Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2019/0101(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A9-0139/2020

Testi mressqa :

A9-0139/2020

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 16/09/2020 - 2
PV 17/09/2020 - 2

Testi adottati :

P9_TA(2020)0222

Testi adottati
PDF 195kWORD 57k
Il-Ħamis, 17 ta' Settembru 2020 - Brussell
Approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur (Emissjonijiet f'Sewqan Reali)***I
P9_TA(2020)0222A9-0139/2020

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fis-17 ta' Settembru 2020 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (COM(2019)0208 – C9-0009/2019 – 2019/0101(COD))(1)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 2
(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 jesiġi li l-vetturi ħfief il-ġodda jikkonformaw ma' ċerti limiti ta' emissjoni (l-istandards Euro 5 u Euro 6) u jistabbilixxi rekwiżiti addizzjonali dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi. Id-dispożizzjonijiet tekniċi speċifiċi meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dak ir-Regolament kienu stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/20084 u sussegwentement, fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 2017/11515.
(2)  Ir-Regolament (KE) 715/2007 jesiġi li l-vetturi ħfief il-ġodda jikkonformaw ma' ċerti limiti ta' emissjoni (l-istandards Euro 5 u Euro 6) u jistabbilixxi rekwiżiti addizzjonali dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, kif emendat u kkonsolidat aktar bir-Regolament (UE) 2018/8583a, li japplika mill-1 ta' Settembru 2020. Id-dispożizzjonijiet tekniċi speċifiċi meħtieġa għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) 715/2007 kienu stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/20084 u sussegwentement, fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 2017/11515.
__________________
__________________
3a Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 151, 14.6.2018, p. 1).
4 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 tat-18 ta' Lulju 2008 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura (ĠU L 199, 28.7.2008, p. 1).
4 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 tat-18 ta' Lulju 2008 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura (ĠU L 199, 28.7.2008, p. 1).
5 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 tal-1 ta' Ġunju 2017 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1230/2012 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 (ĠU L 175, 7.7.2017, p. 1).
5 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 tal-1 ta' Ġunju 2017 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1230/2012 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 (ĠU L 175, 7.7.2017, p. 1).
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 3
(3)  B'mod gradwali u b'mod sinifikanti, ir-rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip rigward l-emissjonijiet minn vetturi bil-mutur saru aktar stretti permezz tal-introduzzjoni u r-reviżjoni sussegwenti tal-istandards Euro. Filwaqt li l-vetturi b'mod ġenerali wasslu tnaqqis sostanzjali tal-emissjonijiet fil-firxa kollha tal-inkwinanti rregolati, dan ma kienx il-każ għall-emissjonijiet tal-NOx minn magni diżil jew għall-partiċelli minn magni b'injezzjoni diretta tal-petrol, installati b'mod partikolari fil-vetturi ħfief. Għalhekk, huma meħtieġa azzjonijiet biex din is-sitwazzjoni tiġi kkoreġuta.
(3)  B'mod gradwali u b'mod sinifikanti, ir-rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip rigward l-emissjonijiet minn vetturi bil-mutur saru aktar stretti permezz tal-introduzzjoni u r-reviżjoni sussegwenti tal-istandards Euro. Filwaqt li l-vetturi b'mod ġenerali wasslu tnaqqis sostanzjali tal-emissjonijiet fil-firxa kollha tal-inkwinanti rregolati, dan ma kienx il-każ għall-emissjonijiet tal-NOx minn magni diżil jew għall-partikoli minn magni b'injezzjoni diretta tal-petrol, installati b'mod partikolari fil-vetturi ħfief. Għalhekk, huma meħtieġa azzjonijiet biex jikkoreġu din is-sitwazzjoni.
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 3a (ġdida)
(3a)  Ġie stmat mir-Rapport tal-2019 dwar il-Kwalità tal-Arja1a ippubblikat mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) li fl-2016 l-esponiment fit-tul għat-tniġġis tal-arja kien responsabbli għal aktar minn 506 000 mewta prematura fl-UE-28. Ir-rapport ikkonferma wkoll li t-trasport bit-triq baqa' s-sors primarju tal-emissjonijiet tal-NOx fl-UE-28 fl-2017, li rrappreżenta madwar 40 % tal-emissjonijiet totali tal-NOx fl-UE, u li madwar 80 % tal-emissjonijiet totali tal-NOx mit-trasport bit-triq huma ġġenerati minn vetturi li jaħdmu bid-diżil;
__________________
1a Rapport tal-2019 tal-EEA "Air Quality in Europe" (Il-Kwalità tal-Arja fl-Ewropa)
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 3b (ġdida)
(3b)  L-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi għall-operaturi indipendenti huwa kruċjali sabiex il-fiduċja tal-konsumaturi tiġi stabbilita mill-ġdid.
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 3c (ġdida)
(3c)  Każijiet riċenti ta' ksur tal-qafas legali eżistenti mill-manifatturi, inkluż ksur tal-obbligi legali tagħhom skont ir-Regolament (KE) Nru 715/2007, urew id-dgħufijiet tal-mekkaniżmi ta' kontroll u ta' infurzar. Il-konsumaturi tħallew mingħajr kumpens sodisfaċenti, peress li anki meta ngħata kumpens, sikwit dan ma wassalx biex il-vetturi jkunu konformi mal-istandards Euro 5 u 6. Minħabba li l-għadd dejjem jikber ta' projbizzjonijiet fuq id-diżil madwar il-bliet Ewropej qed jaffettwa l-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini, miżura ta' kumpens adegwat tkun li l-vetturi mhux konformi jiġu mgħammra b'teknoloġija adattata ta' trattament tal-egżost ("bidla fil-hardware"), filwaqt li, f'każ li l-konsumatur ikun jixtieq jiskambja vettura mixtrija ma' mudell aktar nadif, miżura oħra tkun l-offerta ta' primjums ta' konverżjoni.
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 5
(5)  Bħala riżultat, il-Kummissjoni żviluppat metodoloġija ġdida għall-ittestjar tal-emissjonijiet tal-vetturi f'kundizzjonijiet ta' sewqan reali, il-proċedura tat-test tal-emissjonijiet f'sewqan reali (RDE). Il-proċedura tat-test RDE ġiet introdotta mir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) 2016/4276 u (UE) 2016/6467, sussegwentement meħuda fir-Regolament (UE) 2017/1151 u mtejba aktar bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 2017/11548.
(5)  Bħala riżultat, il-Kummissjoni żviluppat metodoloġija ġdida għall-ittestjar tal-emissjonijiet tal-vetturi f'kundizzjonijiet ta' sewqan reali, il-proċedura tat-test tal-emissjonijiet f'sewqan reali (RDE). Il-proċedura tat-test RDE ġiet introdotta mir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) 2016/4276 u (UE) 2016/6467, sussegwentement meħuda fir-Regolament (UE) 2017/1151 u mtejba aktar bir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) 2017/11548 u (UE) 2018/18328a.
__________________
__________________
6 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/427 tal-10 ta' Marzu 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 692/2008 fir-rigward ta' emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 6), ĠU L 82, 31.3.2016, p. 1.
6 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/427 tal-10 ta' Marzu 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 692/2008 fir-rigward ta' emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 6), ĠU L 82, 31.3.2016, p. 1.
7 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/646 tal-20 ta' April 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 692/2008 fir-rigward tal-emissjonijiet minn vetturi ħfief għall-passiġġieri u minn vetturi kummerċjali (Euro 6) (ĠU L 109, 26.04.2016, p. 1).
7 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/646 tal-20 ta' April 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 692/2008 fir-rigward tal-emissjonijiet minn vetturi ħfief għall-passiġġieri u minn vetturi kummerċjali (Euro 6) (ĠU L 109, 26.04.2016, p. 1).
8 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1154 tas-7 ta' Ġunju 2017 li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1151 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1230/2012 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 692/2008 u d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-emissjonijiet f'sewqan reali ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 6), ĠU L 175, 7.7.2017, p. 708.
8 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1154 tas-7 ta' Ġunju 2017 li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1151 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1230/2012 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 692/2008 u d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-emissjonijiet f'sewqan reali ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 6) (ĠU L 175, 7.7.2017, p. 708).
8a Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1832 tal-5 ta' Novembru 2018 li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 għall-fini tat-titjib tat-testijiet u l-proċeduri tal-approvazzjoni tat-tip tal-emissjonijiet għal vetturi ħfief għall-passiġġieri u għal vetturi kummerċjali, inklużi dawk it-testijiet u l-proċeduri għall-konformità fis-servizz u l-emissjonijiet f'sewqan reali u li jintroduċi mezzi għall-monitoraġġ tal-konsum tal-fjuwil u tal-enerġija elettrika (ĠU L 301, 27.11.2018, p. 1).
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 6
(6)  Ir-Regolament (UE) Nru 2016/6469 introduċa d-dati tal-applikazzjoni tal-proċedura tat-test RDE, kif ukoll il-kriterji ta' konformità għall-RDE. Għal dak il-fini, intużaw fatturi ta' konformità speċifiċi għall-inkwinanti biex jitqiesu l-inċertezzi tekniċi u statistiċi tal-kejl li sar permezz ta' Sistemi Portabbli għall-Kejl tal-Emissjonijiet (PEMS).
(6)  Ir-Regolament (UE) 2016/6469 introduċa d-dati tal-applikazzjoni tal-proċedura tat-test RDE, kif ukoll il-kriterji ta' konformità għall-RDE. L-introduzzjoni tad-dati tal-applikazzjoni għal vetturi tal-passiġġieri u vetturi ħfief intgħażlet f'sekwenza annwali biex tiżgura li l-manifatturi ta' kull grupp ta' vetturi jkollhom żmien biżżejjed għall-ippjanar. Għal dak il-fini, ġew introdotti fatturi ta' konformità speċifiċi għall-inkwinanti biex jitqiesu l-inċertezzi tekniċi u statistiċi tal-kejl li sar permezz ta' Sistemi Portabbli għall-Kejl tal-Emissjonijiet (PEMS).
__________________
__________________
9 Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/646 tal-20 ta' April 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 692/2008 fir-rigward tal-emissjonijiet minn vetturi ħfief għall- passiġġieri u minn vetturi kummerċjali (Euro 6) (ĠU L 109, 26.04.2016, p. 1).
9 Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/646 tal-20 ta' April 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 692/2008 fir-rigward tal-emissjonijiet minn vetturi ħfief għall- passiġġieri u minn vetturi kummerċjali (Euro 6) (ĠU L 109, 26.04.2016, p. 1).
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 6a (ġdida)
(6a)  Skont ir-rapport tal-EEA mill-2016, id-diskrepanza bejn l-emissjonijiet f'kundizzjonijiet reali u dawk tal-laboratorju kienet prinċipalment minħabba tliet fatturi: proċedura tat-test skaduta, flessibbiltajiet fil-proċedura attwali u fatturi fl-użu li huma dipendenti fuq is-sewwieq. Jenħtieġ studju sabiex jiġi stabbilit il-marġni li jkun dovut għall-istil tas-sewqan u għat-temperatura ta' barra. Jenħtieġ li ssir distinzjoni ċara bejn is-CF, il-marġni relatat mal-apparat u l-marġni tal-fattur fl-użu li jkun dipendenti fuq is-sewwieq u fuq it-temperatura.
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 7
(7)  Fit-13 ta' Diċembru 2018, il-Qorti Ġenerali tat sentenza fil-Kawżi Konġunti T-339/16, T-352/16 u T-391/1622 rigward rikors għal annullament tar-Regolament (UE) Nru 2016/646. Il-Qorti Ġenerali annullat il-parti tar-Regolament (UE) 2016/646 li stabbilixxiet il-fatturi ta' konformità użati biex tiġi vvalutata l-konformità tar-riżultati tat-test RDE mal-limiti ta' emissjoni stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 715/2007. Il-Qorti sabet li l-leġiżlatur biss jista' jintroduċi dawk il-fatturi ta' konformità għaliex dawn kienu jaffettwaw element essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 715/2007.
(7)  Fit-13 ta' Diċembru 2018, il-Qorti Ġenerali tat sentenza fil-Kawżi Konġunti T-339/16, T-352/16 u T-391/1622 rigward rikors għal annullament tar-Regolament (UE) 2016/646. Il-Qorti Ġenerali annullat il-parti tar-Regolament (UE) 2016/646 li kienet stabbiliet il-fatturi ta' konformità użati biex tiġi vvalutata l-konformità tar-riżultati tat-test RDE mal-limiti ta' emissjoni stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 715/2007. Il-Qorti sabet li l-leġiżlatur biss jista' jintroduċi dawk il-fatturi ta' konformità għaliex dawn kienu jaffettwaw element essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 u "dan iwassal de facto għall-emenda tal-limiti tal-emissjonijiet ta' ossidi tan-nitroġenu stabbiliti mill-istandard Euro 6, filwaqt li dawn il-limiti għandhom japplikaw".
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 8
(8)  Il-Qorti Ġenerali ma kkontestatx il-ġustifikazzjoni teknika tal-fatturi ta' konformità. Għalhekk, u billi fl-istadju attwali tal-iżvilupp teknoloġiku għad hemm diskrepanza bejn l-emissjonijiet imkejla f'sewqan reali u dawk imkejla f'laboratorju, huwa xieraq li jiġu introdotti l-fatturi ta' konformità fir-Regolament (KE) Nru 715/2007.
(8)  Il-Qorti Ġenerali qajmet dubji "dwar il-fondatezza tal-invokazzjoni, mill-Kummissjoni, ta' żbalji possibbli ta' natura statistika", b'mod partikolari fir-rigward tal-fattur ta' konformità temporanju ta' 2,1 u ddikjarat li "l-inċertezzi tal-istatistika jikkoreġu ruħhom bir-rappreżentattività tal-kampjun jew tat-test jew in-numru ta' testijiet". Barra minn hekk, fir-rigward tal-marġni introdott ta' inċertezza teknika, il-Qorti affermat li "dan ifisser li ma jistax jiġi ddeterminat wara test RDE jekk il-vettura tat-test tissodisfax jew le dawn il-limiti, jew anki l-approċċ". Kwalunkwe tagħmir ta' kejl għandu marġni ta' inċertezza teknika, u t-tagħmir tal-PEMS, minħabba l-użu tiegħu f'kundizzjonijiet aktar varjabbli, instab li għandu marġni kemmxejn akbar meta mqabbel ma' tagħmir tal-laboratorju mhux mobbli minkejja li dan jista' fil-fatt ifisser kemm stima għolja wisq kif ukoll baxxa wisq tal-emissjonijiet. Billi fl-istadju attwali tal-iżvilupp teknoloġiku għad hemm diskrepanza bejn l-emissjonijiet imkejla f'sewqan reali u dawk imkejla f'laboratorju, huwa xieraq li temporanjament jiġu introdotti l-fatturi ta' konformità fir-Regolament (KE) Nru 715/2007.
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 8a (ġdida)
(8a)  Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Marzu 2019 dwar żviluppi riċenti fl-iskandlu "Dieselgate" laqgħet is-sentenza tal-Qorti Ġenerali u talbet b'mod espliċitu lill-Kumissjoni biex ma tintroduċi l-ebda fattur ta' konformità ġdid sabiex ikun żgurat li l-istandards Euro 6 ma jitilfux l-effettività tagħhom u minflok jintlaħqu f'kundizzjonijiet normali tal-użu, kif previst oriġinarjament fir-Regolament (KE) Nru 715/2007.
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 9
(9)  Sabiex il-manifatturi jkunu jistgħu jikkonformaw mal-limiti ta' emissjoni Euro 6 fil-kuntest tal-proċedura tat-test RDE, il-kriterji ta' konformità għall-RDE għandhom jiġu introdotti f'żewġ stadji. Matul l-ewwel stadju, wara talba tal-manifattur, jenħtieġ li japplika fattur ta' konformità temporanju, filwaqt li bħala t-tieni stadju jenħtieġ li jintuża biss il-fattur ta' konformità finali. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tibqa' tirrevedi l-fatturi ta' konformità finali fid-dawl tal-progress tekniku.
(9)  Sabiex il-manifatturi jkunu jistgħu jikkonformaw mal-limiti ta' emissjoni Euro 6 fil-kuntest tal-proċedura tat-test RDE, il-kriterji ta' konformità għall-RDE jenħtieġ li jiġu introdotti f'żewġ stadji. Matul l-ewwel stadju, wara talba tal-manifattur, jenħtieġ li japplika fattur ta' konformità temporanju, filwaqt li bħala t-tieni stadju jenħtieġ li jintuża biss il-fattur ta' konformità finali. Il-fattur ta' konformità finali jenħtieġ li japplika matul perjodu ta' tranżizzjoni u jinkludi marġni li jesprimi l-inċertezza tal-kejl addizzjonali marbuta mal-introduzzjoni tal-PEMS. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta kontinwament dak il-fattur ta' konformità fid-dawl tal-progress tekniku u ta' kull sena taġġustah 'l isfel abbażi ta' evidenza xjentifika, il-preċiżjoni mtejba tal-proċedura ta' kejl u l-progress tekniku tal-PEMS. Il-fattur ta' konformità jenħtieġ li jitbaxxa b'mod gradwali u sat-30 ta' Settembru 2022 ma jridx jibqa' japplika.
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 9a (ġdida)
(9a)   Jenħtieġ li sa mhux aktar tard minn Ġunju 2021 il-Kummissjoni tistabbilixxi rekwiżiti aktar rigorużi għat-tagħmir tal-kejl tal-PEMS li jkun jista' jintuża għat-testijiet RDE. L-istandards stabbiliti jenħtieġ li, fejn possibbli, iqisu kull element rilevanti ta' standardizzazzjoni żviluppat mis-CEN abbażi tal-aħjar tagħmir tal-PEMS disponibbli.
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 9b (ġdida)
(9b)  Huwa importanti li jiġi enfasizzat li filwaqt li din il-proposta tittratta l-fattur ta' konformità, il-kwistjoni tal-istandards ta' limitu tal-emissjonijiet għandha tiġi ttrattata fil-kuntest tal-proposta li jmiss post-Euro 6. Sabiex jiġi żgurat li jkun hemm progress rapidu lejn l-adozzjoni tal-valuri limitu tal-emissjonijiet futuri (post-Euro 6) u kwalità tal-arja mtejba għaċ-ċittadini tal-Unjoni, huwa essenzjali li l-Kummissjoni tippreżenta, fejn xieraq, proposta leġiżlattiva għal dak l-għan mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard minn Ġunju 2021, kif imħabbar fil-komunikazzjoni tagħha tal-11 ta' Diċembru 2019 dwar "Il-Patt Ekoloġiku Ewropew", li jenfasizza l-ħtieġa li ssir bidla lejn mobbiltà sostenibbli u intelliġenti u li jiġi żgurat perkors lejn mobbiltà b'emissjonijiet żero. Jenħtieġ li ma jintuża l-ebda fattur ta' konformità fl-implimentazzjoni tal-istandards post-Euro 6.
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 9c (ġdida)
(9c)  Sabiex il-produtturi jiġu mħeġġa jkollhom attitudni proattiva u favur l-ambjent, l-innovazzjonijiet teknoloġiċi l-ġodda intenzjonati li jassorbu l-NOx jenħtieġ li jiġu ttestjati, kwantifikati u kkunsidrati fir-reviżjoni sussegwenti tal-istandards Euro.
Emenda 16
Proposta għal regolament
Premessa 10
(10)  It-Trattat ta' Lisbona jintroduċi l-possibbiltà li l-leġiżlatur jiddelega lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti mhux leġiżlattivi ta' applikazzjoni ġenerali sabiex tissupplimenta jew temenda ċerti elementi mhux essenzjali ta' att leġiżlattiv. Il-miżuri li jistgħu jiġu koperti b'delegi tas-setgħat, kif imsemmi fl-Artikolu 290(1) tat-TFUE, fil-prinċipju jikkorrispondu ma' dawk koperti mill-proċedura regolatorja bl-iskrutinju stabbilit bl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE11. Għalhekk jeħtieġ li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 li jipprevedu l-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju jiġu adattati għall-Artikolu 290 tat-TFUE.
(10)  It-Trattat ta' Lisbona jintroduċi l-possibbiltà li l-leġiżlatur jiddelega lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti mhux leġiżlattivi ta' applikazzjoni ġenerali sabiex tissupplimenta jew temenda ċerti elementi mhux essenzjali ta' att leġiżlattiv. Il-miżuri li jistgħu jiġu koperti b'delegi tas-setgħat, kif imsemmi fl-Artikolu 290(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) fil-prinċipju jikkorrispondu ma' dawk koperti mill-proċedura regolatorja bl-iskrutinju stabbilit bl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE11. Għalhekk jeħtieġ li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 li jipprevedu l-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju jiġu adattati għall-Artikolu 290 tat-TFUE.
_________________
_________________
11 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni, konferiti fuq il-Kummissjoni (ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23).
11 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni, konferiti fuq il-Kummissjoni (ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23).
Emenda 17
Proposta għal regolament
Premessa 11
(11)  Sabiex jingħata kontribut għall-kisba tal-għanijiet tal-Unjoni dwar il-kwalità tal-arja u sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-vetturi, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tar-regoli dettaljati dwar il-proċeduri speċifiċi, it-testijiet u r-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip. Jenħtieġ li dik id-delega tinkludi l-issupplimentar tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 permezz ta' tali regoli riveduti kif ukoll iċ-ċikli tat-test użati biex jitkejlu l-emissjonijiet; ir-rekwiżiti għall-implimentazzjoni tal-projbizzjoni fuq l-użu ta' tagħmir ta' riduzzjoni li jnaqqas l-effettività tas-sistemi ta' kontroll tal-emissjonijiet; il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-obbligu ta' manifattur li jipprovdi aċċess mhux ristrett u standardizzat għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi; l-adozzjoni ta' proċedura ta' kejl riveduta għall-partikulati. Jenħtieġ li d-delega tinkludi wkoll l-emendar tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 bil-għan li l-fatturi ta' konformità finali li jiġu riveduti 'l isfel sabiex dawn jirriflettu l-progress tekniku fil-PEMS u l-ikkalibrar mill-ġdid tal-valuri ta' limitu bbażati fuq il-massa ta' partikuli u l-introduzzjoni ta' valuri ta' limitu bbażati fuq in-numru ta' partikuli. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, anki fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, sabiex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, jenħtieġ li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom jenħtieġ li jkollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.
(11)  Sabiex jingħata kontribut għall-kisba tal-għanijiet tal-Unjoni dwar il-kwalità tal-arja u sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-vetturi, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tar-regoli dettaljati dwar il-proċeduri speċifiċi, it-testijiet u r-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip. Jenħtieġ li dik id-delega tinkludi l-issupplimentar tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 permezz ta' tali regoli riveduti kif ukoll iċ-ċikli tat-test użati biex jitkejlu l-emissjonijiet; ir-rekwiżiti għall-implimentazzjoni tal-projbizzjoni fuq l-użu ta' tagħmir ta' riduzzjoni li jnaqqas l-effettività tas-sistemi ta' kontroll tal-emissjonijiet; il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-obbligu ta' manifattur li jipprovdi aċċess mhux ristrett u standardizzat għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi; u l-adozzjoni ta' proċedura ta' kejl riveduta għall-partikulati. Minkejja l-perjodu qasir bejn id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u r-revoka tad-dispożizzjonijiet dwar informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni (RMI) permezz tar-Regolament (UE) 2018/858, għall-finijiet ta' ċertezza legali u biex ikun żgurat li l-għażliet kollha jkunu disponibbli għal-leġiżlatur, jenħtieġ li d-delega tinkludi wkoll il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-obbligu tal-manifattur li jipprovdi aċċess mingħajr restrizzjonijiet u aċċess standardizzat għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi. Jenħtieġ li d-delega tinkludi wkoll l-emendar tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 bil-għan li l-fatturi ta' konformità jiġu riveduti 'l isfel sabiex dawn jirriflettu l-kwalità mtejba tal-proċedura ta' kejl jew il-progress tekniku fil-PEMS u l-ikkalibrar mill-ġdid tal-valuri ta' limitu bbażati fuq il-massa ta' partikuli u l-introduzzjoni ta' valuri ta' limitu bbażati fuq in-numru ta' partikuli. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, anki fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 20161a. B'mod partikolari, sabiex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.
_________________
1a ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
Emenda 18
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt a
Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007
Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
Dawk l-obbligi jinkludu l-issodisfar tal-limiti ta' emissjoni stabbiliti fl-Anness I. Għall-finijiet li tiġi ddeterminata l-konformità mal-limiti ta' emissjoni Euro 6 stabbiliti fit-Tabella 2 tal-Anness I, il-valuri tal-emissjonijiet determinati waqt kwalunkwe test validu tal-Emissjonijiet f'Sewqan Reali (RDE) għandhom jiġu diviżi bil-fattur ta' konformità applikabbli stabbilit fit-Tabella 2a tal-Anness I. Ir-riżultat għandu jibqa' taħt il-limiti ta' emissjoni Euro 6 stabbiliti fit-Tabella 2 ta' dak l-Anness.
Dawk l-obbligi jinkludu l-konformità mal-limiti ta' emissjoni stabbiliti fl-Anness I. Għall-finijiet li tiġi ddeterminata l-konformità mal-limiti ta' emissjoni Euro 6 stabbiliti fit-Tabella 2 tal-Anness I, il-valuri tal-emissjonijiet determinati waqt kwalunkwe test validu tal-Emissjonijiet f'Sewqan Reali (RDE) għandhom jiġu diviżi bil-fattur ta' konformità applikabbli kif stabbilit fit-Tabella 2a tal-Anness I. Ir-riżultat għandu jibqa' taħt il-limiti ta' emissjoni Euro 6 stabbiliti fit-Tabella 2 ta' dak l-Anness. Il-fattur ta' konformità għandu jitbaxxa b'mod gradwali permezz ta' reviżjonijiet annwali 'l isfel, abbażi ta' valutazzjonijiet mill-JRC. Sat-30 ta' Settembru 2022 il-fattur ta' konformità m'għandux jibqa' japplika.
Emenda 19
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt a
Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007
Artikolu 5 – paragrafu 1
1.  Il-manifattur għandu jattrezza l-vetturi b'mod li l-komponenti li jistgħu jaffettwaw l-emissjonijiet jiġu ddisinjati, mibnija u mmuntati b'mod li jippermetti li l-vettura, fl-użu normali, tikkonforma ma' dan ir-Regolament.;
1.  Il-manifattur għandu jattrezza l-vetturi b'mod li l-komponenti li jistgħu jaffettwaw l-emissjonijiet jiġu ddisinjati, mibnija u mmuntati b'mod li jippermetti li l-vettura, fl-użu normali, tikkonforma ma' dan ir-Regolament. Il-manifattur għandu jiggarantixxi wkoll l-affidabbiltà tat-tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis u għandu jimmira li jnaqqas ir-riskju ta' serq ta' dan it-tagħmir jew it-tbagħbis fih.
Emenda 20
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6
Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007
Artikolu 8 – paragrafu 1
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 14a sabiex tissupplimenta l-Artikoli 6 u 7. Dan għandu jinkludi d-definizzjoni u l-aġġornament ta' speċifikazzjonijiet tekniċi relatati mal-mod ta' kif għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni dwar l-OBD u dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, b'mod li tingħata attenzjoni speċjali għall-ħtiġijiet speċifiċi tal-SMEs.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 14a sabiex tissupplimenta l-Artikoli 6 u 7. Dan għandu jinkludi d-definizzjoni u l-aġġornament ta' speċifikazzjonijiet tekniċi relatati mal-mod ta' kif għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni dwar l-OBD u dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, b'mod li tingħata attenzjoni speċjali għall-ħtiġijiet speċifiċi tal-SMEs, il-mikrointrapriżi u l-operaturi li jaħdmu għal rashom.
Emenda 21
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt b
Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007
Artikolu 10 – paragrafu 4 – subparagrafu 2
Matul kwalunkwe test RDE validu, il-konformità mal-valuri ta' limitu Euro 6 għandha tiġi ddeterminata billi jitqies il-fattur ta' konformità speċifiku għall-inkwinanti stabbilit fit-Tabella 2a tal-Anness I skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1).
Matul kwalunkwe test RDE validu, il-konformità mal-valuri ta' limitu Euro 6 għandha tiġi ddeterminata billi jitqies il-fattur ta' konformità speċifiku għall-inkwinanti stabbilit fit-Tabella 2a tal-Anness I, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1). Il-fattur ta' konformità għandu jitbaxxa b'mod gradwali permezz ta' reviżjonijiet annwali 'l isfel, abbażi ta' valutazzjonijiet mill-JRC. Sat-30 ta' Settembru 2022 il-fattur ta' konformità m'għandux jibqa' japplika.
Emenda 22
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt b
Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007
Artikolu 10 – paragrafu 5 – subparagrafu 2
Matul kwalunkwe test RDE validu, il-konformità mal-valuri ta' limitu Euro 6 għandha tiġi ddeterminata billi jitqies il-fattur ta' konformità speċifiku għall-inkwinanti stabbilit fit-Tabella 2a tal-Anness I skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1).
Matul kwalunkwe test RDE validu, il-konformità mal-valuri ta' limitu Euro 6 għandha tiġi ddeterminata billi jitqies il-fattur ta' konformità speċifiku għall-inkwinanti stabbilit fit-Tabella 2a tal-Anness I, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1). Il-fattur ta' konformità għandu jitbaxxa b'mod gradwali permezz ta' reviżjonijiet annwali 'l isfel, abbażi ta' valutazzjonijiet mill-JRC. Sat-30 ta' Settembru 2022 il-fattur ta' konformità m'għandux jibqa' japplika.
Emenda 23
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10
Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007
Artikolu 14 – paragrafu 3 u paragrafu 3a (ġdid)
3.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 14a li:
3.  Il-Kummissjoni għandha tadotta, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Ġunju 2021, atti delegati f'konformità mal-Artikolu 14a li jissupplimentaw dan ir-Regolament sabiex il-proċeduri, it-testijiet u r-rekwiżiti kif ukoll iċ-ċikli tat-test użati biex jitkejlu l-emissjonijiet jiġu adattati sabiex jirriflettu b'mod adegwat l-emissjonijiet tas-sewqan reali f'kundizzjonijiet normali tal-użu, inklużi inter alia t-temperatura u l-kundizzjonijiet ta' limitu, inaqqsu d-deriva taż-żero u jindirizzaw żidiet qawwija fl-għadd ta' partikoli li jirriżultaw mit-tindif tal-filtri, filwaqt li jitqies kull element rilevanti ta' standardizzazzjoni żviluppat mis-CEN u abbażi tal-aħjar tagħmir disponibbli.
(a)  jissupplimentaw dan ir-Regolament sabiex jadattaw il-proċeduri, it-testijiet u r-rekwiżiti kif ukoll iċ-ċikli tat-test użati biex jitkejlu l-emissjonijiet sabiex jirriflettu b'mod adegwat l-emissjonijiet f'sewqan reali;
(b)  jemendaw dan ir-Regolament sabiex ikun hemm adattament għall-progress tekniku għall-fatturi ta' konformità finali speċifiċi għall-inkwinanti stabbiliti fit-Tabella 2a tal-Anness I.
3a.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 14a li jemendaw dan ir-Regolament sabiex ikun hemm adattament għall-progress tekniku u tirrieżamina 'l isfel għall-fatturi ta' konformità speċifiċi għall-inkwinanti stabbiliti fit-Tabella 2a tal-Anness I.
Emenda 24
Proposta għal regolament
Anness – paragrafu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007
Anness I – tabella 2a – ringiela 2

Test propost mill-Kummissjoni

CF inkwinant-finali (2)

1,43

1,5

-

-

-

(2)   CF inkwinant-finali huwa l-fattur ta' konformità użat biex tiġi ddeterminata l-konformità mal-limiti ta' emissjoni Euro 6 billi jitqiesu l-inċertezzi tekniċi marbuta mal-użu tas-Sistemi Portabbli għall-Kejl tal-Emissjonijiet (PEMS).

Emenda

CF inkwinant-finali (2)

1 + marġini (marġini = 0,32*)

1 + marġini (marġini = 0,5*)

-

-

-

* *għandu jiġi rivedut 'l isfel tal-anqas kull sena abbażi tal-valutazzjonijiet regolari taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka.

(2)   CF inkwinant-finali huwa l-fattur ta' konformità użat biex tiġi ddeterminata l-konformità mal-limiti ta' emissjoni Euro 6 waqt perjodu tranżizzjonali billi jitqiesu l-inċertezzi tekniċi addizzjonali ta' kejl marbuta mal-introduzzjoni tas-Sistemi Portabbli għall-Kejl tal-Emissjonijiet (PEMS). Dan huwa espress bħala 1 + marġni ta' inċertezza ta' kejl. Sat-30 ta' Settembru 2022, il-marġini għandu jkun żero, u l-fattur ta' konformità m'għandux japplika aktar.

(1) Il-każ ġie mgħoddi lura għan-negozjati interistituzzjonali lill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 59(4), ir-raba subparagrafu (A9-0139/2020).

Aġġornata l-aħħar: 12 ta' Jannar 2021Avviż legali - Politika tal-privatezza