex ittejjeb il-ġestjoni baġitarja tagħha;

4.  Jilqa' l-kooperazzjoni tal-Aġenzija ma' aġenziji oħra, b'mod partikolari l-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound), l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta' Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-Lisa), l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) , u l-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil, sabiex jintlaħqu objettivi ta' politika komuni; jilqa' l-fatt li, barra minn hekk, l-Aġenzija tappoġġja regolarment lil aġenziji oħra tal-Unjoni biex jirriflettu l-obbligi li jirriżultaw mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-Karta) fil-ħidma tagħhom; iqis li huwa meħtieġ li l-Aġenzija tkompli tiżviluppa rabtiet b'saħħithom ma' istituzzjonijiet rilevanti oħra tal-Unjoni; iħeġġeġ lill-Aġenzija tesplora modi kif tikkondividi r-riżorsi u l-persunal fuq kompiti li jikkoinċidu fost aġenziji oħra tal-Unjoni b'attivitajiet simili;

5.  Jinnota li fl-2018 ġiet stabbilita unità operattiva ġdida biex issaħħaħ il-kooperazzjoni interdipartimentali dwar proġetti u ssaħħaħ il-kapaċità għal risponsi f'ħin reali;

6.  Iħeġġeġ lill-Aġenzija tkompli bid-diġitalizzazzjoni tas-servizzi tagħha;

7.  Jinnota li l-Parlament talab lill-Aġenzija tipprovdi opinjoni esperta dwar l-implimentazzjoni tal-Karta fil-qafas istituzzjonali tal-Unjoni sa Settembru 2018; jinnota li, skont ir-Regolament (UE) Nru 2018/1240(3), l-Aġenzija ngħatat rwol formali fis-sorveljanza tal-kriterji użati biex jiġu skrinjati l-applikazzjonijiet ta' persuni li jixtiequ jidħlu fl-Unjoni iżda li ma jeħtiġux viża u ġiet ipprovduta b'mekkaniżmu sabiex tagħmel dan;

8.  Jistieden lill-Kummissjoni twettaq studju tal-fattibbiltà biex tivvaluta l-possibbiltà ta' fużjoni totali jew almenu tal-ħolqien ta' sinerġiji kondiviżi mal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE); jistieden lill-Kummissjoni tevalwa iż-żewġ xenarji li ġejjin: it-trasferiment tal-Aġenzija għall-kwartieri ġenerali tal-EIGE f'Vilnius u t-trasferiment tal-kwartieri ġenerali tal-EIGE għall-kwartieri ġenerali tal-Aġenzija fi Vjenna; jinnota li ħaġa bħal din tfisser il-kondiviżjoni tas-servizzi korporattivi u ta' appoġġ u l-ġestjoni ta' bini komuni, kif ukoll il-kondiviżjoni tal-infrastrutturi bbażati fuq l-ICT, it-telekomunikazzjonijiet u l-internet, u b'hekk jiġu ffrankati ammonti kbar ta' flus li jkunu jistgħu jintużaw għal finanzjament ulterjuri taż-żewġ aġenziji;

9.  jilqa' l-isforzi magħmula mill-Aġenzija biex tibbilanċja d-distribuzzjoni ġeografika tar-reklutaġġ tagħha ta' kandidati kwalifikati għal diversi rwoli, dan waqt li tikkunsidra d-diffikultajiet iffaċċjati biex jiġu reklutati l-kandidati tajbin għal ċerti profili;

10.  Jafferma, fir-rigward tal-akkwist ta' studji, li r-restrizzjonijiet baġitarji ma għandhomx iwasslu għal proċeduri ta' akkwist pubbliku subottimali; jemmen li l-impenn tal-Aġenzija li tikkunsidra li twettaq riċerka tas-suq qabel ma tniedi sejħiet għall-offerti, li tirrevedi, jekk ikun meħtieġ, ir-rekwiżiti tekniċi u tivvaluta mill-ġdid, jekk ikun possibbli, il-prijorità tal-istudji li għandhom jitwettqu, huma passi fid-direzzjoni t-tajba biex fil-futur ittejjeb is-suċċess tal-proċeduri ta' akkwist;

11.  Iħeġġeġ lill-Aġenzija tintensifika l-kooperazzjoni tagħha ma' organizzazzjonijiet internazzjonali, bħall-Kunsill tal-Ewropa u n-Nazzjonijiet Uniti, sabiex issib u tuża sinerġiji, kull meta jkun possibbli;

12.  Jirrikonoxxi n-natura kumplessa tal-istudji mwettqa mill-Aġenzija li jkopru l-liġi u l-prattika tal-Istati Membri kollha; jenfasizza l-valur ta' dawk l-istudji u l-opinjonijiet għall-iżvilupp tal-atti legali tal-Unjoni u l-importanza ta' riżorsi finanzjarji adegwati mogħtija lill-Aġenzija sabiex tkun tista' twettaq dmirijietha aħjar; jilqa' l-ħidma kontinwa tal-Aġenzija dwar it-twettiq ta' riċerka u r-rappurtar dwar it-tipi kollha ta' diskriminazzjoni fi ħdan l-Unjoni, li permezz tagħhom tikkontribwixxi għat-titjib tal-istrateġiji ta' inklużjoni u l-politiki relatati tal-Unjoni u tal-Istati Membri; jilqa', b'mod partikolari, l-impenn tal-Aġenzija biex tipproteġi gruppi vulnerabbli billi twettaq studji speċifiċi, bħar-rapporti dwar id-dritt għal għajxien indipendenti ta' persuni b'diżabbiltà, l-inklużjoni soċjali taż-żgħażagħ Rom u d-diskriminazzjoni razzjali u r-reati razzisti kontra persuni ta' dixxendenza Afrikana; jiddispjaċih dwar il-fatt li l-mandat li għandha bħalissa l-Aġenzija jillimitalha l-kapaċità li twettaq studji f'ċerti oqsma tematiċi; jenfasizza l-fatt li l-mandat tal-Aġenzija għandu jestendi għad-drittijiet kollha protetti skont il-Karta, inklużi kwistjonijiet ta' kooperazzjoni ġudizzjarja u tal-pulizija fi kwistjonijiet kriminali, u jemmen li l-Aġenzija għandu jkunilha possibbli li toffri opinjonijiet dwar proposti leġiżlattivi fuq inizjattiva proprja;

Politika dwar il-persunal

13.  Jinnota li, fil-31 ta' Diċembru 2018, it-tabella tal-persunal kienet eżegwita bil-perċentwal ta' 98,61 %, b'71 aġent temporanju maħtura minn total ta' 72 aġent temporanju awtorizzati mill-baġit tal-Unjoni (meta mqabbel ma' 72 post tax-xogħol awtorizzati fl-2017); jinnota li, barra minn hekk, fl-2018 ħadmu għall-Aġenzija 31 aġent kuntrattwali u 8 esperti nazzjonali sekondati;

14.  Jinnota b'approvazzjoni l-bilanċ ugwali bejn is-sessi fost il-maniġers superjuri (tliet irġiel u tliet nisa) u l-bilanċ bejn is-sessi sodisfaċenti fil-Bord ta' Tmexxija (28 raġel u 25 mara);

Akkwist

15.  Jinnota, fid-dawl tal-kummenti relatati li saru mill-awtorità ta' kwittanza, li l-għodod tal-akkwist elettroniku kienu obbligatorji biss mill-2019 u li l-Aġenzija introduċiet l-għodod kollha tal-akkwist elettroniku bl-eċċezzjoni tas-sottomissjoni elettronika ta' offerti, li kienet mistennija li tiġi implimentata fl-aħħar tliet xhur tal-2019; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta' kwittanza bil-progress li sar f'dan ir-rigward sa Ġunju 2020;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

16.  Jilqa' l-miżuri eżistenti tal-Aġenzija u l-isforzi tagħha li għaddejjin bħalissa biex jiġu żgurati t-trasparenza, fir-rigward tal-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess, u fir-rigward tal-protezzjoni tal-informaturi; jinnota li kien hemm għadd ta' każijiet ta' kunflitti ta' interess potenzjali u perċepiti li kienu ġew ivvalutati u mitigati u li l-ebda wieħed minn dawn il-kunflitti ma ġie rrappurtat fl-2018; jinnota b'apprezzament li s-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interess tal-membri tal-Bord ta' Tmexxija jiġu ppubblikati fuq is-sit web tal-Aġenzija;

17.  Jinnota b'apprezzament li, fid-dawl tal-kummenti u l-osservazzjonijiet magħmula mill-awtorità tal-kwittanza u wara r-riorganizzazzjoni fl-2018, l-uffiċjal tal-kontijiet issa jirrapporta direttament lid-Direttur;

18.  Jinnota, fid-dawl tal-kummenti li saru mill-awtorità ta' kwittanza b'referenza għall-kwittanza tal-2017 marbuta mal-proċedimenti legali mressqa fi snin reċenti kontra l-Aġenzija dwar allegati deċiżjonijiet ta' reklutaġġ irregolari, li l-Qorti Ġenerali rrifjutat iż-żewġ każijiet; jirrikonoxxi li l-Aġenzija m'għadhiex f'relazzjoni kuntrattwali ma' eks imħallef temporanju ta' riżerva tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku u jinnota li ħadet diversi miżuri biex timmitiga kwalunkwe kunflitt ta' interess potenzjali;

19.  Jinnota diversi proċeduri legali li għaddejjin bħalissa rigward il-ksur tar-Regolamenti tal-Persunal u l-ksur tad-dritt għal amministrazzjoni tajba(4); jenfasizza li l-Aġenzija għandha tiżgura li r-rekwiżiti jiġu ssodisfati u li l-Aġenzija għandha tmexxi bl-eżempju fl-għoti ta' pariri dwar id-drittijiet fundamentali u r-rispett tagħhom; jiddeplora l-fatt li tali ksur jista' jkollu effett detrimentali fuq l-opinjoni pubblika u fuq ir-reputazzjoni tal-Unjoni; jiddispjaċih li tali proċedimenti legali jiswew il-flus għall-Aġenzija u jaħlu l-flus tal-kontribwenti;

Kontrolli interni

20.  Jinnota b'sodisfazzjon li, wara l-implimentazzjoni b'suċċess tal-istrateġija kontra l-frodi adottata f'Diċembru 2014 u t-tlestija tal-pjan ta' azzjoni matul l-2015 u l-2016, l-Aġenzija lestiet ir-reviżjoni tal-istrateġija kontra l-frodi li ġiet adottata fil-laqgħa tal-Bord ta' Tmexxija f'Diċembru 2018 u ġiet kkomplementata bi pjan ta' azzjoni speċifiku;

21.  Jinnota li, fl-2018, is-Servizz tal-Awditjar Intern ħareġ rapport ta' awditjar dwar l-etika u l-governanza li vvaluta t-tfassil u l-implimentazzjoni effettiva tal-qafas ta' governanza u ta' kontroll tal-Aġenzija fil-qasam tal-etika u kkonkluda li l-qafas ta' governanza u ta' kontroll kien ġeneralment imfassal b'mod adegwat;

Kummenti oħra

22.  Jinnota li l-Aġenzija qed issegwi l-attivitajiet tal-Kummissjoni tal-"Groupe Interinstitutionnel de Management Environmennemental" (GIME) u li hija esprimiet l-interess tagħha fl-istħarriġ tal-2019 li tissieħeb f'approċċ koordinat tal-membri tal-GIME fir-rigward tal-azzjonijiet li se jirriżultaw fit-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 ;

23.  Jistieden lill-Aġenzija tiffoka fuq it-tixrid tar-riżultati tar-riċerka tagħha fost il-pubbliku u tikkomunika mal-pubbliku permezz tal-midja soċjali u ta' mezzi ta' komunikazzjoni oħra;

o
o   o

24.  Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta' natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Mejju 2020(5) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 120/40, 29.3.2019, p. 200.
(2) ĠU C 120/40, 29.3.2019, p. 198.
(3) Ir-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Settembru 2018 li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1077/2011, (UE) Nru 515/2014, (UE) 2016/399, (UE) 2016/1624 u (UE) 2017/2226 (OJ L 236, 19.9.2018, p. 1).
(4) Kawża T-632/19 DD vs FRA; Kawża T-703/19 DD vs FRA; Kawża T-31/19 AF vs FRA; Kawża C-601/19 P BP vs FRA; Kawża C-699/19 P - BP vs FRA; Kawża C-682/19 P - BP vs FRA.
(5) Testi adottati, P9_TA-PROV(2020)0121.

Aġġornata l-aħħar: 18 ta' Mejju 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza