Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2020/0097(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A9-0148/2020

Testi mressqa :

A9-0148/2020

Dibattiti :

PV 14/09/2020 - 22
CRE 14/09/2020 - 22
PV 26/04/2021 - 24
CRE 26/04/2021 - 24

Votazzjonijiet :

PV 15/09/2020 - 9
PV 16/09/2020 - 12
PV 27/04/2021 - 14

Testi adottati :

P9_TA(2020)0218
P9_TA(2021)0128

Testi adottati
PDF 265kWORD 79k
L-Erbgħa, 16 ta' Settembru 2020 - Brussell
Emenda tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili ***I
P9_TA(2020)0218A9-0148/2020

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew tas-16 ta' Settembru 2020 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (COM(2020)0220 – C9-0160/2020 – 2020/0097(COD))(1)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal deċiżjoni
Kunsiderazzjoni 1
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 196 u l-Artikolu 322(1)(a) tiegħu,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 196 tiegħu,
Emenda 2
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 1a (ġdida)
(1a)  It-tibdil fil-klima qed iwassal għal żieda fil-frekwenza, l-intensità u l-kumplessità tad-diżastri naturali madwar id-dinja, u l-pajjiżi li qed jiżviluppaw, b'mod partikolari l-pajjiżi l-anqas żviluppati u l-istati gżejjer żgħar li qed jiżviluppaw, huma partikolarment vulnerabbli minħabba, minn naħa waħda, il-kapaċità sottożviluppata tagħhom li jadattaw għall-konsegwenzi tat-tibdil fil-klima u li jimmitigawhom, u li jirreaġixxu għad-diżastri relatati mal-klima, u, min-naħa l-oħra, l-esponiment ġeografiku tagħhom għall-għargħar, in-nixfiet u n-nirien fil-foresti.
Emenda 3
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 2
(2)  Filwaqt li jirrikonoxxi r-responsabbiltà primarja tal-Istati Membri għall-prevenzjoni, it-tħejjija u r-reazzjoni għal diżastri naturali u kkawżati mill-bniedem, il-Mekkaniżmu tal-Unjoni jippromwovi s-solidarjetà bejn l-Istati Membri b'konformità mal-Artikolu 3(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.
(2)  Filwaqt li r-responsabbiltà primarja għall-prevenzjoni, it-tħejjija u r-reazzjoni għal diżastri naturali u kkawżati mill-bniedem tibqa' tal-Istati Membri, il-Mekkaniżmu tal-Unjoni, u b'mod partikolari r-rescEU, jippromwovi s-solidarjetà bejn l-Istati Membri b'konformità mal-Artikolu 3(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea billi jikkomplementa l-kapaċitajiet eżistenti tal-Istati Membri, filwaqt li jippermetti tħejjija u reazzjoni aktar effettivi, meta l-kapaċitajiet fil-livell nazzjonali ma jkunux suffiċjenti.
Emenda 4
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 2a (ġdida)
(2a)  In-nirien fil-foresti jheddu l-ħajjiet, l-għajxien u l-bijodiversità, jikkawżaw ir-rilaxx ta' ammonti kbar ta' emissjonijiet tal-karbonju u jnaqqsu l-kapaċità ta' assorbiment tal-karbonju tal-pjaneta, u dawn jaggravaw aktar it-tibdil fil-klima. Ta' tħassib partikolari huma s-sitwazzjonijiet fejn iż-żoni forestali jew radjuattivi kkontaminati jinqerdu bin-nar. Iż-żieda fid-diżastri relatati mal-klima, inklużi n-nirien fil-foresti, tirrikjedi tisħiħ tal-operazzjonijiet tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili barra mill-Unjoni, inklużi l-attivitajiet li jiffukaw fuq il-prevenzjoni tad-diżastri u t-tħejjija għalihom.
Emenda 5
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 3
(3)  L-esperjenza bla preċedent tal-pandemija tal-COVID-19 uriet li l-effettività tal-Unjoni fl-immaniġġar tal-kriżijiet hija limitata mill-kamp ta' applikazzjoni tal-qafas ta' governanza tagħha, iżda wkoll mil-livell ta' tħejjija tal-Unjoni f'każ ta' diżastri li jolqtu l-maġġoranza tal-Istati Membri.
(3)  L-esperjenza bla preċedent tal-pandemija tal-COVID-19 uriet li l-effettività tal-Unjoni fl-immaniġġar tal-kriżijiet hija limitata mill-kamp ta' applikazzjoni tal-qafas ta' governanza tagħha, iżda wkoll mil-livell ta' tħejjija tal-Unjoni f'każ ta' diżastri li jolqtu l-maġġoranza tal-Istati Membri. Barra minn hekk, huwa ċar li l-Unjoni u l-Istati Membri mhumiex preparati biżżejjed għal diżastri aktar estremi u kumplessi b'konsegwenzi globali estensivi u aktar fit-tul, bħal pandemija fuq skala kbira. Għalhekk, huwa essenzjali li l-azzjonijiet ta' protezzjoni ċivili mwettqa mill-Istati Membri jkunu koordinati aħjar u li r-rescEU tissaħħaħ.
Emenda 6
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 3a (ġdida)
(3a)  L-esperjenza tal-kriżi tal-COVID-19 uriet li l-Unjoni u l-Istati Membri mhumiex preparati adegwatament biex jirreaġixxu għal emerġenzi fuq skala kbira u li l-qafas legali eżistenti mhuwiex adegwat biżżejjed għall-iskop. Il-kriżi tal-COVID-19 enfasizzat ukoll kif il-konsegwenzi tal-katastrofijiet għas-saħħa tal-bniedem, għall-ambjent, għas-soċjetà u għall-ekonomija jistgħu jkunu ta' kobor mingħajr preċedent. Fid-dawl tal-ħtieġa li jissaħħu l-kapaċità u l-azzjonijiet tal-Unjoni fir-rigward tas-saħħa u l-protezzjoni ċivili, huwa essenzjali li r-rescEU tissaħħaħ u ssir aktar flessibbli u rapida, u li tkun ikkoordinata aħjar mal-awtoritajiet nazzjonali tal-protezzjoni ċivili. Huwa essenzjali wkoll li l-Istati Membri jipprovdu informazzjoni suffiċjenti dwar il-prevenzjoni u t-tħejjija tagħhom fir-rigward tal-emerġenzi.
Emenda 7
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 3b (ġdida)
(3b)  Sabiex jiġu mmassimizzati t-trasparenza u l-akkontabilità għaċ-ċittadini tal-Unjoni, il-Kummissjoni jenħtieġ li tippreżenta gwida dwar kif jiġi kkalkulat il-proporzjon tal-infiq imwettaq permezz tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili li jenħtieġ li jikkwalifika bħala Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp (ODA).
Emenda 8
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 3c (ġdida)
(3c)   Fid-dawl tal-esperjenza tat-tifqigħa tal-COVID-19 u b'kont meħud tal-ħtieġa li tissaħħaħ il-kapaċità ta' reazzjoni tal-Unjoni fl-oqsma tas-saħħa u tal-protezzjoni ċivili, ir-rescEU jenħtieġ li tissaħħaħ b'mod sinifikanti biex ittejjeb ir-rendiment tagħha f'kull wieħed mit-tliet pilastri tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni: il-prevenzjoni, it-tħejjija u r-reazzjoni.
Emenda 9
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 5
(5)  Hija meħtieġa azzjoni urġenti biex jissaħħaħ il-Mekkaniżmu tal-Unjoni u b'hekk inkunu mħejjija aħjar meta jseħħu ċirkostanzi bħal dawn fil-futur.
(5)  Hija meħtieġa azzjoni urġenti biex jissaħħaħ il-Mekkaniżmu tal-Unjoni u b'hekk inkunu mħejjija aħjar meta jseħħu ċirkostanzi bħal dawn fil-futur. It-tisħiħ tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni jenħtieġ li jikkomplementa l-politiki u l-fondi tal-Unjoni u jenħtieġ li ma jkunx sostitut għall-integrazzjoni tal-prinċipju ta' reżiljenza għad-diżastri f'dawk il-politiki u l-fondi.
Emenda 88
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 6
(6)  Biex ittejjeb l-ippjanar fil-prevenzjoni u t-tħejjija, jenħtieġ li l-Unjoni tissokta tappoġġa l-investiment fil-prevenzjoni tad-diżastri f'bosta setturi, u għal approċċi komprensivi ta' mmaniġġar tar-riskju li jirfdu l-prevenzjoni u t-tħejjija, b'kunsiderazzjoni ta' approċċ ta' perikli multipli, approċċ imsejjes fuq ekosistema u l-impatti probabbli tat-tibdil fil-klima, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-komunitajiet xjentifiċi u mal-operaturi ekonomiċi ewlenin. Għal dan il-għan, l-approċċi transsettorjali u għal perikli multipli jenħtieġ li jitpoġġa fuq quddiem u li jkun imsejjes fuq għanijiet ta' reżiljenza għall-Unjoni kollha li jikkontribwixxu għal definizzjoni bażi tal-kapaċitajiet u t-tħejjija. Il-Kummissjoni se taħdem id f'id mal-Istati Membri biex tiddefinixxi l-għanijiet ta' reżiljenza għall-Unjoni kollha.
(6)  Biex ittejjeb ir-reżiljenza u l-ippjanar fil-prevenzjoni u t-tħejjija, jenħtieġ li l-Unjoni ssaħħaħ l-investiment fil-prevenzjoni tad-diżastri bejn il-fruntieri u f'bosta setturi, inklużi dawk li jseħħu minħabba attività siżmika, bħat-terremoti, jew minħabba għargħar jew instabbiltà idroġeoloġika, bħal uqigħ tal-art, u approċċi komprensivi ta' mmaniġġar tar-riskju li jirfdu l-prevenzjoni u t-tħejjija, b'kunsiderazzjoni ta' approċċ ta' perikli multipli, approċċ imsejjes fuq ekosistema u l-impatti probabbli tat-tibdil fil-klima, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-komunitajiet xjentifiċi, mal-operaturi ekonomiċi ewlenin u mal-awtoritajiet reġjonali u lokali, li huma atturi ewlenin fiċ-ċiklu tal-ġestjoni tad-diżastri, kif ukoll mas-settur terzjarju u ma' organizzazzjonijiet volontarji li joperaw fil-qasam u jeħtieġ li ma jikkompromettux il-mekkaniżmi ta' koordinazzjoni tal-Unjoni eżistenti. Għal dan il-għan, l-approċċi transsettorjali, transfruntieri u għal perikli multipli jenħtieġ li jitpoġġa fuq quddiem u li jkun imsejjes fuq għanijiet ta' reżiljenza għall-Unjoni kollha li jikkontribwixxu għal definizzjoni bażi tal-kapaċitajiet u t-tħejjija. Il-Kummissjoni se taħdem id f'id mal-Istati Membri u mal-Parlament Ewropew biex tiddefinixxi l-għanijiet ta' reżiljenza għall-Unjoni kollha u biex tqis kwalunkwe pjan operattiv ta' reazzjoni għal emerġenza li diġà jeżisti fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali.
Emenda 11
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 6 a (ġdida)
(6a)   Sabiex ikun żgurat li prevenzjoni tad-diżastri tkun effiċjenti, jenħtieġ li t-testijiet tal-istress u proċess għaċ-ċertifikazzjoni tal-kapaċitajiet ta' reazzjoni jitqiesu bħala elementi fundamentali. Valutazzjonijiet regolari tar-riskju fil-livell reġjonali u lokali huma meħtieġa biex l-awtoritajiet nazzjonali jkunu jistgħu jieħdu miżuri biex isaħħu r-reżiljenza fejn meħtieġ, inkluż bl-użu tal-fondi eżistenti tal-Unjoni. Tali valutazzjonijiet tar-riskju jenħtieġ li jiffukaw fuq karatteristiċi speċifiċi għal kull reġjun, bħall-attività siżmika, l-għargħar frekwenti jew in-nirien fil-foresti. Dawk il-valutazzjonijiet jenħtieġ li jinkludu wkoll il-livell ta' kooperazzjoni transfruntiera, sabiex il-Mekkaniżmu tal-Unjoni jkollu informazzjoni dettaljata dwar il-kapaċitajiet disponibbli lokalment sabiex l-intervent jista' jsir aktar speċifiku.
Emenda 12
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 6 b (ġdida)
(6b)   L-iżvilupp ta' għanijiet tal-Unjoni ta' reżiljenza għad-diżastri b'appoġġ għal azzjonijiet ta' prevenzjoni u tħejjija jenħtieġ li jinvolvi valutazzjoni eżatta tal-konsegwenzi u jqis il-konsegwenzi soċjali fit-tul osservati fl-ewwel stadju ta' wara emerġenza li jkunu ġestiti minn aġenziji tal-protezzjoni ċivili, b'attenzjoni partikolari għall-persuni l-aktar vulnerabbli.
Emenda 89
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 6 c (ġdida)
(6 c)   Ir-rwol tal-awtoritajiet reġjonali u lokali fil-prevenzjoni u l-ġestjoni tad-diżastri huwa ta' importanza kbira, u l-kapaċitajiet ta' reazzjoni tagħhom jeħtieġ li jkunu involuti b'mod xieraq fi kwalunkwe attività ta' koordinazzjoni u mobilizzazzjoni li ssir fl-ambitu ta' din id-Deċiżjoni, f'konformità mal-oqfsa istituzzjonali u legali tal-Istati Membri, bil-għan li jiġu mminimizzati s-sovrapożizzjonijiet u titrawwem l-interoperabbiltà. Tali awtoritajiet jistgħu jaqdu rwol preventiv importanti u huma wkoll l-ewwel li jirreaġixxu wara diżastru, flimkien mal-kapaċitajiet tal-voluntiera tagħhom. Għaldaqstant, teżisti l-ħtieġa ta' kooperazzjoni kontinwa fil-livell lokali, reġjonali u transfruntier bil-għan li jiġu stabbiliti sistemi ta' twissija komuni biex isir intervent rapidu qabel il-mobilizzazzjoni tar-rescEU, kif ukoll kampanji ta' informazzjoni regolari għall-pubbliku dwar il-miżuri ta' reazzjoni inizjali.
Emenda 13
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 8a (ġdida)
(8a)   Il-ħolqien ta' ġabra ta' riżorsi jiġbor flimkien sensiela ta' timijiet tas-salvataġġ, esperti u tagħmir li l-Istati Membri dejjem iżommu għal dak li jista' jinqala' b'rabta mal-missjonijiet ta' protezzjoni ċivili tal-Unjoni. Huwa essenzjali li dawk it-timijiet jirrispettaw kriterji eżiġenti ta' kwalità u affidabbiltà biex jiżguraw l-interoperabbiltà tagħhom.
Emenda 14
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 9
(9)  Il-Mekkaniżmu tal-Unjoni jenħtieġ li jagħmel użu minn infrastrutturi spazjali tal-Unjoni bħall-Programm Ewropew ta' Osservazzjoni tad-Dinja (Copernicus), Galileo, is-Sistema ta' Għarfien ta' Sitwazzjonijiet u GOVSATCOM, li jipprovdu għodod importanti ta' reazzjoni għal emerġenzi interni u esterni fil-livell tal-Unjoni. Is-Sistemi ta' Ġestjoni ta' Emerġenzi ta' Copernicus qegħdin jagħtu appoġġ lill-ERCC fid-diversi fażijiet ta' emerġenza mit-twissija bikrija u l-prevenzjoni ta' diżastri u l-irkupru. Il-GOVSATCOM se tipprovdi kapaċità ta' komunikazzjoni bis-satellita sikura mfassla b'mod speċifiku għall-ħtiġijiet tal-utenti governattivi fl-immaniġġar ta' emerġenzi. Galileo hija l-ewwel infrastruttura globali ta' navigazzjoni u ta' pożizzjonament bis-satellita ddisinjata għal skopijiet ċivili fl-Ewropa u madwar id-dinja, u tista' tintuża f'oqsma oħra bħall-immaniġġar ta' emerġenzi, fosthom fl-attivitajiet ta' twissija bikrija. Is-servizzi rilevanti ta' Galileo se jinkludu servizz ta' emerġenza li jxandar, permezz tal-emissjoni ta' sinjali, twissijiet dwar diżastri naturali jew emerġenzi oħra f'oqsma partikolari. L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jużaw dan is-servizz. Meta jiddeċiedu li jużawh sabiex jivvalidaw is-sistema, jenħtieġ li jidentifikaw u javżaw lill-Kummissjoni dwar l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li jkunu se jużaw dak is-servizz ta' emerġenza.
(9)  Il-Mekkaniżmu tal-Unjoni jenħtieġ li jagħmel użu minn infrastrutturi spazjali tal-Unjoni bħall-Programm Ewropew ta' Osservazzjoni tad-Dinja (Copernicus), Galileo, is-Sistema ta' Għarfien ta' Sitwazzjonijiet u GOVSATCOM, li jipprovdu għodod importanti ta' reazzjoni għal emerġenzi interni u esterni fil-livell tal-Unjoni. Is-Sistemi ta' Ġestjoni ta' Emerġenzi ta' Copernicus qegħdin jagħtu appoġġ lill-ERCC fid-diversi fażijiet ta' emerġenza mit-twissija bikrija u l-prevenzjoni sad-diżastru u l-irkupru. Il-GOVSATCOM se tipprovdi kapaċità ta' komunikazzjoni bis-satellita sikura mfassla b'mod speċifiku għall-ħtiġijiet tal-utenti governattivi fl-immaniġġar ta' emerġenzi. Galileo hija l-ewwel infrastruttura globali ta' navigazzjoni u ta' pożizzjonament bis-satellita ddisinjata għal skopijiet ċivili fl-Ewropa u madwar id-dinja, u tista' tintuża f'oqsma oħra bħall-immaniġġar ta' emerġenzi, fosthom fl-attivitajiet ta' twissija bikrija. Is-servizzi rilevanti ta' Galileo se jinkludu servizz ta' emerġenza li jxandar, permezz tal-emissjoni ta' sinjali, twissijiet dwar diżastri naturali jew emerġenzi oħra f'oqsma partikolari. Meta jitqies il-potenzjal tiegħu li jsalva l-ħajjiet u jiffaċilita l-koordinazzjoni ta' azzjonijiet ta' emerġenza, l-Istati Membri jenħtieġ li jiġu mħeġġa jużaw dan is-servizz. Meta jiddeċiedu li jużawh sabiex jivvalidaw is-sistema, jenħtieġ li jidentifikaw u javżaw lill-Kummissjoni dwar l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li jkunu se jużaw dak is-servizz ta' emerġenza.
Emenda 15
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 9a (ġdida)
(9a)  Il-Mekkaniżmu tal-Unjoni u r-rescEU jenħtieġ li jiġu żviluppati b'mod li jippermetti lill-Unjoni tirreaġixxi b'mod effettiv għal firxa wiesgħa ta' emerġenzi. It-tibdil fil-klima qed iwassal għal żieda fil-frekwenza, l-intensità u l-kumplessità tad-diżastri naturali fl-Unjoni u madwar id-dinja, u jirrikjedi livell għoli ta' solidarjetà bejn il-pajjiżi. Kull sena, ħafna Stati Membi jiġu devastati minn nirien fil-foresti li jeqirdu eluf ta' ettari u jħallu bosta nies mejta. Din is-sitwazzjoni kienet partikolarment evidenti matul l-istaġun tan-nirien fil-foresti tal-2017 fil-Portugall, li wassal għall-proposta tal-Kummissjoni dwar ir-rescEU ta' Novembru 2017. Il-kapaċità ta' prevenzjoni u reazzjoni tal-Istati Membri, inklużi dawk milquta l-aktar min-nirien fil-foresti, ħafna drabi tkun insuffiċjenti. Huwa għalhekk essenzjali li l-prevenzjoni tad-diżastri u t-tħejjija u r-reazzjoni għalihom jissaħħu, u li l-Mekkaniżmu tal-Unjoni jinkludi kapaċitajiet suffiċjenti, inkluż matul il-perjodu ta' tranżizzjoni tar-rescEU, biex tittieħed azzjoni meta jseħħu nirien fil-foresti u diżastri naturali oħra.
Emenda 16
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 9b (ġdida)
(9b)  Matul il-pandemija tal-COVID-19, abbażi tad-dispożizzjonijiet eżistenti tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE, il-Kummissjoni setgħet tinkludi fir-rescEU kumulazzjoni ta' riżerva medika, li tikkonsisti f'kontromiżuri mediċi bħal tagħmir mediku għall-kura intensiva, tagħmir protettiv personali, provvisti tal-laboratorji, vaċċini u terapiji, għal skopijiet ta' tħejjija u reazzjoni għal theddida transfruntiera serja għas-saħħa. Minn din il-kumulazzjoni ta' riżerva medika, ingħata tagħmir protettiv personali lill-Istati Membri u lill-pajjiżi kandidati. Madankollu, minħabba li l-Istati Membri biss jistgħu jakkwistaw, jikru jew jiksbu b'lokazzjoni l-kapaċitajiet tar-rescEU, għadda aktar minn xahar bejn l-adozzjoni tal-att ta' implimentazzjoni għall-istabbiliment tal-kumulazzjoni ta' riżerva msemmija hawn fuq u l-ewwel użu tat-tagħmir mediku u l-provvisti kkonċernati.
Emenda 17
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 10
(10)  Biex ikollha l-kapaċità operazzjonali tirreaġixxi malajr għal emerġenza fuq skala kbira jew għal avveniment bi probabbiltà baxxa u b'impatt kbir bħall-pandemija tal-COVID-19, jenħtieġ li l-Unjoni jkollha l-possibbiltà li takkwista, tixtri, tikseb b'lokazzjoni jew tikkuntratta kapaċitajiet tar-rescEU biex tkun tista' tgħin lil dawk l-Istati Membri li jinħakmu minn emerġenzi fuq skala kbira, b'konformità mal-kompetenza ta' appoġġ fil-qasam tal-protezzjoni ċivili u b'attenzjoni partikolari għall-persuni vulnerabbli. Dawn il-kapaċitajiet iridu jiġu prepożizzjonati f'ċentri loġistiċi ġewwa l-Unjoni jew, għal raġunijiet strateġiċi, permezz ta' networks fdati ta' ċentri bħall-Imħażen tar-Reazzjoni Umanitarja tan-NU.
(10)  Sabiex ikollha l-kapaċità operazzjonali biex tirreaġixxi malajr u b'mod effettiv għal emerġenzi fuq skala kbira jew għal avvenimenti bi probabbiltà baxxa u b'impatt kbir bħall-pandemija tal-COVID-19, jenħtieġ li l-Unjoni jkollha l-possibbiltà li takkwista, tixtri, tikseb b'lokazzjoni jew tikkuntratta b'mod awtonomu kapaċitajiet tar-rescEU biex tkun tista' tgħin lil dawk l-Istati Membri li jinħakmu minn emerġenzi fuq skala kbira kif ukoll emerġenzi transfruntieri, b'konformità mal-kompetenza ta' appoġġ fil-qasam tal-protezzjoni ċivili. Dawn il-kapaċitajiet iridu jiġu prepożizzjonati f'ċentri loġistiċi ġewwa l-Unjoni. Meta jkun meħtieġ, l-EMA u l-ECDC jenħtieġ li jiġu kkonsultati dwar id-definizzjoni, l-immaniġġar u d-distribuzzjoni tal-kapaċitajiet dedikati għar-reazzjoni għall-emerġenzi mediċi.
Emenda 18
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 10a (ġdida)
(10a)  Fit-twettiq tal-attivitajiet tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni, jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lill-protezzjoni tal-persuni vulnerabbli. Barra minn hekk, u sabiex tiġi evitata l-vjolenza abbażi tal-ġeneru, inkluża l-vjolenza domestika, fi żminijiet ta' kriżi, il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżviluppa, flimkien mal-Istati Membri, gwida bbażata fuq l-aħjar prattiki biex tappoġġa l-vittmi ta' vjolenza abbażi tal-ġeneru fi ħdan il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili.
Emenda 19
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 10b (ġdida)
(10b)  Abbażi tal-prinċipji ta' solidarjetà u kopertura universali tas-servizzi tas-saħħa ta' kwalità u tar-rwol ċentrali tal-Unjoni fl-aċċelerazzjoni tal-progress rigward l-isfidi tas-saħħa globali, il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili, b'mod li jikseb sinerġija u komplementarjetà ma' programmi rilevanti oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari l-programm l-UE għas-Saħħa, jenħtieġ li joħloq prevenzjoni, tħejjija u kapaċità ta' reazzjoni aħjar fir-rigward tal-emerġenzi mediċi.
Emenda 20
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 11
(11)  Il-kapaċitajiet tar-rescEU li jinxtraw, jinkrew, jinkisbu b'lokazzjoni jew inkella jiġu kkuntrattati mill-Istati jistgħu jintużaw għal skopijiet nazzjonali, iżda dan meta ma jkunux qed jintużaw jew ikunu meħtieġa għal operazzjoni ta' reazzjoni permezz tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni.
(11)  Il-kapaċitajiet tar-rescEU li jinxtraw, jinkrew, jinkisbu b'lokazzjoni jew inkella jiġu kkuntrattati mill-Istati Membri jew mill-Kummissjoni jistgħu jintużaw għal skopijiet nazzjonali mill-Istati Membri li jospitaw dawk il-kapaċitajiet, iżda dan meta ma jkunux qed jintużaw jew ikunu meħtieġa għal operazzjonijiet ta' reazzjoni permezz tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni u filwaqt li l-prijorità tingħata lill-ġlieda kontra l-emerġenzi transfruntieri.
Emenda 21
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 12
(12)  Fejn meħtieġ l-Unjoni għandha l-interess li tirreaġixxi f'pajjiżi terzi. Filwaqt li primarjament il-kapaċitajiet tar-rescEU inħolqu bħala xibka ta' sikurezza fl-Unjoni, dawn jistgħu jintużaw barra mill-Unjoni f'każijiet iġġustifikati kif xieraq u b'kunsiderazzjoni tal-prinċipji umanitarji.
(12)  Fejn meħtieġ l-Unjoni għandha l-interess li tirreaġixxi f'pajjiżi terzi. Filwaqt li primarjament il-kapaċitajiet tar-rescEU nħolqu bħala xibka ta' sikurezza fl-Unjoni, dawn jistgħu jintużaw barra mill-Unjoni f'każijiet iġġustifikati kif xieraq, b'konsultazzjoni ma' atturi umanitarji qabel l-interventi, u b'kunsiderazzjoni tal-prinċipji umanitarji.
Emenda 22
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 13
(13)  L-Istati Membri jistgħu jingħataw appoġġ biex jagħtu l-assistenza bis-setgħa tat-tisħiħ ulterjuri tar-Riżerva Ewropea ta' Protezzjoni Ċivili billi l-kostijiet operatorji tal-kapaċitajiet impenjati jiġu kofinanzjati meta jintużaw barra mill-Unjoni.
(13)  Sabiex l-Istati Membri jingħataw appoġġ biex jagħtu l-assistenza anki barra l-Unjoni, ir-Riżerva Ewropea ta' Protezzjoni Ċivili jenħtieġ li tissaħħaħ aktar bil-kofinanzjament tal-kostijiet operattivi tal-kapaċitajiet impenjati fl-istess livell, irrispettivament minn jekk jintużawx fl-Unjoni jew barra l-Unjoni.
Emenda 23
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 14a (ġdida)
(14a)   Biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni fit-tifi tan-nirien fil-foresti mill-ajru u b'reazzjoni għal diżastri oħra, il-proċessi amministrattivi jenħtieġ li jiġu simplifikati, meta jkun possibbli, sabiex ikun żgurat intervent immedjat.
Emenda 24
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 16
(16)  Meta jitqies li l-iskjerament ta' kapaċitajiet tar-rescEU għall-kapaċitajiet ta' rispons fil-kuntest tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni jagħti valur miżjud sinifikanti tal-Unjoni għaliex jiżgura r-reazzjoni effettiva u rapida għal persuni f'emerġenza, jenħtieġ li jsiru obbligi ulterjuri b'rabta mal-viżibbiltà biex l-Unjoni tingħata prominenza.
(16)  Meta jitqies li l-użu ta' kapaċitajiet tar-rescEU għall-kapaċitajiet ta' reazzjoni fil-kuntest tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni jagħti valur miżjud sinifikanti tal-Unjoni għaliex jiżgura reazzjoni effettiva u rapida għal persuni f'emerġenzi, jenħtieġ li jissaħħu l-obbligi biex tingħata informazzjoni liċ-ċittadini u lill-midja tal-Unjoni u anki biex tingħata prominenza lill-Unjoni. L-awtoritajiet nazzjonali jenħtieġ li jirċievu linji gwida dwar il-komunikazzjoni mill-Kummissjoni għal kull intervent partikolari biex jiżguraw li r-rwol tal-Unjoni jingħata l-viżibbiltà li jixraqlu.
Emenda 25
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 17
(17)  Il-ġestjoni indiretta jenħtieġ li tintuża bħala metodu għall-implimentazzjoni tal-baġit sabiex tiżdied il-flessibbiltà kif ukoll biex il-baġit jiġi eżegwit bl-aħjar mod possibbli.
(17)  Sabiex tiżdied il-flessibbiltà kif ukoll biex tinkiseb implimentazzjoni ottimali tal-baġit, din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tipprevedi l-ġestjoni indiretta bħala metodu ta' eżekuzzjoni tal-baġit, biex jintuża meta dan ikun iġġustifikat min-natura u l-kontenut tal-azzjoni kkonċernata.
Emenda 26
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 17a (ġdida)
(17a)   F'konformità mal-Artikolu 155 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a ("ir-Regolament Finanzjarju"), l-entitajiet elenkati fl-Artikolu 62(1)(c) ta' dan ir-Regolament u fl-Artikolu 25(2) ta' din id-Deċiżjoni jenħtieġ li jissodisfaw l-obbligi ta' rapportar tagħhom kull sena. Ir-rekwiżiti ta' rapportar għal dawk l-entitajiet huma stipulati fil-ftehim ta' verifika msemmi fl-Artikolu 130(3) tar-Regolament Finanzjarju.
____________________
1a Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
Emenda 27
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 18
(18)  Fl-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE l-Kummissjoni jenħtieġ li tadotta programmi ta' ħidma annwali jew pluriennali li jindikaw l-allokazzjonijiet ippjanati biex tippromwovi l-prevedibbiltà u l-effettività fit-tul. Dan jenħtieġ li jgħin lill-Unjoni tkun aktar flessibbli fl-eżekuzzjoni tal-baġit u b'hekk issaħħaħ l-azzjonijiet ta' prevenzjoni u ta' tħejjija.
imħassar
Emenda 28
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 18a (ġdida)
(18a)   L-atti delegati jenħtieġ li jiddefinixxu kompetenzi msaħħa tal-Aġenziji ewlenin tal-Unjoni biex jimmaniġġaw il-kapaċitajiet tar-rescEU, imexxu l-proċess tal-akkwist u jipprovdu rakkomandazzjonijiet dwar kwantitajiet u prodotti speċifiċi li jitqiegħdu f'ċentri loġistiċi mxerrda ġeografikament.
Emenda 29
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 18b (ġdida)
(18b)  L-istabbiliment, il-ġestjoni u d-distribuzzjoni tar-riżervi strateġiċi tal-Unjoni u l-kumulazzjoni ta' riżervi ta' kapaċitajiet dedikati għar-reazzjoni għall-emerġenzi mediċi fl-ambitu tal-programm l-UE għas-Saħħa jenħtieġ li jikkomplementaw ir-riżervi tar-rescEU.
Emenda 30
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 22a (ġdida)
(22a)   Il-Mekkaniżmu tal-Unjoni jenħtieġ li jippermetti wkoll il-possibbiltà ta' kontribuzzjonijiet addizzjonali volontarji mill-Istati Membri.
Emenda 31
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 23
(23)  Filwaqt li l-miżuri ta' prevenzjoni u ta' tħejjija huma essenzjali biex tissaħħaħ is-sodezza tal-Unjoni meta tħabbat wiċċha ma' diżastri naturali u kkawżati mill-bniedem, hija fin-natura tad-diżastri li l-okkorrenza, meta u d-daqs tagħhom huma imprevedibbli. Kif ħareġ fid-dieher fil-kriżi riċenti tal-COVID-19, ir-riżorsi finanzjarji mitluba biex tiġi żgurata reazzjoni xierqa jistgħu jvarjaw ħafna minn sena għal oħra u jenħtieġ li jkunu disponibbli minnufih. B'konsegwenza ta' dan, ir-rikonċiljazzjoni tal-prinċipji tal-prevedibbiltà mal-ħtieġa ta' reazzjoni rapida għal ħtiġijiet ġodda tfisser li l-implimentazzjoni finanzjarja tal-programmi trid tiġi adattata. Għaldaqstant, minbarra l-Artikolu 12(4) tar-Regolament Finanzjarju, ikun xieraq li l-approprjazzjonijiet li ma jintużawx jitħallew jiġu riportati, b'limitu għas-sena ta' wara u biss f'każ ta' azzjoni ta' reazzjoni.
(23)  Filwaqt li l-miżuri ta' prevenzjoni u ta' tħejjija huma essenzjali biex tissaħħaħ is-sodezza tal-Unjoni meta tħabbat wiċċha ma' diżastri naturali u kkawżati mill-bniedem, hija fin-natura tad-diżastri li l-okkorrenza, meta u d-daqs tagħhom huma imprevedibbli. Kif ħareġ fid-dieher fil-kriżi riċenti tal-COVID-19, ir-riżorsi finanzjarji mitluba biex tiġi żgurata reazzjoni xierqa jistgħu jvarjaw ħafna minn sena għal oħra u jenħtieġ li jkunu disponibbli minnufih. B'konsegwenza ta' dan, ir-rikonċiljazzjoni tal-prinċipji tal-prevedibbiltà mal-ħtieġa ta' reazzjoni rapida għal ħtiġijiet ġodda tfisser li l-implimentazzjoni finanzjarja tal-programmi trid tiġi adattata. Għaldaqstant, minbarra l-Artikolu 12(4) tar-Regolament Finanzjarju, ikun xieraq li l-approprjazzjonijiet li ma jintużawx jitħallew jiġu riportati, b'limitu għas-sena ta' wara u f'każ ta' azzjonijiet ta' prevenzjoni, ta' tħejjija u ta' reazzjoni.
Emenda 32
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 25
(25)  L-Anness I tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE mhuwiex flessibbli biżżejjed biex l-Unjoni tkun tista' taġġusta l-investimenti għall-prevenzjoni, għat-tħejjija u għar-reazzjoni b'mod xieraq, u għaldaqstant qiegħed jitħassar. Il-livelli ta' investimenti li se jiġu allokati għall-fażijiet differenti taċ-ċiklu tal-immaniġġar tar-riskju ta' diżastri iridu jiġu deċiżi minn qabel. Dan in-nuqqas ta' flessibbiltà jżomm lura lill-Unjoni milli tkun f'pożizzjoni li tirreaġixxi għan-natura imprevedibbli tad-diżastri.
imħassar
Emenda 33
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 25a (ġdida)
(25a)  Matul il-pandemija tal-COVID-19, sabiex ikun hemm kapaċitajiet tar-rescEU li jiffunzjonaw u biex il-Mekkaniżmu tal-Unjoni jirreaġixxi b'mod effettiv għall-ħtiġijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni, tqiegħdu għad-dispożizzjoni approprjazzjonijiet finanzjarji addizzjonali għall-finanzjament ta' azzjonijiet taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni. Huwa importanti li l-Unjoni tingħata l-flessibbiltà neċessarja biex tkun tista' tirreaġixxi b'mod effettiv għan-natura imprevedibbli tad-diżastri, filwaqt li fl-istess ħin iżżomm ċerta prevedibbiltà fit-twettiq tal-objettivi stabbiliti f'din id-Deċiżjoni. Huwa importanti li jinkiseb il-bilanċ neċessarju fit-twettiq ta' dawk l-objettivi. Sabiex jiġu aġġornati l-perċentwali stabbiliti fl-Anness I, skont il-prijoritajiet tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni riformat, jenħtieġ li l-Kummissjon tingħata s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Emenda 34
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1 (ġdid)
Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE
Artikolu 1 – paragrafu 2
(-1)   Fl-Artikolu 1, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:
2.  Il-protezzjoni li għandha tiġi żgurata taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għandha primarjament tkopri l-persuni, imma wkoll l-ambjent u l-proprjetà, inkluż il-wirt kulturali, kontra kull tip ta' diżastru naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem, inklużi l-konsegwenzi ta' atti terroristiċi u ta' diżastri teknoloġiċi, radjoloġiċi jew ambjentali, tniġġis tal-baħar u emerġenzi akuti tas-saħħa, li jseħħu ġewwa jew barra l-Unjoni. Fil-każ tal-konsegwenzi ta' atti terroristiċi jew diżastri radjoloġiċi, il-Mekkaniżmu tal-Unjoni jista' jkopri biss l-azzjonijiet ta' tħejjija u ta' reazzjoni.
"2. Il-protezzjoni li għandha tiġi żgurata taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għandha primarjament tkopri l-persuni, imma wkoll l-ambjent u l-proprjetà, inkluż il-wirt kulturali, kontra kull tip ta' diżastru naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem, inklużi l-konsegwenzi ta' atti terroristiċi u ta' diżastri teknoloġiċi, radjoloġiċi jew ambjentali, tniġġis tal-baħar, instabbiltà idroġeoloġika u emerġenzi akuti tas-saħħa, li jseħħu ġewwa jew barra l-Unjoni. Fil-każ tal-konsegwenzi ta' atti terroristiċi jew diżastri radjoloġiċi, il-Mekkaniżmu tal-Unjoni jista' jkopri biss l-azzjonijiet ta' tħejjija u ta' reazzjoni."
Emenda 35
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1a (ġdid)
Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE
Artikolu 1 – paragrafu 3
(-1a)   Fl-Artikolu 1, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:
3.  Il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għandu jippromwovi s-solidarjetà bejn l-Istati Membri permezz ta' kooperazzjoni u koordinazzjoni prattiċi, mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà primarja tal-Istati Membri li jħarsu l-persuni, l-ambjent u l-proprjetà, inkluż il-wirt kultural,i fit-territorju tagħhom kontra diżastri u li jipprovdu kapaċitajiet suffiċjenti lis-sistemi tagħhom ta' ġestjoni tad-diżastri biex jippermettulhom ilaħħqu b'mod adegwat u konsistenti ma' diżastri ta' natura u skala li jistgħu raġonevolment jistennew u jkunu ppreparati għalihom.
"3. Il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għandu jippromwovi s-solidarjetà bejn l-Istati Membri permezz ta' kooperazzjoni u koordinazzjoni prattiċi, mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà primarja tal-Istati Membri li jħarsu l-persuni, l-ambjent, l-art u l-proprjetà, inkluż il-wirt kulturali fit-territorju tagħhom kontra diżastri u li jipprovdu kapaċitajiet suffiċjenti lis-sistemi tagħhom ta' ġestjoni tad-diżastri biex jippermettulhom jipprevjenu u jlaħħqu b'mod adegwat u konsistenti ma' diżastri ta' natura u skala li jistgħu raġonevolment jistennew u jkunu ppreparati għalihom."
Emenda 36
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1b (ġdid)
Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt c
(-1b)   Fl-Artikolu 3(1), il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:
(c)  li tiġi ffaċilitata reazzjoni rapida u effiċjenti f'każ ta' diżastri jew diżastri imminenti, inkluż billi jittieħdu miżuri biex jittaffew il-konsegwenzi immedjati ta' id-diżastri;
"(c) li tiġi ffaċilitata reazzjoni rapida u effiċjenti f'każ ta' diżastri jew diżastri imminenti, inkluż billi jitneħħa kwalunkwe ostaklu ta' natura burokratika."
Emenda 37
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)
Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 4a (ġdid)
(1a)  Fl-Artikolu 4, jiddaħħal il-punt li ġej:
"4a. "għanijiet tal-Unjoni marbuta mar-reżiljenza għad-diżastri" tfisser objettivi stabbiliti biex jappoġġaw azzjonijiet ta' prevenzjoni u tħejjija għall-finijiet tat-titjib tal-kapaċità tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha li jifilħu għall-effetti ta' diżastru li jikkawża jew li jista' jikkawża effetti transkonfinali, biex tiġi pprovduta bażi komuni rigward il-preservazzjoni, minkejja l-effetti ta' tali diżastru, ta' funzjonijiet soċjetali kritiċi, u biex jiġi żgurat li s-suq intern jiffunzjona kif xieraq f'kuntest bħal dan;"
Emenda 38
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1b (ġdid)
Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt c
(1b)  Fl-Artikolu 5(1), il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:
(c)  tistabbilixxi u taġġorna regolarment perspettiva ġenerali u mappa transsettorjali tar-riskji ta' diżastri naturali jew dawk ikkawżati mill-bniedem li tista' tiffaċċja l-Unjoni, billi tieħu approċċ koerenti fl-oqsma ta' politika differenti li jistgħu jindirizzaw jew jaffettwaw il-prevenzjoni tad-diżastri u billi tieħu kont debitu tal-impatti possibbli tat-tibdil fil-klima;
"(c) tistabbilixxi u taġġorna regolarment perspettiva ġenerali u mappa transsettorjali tar-riskji ta' diżastri naturali jew ikkawżati mill-bniedem – inklużi diżastri li jikkawżaw jew li jistgħu jikkawżaw effetti transkonfinali – li tista' tiffaċċja l-Unjoni, billi tieħu approċċ koerenti fl-oqsma ta' politika differenti li jistgħu jindirizzaw jew jaffettwaw il-prevenzjoni tad-diżastri u billi tieħu kont debitu tal-impatti possibbli tat-tibdil fil-klima;"
Emenda 39
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1c (ġdid)
Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt h
(1c)   Fl-Artikolu 5(1), il-punt (h) huwa sostitwit b'dan li ġej:
(h)  tippromwovi l-użu ta' diversi fondi tal-Unjoni li jistgħu jappoġġaw il-prevenzjoni sostenibbli ta' diżastri u tinkoraġġixxi lill-Istati Membri u lir-reġjuni biex jisfruttaw dawk l-opportunitajiet ta' finanzjament;
"(h) tippromwovi l-użu ta' fondi tal-Unjoni li jistgħu jappoġġaw il-prevenzjoni sostenibbli ta' diżastri, inklużi dawk ikkawżati mill-instabbiltà idroġeoloġika, u tinkoraġġixxi lill-Istati Membri u lir-reġjuni jisfruttaw dawk l-opportunitajiet ta' finanzjament;"
Emenda 40
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt -a (ġdid)
Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt c
(-a)  Fil-paragrafu 1, il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:
(c)  jiżviluppaw u jirfinaw aktar l-ippjanar tal-ġestjoni tar-riskju ta' diżastru fil-livell nazzjonali jew fil-livell subnazzjonali adatt;
"(c) jiżviluppaw u jirfinaw aktar l-ippjanar tal-ġestjoni tar-riskju ta' diżastru fil-livell nazzjonali jew fil-livell subnazzjonali adatt, inkluż fir-rigward tal-kollaborazzjoni transfruntiera, fid-dawl tal-għanijiet tal-Unjoni marbuta mar-reżiljenza għad-diżastri msemmija fl-Artikolu 6(5) u r-riskji relatati ma' diżastri li jikkawżaw jew li kapaċi jikkawżaw effetti transkonfinali;"
Emenda 41
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt -aa (ġdid)
Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt d
(-aa)  Fil-paragrafu 1, il-punt (d) huwa sostitwit b'dan li ġej:
(d)  iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni sommarju tal-elementi rilevanti tal-valutazzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b), b'enfasi fuq ir-riskji ewlenin. Għal riskji ewlenin li għandhom impatti transkonfinali kif ukoll, fejn xieraq, għal riskji ta' probabbiltà baxxa b'impatt qawwi, l-Istati Membri għandhom jiddeskrivu miżuri prijoritarji ta' prevenzjoni u tħejjija. Is-sommarju għandu jiġi pprovdut lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2020 u kull tliet snin minn dik id-data 'l quddiem u kull meta jkun hemm bidliet importanti;
"(d) iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni sommarju tal-elementi rilevanti tal-valutazzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b), b'enfasi fuq ir-riskji ewlenin. Għal riskji ewlenin li għandhom impatti transfruntiera u riskji relatati ma' diżastri li jikkawżaw jew jistgħu jikkawżaw effetti transkonfinali, kif ukoll, fejn xieraq, għal riskji ta' probabbiltà baxxa b'impatt qawwi, l-Istati Membri għandhom jiddeskrivu miżuri prijoritarji ta' prevenzjoni u tħejjija. Is-sommarju għandu jiġi pprovdut lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2020 u kull tliet snin minn dik id-data 'l quddiem u kull meta jkun hemm bidliet importanti;"
Emenda 42
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt b
Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt f
(f)  itejbu l-ġbir ta' data dwar it-telf mid-diżastri fil-livell nazzjonali jew fil-livell sottonazzjonali xieraq biex jiġu żgurat l-immudellar ta' xenarji bbażat fuq l-evidenza kif inhu msemmi fl-Artikolu 10(1).;
(f)  itejbu l-ġbir ta' data dwar it-telf mid-diżastri fil-livell nazzjonali jew fil-livell subnazzjonali xieraq biex jiġu żgurat l-immudellar ta' xenarji bbażat fuq l-evidenza kif inhu msemmi fl-Artikolu 10(1), speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam mal-identifikazzjoni tal-lakuni fil-kapaċitajiet transfruntiera ta' reazzjoni għad-diżastri.
Emenda 43
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt c
Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE
Artikolu 6 – paragrafu 5
5.  Il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi l-għanijiet tar-reżiljenza għad-diżastri biex tappoġġa azzjonijiet ta' prevenzjoni u tħejjija. L-għanijiet tar-reżiljenza għad-diżastri għandhom jiżguraw bażi għall-ħarsien tal-funzjonijiet kritiċi tas-soċjetà fid-dawl tal-effetti tal-katina ta' avvenimenti imprevedibbli ta' diżastru b'impatt għoli u biex jiġi żgurat il-funzjonament tas-suq intern. Dawn l-għanijiet għandhom ikunu bbażati fuq xenarji li jħarsu lejn il-futur, fosthom l-impatt tat-tibdil fil-klima fuq ir-riskju ta' diżastri, data fuq avvenimenti tal-imgħoddi u analiżi tal-impatt transsettorjali b'attenzjoni partikolari għall-persuni vulnerabbli.
5.  Sa ... [18-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-deċiżjoni emendatorja], il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 30 sabiex tissupplementa din id-Deċiżjoni billi tistabbilixxi l-għanijiet tal-Unjoni marbuta mar-reżiljenza għad-diżastri biex tappoġġa azzjonijiet ta' prevenzjoni u tħejjija. L-għanijiet marbuta mar-reżiljenza għad-diżastri għandhom jiżguraw bażi għall-ħarsien tal-funzjonijiet kritiċi tas-soċjetà fid-dawl tal-effetti tal-katina ta' avvenimenti imprevedibbli ta' diżastru b'impatt għoli u biex jiġi żgurat il-funzjonament tas-suq intern. Dawk l-għanijiet għandhom ikunu bbażati fuq xenarji li jħarsu lejn il-futur, fosthom l-impatt tat-tibdil fil-klima u t-telf tal-bijodiversità fuq ir-riskju ta' diżastri, data fuq avvenimenti tal-imgħoddi u analiżi tal-impatt transsettorjali u analiżi tal-impatt soċjali fit-tul fuq ir-reġjuni affettwati, b'attenzjoni partikolari għall-persuni vulnerabbli. Fit-tfassil tal-għanijiet marbuta mar-reżiljenza għad-diżastri, il-Kummissjoni għandha tiffoka speċifikament fuq diżastri rikorrenti li jolqtu r-reġjuni tal-Istati Membri u tissuġġerixxi li l-awtoritajiet nazzjonali jieħdu miżuri konkreti, inklużi dawk li għandhom jiġu implimentati bl-użu ta' fondi tal-Unjoni, biex tissaħħaħ ir-reżiljenza għall-kriżijiet.
Fejn meħtieġ il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 30 biex tiddefinixxi l-għanijiet tal-Unjoni tar-reżiljenza għad-diżastri.
Emenda 44
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3
Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE
Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
B'mod partikolari l-ERCC għandu jikkoordina, jimmonitorja u jappoġġa r-rispons għall-emerġenzi fil-livell tal-Unjoni f'ħin reali. L-ERCC għandu jaħdem f'kuntatt mill-qrib mas-sistemi nazzjonali tal-kriżijiet, mal-awtoritajiet tal-protezzjoni ċivili u mal-korpi rilevanti tal-Unjoni.
B'mod partikolari, l-ERCC għandu jikkoordina, jimmonitorja u jappoġġa r-reazzjoni għall-emerġenzi fil-livell tal-Unjoni f'ħin reali. L-ERCC għandu jaħdem f'kuntatt mill-qrib mas-sistemi nazzjonali tal-kriżijiet, mal-awtoritajiet tal-protezzjoni ċivili, ma' gruppi volontarji fil-livell tal-komunità u mal-korpi rilevanti tal-Unjoni.
Emenda 45
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt a
Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE
Artikolu 8 – punt c – inċiż 1
–  biex jiżviluppa sistemi ta' detezzjoni u ta' twissija transnazzjonali ta' interess għall-Unjoni;
–  biex jiżviluppa sistemi ta' detezzjoni u ta' twissija bikrija transnazzjonali ta' interess għall-Unjoni sabiex jittaffew l-effetti immedjati tad-diżastri jew tal-pandemiji fuq il-ħajja tal-bniedem;
Emenda 46
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt a
Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE
Artikolu 8 – punt c – inċiż 3a (ġdid)
–  biex jagħti assistenza teknika ta' taħriġ lill-komunitajiet lokali bil-ħsieb li jtejbu l-kapaċitajiet tagħhom fir-rigward tal-ewwel reazzjoni tagħhom għal kriżi mingħajr assistenza;
Emenda 47
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5a (ġdid)
Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE
Artikolu 9 – paragrafu 10a (ġdid)
(5a)   Fl-Artikolu 9, jiżdied il-paragrafu li ġej:
"10a. L-Istati Membri għandhom jieħdu azzjonijiet xierqa sabiex jiżguraw li l-persunal tal-ewwel intervent ikun mgħammar u mħejji sew biex jirreaġixxi għal kwalunkwe tip ta' sitwazzjoni ta' diżastru kif imsemmi fl-Artikolu 1."
Emenda 48
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6
Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE
Artikolu 10 – paragrafu 1
1.  Il-Kummissjoni u l-Istati għandu jaħdmu id f'id biex itejbu l-ippjanar tar-reżiljenza transsettorjali, kemm għal diżastri naturali kif ukoll għal dawk ikkawżati mill-bniedem li x'aktarx ikollhom effett transfruntier, fosthom l-effetti negattivi tat-tibdil fil-klima. L-ippjanar tar-reżiljenza għandu jinkludi bini ta' xenarji fil-livell tal-Unjoni għall-prevenzjoni u r-reazzjoni ta' diżastri bbażata fuq il-valutazzjonijiet tar-riskji msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 6(1) u l-ħarsa ġenerali lejn ir-riskji msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 5(1), l-ippjanar dwar l-immaniġġar tar-riskji tad-diżastri msemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 6(1), id-data dwar it-telf marbuta mad-diżastri msemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 6(1), l-immappjar tal-assi u l-iżviluppar ta' pjanijiet għall-iskjerament tal-kapaċitajiet ta' reazzjoni, b'kunsiderazzjoni tal-għanijiet tar-reżiljenza għad-diżastri tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 6(5).
1.  Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jaħdmu id f'id biex itejbu l-ippjanar tar-reżiljenza transsettorjali, kemm għal diżastri naturali kif ukoll għal dawk ikkawżati mill-bniedem li x'aktarx ikollhom effett transkonfinali, fosthom l-effetti negattivi tat-tibdil fil-klima u l-inċidenza dejjem akbar ta' nirien fil-foresti transfruntiera. L-ippjanar tar-reżiljenza għandu jinkludi bini ta' xenarji fil-livell tal-Unjoni għall-prevenzjoni u r-reazzjoni ta' diżastri bbażata fuq il-valutazzjonijiet tar-riskji msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 6(1) u l-ħarsa ġenerali lejn ir-riskji msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 5(1), l-ippjanar dwar l-immaniġġar tar-riskji tad-diżastri msemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 6(1), id-data dwar it-telf marbuta mad-diżastri msemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 6(1), l-immappjar tal-assi u l-iżviluppar ta' pjanijiet għall-iskjerament tal-kapaċitajiet ta' reazzjoni, b'kunsiderazzjoni tal-għanijiet tar-reżiljenza għad-diżastri tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 6(5).
Emenda 49
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6
Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE
Artikolu 10 – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jidentifikaw u jippromwovu sinerġiji bejn l-iffinanzjar għal għajnuna għall-protezzjoni ċivili u l-għajnuna umanitarja pprovduti mill-Unjoni u l-Istati Membri fl-ippjanar tar-reżiljenza għad-diżastri ta' operazzjonijiet ta' reazzjoni għal kriżijiet umanitarji barra l-Unjoni.
2.  Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jidentifikaw u jippromwovu sinerġiji bejn l-iffinanzjar għal għajnuna għall-protezzjoni ċivili u l-għajnuna umanitarja pprovduti mill-Unjoni u l-Istati Membri fl-ippjanar tar-reżiljenza għad-diżastri ta' operazzjonijiet ta' reazzjoni għal kriżijiet umanitarji barra l-Unjoni, b'konsultazzjoni, kemm jista' jkun, mal-atturi umanitarji – inklużi dawk lokali – u mal-awtoritajiet lokali.
Emenda 50
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7
Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE
Artikolu 11 – paragrafu 2
2.  Fuq il-bażi tar-riskji identifikati, l-għanijiet tar-reżiljenza msemmija fl-Artikolu 6(5), il-bini ta' xenarji msemmi fl-Artikolu 10(1) u l-kapaċitajiet u l-lakuni kumplessivi, il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 33(2), it-tipi u l-għadd ta' kapaċitajiet ta' reazzjoni ewlenin ikunu meħtieġa għar-Riżerva Ewropea ta' Protezzjoni Ċivili ("l-għanijiet tal-kapaċità").
2.  Fuq il-bażi tar-riskji identifikati, il-kapaċitajiet ġenerali, il-lakuni u kwalunkwe għan tal-Unjoni marbut mar-reżiljenza għad-diżastri eżistenti kif imsemmi fl-Artikolu 6(5), u kwalunkwe bini ta' xenarji eżistenti kif imsemmi fl-Artikolu 10(1), il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tiddefinixxi t-tipi u tispeċifika l-għadd ta' kapaċitajiet ta' reazzjoni ewlenin meħtieġa għar-Riżerva Ewropea ta' Protezzjoni Ċivili ("l-għanijiet tal-kapaċità"). Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 33(2).
Emenda 51
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8 – punt a
Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE
Artikolu 12 – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tuża atti ta' implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 33(2) biex tiddefinixxi l-kapaċitajiet tar-rescEU, fuq il-bażi tal-għanijiet ta' reżiljenza msemmija fl-Artikolu 6(5), tal-bini ta' xenarji msemmija fl-Artikolu 10(1), b'kunsiderazzjoni tar-riskji identifikati u emerġenti u tal-kapaċitajiet u l-lakuni kumplessivi fil-livell tal-Unjoni, partikolarment fl-oqsma tat-tifi tan-nar tal-foresti mill-ajru, tal-inċidenti kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi u nukleari, u reazzjoni medika ta' emerġenza.
2.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, f'ċentri loġistiċi, riżervi Ewropej ta' kontromiżuri mediċi u tagħmir mediku li jinkludu l-kontromiżuri mediċi li jirrispondu għal ċirkostanzi li jkollhom impatt kbir u probabbiltà baxxa. Il-Kummissjoni għandha tuża atti ta' implimentazzjoni biex tiddefinixxi fiex jikkonsistu l-kapaċitajiet tar-rescEU, fuq il-bażi – inter alia – ta' kwalunkwe għan tal-Unjoni marbut mar-reżiljenza għad-diżastri kif imsemmi fl-Artikolu 6(5) u kwalunkwe bini ta' xenarji eżistenti kif imsemmi fl-Artikolu 10(1), b'kunsiderazzjoni tar-riskji identifikati u emerġenti u tal-kapaċitajiet u l-lakuni kumplessivi fil-livell tal-Unjoni, partikolarment fl-oqsma tat-tifi tan-nirien fil-foresti mill-ajru, tas-salvataġġi wara terremoti u għargħar, tal-inċidenti kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi u nukleari, u ta' reazzjoni medika f'każ ta' emerġenza. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 33(2). Il-Kummissjoni għandha taġġorna regolarment l-informazzjoni dwar l-għadd u l-klassifikazzjoni tal-kapaċitajiet tar-rescEU u tqiegħed dik l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni direttament.
Emenda 52
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8 – punt a
Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE
Artikolu 12 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)
Fir-rigward tal-kapaċitajiet iddedikati għar-reazzjoni għal emerġenzi mediċi, bħal pereżempju ħażna strateġika, timijiet mediċi ta' emerġenza u kwalunkwe kapaċità rilevanti oħra, il-Kummissjoni għandha tiżgura li jinkisbu sinerġiji u koordinazzjoni effettivi ma' programmi oħra tal-Unjoni u b'mod partikolari mal-Programm l-UE għas-Saħħa1a u ma' atturi rilevanti oħra tal-Unjoni u fil-livell internazzjonali.
_______________________
1a Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' Programm ta' azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa għall-perjodu 2021-2027 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 282/2014 ("il-Programm l-UE għas-Saħħa") (COM(2020)0405).
Emenda 53
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8 – punt a
Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE
Artikolu 12 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
Il-kapaċitajiet tar-rescEU għandhom jiġu akkwistati, miksuba b'lokazzjoni jew mikrija u / jew inkella kkuntrattati mill-Kummissjoni jew mill-Istati Membri. Il-Kummissjoni tista' takkwista, tikri, tikseb b'lokazzjoni jew inkella tikkuntratta kapaċitajiet tar-rescEU biex tisstokkja jew tiddistribwixxi provvisti jew biex tagħti servizz lill-Istati Membri permezz ta' proċedura ta' akkwist konformi mar-regoli finanzjarji tal-Unjoni. Meta l-kapaċitajiet tar-rescEU jiġu akkwistati, jinkrew, jinkisbu b'lokazzjoni jew inkella kkuntrattati mill-Istati Membri, ikunu jistgħu jiġu konċessi għotjiet diretti mill-Kummissjoni lill-Istati Membri mingħajr sejħa għall-proposti.
Il-kapaċitajiet tar-rescEU għandhom jiġu akkwistati, miksuba b'lokazzjoni jew mikrija u / jew inkella kkuntrattati mill-Kummissjoni jew mill-Istati Membri. Il-Kummissjoni tista' takkwista, tikri, tikseb b'lokazzjoni jew inkella tikkuntratta kapaċitajiet tar-rescEU biex tistokkja jew tiddistribwixxi provvisti ta' kwalità għolja jew biex tagħti servizz lill-Istati Membri permezz ta' proċedura ta' akkwist konformi mar-regoli finanzjarji tal-Unjoni. Meta l-Kummissjoni tikseb il-kapaċitajiet tar-rescEU, hija għandha żżomm is-sjieda ta' tali kapaċitajiet anke meta dawn jitqassmu lill-Istati Membri. Meta l-kapaċitajiet tar-rescEU jiġu mikrija, miksuba b'lokazzjoni jew ikkuntratti b'xi mod ieħor mill-Kummissjoni, il-Kummissjoni għandha żżomm il-kontroll sħiħ ta' tali kapaċitajiet. Meta l-Kummissjoni tikseb kapaċitajiet li ma jistgħux jerġgħu jintużaw, hija tista' tittrasferixxi s-sjieda ta' tali kapaċitajiet lill-Istat Membru rikjedenti. Meta l-kapaċitajiet tar-rescEU jiġu akkwistati, mikrija, miksuba b'lokazzjoni jew ikkuntrattati b'xi mod ieħor mill-Istati Membri, ikunu jistgħu jiġu konċessi għotjiet diretti mill-Kummissjoni lill-Istati Membri mingħajr sejħa għall-proposti.
Emenda 54
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8 – punt a
Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE
Artikolu 12 – paragrafu 3 – subparagrafu 3
Il-kapaċitajiet tar-rescEU għandhom jiġu ospitati fl-Istati Membri li jakkwistaw, jikru, jiksbu b'lokazzjoni jew inkella jikkuntrattaw dawk il-kapaċitajiet. Biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-Unjoni, il-kapaċitajiet tar-rescEU li jiġu akkwistati, mikrija, miksuba b'lokazzjoni jew inkella kkuntrattati mill-Kummissjoni jridu jiġu prepożizzjonati b'mod strateġiku ġewwa l-Unjoni. F'konsultazzjoni mal-Istati Membri, il-kapaċitajiet ta' rescEU li jiġu akkwistati, jinkrew, miksuba b'lokazzjoni jew inkella kkuntrattati mill-Kummissjoni jistgħu jiġu lokalizzati wkoll f'pajjiżi terzi permezz ta' netwerks fdati ġestiti minn organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti.
Il-kapaċitajiet tar-rescEU għandhom jiġu ospitati fl-Istati Membri li jakkwistaw, jikru, jiksbu b'lokazzjoni jew inkella jikkuntrattaw dawk il-kapaċitajiet. Biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-Unjoni, il-kapaċitajiet tar-rescEU li jiġu akkwistati, mikrija, miksuba b'lokazzjoni jew ikkuntrattati b'xi mod ieħor mill-Kummissjoni jridu jiġu prepożizzjonati b'mod strateġiku ġewwa l-Unjoni.
Emenda 55
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8 – punt aa (ġdid)
Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE
Artikolu 12 – paragrafu 5
(aa)   Il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:
5.  Stat Membru li huwa sid ta', li jikri jew li jkollu b'lease, kapaċitajiet tar-rescEU għandu jiżgura r-reġistrazzjoni ta' dawk il-kapaċitajiet fis-CECIS, u d-disponibbiltà u l-istazzjonabbiltà tagħhom għal operazzjonijiet tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni.
"5. Il-Kummissjoni jew l-Istat Membru li jkunu sid ta', li jikru, li jkollhom b'lokazzjoni jew li b'xi mod ieħor jikkuntrattaw kapaċitajiet tar-rescEU għandhom jiżguraw ir-reġistrazzjoni ta' dawk il-kapaċitajiet fis-CECIS, u d-disponibbiltà u l-istazzjonabbiltà tagħhom għal operazzjonijiet tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni.
Il-kapaċitajiet tar-rescEU jistgħu jintużaw biss għal finijiet nazzjonali, kif imsemmi fl-Artikolu 23(4a), meta ma jkunux użati jew meħtieġa għall-operazzjonijiet ta' reazzjoni taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni.
Il-kapaċitajiet tar-rescEU jistgħu jintużaw biss għal finijiet nazzjonali, kif imsemmi fl-Artikolu 23(4a), meta ma jkunux użati jew meħtieġa għall-operazzjonijiet ta' reazzjoni taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni.
Il-kapaċitajiet tar-rescEU għandhom jintużaw f'konformità mal-atti ta' implimentazzjoni adottati taħt il-punt (g) tal-Artikolu 32(1) u mal-kuntratti operazzjonali bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru li jkun is-sid ta', jew li jkun qed jikri jew ikollu b'lease, tali kapaċitajiet, li jispeċifikaw aktar it-termini u l-kondizzjonijiet tal-istazzjonar ta' kapaċitajiet tar-rescEU, inkluż il-persunal parteċipanti.
Il-kapaċitajiet tar-rescEU għandhom jintużaw f'konformità mal-atti ta' implimentazzjoni adottati taħt il-punt (g) tal-Artikolu 32(1) u mal-kuntratti operazzjonali bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru li jkun is-sid ta', jew li jkun qed jikri jew ikollu b'lokazzjoni, tali kapaċitajiet, li jispeċifikaw aktar it-termini u l-kondizzjonijiet tal-istazzjonar ta' kapaċitajiet tar-rescEU, inkluż il-persunal parteċipanti.
It-termini u l-kundizzjonijiet speċifikati fil-kuntratti operazzjonali għandhom jiżguraw ukoll li l-kapaċitajiet tar-rescEU jintużaw f'konformità ma' din id-Deċiżjoni, b'mod partikolari mar-rekwiżit li l-kapaċitajiet tar-rescEU jkunu disponibbli kif stabbilit fil-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu u mal-għanijiet ġenerali kif stabbiliti fl-Artikolu 1. Dawk it-termini u l-kundizzjonijiet għandhom ukoll jispeċifikaw il-miżuri li għandhom jittieħdu f'każijiet ta' nuqqas ta' konformità sabiex jitħares l-użu xieraq tal-fondi tal-Unjoni.
Emenda 56
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8 – punt b
Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE
Artikolu 12 – paragrafu 10 – subparagrafu 1
il-kapaċitajiet ta' rescEU jistgħu jiġi skjerati barra mill-Unjoni skont il-paragrafi minn 6 sa 9 ta' dan l-Artikolu.
il-kapaċitajiet tar-rescEU jistgħu jintużaw barra mill-Unjoni skont il-paragrafi minn 6 sa 9 ta' dan l-Artikolu. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi li jiggarantixxu r-responsabbiltà u l-użu korrett tal-kapaċitajiet tar-rescEU f'pajjiżi terzi, inkluż l-għoti ta' aċċess minn uffiċjali ta' kontroll tal-Unjoni. Il-viżibbiltà tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni f'pajjiżi terzi għandha tiġi żgurata f'konformità mal-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 20a ta' din id-Deċiżjoni.
Emenda 57
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8a (ġdid)
Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE
Artikolu 13 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt fa (ġdid)
(8a)   Fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 13(1) jiddaħħal il-punt li ġej:
"(fa) joħloq kapaċitajiet ta' għarfien espert speċifiku ta' reazzjoni li jistgħu jintużaw f'każ ta' diżastri li jaffettwaw il-wirt kulturali."
Emenda 58
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9
Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE
Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt b
(b)  tiġbor u tanalizza informazzjoni validata dwar is-sitwazzjoni, flimkien mal-Istat Membri milqut, bil-għan li tiġġenera għarfien komuni tas-sitwazzjoni, u xxerrdu fost l-Istati Membri;
(b)  tiġbor u tanalizza informazzjoni validata dwar is-sitwazzjoni, flimkien mal-Istat Membru milqut, bil-għan li tiġġenera għarfien komuni tas-sitwazzjoni u r-reazzjoni għaliha, u xxerrdu direttament fost l-Istati Membri;
Emenda 59
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9a (ġdid)
Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE
Artikolu 16 – paragrafu 2
(9a)   Fl-Artikolu 16, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:
2.  L-interventi taħt dan l-Artikolu jistgħu jitmexxew jew bħala intervent awtonomu ta' assistenza jew bħala kontribut għal intervent immexxi minn organizzazzjoni internazzjonali. Il-koordinazzjoni mill-Unjoni għandha tkun integrata b'mod sħiħ mal-koordinazzjoni globali pprovduta mill-Uffiċċju għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji tan-Nazzjonijiet Uniti (OCHA), u għandha tirrispetta r-rwol ta' tmexxija ta' dan tal-aħħar. Fil-każ ta' diżastri kkawżati mill-bniedem jew emerġenzi kumplessi, il-Kummissjoni għandha tiżgura konsistenza mal-Kunsens Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja, u tirrispetta l-prinċipji umanitarji.
"2. L-interventi taħt dan l-Artikolu jistgħu jitmexxew jew bħala intervent awtonomu ta' assistenza jew bħala kontribut għal intervent immexxi minn organizzazzjoni internazzjonali. Il-koordinazzjoni mill-Unjoni għandha tkun integrata b'mod sħiħ mal-koordinazzjoni globali pprovduta mill-Uffiċċju għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji tan-Nazzjonijiet Uniti (OCHA), u għandha tirrispetta r-rwol ta' tmexxija ta' dan tal-aħħar. Fil-każ ta' diżastri kkawżati mill-bniedem jew emerġenzi kumplessi, il-Kummissjoni għandha, kemm jista' jkun, tikkonsulta mal-atturi umanitarji, inklużi dawk lokali, u tiżgura konsistenza mal-Kunsens Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja, u tirrispetta l-prinċipji umanitarji."
Emenda 60
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10
Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE
Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt a
(a)  fuq talba għal kompetenza esperta fil-prevenzjoni b'konformità mal-Artikolu 5(2);
(a)  fuq talba għal kompetenza esperta fil-prevenzjoni f'konformità mal-Artikolu 5(2), partikolarment f'każ ta' pandemija;
Emenda 61
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10
Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE
Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt b
(b)  fuq talba għal kompetenza esperta fit-tħejjija b'konformità mal-Artikolu 13(3);
(b)  fuq talba għal kompetenza esperta fit-tħejjija f'konformità mal-Artikolu 13(3), partikolarment f'każ ta' pandemija;
Emenda 62
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11
Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE
Artikolu 18 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)
(aa)   tiżviluppa materjal kartografiku għall-użu u l-mobilizzazzjoni rapidi tar-riżorsi, speċjalment fid-dawl tal-ispeċifiċitajiet tar-reġjuni transfruntiera għall-fini ta' riskji transkonfinali bħal nirien fil-foresti;
Emenda 63
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12 – punt ba (ġdid)
Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE
Artikolu 19 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
(ba)  fil-paragrafu 3, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:
L-allokazzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1 jista' jkopri wkoll spejjeż marbuta mal-attivitajiet ta' tħejjija, monitoraġġ, kontroll, verifika u evalwazzjoni, li huma meħtieġa għall-ġestjoni tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni u għall-ksib tal-objettivi tiegħu.
"L-allokazzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafi 1 u 1a ta' dan l-Artikolu u fl-Artikolu 19a tista' tkopri wkoll spejjeż marbuta mal-attivitajiet ta' tħejjija, monitoraġġ, kontroll, verifika u evalwazzjoni, li huma meħtieġa għall-ġestjoni tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni u għall-ksib tal-objettivi tiegħu."
Emenda 64
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12 – punt bb (ġdid)
Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE
Artikolu 19 – paragrafu 3a (ġdid)
(bb)  jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
"3a. Il-pakkett finanzjarju msemmi fil-paragrafi 1 u 1a ta' dan l-Artikolu u fl-Artikolu 19a għandu jiġi allokat biex ikopri azzjonijiet dwar il-prevenzjoni, it-tħejjija u r-reazzjoni għal diżastri naturali u kkawżati mill-bniedem."
Emenda 65
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12 – punt c
Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE
Artikolu 19 – paragrafu 4
(c)  il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:
imħassar
"4. Il-pakkett finanzjarju msemmi fil-paragrafi 1 u 1a għandu jkun allokat biex ikopri azzjonijiet dwar il-prevenzjoni, it-tħejjija u r-reazzjoni għal diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem.";
Emenda 66
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)
Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE
Artikolu 19 – paragrafu 4
(ca)  Il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:
4.  Il-pakkett finanzjarju msemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi allokat, fuq il-perijodu mill-2014 sal-2020, skont il-perċentwali u l-prinċipji mniżżlin fl-Anness I.
"4. Il-pakkett finanzjarju msemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi allokat, fuq il-perjodu mill-2014 sal-2020, skont il-perċentwali mniżżlin fil-punt 1 tal-Anness 1 u l-prinċipji mniżżlin fil-punt 3 ta' dak l-Anness.";
Emenda 67
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12 – punt cb (ġdid)
Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE
Artikolu 19 – paragrafu 4a (ġdid)
(cb)  jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
"4a. Il-pakkett finanzjarju msemmi fil-paragrafu 1a ta' dan l-Artikolu u fl-Artikolu 19a għandu jiġi allokat, għall-perjodu mill-2021 sal-2027, skont il-perċentwali mniżżlin fil-punt 2 tal-Anness 1 u l-prinċipji mniżżlin fil-punt 3 ta' dak l-Anness.";
Emenda 68
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12 – punt d
Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE
Artikolu 19 – paragrafi 5 u 6
(d)  il-paragrafi 5 u 6 huma mħassra.
imħassar
Emenda 69
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12 – punt da (ġdid)
Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE
Artikolu 19 – paragrafu 5
(da)  il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:
5.   Il-Kummissjoni għandha tirrevedi il-mod ta' tqassim imniżżel fl-Anness I fid-dawl tal-eżitu tal-evalwazzjoni interim imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 34(2). Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta, fejn neċessarju, fid-dawl tar-riżultati ta' dik ir-reviżjoni, atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 30, biex taġġusta kull waħda miċ-ċifri fl-Anness I b'aktar minn 8 punti perċentwali u sa 16-il punt perċentwali. Dawk l-atti ddelegati għandhom jiġu adottati sat-30 ta' Ġunju 2017.
"5. Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-mod ta' tqassim imniżżel fl-Anness I fid-dawl tal-eżitu tal-evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 34(3). Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta, fejn neċessarju, fid-dawl ta' avvenimenti mhux mistennija li jaffettwaw l-eżekuzzjoni tal-baġit jew fid-dawl tal-istabbiliment ta' kapaċitajiet tar-rescEU, atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 30 sabiex temenda l-Anness I biex taġġusta kull waħda miċ-ċifri fil-punti 1 u 2 tal-Anness I b'aktar minn 10 punti perċentwali.";
Emenda 70
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12 – punt db (ġdid)
Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE
Artikolu 19 – paragrafu 6
(db)  il-paragrafu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej:
6.   Meta, f'każ ta' reviżjoni neċessarja tar-riżorsi baġitarji disponibbli għall-azzjonijiet ta' reazzjoni, raġunijiet imperattivi ta' urġenza hekk jirrikjedu, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati biex taġġusta kull waħda miċ-ċifri fl-Anness I b'aktar minn 8 punti perċentwali u sa 16-il punt perċentwali, fl-allokazzjonijiet baġitarji disponibbli u f'konformità mal-proċedura prevista fl-Artikolu 31.
"6. Meta, f'każ ta' reviżjoni neċessarja tar-riżorsi baġitarji disponibbli għall-azzjonijiet ta' reazzjoni, raġunijiet imperattivi ta' urġenza hekk jirrikjedu, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 30 biex temenda l-Anness I biex taġġusta kull waħda miċ-ċifri fil-punti 1 u 2 tal-Anness I b'aktar minn 10 punti perċentwali, fl-allokazzjonijiet baġitarji disponibbli u f'konformità mal-proċedura prevista fl-Artikolu 31.";
Emenda 71
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12 – punt dc (ġdid)
Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE
Artikolu 19 – paragrafu 6a (ġdid)
(dc)  Fl-Artikolu 19, jiżdied il-paragrafu li ġej:
"6a. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jawtorizzaw l-approprjazzjonijiet annwali disponibbli mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru ..../... li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021-2027 u l-Ftehim Interistituzzjonali ta'... 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u l-ġestjoni finanzjarja soda."
Emenda 72
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13
Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE
Artikolu 19a – paragrafu 1
Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament [ERI] għandhom jiġu implimentati skont din id-Deċiżjoni permezz tal-ammonti msemmija fil-punt (iv) tal-Artikolu 3(2)(a) ta' dan ir-Regolament, soġġetti għall-Artikolu 4(4) u (8) tiegħu.
Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament [ERI] għandhom jiġu implimentati skont din id-Deċiżjoni b'ammont ta' EUR 2 187 620 000 fi prezzijiet attwali kif imsemmi fil-punt (iv) tal-Artikolu 3(2)(a) ta' dan ir-Regolament, soġġetti għall-Artikolu 4(4) u (8) tiegħu.
Emenda 73
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 14
Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE
Artikolu 20a – paragrafu 1 – subparagrafu 2
Kwull assistenza jew finanzjament ipprovduti skont din id-Deċiżjoni għandhom jingħataw viżibilità xierqa. B'mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-komunikazzjoni pubblika għal operazzjonijiet iffinanzjati taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni:
Kwalunkwe assistenza jew finanzjament ipprovduti taħt din id-Deċiżjoni għandhom jingħataw viżibilità xierqa f'konformità mal-linji gwida speċifiċi maħruġa mill-Kummissjoni għal interventi konkreti. B'mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-komunikazzjoni pubblika għal operazzjonijiet iffinanzjati taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni:
Emenda 74
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 14
Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE
Artikolu 20a – paragrafu 1 – subparagrafu 2a (ġdid)
Meta l-kapaċitajiet tar-RescEU jintużaw għal finijiet nazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 12(5), l-Istati Membri għandhom, permezz tal-istess mezzi msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, jirrikonoxxu l-oriġini ta' dawk il-kapaċitajiet u jiżguraw il-viżibilità tal-finanzjament tal-Unjoni użat biex jinkisbu dawk il-kapaċitajiet.
Emenda 75
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15 – punt aa (ġdid)
Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE
Artikolu 21 – paragrafu 1 – punt h
(aa)   Fl-Artikolu 21(1), il-punt (h) huwa sostitwit b'dan li ġej:
(h)  l-appoġġ għall-attivitajiet ta' tħejjija deskritti fl-Artikolu 13;
"(h) l-appoġġ għall-attivitajiet ta' tħejjija deskritti fl-Artikolu 13, b'mod partikolari permezz tat-tisħiħ tan-networks ta' taħriġ eżistenti, is-sinerġiji bejniethom, u t-trawwim tal-ħolqien ta' networks ġodda b'attenzjoni għal soluzzjonijiet innovattivi u riskji u sfidi ġodda;"
Emenda 76
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15 – punt b
Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE
Artikolu 21 – paragrafu 3 – subparagrafu 3
L-assistenza finanzjarja msemmija f'dan il-paragrafu tista' tiġi implimentata permezz ta' programmi ta' ħidma pluriennali. Għal azzjonijiet li jestendu lil hinn minn sena waħda, l-impenji baġitarji jistgħu jinqasmu f'pagamenti annwali.";
imħassar
Emenda 77
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 18
Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE
Artikolu 25 – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha timplimenta l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni f'konformità mar-Regolament Finanzjarju b'ġestjoni diretta jew b'ġestjoni indiretta flimkien ma' korpi msemmija fl-Artikolu 62(1)(c) tar-Regolament Finanzjarju.
2.  Il-Kummissjoni għandha timplimenta l-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni f'ġestjoni diretta f'konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 jew f'ġestjoni indiretta mal-korpi msemmija fl-Artikolu 62(1)(c) ta' dak ir-Regolament. Meta jintgħażel il-mod ta' implimentazzjoni tal-appoġġ finanzjarju, għandha tingħata prijorità lill-ġestjoni diretta. Meta jkun iġġustifikat min-natura u l-kontenut tal-azzjoni kkonċernata, il-Kummissjoni tista' tuża ġestjoni indiretta. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 30 biex tissupplimenta din id-Deċiżjoni billi tistabbilixxi azzjonijiet imwettqa fi ħdan il-Mekkaniżmu tal-Unjoni li jistgħu jiġu implimentati b'ġestjoni indiretta.
Emenda 78
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 18
Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE
Artikolu 25 – paragrafu 4 – subparagrafu 1
Sabiex tiġi implimentata din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta programmi ta' ħidma annwali jew pluriennali, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 33(2). Il-programmi ta' ħidma annwali jew pluriennali għandhom jistabbilixxu l-objettivi segwiti, ir-riżultati mistennija, il-metodu ta' implimentazzjoni u l-ammont totali tagħhom. Dawn għandhom jinkludu wkoll deskrizzjoni tal-azzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati, indikazzjoni tal-ammont allokat għal kull azzjoni u skeda indikattiva ta' żmien ta' implimentazzjoni. Fir-rigward tal-assistenza finanzjarja msemmija fl-Artikolu 28(2), il-programmi ta' ħidma annwali għandhom jiddeskrivu l-azzjonijiet previsti għall-pajjiżi msemmija fihom.
Sabiex timplimenta din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta programmi ta' ħidma annwali permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 33(2). Il-programmi ta' ħidma annwali għandhom jistabbilixxu l-objettivi segwiti, ir-riżultati mistennija, il-metodu ta' implimentazzjoni u l-ammont totali tagħhom. Dawn għandhom jinkludu wkoll deskrizzjoni tal-azzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati, indikazzjoni tal-ammont allokat għal kull azzjoni u skeda indikattiva ta' żmien ta' implimentazzjoni. Fir-rigward tal-assistenza finanzjarja msemmija fl-Artikolu 28(2), il-programmi ta' ħidma annwali għandhom jiddeskrivu l-azzjonijiet previsti għall-pajjiżi msemmija fihom.
Emenda 79
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 18
Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE
Artikolu 25 – paragrafu 4 – subparagrafu 2
Madankollu, l-ebda programm ta' ħidma annwali jew pluriennali ma għandu jkun meħtieġ għal azzjonijiet li jaqgħu taħt ir-reazzjoni f'każ ta' diżastru stabbiliti fil-Kapitolu IV, li ma jistgħux jiġu previsti minn qabel.
Madankollu, l-ebda programm ta' ħidma annwali ma għandu jkun meħtieġ għal azzjonijiet li jaqgħu taħt ir-reazzjoni f'każ ta' diżastru stabbiliti fil-Kapitolu IV, li ma jistgħux jiġu previsti minn qabel.
Emenda 80
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 18
Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE
Artikolu 25 – paragrafu 5
5.  Flimkien mal-Artikolu 12(4) tar-Regolament Finanzjarju , l-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament, li ma jkunux intużaw sa tmiem is-sena finanzjarja li għaliha kienu ddaħħlu fil-baġit annwali għandhom awtomatikament jiġu riportati u jistgħu jiġu impenjati u mħallsa sal-31 ta' Diċembru tas-sena ta' wara. L-approprjazzjonijiet riportati għandhom jintużaw biss għall-azzjonijiet ta' reazzjoni. L-ammont riportat għandu jintuża l-ewwel fis-sena finanzjarja ta' wara.
5.  Flimkien mal-Artikolu 12(4) tar-Regolament Finanzjarju, l-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament, li ma jkunux intużaw sa tmiem is-sena finanzjarja li għaliha kienu ddaħħlu fil-baġit annwali għandhom awtomatikament jiġu riportati u jistgħu jiġu impenjati u mħallsa sal-31 ta' Diċembru tas-sena ta' wara. L-approprjazzjonijiet riportati għandhom jintużaw għall-azzjonijiet ta' prevenzjoni, tħejjija u reazzjoni. L-ammont riportat għandu jintuża l-ewwel fis-sena finanzjarja ta' wara.
Emenda 81
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 20 – punt a
Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE
Artikolu 30 – paragrafu 2
2.  Is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 6(5) u fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 21(3) għandha tingħata lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2027.
2.  Is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 6(5), fl-Artikolu 19(5) u (6), fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 21(3) u fl-Artikolu 25(2) għandha tingħata lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2027.
Emenda 82
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 20 – punt aa (ġdid)
Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE
Artikolu 30 – paragrafu 3
(aa)   il-paragrafu 3 huwa mħassar;
Emenda 83
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 20 – punt b
Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE
Artikolu 30 – paragrafu 4
4.  Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 6(5) u fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 21(3) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Din ma għandha taffettwa l-validità ta' ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ
4.  Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 6(5), fl-Artikolu 19(5) u (6), fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 21(3) u fl-Artikolu 25(2) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Din ma għandha taffettwa l-validità ta' ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ
Emenda 84
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 20 – punt c
Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE
Artikolu 30 – paragrafu 7
7.  Att delegat adottat f'konformità mal-Artikolu 6(5) jew mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 21(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dan l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dan il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dan il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn b'inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
7.  Att delegat adottat f'konformità mal-Artikolu 6(5), l-Artikolu 19(5) u (6), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 21(3) jew l-Artikolu 25(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dan l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dan il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dan il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn b'inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Emenda 85
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22a (ġdid)
Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE
Artikolu 34 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)
(22a)  fl-Artikolu 34(2), jiddaħħal is-subparagrafu li ġej:
"Sa ... [24 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-deċiżjoni emendatorja], il-Kummissjoni għandha tevalwa l-funzjonament tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni kif ukoll il-koordinazzjoni u s-sinerġiji miksuba mal-Programm l-UE għas-Saħħa u leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni dwar is-saħħa, bil-ħsieb li tippreżenta proposta leġiżlattiva li tkun tinkludi l-ħolqien ta' Mekkaniżmu Ewropew ta' Rispons Sanitarju speċifiku."
Emenda 86
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 23
Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE
Anness I
(23)  L-Anness I huwa mħassar.
imħassar
Emenda 87
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 23a (ġdid)
Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE
Anness I
(23a)  L-Anness I huwa emendat kif ġej:
Anness I
"Anness I
Perċentwali u prinċipji għall-allokazzjoni tal-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni msemmi fl-Artikolu 19(1) u (1a) u l-Artikolu 19a
Perċentwali għall-allokazzjoni tal-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni msemmi fl-Artikolu 19(1)
1.  Perċentwali għall-allokazzjoni tal-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni msemmi fl-Artikolu 19(1) għall-perjodu mill-2014 sal-2020
Prevenzjoni: 20 % +/- 8 punti perċentwali
Prevenzjoni: 10 % +/- 10 punti perċentwali
Stat ta' Tħejjija: 50 % +/- 8 punti perċentwali
Stat ta' Tħejjija: 65 % +/- 10 punti perċentwali
Reazzjoni: 30 % +/- 8 punti perċentwali
Reazzjoni: 25 % +/- 10 punti perċentwali
2.  Perċentwali għall-allokazzjoni tal-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni msemmi fl-Artikolu 19(1) u l-Artikolu 19a għall-perjodu mill-2021 sal-2027
Prevenzjoni: 8 % +/- 10 punti perċentwali
Stat ta' Tħejjija: 80 % +/- 10 punti perċentwali
Reazzjoni: 12 % +/- 10 punti perċentwali
Prinċipji
3.  Prinċipji
Meta timplimenta din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni għandha tagħti prijorità lill-azzjonijiet li għalihom din id-Deċiżjoni tistabbilixxi skadenza fil-perjodu li jwassal għall-iskadenza ta' dik l-iskadenza, bl-objettiv li tiġi sodisfatta l-iskadenza inkwistjoni.
Meta timplimenta din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni għandha tagħti prijorità lill-azzjonijiet li għalihom din id-Deċiżjoni tistabbilixxi skadenza fil-perjodu li jwassal għall-iskadenza ta' dik l-iskadenza, bl-objettiv li tiġi ssodisfata l-iskadenza inkwistjoni."

(1) Il-każ ġie mgħoddi lura għan-negozjati interistituzzjonali lill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 59(4), ir-raba subparagrafu (A9-0148/2020).

Aġġornata l-aħħar: 12 ta' Jannar 2021Avviż legali - Politika tal-privatezza