Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Testi adottati
PDF 163kWORD 48k
Il-Ġimgħa, 19 ta' Ġunju 2020 - Brussell
Inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej: miżuri temporanji dwar il-limiti ta' żmien għall-istadji ta' ġbir, verifika u eżami fid-dawl tat-tifqigħa tal-COVID-19 ***I
P9_TA(2020)0172

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fid-19 ta’ Ġunju 2020 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri temporanji dwar il-limiti ta’ żmien għall-istadji ta’ ġbir, verifika u eżami stipulati fir-Regolament (UE) 2019/788 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej fid-dawl tat-tifqigħa tal-COVID-19 (COM(2020)0221 – C9-0142/2020 – 2020/0099(COD))(1)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 1
(1)  Fil-11 ta' Marzu 2020, l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa ħabbret li t-tifqigħa tal-COVID-19 kienet saret pandemija dinjija. L-Istati Membri ntlaqtu b'mod drammatiku u eċċezzjonali mill-konsegwenzi ta' din il-pandemija. Huma ħadu serje ta' miżuri restrittivi biex iwaqqfu jew inaqqsu r-ritmu tat-trażmissjoni tal-COVID-19, inklużi miżuri ta' lockdown biex jirrestrinġu l-moviment liberu taċ-ċittadini tagħhom, il-projbizzjoni ta' avvenimenti pubbliċi, u l-għeluq ta' ħwienet, ristoranti u skejjel. Dawk il-miżuri wasslu għal waqfien kważi totali tal-ħajja pubblika fi kważi l-Istati Membri kollha.
(1)  Fil-11 ta' Marzu 2020, l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa ħabbret li t-tifqigħa tal-COVID-19 kienet saret pandemija dinjija. L-Istati Membri ntlaqtu b'mod drammatiku u eċċezzjonali mill-konsegwenzi ta' din il-pandemija. Huma ħadu serje ta' miżuri restrittivi biex iwaqqfu jew inaqqsu r-ritmu tat-trażmissjoni tal-COVID-19, inklużi miżuri ta' lockdown biex jirrestrinġu l-moviment liberu taċ-ċittadini tagħhom, il-projbizzjoni ta' avvenimenti pubbliċi, u l-għeluq ta' ħwienet, ristoranti u skejjel. Dawk il-miżuri wasslu għal waqfien totali tal-ħajja pubblika fi kważi l-Istati Membri kollha.
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 6
(6)  L-Istati Membri indikaw li se l-livell ta' restrizzjonijiet introdotti mill-miżuri b'reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19 se jitnaqqas biss gradwalment, sabiex jimmonitorjaw u jikkontrollaw is-sitwazzjoni tas-saħħa pubblika. Għalhekk huwa xieraq li l-perjodu għall-ġbir tad-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ jiġi estiż b'sitt xhur, li jkopri l-perjodu li jibda mill-11 ta' Marzu 2020, meta l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa ħabbret li t-tifqigħa kienet saret pandemija. Dik l-estensjoni hija bbażata fuq is-suppożizzjoni li mill-inqas fl-ewwel sitt xhur mill-11 ta' Marzu 2020, il-maġġoranza tal-Istati Membri jew għadd ta' Stati Membri li jirrappreżentaw aktar minn 35 % tal-popolazzjoni tal-Unjoni se jkollhom fis-seħħ miżuri li se jxekklu b'mod sostanzjali l-possibbiltajiet tal-organizzaturi li jwettqu kampanji lokali u li jiġbru d-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ stampati. Jenħtieġ għalhekk li l-perjodu ta' ġbir tal-inizjattivi li l-ġbir tagħhom kien għaddej fit-11 ta' Marzu 2020 jiġi estiż b'sitt xhur. Fejn il-perjodu ta' ġbir ta' inizjattiva jkun beda wara l-11 ta' Marzu, jenħtieġ li dak il-perjodu jiġi estiż b'mod proporzjonat.
(6)  L-Istati Membri indikaw li se jnaqqsu biss gradwalment il-livell ta' restrizzjonijiet introdotti mill-miżuri b'reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19, sabiex jimmonitorjaw u jikkontrollaw is-sitwazzjoni tas-saħħa pubblika. Għalhekk huwa xieraq li l-perjodu għall-ġbir tad-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ jiġi estiż b'sitt xhur, li jkopri l-perjodu li jibda mill-11 ta' Marzu 2020, meta l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa ħabbret li t-tifqigħa kienet saret pandemija. Dik l-estensjoni hija bbażata fuq is-suppożizzjoni li mill-inqas fl-ewwel sitt xhur mill-11 ta' Marzu 2020, tal-inqas kwart tal-Istati Membri jew għadd ta' Stati Membri li jirrappreżentaw aktar minn 35 % tal-popolazzjoni tal-Unjoni se jkollhom fis-seħħ miżuri li se jxekklu b'mod sostanzjali l-possibbiltajiet tal-organizzaturi li jwettqu kampanji lokali u li jiġbru d-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ stampati. Jenħtieġ għalhekk li l-perjodu ta' ġbir tal-inizjattivi li l-ġbir tagħhom kien għaddej fit-11 ta' Marzu 2020 jiġi estiż b'sitt xhur. Fejn il-perjodu ta' ġbir ta' inizjattiva jkun beda wara l-11 ta' Marzu, jenħtieġ li dak il-perjodu jiġi estiż b'mod proporzjonat.
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 7
(7)  Minħabba li huwa diffiċli li jiġi previst meta sejra tintemm il-pandemija fl-Unjoni, huwa xieraq li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti ta' implimentazzjoni biex ittawwal aktar il-perjodu tal-ġbir fir-rigward tal-inizjattivi, li għalihom il-perjodu ta' ġbir ikun għadu għaddej fil-11 ta' Settembru 2020 f'każijiet fejn iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali li jirriżultaw mill-pandemija tal-COVID-19 jibqgħu jeżistu. Jenħtieġ li l-estensjoni ta' sitt xhur tal-perjodu ta' ġbir prevista minn dan ir-Regolament tippermetti lill-Kummissjoni li jkollha biżżejjed żmien biex tiddeċiedi jekk tkunx iġġustifikata estensjoni oħra tal-perjodu ta' ġbir. Jenħtieġ li s-setgħa tkun ukoll tippermetti lill-Kummissjoni li tadotta atti ta' implimentazzjoni biex ittawwal il-perjodu ta' ġbir fil-każ ta' kriżi ġdida tas-saħħa pubblika marbuta ma' xi tifqigħa ġdida tal-COVID-19, jekk il-maġġoranza tal-Istati Membri jew għadd ta' Stati Membri li jirrappreżentaw aktar minn 35 % tal-popolazzjoni tal-Unjoni jkunu ħadu miżuri li x'aktarx ikollhom l-istess effett.
(7)  Minħabba li huwa diffiċli li jiġi previst meta sejra tintemm il-pandemija fl-Unjoni, huwa xieraq li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti ta' implimentazzjoni biex ittawwal aktar il-perjodu tal-ġbir fir-rigward tal-inizjattivi, li għalihom il-perjodu ta' ġbir ikun għadu għaddej fil-11 ta' Settembru 2020 f'każijiet fejn iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali li jirriżultaw mill-pandemija tal-COVID-19 jibqgħu jeżistu. Jenħtieġ li l-estensjoni ta' sitt xhur tal-perjodu ta' ġbir prevista minn dan ir-Regolament tippermetti lill-Kummissjoni li jkollha biżżejjed żmien biex tiddeċiedi jekk tkunx iġġustifikata estensjoni oħra tal-perjodu ta' ġbir. Jenħtieġ li s-setgħa tkun ukoll tippermetti lill-Kummissjoni li tadotta atti ta' implimentazzjoni biex ittawwal il-perjodu ta' ġbir fil-każ ta' kriżi ġdida tas-saħħa pubblika marbuta ma' xi tifqigħa ġdida tal-COVID-19, dment li tal-inqas kwart tal-Istati Membri jew għadd ta' Stati Membri li jirrappreżentaw aktar minn 35 % tal-popolazzjoni tal-Unjoni jkunu ħadu miżuri li x'aktarx ikollhom l-istess effett.
Emenda 9
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – subparagrafu 2a (ġdid)
Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-organizzaturi u lill-Istati Membri dwar l-estensjoni mogħtija fir-rigward ta' kull inizjattiva kkonċernata u tippubblika d-deċiżjoni tagħha fir-reġistru online msemmi fl-Artikolu 4(3) tar-Regolament (UE) 2019/788. Għandha tippubblika wkoll il-lista tal-inizjattivi kollha bħal dawn u l-perjodu l-ġdid ta' ġbir għal kull inizjattiva f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Emenda 10
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
(2)  Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni biex ittawwal il-perjodi massimi ta' ġbir tal-inizjattivi kif issir referenza għalihom fil-paragrafu 1, jekk maġġoranza tal-Istati Membri jew għadd ta' Stati Membri li jirrappreżentaw aktar minn 35 % tal-popolazzjoni tal-Unjoni jkomplu japplikaw wara l-11 ta' Settembru 2020 miżuri b'reazzjoni għal pandemija tal-COVID-19 li jkunu jfixklu b'mod sostanzjali l-possibbiltà għall-organizzaturi li jiġbru d-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ stampati u li jinfurmaw lill-pubbliku dwar l-inizjattivi tagħhom li jkunu għaddejjin.
(2)  Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni biex ittawwal il-perjodi massimi ta' ġbir tal-inizjattivi kif issir referenza għalihom fil-paragrafu 1, meta mill-inqas kwart tal-Istati Membri jew għadd ta' Stati Membri li jirrappreżentaw aktar minn 35 % tal-popolazzjoni tal-Unjoni jkomplu japplikaw wara l-11 ta' Settembru 2020 miżuri b'reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19 li jkunu jfixklu b'mod sostanzjali l-possibbiltà għall-organizzaturi li jiġbru d-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ stampati u li jinfurmaw lill-pubbliku dwar l-inizjattivi tagħhom li jkunu għaddejjin.
Emenda 11
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni biex ittawwal il-perjodu massimu ta' ġbir ta' inizjattivi li għalihom il-ġbir ikun għaddej fil-mument ta' xi tifqigħa ġdida tal-COVID-19 li tkun teħtieġ maġġoranza ta' Stati Membri jew għadd ta' Stati Membri li jirrappreżentaw aktar minn 35 % tal-popolazzjoni tal-Unjoni biex japplikaw miżuri li jaffettwaw lill-organizzaturi ta' dawk l-inizjattivi bl-istess mod.
Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni biex ittawwal il-perjodu massimu ta' ġbir ta' inizjattivi li għalihom il-ġbir ikun għaddej fil-mument ta' xi tifqigħa ġdida tal-COVID-19 meta tal-inqas kwart tal-Istati Membri jew għadd ta' Stati Membri li jirrappreżentaw aktar minn 35 % tal-popolazzjoni tal-Unjoni japplikaw miżuri li jaffettwaw lill-organizzaturi ta' dawk l-inizjattivi bl-istess mod.
Emenda 12
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 2 – subparagrafu 3
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura konsultattiva li ssir referenza għaliha fl-Artikolu 6(2) u għandhom jidentifikaw liema inizjattivi huma kkonċernati u d-data l-ġdida tat-tmiem tal-perjodu ta' ġbir tagħhom.
L-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi għandhom jidentifikaw l-inizjattivi li fir-rigward tagħhom jiġi estiż il-perjodu ta' ġbir flimkien mad-data l-ġdida tat-tmiem tal-perjodu ta' ġbir u r-riżultati tal-valutazzjoni msemmija fil-ħames subparagrafu.
L-atti ta' implimentazzjoni msemmija f'dan il-paragrafu għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(2).
Emenda 13
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 2 – subparagrafu 5
Għall-fini li jiġi vvalutat jekk ir-rekwiżit fl-ewwel u t-tieni subparagrafu ikunx ġie ssodisfat, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni, meta mitluba, informazzjoni dwar il-miżuri li jkunu ħadu jew li beħsiebhom jieħdu b'reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19.
L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni, fuq talba, b'informazzjoni dwar il-miżuri li jkunu ħadu jew li jkun beħsiebhom jieħdu b'reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19 jew b'reazzjoni għal tifqigħa ġdida ta' COVID-19.
Għall-fini li jiġi vvalutat jekk ir-rekwiżiti fl-ewwel u t-tieni subparagrafi jkunux ġew issodisfati, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-kriterji dettaljati għal din il-valutazzjoni.
Emenda 14
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1
(1)  Minkejja dak li hemm fl-Artikoli 14(2) u 15(1) tar-Regolament (UE) 2019/788, meta l-Parlament Ewropew jew il-Kummissjoni jkunu ilhom iħabbtu wiċċhom ma' diffikultajiet sa mill-11 ta' Marzu 2020 fl-organizzazzjoni ta' xi seduta pubblika jew laqgħa mal-organizzaturi, rispettivament, minħabba l-miżuri meħuda b'reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19 mill-Istat Membru fejn dawk l-istituzzjonijiet ikollhom l-intenzjoni li jorganizzaw is-seduta jew il-laqgħa, huma għandhom jorganizzaw is-seduta jew il-laqgħa malli s-sitwazzjoni tas-saħħa pubblika fl-Istat Membru kkonċernat tagħmilha possibbli li jsir dan.
(1)  Minkejja dak li hemm fl-Artikoli 14(2) u 15(1) tar-Regolament (UE) 2019/788, meta l-Parlament Ewropew jew il-Kummissjoni jkunu ilhom iħabbtu wiċċhom ma' diffikultajiet sa mill-11 ta' Marzu 2020 fl-organizzazzjoni ta' xi seduta pubblika jew laqgħa mal-organizzaturi, rispettivament, minħabba l-miżuri meħuda b'reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19 mill-Istat Membru fejn dawk l-istituzzjonijiet ikollhom l-intenzjoni li jorganizzaw is-seduta jew il-laqgħa, huma għandhom jorganizzaw is-seduta jew il-laqgħa malli s-sitwazzjoni tas-saħħa pubblika fl-Istat Membru kkonċernat tagħmilha possibbli li jsir dan, jew, f'każ li l-organizzaturi jaqblu li jipparteċipaw b'mod remot fis-seduta jew il-laqgħa, malli jkunu jistgħu jaqblu mal-istituzzjonijiet dwar data għal din is-seduta jew il-laqgħa.

(1) Il-kwistjoni ġiet riferuta lura għal negozjati interistituzzjonali lill-kumitat responsabbli, skont l-Artikolu 59(4), ir-raba’ subparagrafu.

Aġġornata l-aħħar: 8 ta' Settembru 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza