Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2020/0908(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A9-0153/2020

Testi mressqa :

A9-0153/2020

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

Testi adottati :

P9_TA(2020)0209

Testi adottati
PDF 124kWORD 42k
It-Tlieta, 15 ta' Settembru 2020 - Brussell
Ħatra ta' Membru Indipendenti tal-Kumitat Superviżorju tas-CCP tal-AETS
P9_TA(2020)0209A9-0153/2020

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Settembru 2020 dwar il-proposta għall-ħatra ta' membru indipendenti tal-Kumitat Superviżorju tas-CCP tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (N9-0042/2020 – C9-0278/2020 – 2020/0908(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Bord tas-Superviżuri tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq tas-27 ta' Awwissu 2020 (C9-0278/2020),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 24a(5) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet(2),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 2019 dwar il-bilanċ bejn is-sessi fin-nomini fis-settur tal-affarijiet ekonomiċi u monetarji tal-UE(3),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Jannar 2020 dwar l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja: il-prevenzjoni tal-kunflitti ta' interess wara l-impjieg fis-servizz pubbliku(4),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9-0153/2020),

A.  billi, fis-27 ta' Awwissu 2020, il-Bord tas-Superviżuri tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq, wara proċedura ta' selezzjoni miftuħa, ippropona li jaħtar lil Froukelien Wendt bħala membru indipendenti tal-Kumitat Superviżorju tas-CCP, b'konformità mal-Artikolu 24a(5) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

B.  billi, fit-2 ta' Settembru 2020, il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji kellu seduta ta' smigħ ma' Froukelien Wendt, li fiha għamlet stqarrija preliminari u mbagħad wieġbet il-mistoqsijiet li sarulha mill-membri tal-Kumitat;

1.  Jagħti l-approvazzjoni għall-ħatra ta' Froukelien Wendt bħala membru indipendenti tal-Kumitat Superviżorju tas-CCP tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq kif ukoll lill-gvernijiet tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.
(2) ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1.
(3) Testi adottati, P8_TA(2019)0211.
(4) Testi adottati, P9_TA(2020)0017.

Aġġornata l-aħħar: 12 ta' Jannar 2021Avviż legali - Politika tal-privatezza