Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2020/0118(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A9-0140/2020

Testi mressqa :

A9-0140/2020

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 15/09/2020 - 2

Testi adottati :

P9_TA(2020)0210

Testi adottati
PDF 117kWORD 41k
It-Tlieta, 15 ta' Settembru 2020 - Brussell
Rata mnaqqsa tad-dazju tas-sisa fuq ċerti prodotti alkoħoliċi prodotti fir-reġjuni awtonomi ta' Madeira u tal-Azores *
P9_TA(2020)0210A9-0140/2020

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Settembru 2020 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Portugall japplika rata mnaqqsa tad-dazju tas-sisa fuq ċerti prodotti alkoħoliċi prodotti fir-reġjuni awtonomi ta' Madeira u tal-Azores (COM(2020)0240 – C9-0190/2020 – 2020/0118(CNS))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2020)0240),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C9-0190/2020),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 82 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A9-0140/2020),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Aġġornata l-aħħar: 12 ta' Jannar 2021Avviż legali - Politika tal-privatezza