Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2020/2720(DEA)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : B9-0251/2020

Testi mressqa :

B9-0251/2020

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

Testi adottati :

P9_TA(2020)0214

Testi adottati
PDF 124kWORD 42k
L-Erbgħa, 16 ta' Settembru 2020 - Brussell
Ebda oġġezzjoni għal att delegat: tariffi imposti mill-ESMA lil CCP ta' pajjiżi terzi
P9_TA(2020)0214B9-0251/2020

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament delegat tal-Kummissjoni tal-14 ta' Lulju 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tariffi imposti mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq lil kontropartijiet ċentrali stabbiliti f'pajjiżi terzi (C(2020)4891 – 2020/2720(DEA))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-Regolament delegat tal-Kummissjoni (C(2020)4891),

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tal-14 ta' Lulju 2020, li permezz tagħha hija talbet lill-Parlament jiddikjara li mhux se joġġezzjona għar-Regolament delegat,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, bid-data tat-2 ta' Settembru 2020,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet(1), u b'mod partikolari l-Artikoli 25d(3) u 82(6) tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 111(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji,

–  wara li kkunsidra li l-ebda oġġezzjoni ma ġiet espressa fil-perjodu previst fit-tielet u r-raba' inċiżi tal-Artikolu 111(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, li skada fil-15 ta' Settembru 2020,

A.  billi diversi atti delegati li għandhom jiġu adottati skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 (EMIR), li ġie emendat reċentement, jispeċifikaw kif ir-regoli tal-EMIR se japplikaw għal kontropartijiet ċentrali (CCPs) ta' pajjiżi terzi li jipprovdu servizzi lil ditti tal-Unjoni; billi dawk l-atti delegati se jagħtu effett lis-setgħat imsaħħa tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA); billi s-CCPs ta' pajjiżi terzi li jitqiesu bħala sistemikament importanti għall-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni jew ta' kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri tagħha, għandhom ikunu soġġetti għal rekwiżiti speċifiċi u superviżjoni msaħħa mill-ESMA sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi mas-CCPs tal-Unjoni u tiġi salvagwardjata l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni;

B.  billi l-Artikolu 25d jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni ħalli tadotta att delegat li jispeċifika aktar dettalji rigward it-tariffi li l-ESMA għandha titlob mingħand is-CCPs ta' pajjiżi terzi sabiex jiġu koperti l-ispejjeż kollha mġarrba għar-rikonoxximent u t-twettiq tal-kompiti tagħha fir-rigward ta' CCPs ta' pajjiżi terzi;

C.  billi dan ir-regolament delegat għandu jidħol fis-seħħ b'urġenza biex jiżgura li s-CCPs ta' pajjiżi terzi jikkontribwixxu b'mod adegwat għall-finanzjament tal-ESMA fil-ħin u b'mod xieraq;

1.  Jiddikjara li ma joġġezzjonax għar-regolament delegat;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1.

Aġġornata l-aħħar: 12 ta' Jannar 2021Avviż legali - Politika tal-privatezza