Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2020/0802(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A9-0126/2020

Testi mressqa :

A9-0126/2020

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 08/07/2020 - 18

Testi adottati :

P9_TA(2020)0178

Testi adottati
PDF 117kWORD 41k
L-Erbgħa, 8 ta' Lulju 2020 - Brussell
Ħatra ta' Helga Berger bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri
P9_TA(2020)0178A9-0126/2020

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Lulju 2020 dwar il-ħatra proposta ta' Helga Berger bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C9-0129/2020 – 2020/0802(NLE))

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 286(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C9-0129/2020),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 129 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9‑0126/2020),

A.  billi l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tiegħu evalwa l-kwalifiki tal-kandidat propost, b'mod partikolari fir-rigward tal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 286(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

B.  billi, waqt il-laqgħa tiegħu tal-25 ta' Ġunju 2020, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit sema' lill-kandidat propost mill-Kunsill bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

1.  Jagħti opinjoni favorevoli dwar il-proposta tal-Kunsill għall-ħatra ta' Helga Berger bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Qorti tal-Awdituri, kif ukoll lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea u lill-istituzzjonijiet tal-awditjar tal-Istati Membri.

Aġġornata l-aħħar: 9 ta' Diċembru 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza