Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2007/0181(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A9-0005/2020

Testi mressqa :

A9-0005/2020

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 18/06/2020 - 2

Testi adottati :

P9_TA(2020)0147

Testi adottati
PDF 125kWORD 43k
Il-Ħamis, 18 ta' Ġunju 2020 - Brussell
Emenda tal-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar is-Servizzi tal-Ajru bejn l-UE u l-Marokk (adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija) ***
P9_TA(2020)0147A9-0005/2020

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Ġunju 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Protokoll li jemenda l-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar is-Servizzi tal-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni għall-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija (06198/2013 – C9-0006/2019 – 2007/0181(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (06198/2013),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' Protokoll li jemenda l-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar is-Servizzi tal-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont tal-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija(1),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 100(2) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), u l-Artikolu 218(8), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9-0006/2019),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tat-12 ta’ Diċembru 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Protokoll li jemenda l-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar is-Servizzi tal-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni għall-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4) u l-Artikolu 114(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A9-0005/2020),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Protokoll;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Renju tal-Marokk.

(1) ĠU L 200, 27.7.2012, p. 25.
(2) ĠU C 323 E, 18.12.2008, p. 259.

Aġġornata l-aħħar: 8 ta' Settembru 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza