Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2020/2726(DEA)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : B9-0252/2020

Testi mressqa :

B9-0252/2020

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

Testi adottati :

P9_TA(2020)0215

Testi adottati
PDF 125kWORD 42k
L-Erbgħa, 16 ta' Settembru 2020 - Brussell
Ebda oġġezzjoni għal att delegat: kriterji biex tiddetermina l-importanza sistematika ta’ CCP ta’ pajjiż terz
P9_TA(2020)0215B9-0252/2020

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament delegat tal-Kummissjoni tal-14 ta' Lulju tal-2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kriterji li l-ESMA jenħtieġ li tqis biex tiddetermina jekk kontroparti ċentrali stabbilita f'pajjiż terz hijiex sistemikament importanti jew aktarx issir sistemikament importanti għall-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni jew ta' wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha (C(2020)4892 – 2020/2726(DEA))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-Regolament delegat tal-Kummissjoni (C(2020)4892),

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tal-14 ta' Lulju 2020, li permezz tagħha hija talbet lill-Parlament jiddikjara li mhux se joġġezzjona għar-Regolament delegat,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, bid-data 2 ta' Settembru 2020,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar tranżazzjonijiet(1), u b'mod partikolari l-Artikoli 25(2) u 82(6) tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 111(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji,

–  wara li kkunsidra li ma saret ebda oġġezzjoni fil-perjodu previst fit-tielet u r-raba' inċiżi tal-Artikolu 111(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, li skada fil-15 ta’ Settembru 2020,

A.  billi diversi atti delegati li għandhom jiġu adottati skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 (EMIR) li ġie emendat reċentement jispeċifikaw il-mod kif ir-regoli tal-EMIR se japplikaw għall-kontropartijiet ċentrali (CCPs) ta' pajjiżi terzi li jipprovdu servizzi lil ditti tal-Unjoni; billi dawk l-atti delegati se jagħtu effett lis-setgħat imsaħħa tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA); billi is-CCPs ta' pajjiżi terzi li jitqiesu bħala sistemikament importanti għall-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni jew ta' kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri tagħha għandhom ikunu soġġetti għal rekwiżiti speċifiċi u superviżjoni msaħħa mill-ESMA sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi mas-CCPs tal-Unjoni u tiġi salvagwardjata l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni;

B.  billi l-Artikolu 25(2a) jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta att delegat li jispeċifika aktar il-kriterji li jridu jiġu applikati mill-ESMA meta tkun qed tiddeċiedi jekk CCP ta' pajjiż terz hijiex sistemikament importanti jew jekk aktarx issir sistemikament importanti għall-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni jew ta' wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha.

C.  billi dan ir-regolament delegat għandu jidħol fis-seħħ b'urġenza biex tiġi żgurata t-tħejjija tal-Unjoni meta d-dritt tal-Unjoni ma jibqax japplika fir-Renju Unit wara l-iskadenza tal-perjodu ta' tranżizzjoni;

1.  Jiddikjara li ma joġġezzjonax għar-Regolament delegat;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1.

Aġġornata l-aħħar: 12 ta' Jannar 2021Avviż legali - Politika tal-privatezza