Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2020/2092(BUD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A9-0127/2020

Testi mressqa :

A9-0127/2020

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 09/07/2020 - 22
PV 10/07/2020 - 13

Testi adottati :

P9_TA(2020)0195

Testi adottati
PDF 130kWORD 43k
Il-Ġimgħa, 10 ta' Lulju 2020 - Brussell
Abbozz ta' baġit emendatorju 5/2020: tkomplija tal-appoġġ għar-refuġjati u għall-komunitajiet ospitanti fil-Ġordan, fil-Libanu u fit-Turkija b'rispons għall-kriżi fis-Sirja
P9_TA(2020)0195A9-0127/2020

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Lulju 2020 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2020 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020 – Tkomplija tal-appoġġ għar-rifuġjati u għall-komunitajiet ospitanti fil-Ġordan, fil-Libanu u fit-Turkija b'rispons għall-kriżi fis-Sirja (09060/2020 – C9-0189/2020 – 2020/2092(BUD))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, adottat b'mod definittiv fis-27 ta' Novembru 2019(2),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(3),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(4),

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit emendatorju Nru 5/2020 adottat mill-Kummissjoni fit-3 ta' Ġunju 2020 (COM(2020)0421),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2020 adottata mill-Kunsill fl-24 ta' Ġunju 2020 u li ntbagħtet lill-Parlament fl-istess jum (09060/2020 – C9‑0189/2020),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 94 u 96 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-ittra mill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A9‑0127/2020),

A.  billi l-għan tal-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2020 huwa li jitkompla l-għoti ta' appoġġ lir-rifuġjati u lill-komunitajiet ospitanti b'rispons għall-kriżi fis-Sirja,

B.  billi l-Kummissjoni pproponiet li jiġu pprovduti EUR 100 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament ġodda biex jiffinanzjaw proġetti fl-oqsma tal-aċċess għall-edukazzjoni, tal-appoġġ għall-għajxien u l-forniment ta' servizzi tas-saħħa, tas-sanitazzjoni, tal-ilma u tal-iskart, u tal-protezzjoni soċjali lill-komunitajiet ospitanti u lir-rifuġjati (rifuġjati Sirjani u rifuġjati Palestinjani mis-Sirja) fil-Ġordan u fil-Libanu,

C.  billi l-Kummissjoni pproponiet li tipprovdi EUR 485 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn biex tiffinanzja l-kontinwazzjoni taż-żewġ azzjonijiet ewlenin ta' appoġġ umanitarju tal-Unjoni fit-Turkija, ix-Xibka ta' Sikurezza Soċjali ta' Emerġenza (ESSN) u t-Trasferiment Kondizzjonali ta' Flus għall-Edukazzjoni (CCTE), u li tipprovdi EUR 68 miljun f'approprjazzjonijiet ta' pagament biex tkopri l-prefinanzjament fi ħdan is-CCTE fl-2020,

D.  billi l-ESSN tipprovdi trasferimenti ta' flus fix-xahar lil madwar 1,7 miljun rifuġjat u hija mistennija li tispiċċa mingħajr flus sa mhux aktar tard minn Marzu 2021, filwaqt li l-Kummissjoni pproponiet li tipprovdi EUR 400 miljun biex testendiha sa tmiem l-2021, u billi bosta kwistjonijiet kumplessi, bħar-reviżjoni tal-kriterji tal-immirar u l-implimentazzjoni tat-tranżizzjoni strateġika għall-ipprogrammar tal-iżvilupp, jirrikjedu konsultazzjoni u koordinazzjoni f'waqthom mal-awtoritajiet Torok u s-Sħab ta' Implimentazzjoni,

E.  billi s-CCTE jipprovdi flus lil familji rifuġjati li t-tfal tagħhom jattendu l-iskola minflok jaħdmu, filwaqt li l-kuntratt attwali jintemm f'Ottubru 2020, u billi l-Kummissjoni pproponiet li tipprovdi EUR 85 miljun biex tippermetti li l-programm ikun jista' jibqa' għaddej għal sena oħra u sal-aħħar ta' Diċembru 2021,

1.  Jieħu nota tal-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2020, hekk kif ippreżentat mill-Kummissjoni, li huwa ddedikat li jipprovdi EUR 100 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament bħala appoġġ għar-reżiljenza tar-rifuġjati u l-komunitajiet ospitanti fil-Ġordan u l-Libanu u EUR 485 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn u EUR 68 miljun f'approprjazzjonijiet ta' pagament biex jiżguraw it-tkomplija tal-appoġġ umanitarju urġenti lir-rifuġjati fit-Turkija;

2.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2020;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-baġit emendatorju Nru 5/2020 ġie adottat b'mod definittiv u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(2) ĠU L 57, 27.2.2020.
(3) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(4) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

Aġġornata l-aħħar: 9 ta' Diċembru 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza