Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fis-16 ta’ Settembru 2020 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2015/757 biex titqies b'mod xieraq is-sistema globali tal-ġbir tad-data għad-data dwar il-konsum taż-żejt tal-fjuwil mill-bastimenti (COM(2019)0038 – C8-0043/2019 – 2019/0017(COD))(1)
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Emenda 1 Proposta għal regolament Premessa -1 (ġdida)
(-1) It-theddida mingħajr preċedent li ġejja mit-tibdil fil-klima tirrikjedi ambizzjoni msaħħa kif ukoll azzjoni klimatika akbar min-naħa tal-Unjoni u fil-livell globali. L-Unjoni hija impenjata li żżid l-isforzi biex tindirizza t-tibdil fil-klima u timplimenta l-Ftehim ta' Pariġi1a f'konformità mal-aktar xjenza reċenti disponibbli. Ir-rapport speċjali tal-Grupp Intergovernattiv ta' Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC) tal-2018 bit-titlu "Global warming of 1,5 °C" (It-Tisħin Globali ta' 1,5 °C) ikkonferma li tnaqqis sinifikanti fl-emissjonijiet fis-setturi kollha huwa kruċjali biex nillimitaw it-tisħin globali għal anqas minn 1,5 °C. Ir-rapport speċjali tal-IPCC tal-2019 bit-titolu "The Ocean and Cryosphere in a Changing Climate" (L-Oċean u l-Krijosfera fi Klima li qed Tinbidel) jiddikjara ulterjorment li l-mekkaniżmi klimatiċi jiddependu fuq is-saħħa tal-oċeani u tal-ekosistemi tal-baħar li bħalissa huma affettwati mit-tisħin globali, it-tniġġis, l-isfruttament żejjed tal-bijodiversità tal-baħar, l-aċidifikazzjoni, id-deossiġenazzjoni u l-erożjoni tal-kosta. L-IPCC ifakkar li l-oċeani huma parti mis-soluzzjoni biex jiġu mitigati u adattati l-effetti tat-tibdil fil-klima u jissottolinja l-ħtieġa li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u t-tniġġis tal-ekosistemi, kif ukoll li jittejbu l-bjar ta' karbonju naturali.
__________________
1a Il-Ftehim ta' Pariġi (ĠU L 282, 19.10.2016, p. 4).
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 1
(1) It-trasport marittimu jagħmel impatt fuq il-klima globali minħabba l-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju (CO2) mit-tbaħħir. fl-2015 ikkawża 13 % tal-emissjonijiet totali tal-gassijiet serra tal-UE mis-settur tat-trasport15. It-trasport marittimu internazzjonali għadu l-uniku mezz ta' trasportazzjoni li mhuwiex inkluż fl-impenn tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra.
(1) It-trasport marittimu għandu impatt fuq it-tibdil fil-klima, fuq il-bijodiversità tal-baħar, fuq il-kwalità tal-arja u fuq is-saħħa pubblika, b'riżultat tal-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju (CO2) u emissjonijiet oħra li jiġġenera, bħall-metan, l-ossidi tan-nitroġenu, l-ossidi tal-kubrit, il-materja partikolata u l-karbonju iswed. Fl-2015 ikkawża 13 % tal-emissjonijiet totali tal-gassijiet serra tal-UE mis-settur tat-trasport15. L-emissjonijiet globali marittimi huma mistennija li jiżdiedu bejn 50 % u 250 % sal-205015a. Sakemm ma titteħidx azzjoni ulterjuri, sal-2050 l-emissjonijiet marittimi relatati maż-ŻEE huma mistennija li jiżdiedu b'86 % 'l fuq mil-livelli tal-1990, minkejja l-adozzjoni ta' standards minimi dwar l-effiċjenza tal-bastimenti mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (OMI). It-trasport marittimu internazzjonali għadu l-uniku mezz ta' trasportazzjoni li mhuwiex inkluż fl-impenn tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra. Fit-13 ta' April 2018, l-OMI adottat l-Istrateġija Inizjali tagħha dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-bastimenti. Miżuri għall-implimentazzjoni ta' dik l-istrateġija huma meħtieġa b'mod urġenti kemm fil-livell globali kif ukoll fil-livell tal-Unjoni biex jiġi żgurat li jittieħdu azzjonijiet immedjati biex jitnaqqsu l-emissjonijiet marittimi, jingħata kontribut għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Pariġi u jinkiseb l-objettiv ta' newtralità klimatika għall-Unjoni kollha, mingħajr ma jiġu mminati l-isforzi klimatiċi meħuda minn setturi oħra.
(2) Jenħtieġ li s-setturi kollha tal-ekonomija jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra bi qbil mal-impenn tal-koleġiżlaturi espress fir-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u fid-Direttiva (UE) 2018/410 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
(2) Jenħtieġ li s-setturi kollha tal-ekonomija jikkontribwixxu għall-isforz konġunt biex it-tranżizzjoni għal emissjonijiet ta' gassijiet serra żero netti titlesta malajr kemm jista' jkun u sa mhux aktar tard mill-2050 f'konformità mal-impenji meħuda mill-Unjoni fil-qafas tal-Ftehim ta' Pariġi u l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2019 dwar it-tibdil fil-klima.
__________________
16 Ir-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta' Pariġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 (ĠU L 156, 19.6.2018, p. 26).
17 Id-Direttiva (UE) 2018/410 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2018 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE biex jiżdied it-tnaqqis kosteffettiv tal-emissjonijiet u l-investimenti għal emissjonijiet baxxi ta' karbonju, u d-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 (ĠU L 76, 19.3.2018, p. 3).
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 3
(3) Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' Frar 2014 dwar qafas ta' politiki dwar il-klima u l-enerġija għall-2030 appellat lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiffissaw mira vinkolanti tal-Unjoni għall-2030 biex jitnaqqsu mill-inqas 40 % tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra mqabbel mal-livelli tal-1990. Il-Parlament Ewropew osserva wkoll li s-setturi kollha tal-ekonomija se jkunu meħtieġa jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-emisssjonijiet tal-gassijiet serra biex l-Unjoni tagħti s-sehem ġust tagħha għall-isforzi globali.
(3) Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2019 dwar it-tibdil fil-klima appoġġat b'maġġoranza kbira l-objettiv li tintlaħaq in-newtralità klimatika kemm jista' jkun malajr u sa mhux aktar tard mill-2050. Il-Parlament Ewropew appella wkoll ripetutament lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex iżidu l-mira vinkolanti tal-Unjoni għall-2030 biex jitnaqqsu mill-inqas 55 % tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra meta mqabbla mal-livelli tal-1990. Il-Parlament Ewropew osserva wkoll li s-setturi kollha tal-ekonomija, inklużi dawk tal-avjazzjoni internazzjonali u t-trasport marittimu, jeħtiġilhom jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra biex l-Unjoni tagħti s-sehem ġust tagħha għall-isforzi globali. L-isforzi rapidi biex is-settur tat-trasport marittimu jiġi dekarbonizzat huma aktar u aktar importanti fid-dawl tad-dikjarazzjoni mill-Parlament tat-28 ta' Novembru 2019 dwar l-emerġenza klimatika u ambjentali.
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 3a (ġdida)
(3a) Il-Parlament Ewropew, fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' Novembru 2019 dwar il-Konferenza tan-NU tal-2019 dwar it-Tibdil fil-Klima (COP25) f'Madrid, Spanja, saħaq fuq il-ħtieġa ta' azzjonijiet addizzjonali min-naħa tal-Unjoni biex tindirizza l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mis-settur marittimu fid-dawl tal-fatt li l-progress li sar fil-livell tal-OMI mexa bil-mod u kien insuffiċjenti. Il-Parlament Ewropew appoġġa, b'mod partikolari, l-inklużjoni tas-settur marittimu fl-iskema tal-Unjoni Ewropea għan-negozjar tal-emissjonijiet (l-"EU ETS"), kif ukoll l-introduzzjoni ta' standards ta' effiċjenza tal-bastimenti fil-livell tal-Unjoni. Politiki għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ibbażati fuq is-suq waħedhom mhumiex biżżejjed biex jintlaħqu l-miri tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-Unjoni, u jenħtieġ li jiġu akkumpanjati minn rekwiżiti regolatorji vinkolanti ta' tnaqqis li jiġu infurzati kif suppost.
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 4
(4) Fil-Konklużjonijiet tiegħu tal-24 ta' Ottubru2014, il-Kunsill Ewropew approva mira vinkolanti tal-UE ta' tnaqqis domestiku ta' mill-inqas 40 % tal-emissjonijiet tal-gassijiet serrasal-2030 meta mqabbel mal-1990. Il-Kunsill Ewropew iddikjara wkoll l-importanza li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u r-riskji marbutin mad-dipendenza fuq il-fjuwils fossili fis-settur tat-trasport u stieden lill-Kummissjoni biex teżamina aktar l-istrumenti u l-miżuri għal approċċ komprensiv u teknoloġikament newtrali, fost oħrajn, għall-promozzjoni tat-tnaqqis tal-emissjonijiet, għal sorsi ta' enerġija rinnovabbli, u għall-effiċjenza enerġetika fis-settur tat-trasport.
(4) Fil-konklużjonijiet tiegħu tat-12 ta' Diċembru20191a, il-Kunsill Ewropew approva l-objettiv li tinkiseb Unjoni Ewropea newtrali għall-klima sal-2050. Il-Kunsill Ewropew iddikjara wkoll li l-leġiżlazzjoni u l-politiki rilevanti kollha tal-UE jeħtieġ li jkunu konsistenti mat-twettiq tal-għanijiet tan-newtralità klimatika, u jikkontribwixxu għalih, filwaqt li jiġu rrispettati kundizzjonijiet ekwi.
Emenda 7 Proposta għal regolament Premessa 4a (ġdida)
(4a) Attwalment, it-trasport marittimu huwa l-uniku settur li mhuwiex espressament is-suġġett ta' objettiv tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-emissjonijiet jew miżuri speċifiċi ta' mitigazzjoni. Fil-komunikazzjoni tagħha tal-11 ta' Diċembru 2019 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew, il-Kummissjoni ddikjarat l-intenzjoni tagħha li tieħu miżuri addizzjonali biex tindirizza l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mis-settur marittimu, u b'mod partikolari testendi l-EU ETS għas-settur marittimu, tirregola l-aċċess tal-bastimenti l-aktar niġġiesa għall-portijiet tal-Unjoni u tobbliga lill-bastimenti rmiġġati jużaw l-elettriku max-xatt. Fil-proposta tagħha tal-4 ta' Marzu 2020 għal regolament li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u biex jiġi emendat ir-Regolament (UE) 2018/1999 (il-Liġi Ewropea dwar il-Klima)1a, il-Kummissjoni tikkonferma li jeħtieġ li tittieħed azzjoni addizzjonali sabiex jintlaħaq l-objettiv tan-newtralità klimatika sal-2050 u li kull settur se jkollu jikkontribwixxi hekk kif il-politiki attwali huma mistennija li jnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra b'60 % sal-2050.
Emenda 8 Proposta għal regolament Premessa 4b (ġdida)
(4b) It-tneħħija tal-ostakli tas-suq fis-settur marittimu, inkluż l-użu ta' monitoraġġ trasparenti u robust, sistema ta' rappurtar u verifika (MRV), għandha l-għan li tikkontribwixxi għall-adozzjoni ta' teknoloġiji ta' effiċjenza enerġetika, u b'hekk tikkontribwixxi għat-tnaqqis ta' madwar 2 % fl-emissjonijiet marittimi sal-2030. Sabiex is-settur marittimu jikkontribwixxi bis-sħiħ għall-isforz mifrux fl-ekonomija kollha biex jintlaħaq l-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Unjoni kif ukoll il-miri tal-2030 u miri intermedjarji potenzjali oħra, hija għalhekk meħtieġa aktar azzjoni. Bħala l-istrument primarju tal-Unjoni għall-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u tat-tniġġis tal-arja mit-trasport marittimu, ir-Regolament MRV tal-UE jikkostitwixxi bażi għal azzjoni ulterjuri. Il-kamp ta' applikazzjoni ta' dak ir-Regolament, għalhekk, jenħtieġ li jiġi estiż biex jinkludi rekwiżiti vinkolanti għall-kumpaniji biex inaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tagħhom għal kull kompitu ta' trasport, u huwa wkoll meħtieġ li tiġi estiża l-EU ETS biex tkopri s-settur tat-trasport marittimu.
Emenda 9 Proposta għal regolament Premessa 6
(6) F'April tal-2015, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw ir-Regolament (UE) 2015/757 dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika ta' emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu20 ("ir-Regolament MRV tal-UE"), li fl-2016 ġie kkomplementat b'żewġ Regolamenti Delegati21 u żewġ Regolamenti ta' Implimentazzjoni22. L-għan tar-Regolament MRV tal-UE huwa li tinġabar id-data dwar l-emissjonijiet mit-trasport marittimu għal aktar tfassil tal-politika u li jiġi inċentivat it-tnaqqis tal-emissjonijiet billi tingħata l-informazzjoni dwar l-effiċjenza tal-bastimenti lis-swieq rilevanti. Ir-Regolament MRV tal-UE jobbliga lill-kumpaniji li, mill-2018 'il quddiem, kull sena jimmonitorjaw, jirrappurtaw u jivverfikaw il-konsum tal-fjuwil, l-emissjonijiet tas-CO2 u l-effiċjenza enerġetika tal-bastimenti tagħhom waqt il-vjaġġi lejn u minn portijiet taż-Żona Ekonomika Ewropea (iż-ŻEE). Dan japplika wkoll għall-emissjonijiet tas-CO2 fil-portijiet taż-ŻEE. L-ewwel rapporti dwar l-emissjonijiet iridu jaslu sat-30 ta' April 2019.
(6) F'April tal-2015, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw ir-Regolament (UE) 2015/757 dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika ta' emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu20 ("ir-Regolament MRV tal-UE"), li fl-2016 ġie kkomplementat b'żewġ Regolamenti Delegati21 u żewġ Regolamenti ta' Implimentazzjoni22. L-għan tar-Regolament MRV tal-UE huwa li tinġabar id-data dwar l-emissjonijiet mit-trasport marittimu għal aktar tfassil tal-politika u li jiġi inċentivat it-tnaqqis tal-emissjonijiet billi tingħata l-informazzjoni dwar l-effiċjenza tal-bastimenti lis-swieq rilevanti. Ir-Regolament MRV tal-UE ġie adottat bħala l-ewwel pass f'approċċ gradwali għall-inklużjoni tal-emissjonijiet tat-trasport marittimu bħala parti mill-impenji tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u għall-ipprezzar sussegwenti ta' dawk l-emissjonijiet f'konformità mal-prinċipju ta' "min iniġġes iħallas". Meta ġie adottat ir-Regolament MRV tal-UE, il-Kummissjoni impenjat ruħha li, fil-kuntest tal-proposti leġiżlattivi futuri dwar l-emissjonijiet marittimi, tikkunsidra liema passi li jmiss ikunu xierqa biex jiġi żgurat li s-settur jagħti kontribut ġust għall-objettivi tal-Unjoni fit-tnaqqis tal-emissjonijiet, partikolarment għall-possibbiltà li l-EU ETS tiġi estiża għas-settur marittimu. Ir-Regolament MRV tal-UE jobbliga lill-kumpaniji li, mill-2018 'il quddiem, kull sena jimmonitorjaw, jirrappurtaw u jivverfikaw il-konsum tal-fjuwil, l-emissjonijiet tas-CO2 u l-effiċjenza enerġetika tal-bastimenti tagħhom waqt il-vjaġġi lejn u minn portijiet taż-Żona Ekonomika Ewropea (iż-ŻEE). Dan l-obbligu japplika wkoll għall-emissjonijiet tas-CO2 fil-portijiet taż-ŻEE. L-ewwel rapporti dwar l-emissjonijiet kellhom jaslu sat-30 ta' April 2019 u ġew ippubblikati mill-Kummissjoni fit-30 ta' Ġunju 2019.
__________________
__________________
20 Ir-Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2015 dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika ta' emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu, u li jemenda d-Direttiva 2009/16/KE (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 55).
20 Ir-Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2015 dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika ta' emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu, u li jemenda d-Direttiva 2009/16/KE (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 55).
21 Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/2072 tat-22 ta' Settembru 2016 dwar l-attivitajiet ta' verifika u l-akkreditament tal-verifikaturi skont ir-Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika ta' emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu (ĠU L 320, 26.11.2016, p. 5); Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/2071 tat-22 ta' Settembru 2016 li jemenda r-Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-metodi għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju u mar-regoli dwar il-monitoraġġ ta' informazzjoni rilevanti oħra (ĠU L 320, 26.11.2016, p. 1).
21 Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/2072 tat-22 ta' Settembru 2016 dwar l-attivitajiet ta' verifika u l-akkreditament tal-verifikaturi skont ir-Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika ta' emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu (ĠU L 320, 26.11.2016, p. 5); Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/2071 tat-22 ta' Settembru 2016 li jemenda r-Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-metodi għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju u mar-regoli dwar il-monitoraġġ ta' informazzjoni rilevanti oħra (ĠU L 320, 26.11.2016, p. 1).
22 Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1927 tal-4 ta' Novembru 2016 dwar il-mudelli għall-pjanijiet ta' monitoraġġ, għar-rapporti dwar l-emissjonijiet u għad-dokumenti ta' konformità skont ir-Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika ta' emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu (ĠU L 299, 5.11.2016, p. 1); Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1928 tal-4 ta' Novembru 2016 dwar id-determinazzjoni ta' merkanzija li tinġarr għall-kategoriji ta' bastimenti li mhumiex bastimenti tal-passiġġieri, bastimenti ro-ro u bastimenti tal-kontejners skont ir-Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika ta' emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu (ĠU L 299, 5.11.2016, p. 22)
22 Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1927 tal-4 ta' Novembru 2016 dwar il-mudelli għall-pjanijiet ta' monitoraġġ, għar-rapporti dwar l-emissjonijiet u għad-dokumenti ta' konformità skont ir-Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika ta' emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu (ĠU L 299, 5.11.2016, p. 1); Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1928 tal-4 ta' Novembru 2016 dwar id-determinazzjoni ta' merkanzija li tinġarr għall-kategoriji ta' bastimenti li mhumiex bastimenti tal-passiġġieri, bastimenti ro-ro u bastimenti tal-kontejners skont ir-Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika ta' emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu (ĠU L 299, 5.11.2016, p. 22)
Emenda 10 Proposta għal regolament Premessa 6a (ġdida)
(6a) Jenħtieġ li t-tnaqqis tal-emissjonijiet mit-tbaħħir u l-impatt tagħhom fuq it-tisħin globali u t-tniġġis tal-arja ma jiġux implimentati b'mod li jagħmel ħsara lill-bijodiversità tal-baħar, u jenħtieġ li jkunu akkumpanjati minn miżuri mmirati lejn il-kisba mill-ġdid tal-ekosistemi tal-baħar u tal-kosta milquta mill-industrija tat-tbaħħir, bħalma huma sustanzi mormija fl-ibħra, inklużi l-ilma tas-saborra, l-idrokarburi, il-metalli tqal u s-sustanzi kimiċi, kontenituri mitlufa fil-baħar u ħabtiet ma' ċetaċji.
Emenda 11 Proposta għal regolament Premessa 6b (ġdida)
(6b) Fis-settur marittimu, sid il-bastiment mhux dejjem ikun l-istess persuna jew entità li tkun qed topera l-bastiment b'mod kummerċjali. Għalhekk, id-data kollha rikjesta taħt ir-Regolament MRV jenħtieġ li tinġabar u tiġi attribwita lill-parti responsabbli għall-operazzjoni kummerċjali tal-bastiment, bħall-maniġer, in-nolleġġatur fuq żmien jew in-nolleġġatur tal-bastiment mingħajr ekwipaġġ.
Emenda 12 Proposta għal regolament Premessa 6c (ġdida)
(6c) Jenħtieġ li d-data miġbura taħt ir-Regolament MRV tal-UE tintuża biex tissaħħaħ it-tranżizzjoni lejn bastimenti b'emissjonijiet żero permezz tal-istabbiliment ta' ċertifikat tal-effiċjenza enerġetika għall-bastimenti, bi skala ta' klassifikazzjoni, biex ikun jista' jsir tqabbil trasparenti tal-bastimenti, speċjalment għall-bejgħ jew għall-kiri, u biex l-Istati Membri jitħeġġu jippromwovu l-aħjar prattiki u jappoġġaw lill-aktar bastimenti effiċjenti.
Emenda 13 Proposta għal regolament Premessa 6d (ġdida)
(6d) It-tikketta Ewropea tat-tbaħħir għall-prodotti jenħtieġ li tiġi żviluppata mill-Kummissjoni b'kooperazzjoni mas-sidien tal-bastimenti, ma' partijiet ikkonċernati oħra u ma' esperti indipendenti, sabiex il-konsumaturi jiġu infurmati dwar l-impatt ambjentali tat-trasport marittimu relatat ma' prodotti li jixtru. Tali tikketta tappoġġa t-tranżizzjoni ambjentali u tal-enerġija tas-settur tat-tbaħħir billi tipprovdi mod affidabbli u trasparenti biex tinforma lill-klijenti dwar inizjattivi volontarji. Din tinkoraġġixxi lill-konsumaturi jixtru prodotti ttrasportati minn sidien ta' bastimenti li jkunu naqqsu l-impatt ambjentali tagħhom, pereżempju fir-rigward tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u tas-sustanzi li jniġġsu, it-tniġġis akustiku, il-ġestjoni tal-iskart u tal-ilma.
Emenda 14 Proposta għal regolament Premessa 6e (ġdida)
(6e) Id-Direttiva tal-Kunsill 92/106/KEE1a tikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tat-trasport billi tippromwovi bidla mit-trasport tal-merkanzija bit-triq għal modi ta' trasport b'inqas emissjonijiet, inklużi kurituri ta' xmajjar b'emissjonijiet żero. Hija meħtieġa reviżjoni ta' dik id-Direttiva, sabiex jiżdiedu l-isforzi biex jiġi promoss it-trasport multimodali u jiżdiedu l-effiċjenza u l-alternattivi b'emissjonijiet baxxi. It-trasport f'passaġġi fuq l-ilma b'emissjonijiet żero huwa essenzjali għall-iżvilupp ta' bidla modali sostenibbli mit-toroq għal passaġġi fuq l-ilma, u għalhekk huwa meħtieġ li jiġi appoġġat l-investiment fl-infrastrutturi għar-riforniment u l-iċċarġjar f'portijiet interni.
__________________
1a Id-Direttiva tal-Kunsill 92/106/KEE tas-7 ta' Diċembru 1992 dwar l-istabbiliment ta' regoli komuni għal ċerti tipi ta' trasport ikkombinat ta' prodotti bejn l-Istati Membri (ĠU L 368, 17.12.1992, p. 38).
Emenda 15 Proposta għal regolament Premessa 6f (ġdida)
(6f) Il-portijiet tal-Unjoni jikkostitwixxu ċentri strateġiċi fit-tranżizzjoni tal-enerġija minħabba l-pożizzjoni ġeografika u l-attivitajiet ekonomiċi tagħhom. Huma jirrappreżentaw il-punti ta' dħul ewlenin ta' prodotti tal-enerġija (minn importazzjoni, ħżin jew distribuzzjoni), jinvolvu ruħhom dejjem aktar fl-iżvilupp ta' siti ta' produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli u jiżviluppaw strateġiji ġodda ta' ġestjoni tal-enerġija u ta' ekonomija ċirkolari. Għaldaqstant, f'konformità mal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, jenħtieġ li l-Unjoni takkumpanja d-dekarbonizzazzjoni tas-settur marittimu b'approċċ strateġiku tal-portijiet tal-Unjoni biex tappoġġa r-rwol tagħhom bħala faċilitaturi tat-tranżizzjoni tal-enerġija. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiġu mħeġġa jistimulaw l-iżvilupp ta' portijiet b'emissjonijiet żero u jinvestu f'infrastrutturi għar-riforniment u l-iċċarġjar. Dan jiżgura benefiċċji immedjati għas-saħħa għaċ-ċittadini kollha li jgħixu f'żoni portwarji u kostali, kif ukoll jillimita l-impatti negattivi fuq il-bijodiversità tal-baħar u tal-kosta f'żoni bħal dawn, li jirrappreżentaw ukoll territorji vasti ta' artijiet, li wħud minnhom huma parti min-network ta' Natura 2000.
Emenda 16 Proposta għal regolament Premessa 7
(7) L-Artikolu 22 tar-Regolament MRV tal-UE jgħid li jekk ikun hemm ftehim internazzjonali dwar skema globali ta' monitoraġġ, rappurtar u verifika, il-Kummissjoni se tirrevedi r-Regolament MRV tal-UE u, jekk ikun jixraq, tipproponi emendi biex tiżgura qbil ma' dak il-ftehim internazzjonali.
(7) L-Artikolu 22 tar-Regolament MRV tal-UE jgħid li jekk ikun hemm ftehim internazzjonali dwar skema globali ta' monitoraġġ, rappurtar u verifika, jew dwar miżuri globali biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mit-trasport marittimu, il-Kummissjoni se tirrevedi r-Regolament MRV tal-UE u, jekk ikun jixraq, tipproponi emendi biex tiżgura konsistenza ma' dak il-ftehim internazzjonali. Huwa importanti li, irrispettivament minn kwalunkwe miżura globali, l-Unjoni tibqa' kapaċi tkun ambizzjuża u turi tmexxija klimatika billi żżomm jew tadotta miżuri aktar stretti fi ħdan l-Unjoni.
Emenda 17 Proposta għal regolament Premessa 8
(8) Skont il-Ftehim ta' Pariġi li ġie adottat f'Diċembru tal-2015 waqt il-21 Konferenza tal-Partijiet tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC)23, l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha impenjaw ruħhom għal mira ta' tnaqqis mal-ekonomija kollha. Bħalissa qed isiru sforzi biex jiġu limitati l-emissjonijiet marittimi internazzjonali permezz tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (OMI) u jenħtieġ li dawn l-isforzi jiġu inkoraġġuti. F'Ottubru tal-2016, l-OMI adottat sistema ta' ġbir tad-data dwar il-konsum taż-żejt tal-fjuwil mill-bastimenti ("is-Sistema globali tal-Ġbir tad-Data tal-OMI").
(8) Skont il-Ftehim ta' Pariġi li ġie adottat f'Diċembru tal-2015 waqt il-21 Konferenza tal-Partijiet tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC)23, l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha impenjaw ruħhom għal mira ta' tnaqqis mal-ekonomija kollha. Bħalissa qed isiru sforzi biex jiġu limitati l-emissjonijiet marittimi internazzjonali permezz tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (OMI) u jenħtieġ li dawn l-isforzi jiġu inkoraġġuti. F'Ottubru tal-2016, l-OMI adottat sistema ta' ġbir tad-data dwar il-konsum taż-żejt tal-fjuwil mill-bastimenti ("is-Sistema globali tal-Ġbir tad-Data tal-OMI"). Fit-13 ta' April 2018, l-OMI adottat ukoll strateġija inizjali dwar it-tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-bastimenti (l-"Istrateġija Inizjali" tal-OMI), bil-għan li tillimita ż-żieda f'dawk l-emissjonijiet malajr kemm jista' jkun u li sal-2050 tnaqqashom b'mill-inqas 50 % meta mqabbel mal-2008, u li tkompli bl-isforzi biex gradwalment teliminahom għalkollox. Fl-istess ħin, l-Istati Membri u l-Membri Assoċjati tal-OMI, inklużi l-Istati Membri kollha tal-Unjoni, impenjaw ruħhom li jnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 għal kull kompitu ta' trasport, bħala medja fit-trasport marittimu internazzjonali kollu, b'mill-inqas 40 % sal-2030, u li jagħmlu sforzi lejn tnaqqis ta' 70 % sal-2050. Għalhekk, huwa xieraq li l-elementi ċentrali tal-Istrateġija Inizjali tal-OMI jiġu inklużi fil-liġi tal-Unjoni, filwaqt li jkomplu jiġu involuti b'mod kostruttiv mal-Istati Membri tal-OMI biex jintlaħaq ftehim globali dwar il-miżuri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra. Jenħtieġ li l-kumpaniji jkunu obbligati jnaqqsu b'mod lineari l-emissjonijiet annwali tas-CO2 għal kull kompitu ta' trasport b'mill-inqas 40 % sal-2030 bħala medja mal-bastimenti kollha taħt ir-responsabbiltà tagħhom, meta mqabbla mal-prestazzjoni medja għal kull kategorija ta' bastimenti tal-istess daqs u tip kif irrappurtat taħt ir-Regolament MRV. Il-linja bażi għall-miżuri ta' tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra jenħtieġ li tiġi stabbilita billi tintuża d-data mit-THETIS-MRV u s-Sistema tal-Ġbir tad-Data tal-OMI, filwaqt li jiġi rikonoxxut bis-sħiħ it-tnaqqis tal-emissjonijiet li diġà sar minn kumpaniji "fuq quddiem fid-dekarbonizzazzjoni". Jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta atti delegati biex tiddefinixxi r-regoli dettaljati biex tiġi ddeterminata l-linja bażi, il-fattur ta' tnaqqis annwali għal kull kategorija ta' bastiment, ir-regoli u l-mezzi għall-kalkolu u l-ġbir tal-penali għall-emissjonijiet eċċessivi, u kwalunkwe regola oħra meħtieġa għall-konformità u l-verifika tal-konformità ma' dan l-obbligu.
__________________
__________________
23 Il-Ftehim ta' Pariġi (ĠU L 282, 19.10.2016, p. 4).
23 Il-Ftehim ta' Pariġi (ĠU L 282, 19.10.2016, p. 4).
24 Ir-Riżoluzzjoni MEPC.278 (70) tal-OMI li temenda l-Anness VI tal-MARPOL.
24 Ir-Riżoluzzjoni MEPC.278 (70) tal-OMI li temenda l-Anness VI tal-MARPOL.
Emenda 18 Proposta għal regolament Premessa 9
(9) Filwaqt li qieset il-koeżistenza ta' dawn iż-żewġ sistemi ta' monitoraġġ, rappurtar u verifika, il-Kummissjoni vvalutat kif se tallinja ż-żewġ sistemi biex tnaqqas il-piż amministrattiv għall-bastimenti filwaqt li tippreserva l-għanijiet tar-Regolament MRV tal-UE, bi qbil mal-Artikolu 22 tar-Regolament MRV tal-UE.
(9) Filwaqt li qieset il-koeżistenza ta' dawn iż-żewġ sistemi ta' monitoraġġ, rappurtar u verifika, il-Kummissjoni vvalutat kif se tallinja ż-żewġ sistemi biex tnaqqas il-piż amministrattiv għall-bastimenti, speċjalment dawk bi proprjetà tal-SMEs, filwaqt li tippreserva l-għanijiet tar-Regolament MRV tal-UE, bi qbil mal-Artikolu 22 tar-Regolament MRV tal-UE.
Emenda 19 Proposta għal regolament Premessa 10
(10) Il-valutazzjoni tal-impatt indikat li allinjament parzjali taż-żewġ sistemi ta' monitoraġġ, rappurtar u verifika jista' jikkontribwixxi biex jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-kumpaniji tat-trasport marittimu, filwaqt li jiġu ppreservati l-għanijiet ewlenin tar-Regolament MRV tal-UE. Madankollu, jenħtieġ li dan l-allinjament ma jbiddilx ir-rekwiżiti tat-tmexxija, tal-kamp ta' applikazzjoni,,tal-verifika, tat-trasparenza jew tar-rappurtar tas-CO2 tar-Regolament MRV tal-UE għax dan it-tibdil ikun jimmina l-għanijiet tar-Regolament u jaffettwa l-abbiltà tiegħu li jinforma d-deċiżjonijiet futuri tat-tfassil tal-politika u li jinċentiva l-adozzjoni ta' teknoloġiji u mġiba li jkunu iktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija fis-settur. Għalhekk jenħtieġ li kull emenda tar-Regolament MRV tal-UE tillimita l-allinjament mas-Sistema globali tal-Ġbir tad-Data tal-OMI rigward id-definizzjonijiet, il-parametri tal-monitoraġġ, il-pjanijiet u l-mudelli tal-monitoraġġ.
(10) Il-valutazzjoni tal-impatt indikat li allinjament parzjali taż-żewġ sistemi ta' monitoraġġ, rappurtar u verifika jista' jikkontribwixxi biex jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-kumpaniji tat-trasport marittimu, filwaqt li jiġu ppreservati l-għanijiet ewlenin tar-Regolament MRV tal-UE. Madankollu, jenħtieġ li dan l-allinjament ma jbiddilx ir-rekwiżiti tat-tmexxija, tal-verifika, tat-trasparenza jew tar-rappurtar tas-CO2 tar-Regolament MRV tal-UE għax dan it-tibdil ikun jimmina l-għanijiet tar-Regolament u jaffettwa l-abbiltà tiegħu li jinforma d-deċiżjonijiet futuri tat-tfassil tal-politika u li jinċentiva l-adozzjoni ta' teknoloġiji u mġiba li jkunu iktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija fis-settur. Għalhekk jenħtieġ li kull emenda tar-Regolament MRV tal-UE tillimita l-allinjament mas-Sistema globali tal-Ġbir tad-Data tal-OMI rigward il-bastimenti koperti mir-Regolament MRV tal-UE, id-definizzjonijiet, il-parametri tal-monitoraġġ, il-pjanijiet u l-mudelli tal-monitoraġġ.
Emenda 20 Proposta għal regolament Premessa 12
(12) Jenħtieġ li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tas-Sistema globali tal-Ġbir tad-Data tal-OMI dwar id-data li trid tiġi monitorjata u rappurtata kull sena biex ikun żgurat li tinġabar data razzjonalizzata dwar l-attivitajiet tal-bastimenti li jaqgħu taħt iż-żewġ sistemi. Biex isir hekk, jenħtieġ jiġi rrappurtat il-parametru "tunnellaġġ tal-piż mejjet" iżda "il-merkanzija li tinġarr" jenħtieġ jibqa' fuq bażi volontarja. "Ħin fuq il-baħar" jenħtieġ tinbidel bid-definizzjoni tas-Sistema globali tal-Ġbir tad-Data tal-OMI "sigħat tal-ivvjaġġar". Fl-aħħar nett, il-kalkolu tad-"distanza vvjaġġata" jenħtieġ li jkun ibbażat fuq is-Sistema globali tal-Ġbir tad-Data tal-OMI25 biex jitnaqqas il-piż amministrattiv.
(12) Jenħtieġ li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tas-Sistema globali tal-Ġbir tad-Data tal-OMI dwar id-data li trid tiġi monitorjata u rappurtata kull sena biex ikun żgurat li tinġabar data razzjonalizzata dwar l-attivitajiet tal-bastimenti li jaqgħu taħt iż-żewġ sistemi. Biex isir hekk, jenħtieġ li jiġi rrappurtat il-parametru "tunnellaġġ tal-piż mejjet" kif ukoll "il-merkanzija li tinġarr". "Ħin fuq il-baħar" jenħtieġ li tinbidel bid-definizzjoni tas-Sistema globali tal-Ġbir tad-Data tal-OMI "sigħat tal-ivvjaġġar". Fl-aħħar nett, il-kalkolu tad-"distanza vvjaġġata" jenħtieġ li jkun ibbażat fuq is-Sistema globali tal-Ġbir tad-Data tal-OMI25 biex jitnaqqas il-piż amministrattiv.
__________________
__________________
25 Ir-Riżoluzzjoni MEPC 282 (70) tal-OMI.
25 Ir-Riżoluzzjoni MEPC 282 (70) tal-OMI.
Emenda 21 Proposta għal regolament Premessa 13
(13) Jenħtieġ li jiġi razzjonalizzat il-kontenut tal-pjanijiet tal-monitoraġġ biex titqies is-Sistema globali tal-Ġbir tad-Data tal-OMI, għajr dawk il-partijiet tal-pjan li huma meħtieġa biex ikun żgurat li d-data b'rabta mal-Unjoni biss tiġi mmonitorjata u rrappurtata skont ir-Regolament MRV tal-UE. Għaldaqstant jenħtieġ li kull dispożizzjoni dwar "għal kull vjaġġ" tibqa' parti mill-pjan tal-monitoraġġ.
(13) Jenħtieġ li jiġi razzjonalizzat il-kontenut tal-pjanijiet tal-monitoraġġ biex titqies is-Sistema globali tal-Ġbir tad-Data tal-OMI, għajr dawk il-partijiet tal-pjan li huma meħtieġa biex ikun żgurat li d-data b'rabta mal-Unjoni biss tiġi mmonitorjata u rrappurtata skont ir-Regolament MRV tal-UE. Għaldaqstant jenħtieġ li kull dispożizzjoni dwar "għal kull vjaġġ" tibqa' parti mill-pjan tal-monitoraġġ. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tassisti wkoll lill-Istati Membri billi tikkondividi l-għarfien espert u l-prattiki tajba, kif ukoll l-implimentazzjoni ta' teknoloġiji ġodda, bl-objettiv li jitnaqqsu l-ostakli amministrattivi u tinkiseb data b'mod effiċjenti u sikur.
Emenda 22 Proposta għal regolament Premessa 13a (ġdida)
(13a) Il-valutazzjoni tal-impatt imwettqa mill-Kummissjoni fl-2013 u li takkumpanja l-proposta għar-Regolament MRV tal-UE wriet l-effikaċja tal-EU ETS għall-emissjonijiet marittimi u identifikat sistema tal-EU ETS jew fond ta' kumpens ibbażat fuq il-mira bħala l-għażliet li jistgħu jiżguraw li jinkiseb it-tnaqqis meħtieġ tal-emissjonijiet fis-settur. Sabiex tinkludi t-tbaħħir marittimu fl-isforz tal-Unjoni biex tnaqqas l-emissjonijiet, jenħtieġ li d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a tiġi emendata biex tkopri l-emissjonijiet marittimi. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta atti delegati biex tistabbilixxi l-kwantità totali tal-kwoti għat-trasport marittimu f'konformità ma' setturi oħra, u l-metodu ta' allokazzjoni tal-kwoti għat-trasport marittimu permezz ta' rkantar. Meta tkun qed tħejji dawk l-atti delegati, jenħtieġ li l-Kummissjoni taġġorna l-valutazzjoni tal-impatt tal-2013, b'mod partikolari biex tqis il-mira għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra fl-ekonomija kollha tal-Unjoni għall-2030 u l-objettiv tan-newtralità klimatika kif definit fir-Regolament (UE) .../... [il-Liġi Ewropea dwar il-Klima] u l-impatt ekonomiku, inkluż f'termini ta' riskji possibbli ta' bidliet modali mhux intenzjonati u rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tippubblika r-riżultati ta' dik il-valutazzjoni. Huwa importanti li l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jappoġġaw miżuri fil-livell internazzjonali biex inaqqsu l-impatt tal-klima tat-trasport marittimu. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrieżamina kwalunkwe progress lejn l-adozzjoni ta' miżura bbażata fuq is-suq mill-OMI, u fil-każ tal-adozzjoni ta' miżura globali bbażata fuq is-suq, tikkunsidra kif tiżgura li jkun hemm konsistenza bejn il-miżuri tal-Unjoni u l-miżuri globali b'manjiera li jiġu ppreservati l-integrità u l-effikaċja ambjentali tal-azzjoni klimatika tal-Unjoni.
Emenda 23 Proposta għal regolament Premessa 13b (ġdida)
(13b) Is-suċċess fit-tranżizzjoni lejn trasport marittimu b'emissjonijiet żero jirrikjedi approċċ integrat u ambjent abilitanti xieraq li jippermetti li tiġi stimulata l-innovazzjoni, kemm fuq il-bastimenti kif ukoll fil-portijiet. Dak l-ambjent abilitanti jinvolvi investiment pubbliku u privat fir-riċerka u l-innovazzjoni, miżuri teknoloġiċi u operazzjonali biex tittejjeb l-effiċjenza enerġetika tal-bastimenti, u l-użu ta' fjuwils alternattivi u teknoloġiji ta' propulsjoni sostenibbli, bħall-idroġenu u l-ammonijaka, li huma prodotti minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli u teknoloġiji ta' propulsjoni b'emissjonijiet żero, inkluża l-infrastruttura meħtieġa għar-riforniment u l-iċċarġjar fil-portijiet. Jenħtieġ li jiġi stabbilit Fond tal-Oċeani mid-dħul iġġenerat mill-irkantar ta' kwoti marittimi taħt l-EU ETS biex tittejjeb l-effiċjenza enerġetika tal-bastimenti u jiġi appoġġat l-investiment immirat lejn id-dekarbonizzazzjoni tat-trasport marittimu, inkluż fit-tbaħħir fuq distanzi qosra u fil-portijiet. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżviluppa wkoll miżuri li jirregolaw l-aċċess tal-aktar bastimenti li jniġġsu għall-portijiet tal-Unjoni u li jobbligaw lill-bastimenti rmiġġjati li jaħdmu bil-fjuwil jużaw l-elettriku max-xatt jew alternattivi ta' fjuwil b'emissjoijiet żero. Jenħtieġ ukoll li l-Kummissjoni tivvaluta l-possibbiltà li tobbliga lill-portijiet jivvalutaw tariffi ta' kontrostallija bbażati fuq l-emissjonijiet.
Emenda 24 Proposta għal regolament Premessa 13c (ġdida)
(13c) It-tranżizzjoni b'suċċess lejn bastimenti b'emissjonijiet żero u dawk ekoloġiċi tirrikjedi approċċ integrat għall-promozzjoni ta' miżuri innovattivi għal bastimenti aktar ekoloġiċi, pereżempju fir-rigward tad-disinn tal-buq, magni ġodda u fjuwils alternattivi sostenibbli, u propulsjoni mir-riħ, u miżuri operazzjonali, li jistgħu jiġu implimentati fuq medda qasira ta' żmien biex jitnaqqas il-konsum tal-fjuwil u b'hekk l-emissjonijiet, bħal pereżempju t-tnaqqis fil-veloċità jew l-ippjanar aħjar tar-rotot. It-tnaqqis fil-veloċità, imsejjaħ ukoll tbaħħir b'veloċità mnaqqsa (slow steaming), ġie ttestjat fuq skala kbira bejn l-2006 u l-2012 minħabba ż-żieda qawwija fil-prezzijiet tal-fjuwil: tnaqqis ta' 10 % fil-veloċità wassal għal tnaqqis fil-konsum ta' madwar 19 %1a u tnaqqis korrispondenti fl-emissjonijiet. Miżuri bbażati fuq is-suq bħall-EU ETS se jinkoraġġixxu t-tnaqqis tal-emissjonijiet u l-investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni, biex tittejjeb l-effiċjenza enerġetika tal-bastimenti, u l-użu ta' fjuwils alternattivi u teknoloġiji ta' propulsjoni sostenibbli, inklużi l-infrastrutturi meħtieġa tar-riforniment u tal-iċċarġjar fil-portijiet u fil-portijiet interni.
__________________
1a "The impact of international shipping on European air quality and climate forcing" (L-impatt tat-tbaħħir internazzjonali fuq il-kwalità tal-arja u l-isfurzar klimatiku fl-Ewropa), l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, Rapport tekniku Nru 4/2013.
Emenda 25 Proposta għal regolament Premessa 14a (ġdida)
(14a) Sabiex jiġi żgurat li tinżamm kwalità għolja ta' data rappurtata fir-reġistru tat-THETIS-MRV, jenħtieġ li l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA) tingħata s-setgħat u r-riżorsi meħtieġa biex tkun tista' tivverifika l-emissjonijiet irrappurtati minn verifikatur.
Emenda 26 Proposta għal regolament Premessa 14b (ġdida)
(14b) Il-Kummissjoni jenħtieġ li tirrieżamina l-funzjonament tar-Regolament (UE) 2015/757, filwaqt li tqis l-esperjenza miksuba fl-implimentazzjoni ta' dak ir-Regolament u tas-Sistema globali tal-Ġbir tad-Data tal-OMI, kif ukoll żviluppi rilevanti oħra mmirati lejn it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mit-trasport marittimu.
Emenda 27 Proposta għal regolament Premessa 14c (ġdida)
(14c) It-trasport marittimu huwa wkoll sors ta' sustanzi li jniġġsu l-arja, bħall-ossidu tal-kubrit (SOx), l-ossidu tan-nitroġenu (NOx), il-materja partikulata (PM), is-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (ODS) u l-komposti organiċi volatili (VOC)1a. Is-sustanzi li jniġġsu fl-arja għandhom impatt negattiv kemm fuq l-ambjent kif ukoll fuq is-saħħa taċ-ċittadini, b'mod partikolari għal dawk li jgħixu jew jaħdmu fiż-żoni kostali jew portwarji. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrevedi l-leġiżlazzjoni rilevanti sa' Ġunju 2021 u tagħmel proposti konkreti biex tindirizza l-problema tal-emissjonijiet li jniġġsu l-arja ġejjin mit-trasport marittimu. Jenħtieġ li l-Kummissjoni taħdem ukoll fuq l-estensjoni taż-Żoni ta' Kontroll tal-Emissjonijiet tal-Kubrit (SECA) u ż-Żoni ta' Kontroll tal-Emissjonijiet tal-NOx (NECA) fl-ibħra kollha Ewropej, inkluż fil-baħar Mediterran, u tkompli tindirizza l-problema tar-rimi tal-ilma tal-ħasil minn purifikaturi u r-rilaxx ta' sustanzi oħra, bħall-ilma tas-saborra, l-idrokarburi, il-metalli tqal u s-sustanzi kimiċi, f'ibħra miftuħa, u l-problema tal-impatt ta' tali sustanzi fuq il-bijodiversità tal-baħar.
Emenda 28 Proposta għal regolament Premessa 15
(15) L-għan tar-Regolament (UE) 2015/757 huwa li jsiru monitoraġġ, rappurtar u verifika tal-emissjonijiet tas-CO2 minn bastimenti li jidħlu fil-portijiet taż-ŻEE, bħala l-ewwel pass ta' approċċ fi stadji biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra. Dan ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jista' jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni. Jenħtieġ li titqies is-Sistema globali tal-Ġbir tad-Data tal-OMI, u dan ir-Regolament jiżgura li d-data li tinġabar abbażi ta' sett wieħed ta' rekwiżiti, tibqa' tkun komparabbli u affidabbli. L-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak meħtieġ biex jintlaħaq dak l-għan.
(15) L-għan tar-Regolament (UE)2015/757 huwa li jsiru monitoraġġ, rappurtar u verifika tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra minn bastimenti li jidħlu fil-portijiet taż-ŻEE, sabiex titnaqqas l-intensità tal-karbonju medja għal kull kompitu ta' trasport, inkluż billi jitnaqqsu b'mod sinifikanti l-emissjonijiet tagħhom meta jkunu rmiġġati sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mis-settur marittimu. Dan ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jista' jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni. Jenħtieġ li titqies is-Sistema globali tal-Ġbir tad-Data tal-OMI, u dan ir-Regolament jiżgura li d-data li tinġabar abbażi ta' sett wieħed ta' rekwiżiti, tibqa' tkun komparabbli u affidabbli. L-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak meħtieġ biex jintlaħaq dak l-għan.
Emenda 29 Proposta għal regolament Premessa 15a (ġdida)
(15a) It-tranżizzjoni lejn tbaħħir newtrali għall-klima għad trid tintlaħaq u l-miżuri regolatorji f'dak ir-rigward s'issa kienu inadegwati. Il-portijiet jista' jkollhom rwol sinifikanti fid-dekarbonizzazzjoni tat-trasport marittimu. L-operaturi ta' bastimenti li jidħlu f'portijiet tal-Unjoni jenħtieġ li jkunu obbligati li jiżguraw, permezz ta' mezzi bħall-konnessjoni għall-elettriku mix-xatt, li meta jkunu rmiġġjati, il-bastimenti tagħhom ma jipproduċux gassijiet serra jew emissjonijiet li jniġġsu l-arja. Dan ikun partikolarment importanti fil-każ ta' rmiġġi li jkunu jinsabu qrib żoni urbani, sabiex jitnaqqsu l-effetti tat-tniġġis tal-arja fuq is-saħħa tal-bniedem. Minħabba l-impatti differenti ta' bastimenti f'dak li għandu x'jaqsam mal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u emissjonijiet li jniġġsu l-arja, dawk il-bastimenti li jniġġsu l-aktar, inklużi bastimenti kbar tal-passiġġieri, jenħtieġ li l-ewwel ikunu meħtieġa jikkonformaw ma' dak ir-rekwiżit.
Emenda 30 Proposta għal regolament Premessa 15b (ġdida)
(15b) Jenħtieġ li l-operaturi tal-bastimenti jiżguraw li huma joperaw il-bastimenti bl-aktar mod effiċjenti possibbli fl-użu tal-enerġija, b'tali mod li jżommu l-emissjonijiet sal-aktar livelli baxxi possibbli. Il-bennejja tal-bastimenti jenħtieġ li jiżguraw li huma jagħmlu t-tnaqqis tal-emissjonijiet prijorità meta jibnu bastimenti ġodda.
Emenda 31 Proposta għal regolament Artikolu 1 – titolu (ġdid)
(-1a) Il-premessa 23 tiġi sostitwita b'dan li ġej:
(23) Gassijiet oħra b'effett ta' serra, sustanzi b'impatti klimatiċi jew sustanzi li jniġġsu l-arja ma għandhomx ikunu koperti mis-sistema MRV tal-Unjoni f'dan l-istadju sabiex jiġu evitati r-rekwiżiti għall-installazzjoni ta' tagħmir ta' kejl li mhuwiex suffiċjentement affidabbli jew kummerċjalment disponibbli, ħaġa li tista' xxekkel l-implimentazzjoni tas-sistema MRV tal-Unjoni.
"(23) Is-sistema MRV tal-Unjoni jenħtieġ li tiġi estiża biex tkopri wkoll gassijiet oħra b'effett ta' serra, sustanzi b'impatti klimatiċi u sustanzi li jniġġsu l-arja, fejn ikun jeżisti tagħmir ta' kejl suffiċjentement affidabbli jew kummerċjalment disponibbli, biex il-klima, l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem jiġu protetti aħjar."
Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli għall-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika preċiżi tal-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju (CO2) u ta' informazzjoni oħra rilevanti minn bastimenti li jaslu jew ikunu f'portijiet, jew jitilqu minn portijiet, taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru,sabiex jippromwovi t-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 mit-trasport marittimu b'mod kosteffiċjenti.
Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli għall-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika preċiżi tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra u ta' informazzjoni oħra rilevanti minn bastimenti li jaslu jew ikunu f'portijiet, jew jitilqu minn portijiet, taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru. Sabiex jikkontribwixxi għall-kisba tal-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Unjoni kif definit fir-Regolament (UE).../... [il-liġi Ewropea dwar il-Klima], filwaqt li titqies l-Istrateġija Inizjali tal-OMI dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra mill-bastimenti adottata fit-13 ta' April 2018, dan ir-Regolament jimponi obbligi fuq il-kumpaniji biex inaqqsu l-emissjonijiet medji annwali ta' CO2tagħhom għal kull kompitu ta' trasport f'konformità mal-Artikolu 12a."
(-1c) Fl-Artikolu 2, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:
1. Dan ir-Regolament japplika għall-bastimenti b'aktar minn 5000tunnellaġġ gross fir-rigward ta' emissjonijiet CO2 rilaxxati matul il-vjaġġi tagħhom mill-aħħar port ta' waqfa tagħhom lejn port ta' waqfa taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru u minn port ta' waqfa li jkun taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru għal port ta' waqfa li jmiss tagħhom, kif ukoll f'portijiet ta' waqfa taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru.
"1. Dan ir-Regolament japplika għall-bastimenti b'tunnellaġġ gross ta' 5 000jew aktar fir-rigward ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra rilaxxati matul il-vjaġġi tagħhom mill-aħħar port ta' waqfa tagħhom lejn port ta' waqfa taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru u minn port ta' waqfa li jkun taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru għal port ta' waqfa li jmiss tagħhom, kif ukoll f'portijiet ta' waqfa taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru."
Emenda 36 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -a (ġdid) Regolament (UE) 2015/757 Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)
(-a) Jiddaħħal il-punt li ġej:
"(aa) "emissjonijiet ta' gassijiet serra" tfisser ir-rilaxx ta' gassijiet serra minn bastimenti, kif imniżżel fl-Anness II tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;*
_______________________
* Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32)."
Emenda 37 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -aa (ġdid) Regolament (UE) 2015/757 Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt b
(-aa) Il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:
(b) "port ta' waqfa" tfisser port fejn bastiment jieqaf biex jgħabbi jew iħott merkanzija jew biex jimbarka jew jiżbarka passiġġieri; konsegwentement, waqfiet unikament għal finijiet ta' riforniment ta' fjuwil, akkwist ta' provvisti, bdil ta' ekwipaġġ, dħul f'baċiri jew tiswijiet lill-bastiment u/jew lit-tagħmir tiegħu, waqfiet f'port għaliex il-bastiment ikun jeħtieġ assistenza jew jinsab fil-periklu, trasbordi barra mill-portijiet, u waqfiet għall-iskop uniku ta' rifuġju minn temp ħażin jew li jsiru meħtieġa minħabba attivitajiet ta' tiftix u salvataġġ huma esklużi;
"(b) "port ta' waqfa" tfisser port fejn bastiment jieqaf biex jgħabbi jew iħott parti sostanzjali mill-merkanzija tiegħu jew biex jimbarka jew jiżbarka passiġġieri; konsegwentement, waqfiet unikament għal finijiet ta' riforniment ta' fjuwil, akkwist ta' provvisti, bdil ta' ekwipaġġ, dħul f'baċiri jew tiswijiet lill-bastiment u/jew lit-tagħmir tiegħu, waqfiet f'port għaliex il-bastiment ikun jeħtieġ assistenza jew jinsab fil-periklu, trasbordi barra mill-portijiet, u waqfiet għall-iskop uniku ta' rifuġju minn temp ħażin jew li jsiru meħtieġa minħabba attivitajiet ta' tiftix u salvataġġ huma esklużi;
Emenda 38 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt a Regolament (UE) 2015/757 Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt d
(d) "kumpanija" tfisser sid il-bastiment jew kwalunkwe organizzazzjoni jew persuna oħra, bħall-meniġer jew in-noleġġatur ta' bastimenti mingħajr ekwipaġġ, li jkunu assumew ir-responsabbiltà għall-operazzjoni tal-bastiment mingħand sid il-bastiment u li jkunu aċċettaw li jassumu d-doveri u r-responsabbiltajiet kollha li jimponi r-Regolament (KE) Nru 336/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
"(d) "kumpanija" tfisser sid il-bastiment jew kwalunkwe organizzazzjoni jew persuna oħra, bħall-maniġer;in-nolleġġatur għal żmien speċifiku jew in-noleġġatur ta' bastimenti mingħajr ekwipaġġ, li jkunu assumew ir-responsabbiltà għall-operazzjoni kummerċjali tal-bastiment mingħand sid il-bastiment u li jkunu responsabbli għall-ħlas tal-fjuwil ikkunsmat mill-bastiment;"
Emenda 39 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid) Regolament (UE) 2015/757 Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt i
(aa) Il-punt (i) huwa sostitwit b'dan li ġej:
(i) "informazzjoni oħra rilevanti" tfisser informazzjoni relatata ma' emissjonijiet ta' CO2 mill-konsum ta' fjuwils, ma' xogħol ta' trasport u mal-effiċjenza enerġetika ta' bastimenti, li tiffaċilita l-analiżi tax-xejriet fl-emissjonijiet u l-valutazzjoni tal-prestazzjonijiet ta' bastimenti;
“(i) "informazzjoni oħra rilevanti" tfisser informazzjoni relatata ma' emissjonijiet ta' CO2 mill-konsum ta' fjuwils, ma' xogħol ta' trasport, ma' provvista tal-enerġija mix-xatt għall-bastiment waqt l-irmiġġ u mal-effiċjenza enerġetika ta' bastimenti, li tiffaċilita l-analiżi tax-xejriet fl-emissjonijiet u l-valutazzjoni tal-prestazzjonijiet ta' bastimenti;
(1a) Fl-Artikolu 4, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:
1. F'konformità mal-Artikoli 8 sa 12, il-kumpanniji għandhom, għal kull wieħed mill-bastimenti tagħhom, jimmonitorjaw u jirrapportaw il-parametri rilevanti matul perijodu ta' rappurtar. Huma għandhom jimmonitorjaw u jirrapportaw fil-portijiet kollha li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru u għal kull vjaġġ lejn jew minn port taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru.
"1. F'konformità mal-Artikoli 8 sa 12, il-kumpaniji għandhom, għal kull wieħed mill-bastimenti taħt l-kontroll operazzjonali kummerċjali tagħhom, jimmonitorjaw u jirrappurtaw il-parametri rilevanti matul perjodu ta' rappurtar. Huma għandhom jimmonitorjaw u jirrappurtaw fil-portijiet kollha li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru u għal kull vjaġġ lejn jew minn port taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru."
"2a. Sal-31 ta' Diċembru 2021, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 23 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika l-metodi għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tal-metan (CH4). Minbarra l-adozzjoni tal-atti delegati msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta' Diċembru 2021, tivvaluta u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-impatt fuq il-klima globali tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra, minbarra s-CO2 u s-CH4, minn bastimenti li jaslu jew ikunu f'portijiet, jew jitilqu minn portijiet taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru. Dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, fejn xieraq, minn proposta leġislattiva biex tiġi indirizzata l-kwistjoni ta' kif jiġu ttrattati dawk l-emissjonijiet."
Emenda 72 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt a – punt i a (ġdid) Regolament (UE) 2015/757 Artikolu 6 – paragrafu 3 – punt c a (ġdid)
(ia) jiżdied il-punt li ġej: ‘(ca) il-fatturi ta' emissjoni għall-fjuwils alternattivi, inkluż għall-gass naturali likwifikat, il-bijofjuwils, il-fjuwils rinnovabbli ta' oriġini mhux bijoloġika li fihom il-karbonju, għandhom jiġu espressi f'termini ekwivalenti ta' CO2 u jinkludu l-gassijiet b'effett serra kollha, u jkunu bbażati fuq analiżi taċ-ċiklu tal-ħajja. Dawn il-fatturi ta' emissjoni għandhom jiġu ddeterminati mill-Kummissjoni permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 24(2);"
Emenda 42 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 3 – punt a Regolament (UE) 2015/757 Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt f
(f) il-merkanzija li qed tinġarr, fuq bażi volontarja;";
imħassar
Emenda 43 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 3a (ġdid) Regolament (UE) 2015/757 Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt a
(3a) Fl-Artikolu 9(2), il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:
(a) il-vjaġġi kollha tal-bastiment matul il-perijodu ta' rappurtar jibdew minn port jew jintemmu f'port li jaqa' taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru; u
"(a) mhux inqas minn 90 % tal-vjaġġi tal-bastiment matul il-perjodu ta' rappurtar jibdew minn port jew jintemmu f'port li jaqa' taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru; u"
Emenda 44 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 4 – punt aa (ġdid) Regolament (UE) 2015/757 Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt ja (ġdid)
(aa) Jiżdied il-punt li ġej:
"(ja) il-merkanzija li tinġarr."
Emenda 45 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 5 – punt a Regolament (UE) 2015/757 Artikolu 11 – paragrafu 2
2. Meta jkun hemm bidla tal-kumpanija, il-kumpanija ta' qabel għandha tressaq rapport lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet tal-Istat tal-Bandiera kkonċernat, kemm jista' jkun qrib id-data meta titlesta l-bidla u mhux aktar tard minn tliet xhur warajha, li jkun fih l-istess elementi bħar-rapport dwar l-emissjonijiet iżda limitat għall-perjodu meta twettqu l-attivitajiet fir-responsabbiltà tiegħu.";
“2. Meta jkun hemm bidla tal-kumpanija, il-kumpanija ta' qabel għandha tressaq rapport lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet tal-Istat tal-Bandiera kkonċernat, fil-jum tat-tlestija tal-bidla jew kemm jista' jkun qrib id-data meta titlesta l-bidla u mhux aktar tard minn xahar warajha, li jkun fih l-istess elementi bħar-rapport dwar l-emissjonijiet iżda limitat għall-perjodu meta twettqu l-attivitajiet fir-responsabbiltà tiegħu.Il-kumpanija l-ġdida għandha tiżgura li kull bastiment taħt ir-reponsabbiltà tagħha jkun f'konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament għall-bqija tal-perjodu ta' rappurtar wara l-bidla."
Emenda 46 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 5 – punt ba (ġdid) Regolament (UE) 2015/757 Artikolu 11 – paragrafu 3 – punt xi a (ġdid)
(ba) Fil-punt (a) tal-paragrafu (3), jiżdied il-punt li ġej:
"(xia) il-merkanzija li tinġarr;"
Emenda 47 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 5 – punt bb (ġdid) Regolament (UE) 2015/757 Artikolu 11 – paragrafu 3 – punt xi b (ġdid)
(bb) Fil-punt (a) tal-paragrafu 3, jiżdied il-punt li ġej:
1. Il-kumpaniji għandhom inaqqsu b'mod lineari l-emissjonijiet annwali ta' CO2 għal kull kompitu ta' trasport b'mill-inqas 40 % sal-2030 bħala medja mal-bastimenti kollha taħt ir-responsabbiltà tagħhom, meta mqabbla mal-prestazzjoni medja għal kull kategorija ta' bastimenti tal-istess daqs u tip kif irrappurtat taħt dan ir-Regolament.
2. Meta, f'sena partikolari, kumpanija tonqos milli tikkonforma mat-tnaqqis annwali msemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha timponi penali finanzjarja, li għandha tkun effettiva, proporzjonata, dissważiva u kompatibbli ma' sistema ta' negozjar ta' emissjonijiet ibbażata fuq is-suq, bħall-EU ETS . Il-ħlas tal-penali ta' emissjonijiet żejda ma teħlisx lill-kumpanija mill-obbligu tagħha skont il-paragrafu 1 għall-perjodu sal-2030. Fil-każ ta' kumpaniji li jkunu naqsu milli jikkonformaw mal-limiti ta' emissjonijiet stabbiliti taħt dan l-Artikolu, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 20(3) u 20(4).
3. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati [6 xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] f'konformità mal-Artikolu 23 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tiddefinixxi l-kategoriji ta' bastimenti msemmija fil-paragrafu 1, billi tiddetermina l-linja bażi u l-fattur lineari annwali ta' tnaqqis li għandu jiġi applikat għal kull kategorija ta' bastiment billi tuża d-data mingħand it-THETIS-MRV, inkluż il-parametru obbligatorju tal-"merkanzija li tinġarr", u s-Sistema globali tal-Ġbir tad-Data tal-OMI, filwaqt li jiġi rikonoxxut b'mod sħiħ it-tnaqqis tal-emissjonijiet li diġà jkun sar mill-kumpaniji "fuq quddiem fid-dekarbonizzazzjoni", sabiex tintlaħaq il-mira msemmija fil-paragrafu 1, billi jiġu speċifikati r-regoli u l-mezzi għall-kalkolu u l-ġbir tal-penali għal emissjonijiet eċċessivi msemmija fil-paragrafu 2, u billi tiġi speċifikata kwalunkwe regola oħra meħtieġa għall-konformità u l-verifika tal-konformità ma' dan l-Artikolu.
4. Fi żmien 12-il xahar mill-adozzjoni mill-OMI ta' miżuri biex tiġi implimentata l-Istrateġija Inizjali dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra minn bastimenti adottati fit-13 ta' April 2018 u qabel ma dawk il-miżuri jidħlu fis-seħħ, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li fih għandha teżamina l-ambizzjoni u l-integrità ambjentali ġenerali tal-miżuri deċiżi mill-OMI, inkluża l-ambizzjoni ġenerali tagħhom b'rabta mal-miri skont il-Ftehim ta' Pariġi, mal-mira tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra mal-ekonomija kollha għall-2030 u mal-objettiv ta' newtralità klimatika kif definit fir-Regolament (UE).../... [il-Liġi Ewropea dwar il-Klima]
5. Fejn xieraq, il-Kummissjoni tista' takkumpanja r-rapport imsemmi fil-paragrafu 4 bi proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex dan ir-Regolament jiġi emendat b'mod li jkun konsistenti mal-għan li jiġu ppreservati l-integrità ambjentali u l-effikaċja tal-azzjoni klimatika tal-Unjoni, b'mod partikolari l-mira tat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra mal-ekonomija kollha tal-Unjoni għall-2030 u l-objettiv tan-newtralità klimatika kif definit fir-Regolament (UE).../... [il-Liġi Ewropea dwar il-Klima]."
Emenda 49 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 5 b (ġdid) Regolament (UE) 2015/757 Artikolu 12b (ġdid)
(5b) Jiddaħħal l-artikolu li ġej:
"Artikolu 12b
Emissjonijiet minn bastimenti fil-post ta' rmiġġ
Il-kumpaniji għandhom jiżguraw li, sal-2030, l-ebda bastiment li jaqa' taħt ir-responsabbiltà tagħhom ma joħroġ emissjonijiet ta' gassijiet serra meta jkun fil-post ta' rmiġġ."
Emenda 50 Proposta għal regolament Artikolu 1 - paragrafu 5 c (ġdid) Regolament (UE) 2015/757 Artikolu 21 – paragrafu 1
(5c) Fl-Artikolu 21, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:
1. Sat-30 ta' Ġunju ta' kull sena, il-Kummissjoni għandha tippubblika l-informazzjoni dwar l-emissjonijiet CO2 rrappurtati f'konformità mal-Artikolu 11 kif ukoll l-informazzjoni stabbilita fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.
"1. Sat-30 ta' Ġunju ta' kull sena, il-Kummissjoni għandha tippubblika l-informazzjoni rrappurtata f'konformità mal-Artikolu 11 kif ukoll l-informazzjoni stabbilita fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu."
Emenda 51 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 5 d (ġdid) Regolament (UE) 2015/757 Artikolu 21 – paragrafu 2 – punt a
(5d) Fl-Artikolu 21, il-punt (a) tal-paragrafu 2 hu sostitwit b'dan li ġej:
(a) l-identità tal-bastiment (l-isem, in-numru ta' identifikazzjoni tal-IMO u l-port fejn hu rreġistrat jew il-port ta' domiċilju);
"(a) l-identità tal-bastiment (l-isem, il-kumpanija, in-numru ta' identifikazzjoni tal-OMI u l-port fejn hu rreġistrat jew il-port ta' domiċilju);"
Emenda 74 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 6 a (ġdid) Regolament (UE) 2015/757 Artikolu 21 – paragrafu 2 – punt d
(6a) Fl-Artikolu 21(2), il-punt (d) huwa emendat kif ġej:
(d) it-total annwali tal-konsum tal-fjuwil għal vjaġġi;
(d) it-total annwali tal-konsum tal-fjuwil għal vjaġġi, għal kull tip ta' fjuwil;
Emenda 52 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 6 b (ġdid) Regolament (UE) 2015/757 Artikolu 21 – paragrafu 2 – punt ka (ġdid)
(6b) Fl-Artikolu 21, paragrafu 2, jiżdied il-punt li ġej:
"(ka) id-daqs tal-bastiment."
Emenda 76 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 6 c (ġdid) Regolament (UE) 2015/757 Artikolu 21 – paragrafu 2 – punt k b (ġdid)
(6c) Fl-Artikolu 21(2) jiżdied il-punt li ġej:
"(kb) id-distanza totali";
Emenda 77 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 6 d (ġdid) Regolament (UE) 2015/757 Artikolu 21 – paragrafu 2 – punt k c (ġdid)
(6d) Fl-Artikolu 21(2) jiżdied il-punt li ġej:
"(kc) tunnellaġġ tal-piż mejjet;"
Emenda 78 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 6 e (ġdid) Regolament (UE) 2015/757 Artikolu 21 – paragrafu 2 – punt k d (ġdid)
(6e) Fl-Artikolu 21(2) jiżdied il-punt li ġej:
"(kd) ix-xogħol ta' trasport;"
Emenda 79 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 6 f (ġdid) Regolament (UE) 2015/757 Artikolu 21 – paragrafu 2 – punt k e (ġdid)
(6f) Fl-Artikolu 21(2) jiżdied il-punt li ġej:
"(ke) l-isem ta' sid il-bastiment;"
Emenda 80 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 6 g (ġdid) Regolament (UE) 2015/757 Artikolu 21 – paragrafu 2 – punt k f (ġdid)
"6a. F'konformità mal-programm ta' ħidma 2020-2022 tagħha, l-EMSA għandha twettaq verifiki statistiċi ulterjuri tad-data ppreżentata skont l-Artikolu 11(1) biex tiżgura li d-data pprovduta tkun konsistenti."
Emenda 54 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 6 i (ġdid) Regolament (UE) 2015/757 Artikolu 21a (ġdid)
(6i) Jiddaħħal l-artikolu li ġej:
"Artikolu 21a
Tikkettar tal-prestazzjoni ambjentali ta' bastimenti
1. Sabiex jiġi inċentivat it-tnaqqis tal-emissjonijiet u tiżdied it-trasparenza tal-informazzjoni, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi sistema olistika tat-tikkettar tal-Unjoni għall-prestazzjoni ambjentali tal-bastimenti li għandha tapplika għall-bastimenti koperti minn dan ir-Regolament.
2. Sal-1 ta' Lulju 2021, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 23 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet dettaljati tal-funzjonament tas-sistema ta' tikkettar tal-Unjoni għall-prestazzjoni ambjentali tal-bastimenti kif ukoll l-istandards tekniċi li jikkostitwixxu l-bażi tagħha."
Emenda 56 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 6 k (ġdid) Regolament (UE) 2015/757 Artikolu 22a (ġdid)
(6k) Jiddaħħal l-artikolu li ġej:
"Artikolu 22a
Rieżami
1. Sal-31 ta' Diċembru 2022, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-funzjonament ta' dan ir-Regolament filwaqt li tqis l-esperjenza miksuba fl-implimentazzjoni tiegħu, kif ukoll żviluppi oħra rilevanti li jkollhom l-għan li jnaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet serra mit-trasport marittimu u li jissodisfaw l-impenji meħuda mill-Unjoni taħt il-Ftehim ta' Pariġi. Bħala parti mir-rieżami, il-Kummissjoni għandha tipproponi rekwiżiti addizzjonali biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra minbarra s-CO2, kif ukoll biex jitnaqqsu s-sustanzi li jniġġsu l-arja u r-rimi tal-ilma mormi, inkluż mill-purifikaturi, f'ibħra miftuħa mill-bastimenti. Ir-rieżami għandu jikkunsidra wkoll l-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament biex jinkludi bastimenti ta' bejn 400 u 5 000 tunnellaġġ gross. Ir-rieżami għandu, fejn xieraq, ikun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva biex dan ir-Regolament jiġi emendat.
2. Bħala parti mir-rieżami li jmiss tad-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill* u r-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill**, il-Kummissjoni għandha wkoll tagħmel proposta biex tistabbilixxi miri vinkolanti biex l-Istati Membri jiżguraw li jkun hemm provvista adegwata ta' elettriku mix-xatt fil-portijiet marittimi u interni.
__________________
* Id-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar l-installazzjoni ta' infrastruttura tal-karburanti alternattivi (ĠU L 307, 28.10.2014, p. 1).
** Ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-network trans-Ewropew tat-trasport u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 1)."
Emenda 57 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 6 l (ġdid) Regolament (UE) 2015/757 Artikolu 23 – paragrafu 2
(6l) Fl-Artikolu 23, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:
2. Is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikoli 5(2), 15(5) u 16(3) għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perijodu ta' ħames snin mill-1 ta' Lulju 2015. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perijodu.
"2. Is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikoli 5(2),5(2a), 12a(3), 15(5) u 16(3) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin mill-1 ta' Lulju 2015. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu. "
Emenda 58 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 6 m (ġdid) Regolament (UE) 2015/757 Artikolu 23 – paragrafu 3
(6m) Fl-Artikolu 23, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:
3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 5(2),15(5) u 16(3) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. M'għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
"3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 5(2), 5(2a),12a(3), 15(5) u 16(3) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. M'għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ."
Emenda 59 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 6 n Regolament (UE) 2015/757 Artikolu 23 – paragrafu 5
(6n) Fl-Artikolu 23, il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:
5. Att delegat adottat skont l-Artikoli 5(2), 15(5) u 16(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma jkunx hemm oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhux ser joġġezzjonaw. Dan il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
"5. Att delegat adottat skont l-Artikoli 5(2), 5(2a), 12a(3), 15(5) u 16(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma jkunx hemm oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhux ser joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill."
Emenda 60 Proposta għal regolament Artikolu 1 a (ġdid) Direttiva 2003/87/KE Kapitolu II a (ġdid)
"Artikolu 1a
Emendi għad-Direttiva 2003/87/KE
Id-Direttiva 2003/87/KE hija emendata kif ġej:
(1) jiddaħħal il-kapitolu li ġej:
"KAPITOLU IIA
TRASPORT MARITTIMU
Artikolu 3ga
Kamp ta' applikazzjoni
Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2022 għall-ħruġ u l-allokazzjoni ta' kwoti fir-rigward ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra minn bastimenti li jaslu jew ikunu f'portijiet, jew jitilqu minn portijiet taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru kopert mir-Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*. Meta jkun hemm bidla ta' kumpanija skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2015/757, il-kumpanija l-ġdida għandha tkun meħtieġa biss li takkwista kwoti fir-rigward tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra relatati mal-perjodu li matulu twettqu l-attivitajiet tal-bastiment taħt ir-responsabbiltà tagħha.
Artikolu 3gb
Kwantità totali u metodu ta' allokazzjoni tal-kwoti għat-trasport marittimu
1. Sal-31 ta' Diċembru 2020, il-Kummissjoni għandha taġġorna l-valutazzjoni tal-impatt li twettqet fl-2013 u l-proposta għal Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill** li takkumpanjah u tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 23 biex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi l-kwantità totali ta' kwoti għat-trasport marittimu f'konformità ma' setturi oħra u l-metodu ta' allokazzjoni tal-kwoti għat-trasport marittimu permezz ta' rkantar, kif ukoll billi tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet speċjali li jirrigwardaw l-Istat Membru amministattiv. L-atti delegati għandhom ikunu bbażati fuq l-aħjar data disponibbli u fuq valutazzjoni tal-impatt ta' għażliet differenti, inkluż l-impatt fuq l-emissjonijiet kif ukoll fuq l-impatt ekonomiku.
2. L-Artikoli 12 u 16 għandhom japplikaw għall-kwoti għat-trasport marittimu bl-istess mod bħall-kwoti relatati ma' attivitajiet oħra.
3. Mill-inqas 50 % tad-dħul iġġenerat mill-irkantar tal-kwoti msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandu jintuża mill-Fond stabbilit skont l-Artikolu 3gc.
4. Id-dħul iġġenerat mill-irkantar ta' kwoti li ma jintużax permezz tal-Fond definit fl-Artikolu 3gc u li huwa allokat lill-Istati Membri għandu jintuża b'mod li jkun konsistenti mal-għanijiet ta' din id-Direttiva, b'mod partikolari biex jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima fl-Unjoni u f'pajjiżi terzi, biex jiġu protetti u jerġgħu jinkisbu mill-ġdid l-ekosistemi tal-baħar milquta mit-tisħin globali, u biex tiġi appoġġata tranżizzjoni ġusta fl-Istati Membri, jiġu appoġġati r-riallokazzjoni, it-taħriġ mill-ġdid u t-titjib tal-ħiliet tal-ħaddiema, l-edukazzjoni, l-inizjattivi ta' tfittxija ta' impjieg u n-negozji ġodda, fi djalogu mas-sħab soċjali. L-informazzjoni kollha dwar l-użu ta' dak id-dħul għandha ssir pubblika.
5. Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-implimentazzjoni ta' dan il-Kapitolu u x-xejriet possibbli fir-rigward tal-kumpaniji li jfittxu li jevitaw li jkunu marbuta bir-rekwiżiti ta' din id-Direttiva. Jekk ikun xieraq, il-Kummissjoni għandha tipproponi miżuri għall-prevenzjoni ta' dan.
Artikolu 3gc
Fond tal-Oċeani
1. Għandu jiġi stabbilit Fond tal-Oċeani (il-"Fond") għall-perjodu mill-2022 sal-2030 biex tittejjeb l-effiċjenza enerġetika tal-bastimenti u jiġi appoġġat l-investiment f'teknoloġiji u infrastruttura innovattivi għad-dekarbonizzazzjoni tas-settur tat-trasport marittimu, inkluż fit-trasport marittimu fuq distanzi qosra u fil-portijiet, u l-użu ta' fjuwils alternattivi sostenibbli, bħall-idroġenu u l-ammonijaka, li huma prodotti minn sorsi rinnovabbli, u ta' teknoloġiji bi propulsjoni b'emissjonijiet żero, inklużi t-teknoloġiji tar-riħ. 20% tad-dħul taħt il-Fond għandu jintuża biex jikkontribwixxi għall-protezzjoni, il-kisba mill-ġdid u l-ġestjoni aħjar tal-ekosistemi tal-baħar milquta mit-tisħin globali, bħal żoni protetti tal-baħar; u biex tiġi promossa ekonomija blu trasversali u sostenibbli bħall-enerġija tal-baħar rinnovabbli. L-investimenti kollha appoġġati mill-Fond għandhom jiġu ppubblikati u għandhom ikunu konsistenti mal-għanijiet ta' din id-Direttiva.
2. B'deroga mill-Artikolu 12 ta' din id-Direttiva, jista' jkun previst il-ħlas ta' kontribuzzjoni annwali ta' sħubija lill-Fond min-naħa tal-kumpaniji tat-trasport marittimu f'konformità mal-emissjonijiet totali tagħhom għas-sena kalendarja preċedenti skont ir-Regolament (UE) 2015/757 biex jiġi limitat il-piż amministrattiv għall-kumpaniji, inklużi l-kumpaniji żgħar u ta' daqs medju u l-kumpaniji li mhumiex attivi frekwentement fil-qafas tal-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Il-Fond għandu jċedi l-kwoti kollettivament f'isem il-kumpaniji tat-trasport marittimu li jkunu membri tal-Fond. Il-kontribuzzjoni tas-sħubija għal kull tunnellata ta' emissjonijiet għandha tiġi stabbilita mill-Fond sat-28 ta' Frar ta' kull sena, iżda għandha tkun mill-inqas ekwivalenti għall-ogħla prezz saldu primarju jew sekondarju reġistrat tas-suq għall-kwoti fis-sena preċedenti.
3. Il-Fond għandu jakkwista kwoti ekwivalenti għall-kwantità totali kollettiva ta' kontribuzzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu matul is-sena kalendarja preċedenti u għandu jċedihom lir-reġistru stabbilit skont l-Artikolu 19 ta' din id-Direttiva sat-30 ta' April ta' kull sena biex sussegwentement jiġu kkanċellati. L-informazzjoni kollha dwar dawn il-kontribuzzjonijiet għandha ssir pubblika.
4. Il-Fond għandu jkun ġestit ċentralment permezz ta' korp tal-Unjoni li l-istruttura ta' governanza tiegħu tkun simili għall-governanza tal-fond previst fl-Artikolu 10a(8) ta' din id-Direttiva. Il-proċess ta' governanza u l-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet tiegħu għandhom ikunu trasparenti u inklużivi, b'mod partikolari fl-istabbiliment ta' oqsma ta' prijorità, kriterji u proċeduri ta' allokazzjoni ta' għotjiet. Il-partijiet ikkonċernati rilevanti għandu jkollhom rwol konsultattiv xieraq. L-informazzjoni kollha dwar l-investimenti u kull informazzjoni oħra rilevanti dwar il-funzjonament tal-Fond għandha tkun disponibbli għall-pubbliku.
5. Il-Kummissjoni għandha tinvolvi ruħha ma' pajjiżi terzi fir-rigward ta' kif jistgħu jagħmlu użu mill-Fond ukoll.
6. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 23 biex tissupplimenta din id-Direttiva b'rabta mal-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu.
Artikolu 3gd
Rappurtar u rieżami mill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta' miżuri ta' mitigazzjoni tal-klima fl-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali
1. Fi żmien 12-il xahar mill-adozzjoni mill-OMI ta' miżuri globali bbażati fuq is-suq biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet serra minn bastimenti marittimi, u qabel ma dawk il-miżuri jsiru operazzjonali, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li fih għandha teżamina l-ambizzjoni u l-integrità ambjentali ġenerali ta' dawk il-miżuri, inkluż l-ambizzjoni ġenerali tagħhom b'rabta mal-miri skont il-Ftehim ta' Pariġi, u mal-mira tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra fl-ekonomija kollha għall-2030 u mal-objettiv ta' newtralità klimatika kif definit fir-Regolament (UE).../... [il-Liġi Ewropea dwar il-Klima] Dak ir-rapport għandu jqis b'mod partikolari l-livell ta' parteċipazzjoni f'dawk il-miżuri globali, l-infurzabbiltà tagħhom, it-trasparenza, il-penali għan-nuqqas ta' konformità, il-proċessi għall-input pubbliku, l-użu ta' krediti ta' kumpens, il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika tal-emissjonijiet, ir-reġistri, l-obbligu ta' rendikont kif ukoll ir-regoli dwar l-użu tal-bijofjuwils.
2. Fejn xieraq, il-Kummissjoni għandha takkumpanja r-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 bi proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex din id-Direttiva tiġi emendata b'mod li jkun konsistenti mal-għan li tiġi ppreservata l-integrità ambjentali u l-effikaċja tal-azzjoni klimatika tal-Unjoni, b'mod partikolari l-mira tat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra mal-ekonomija kollha tal-Unjoni għall-2030 u l-objettiv tan-newtralità klimatika kif definit fir-Regolament (UE).../... [il-Liġi Ewropea dwar il-Klima]
__________________
* Ir-Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2015 dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika ta' emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu, u li jemenda d-Direttiva 2009/16/KE (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 55). ** Ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra u għar-rapportar ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 13).”