Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2020/0006(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A9-0135/2020

Testi mressqa :

A9-0135/2020

Dibattiti :

PV 17/05/2021 - 15
CRE 17/05/2021 - 15

Votazzjonijiet :

PV 16/09/2020 - 2
PV 17/09/2020 - 2
PV 18/05/2021 - 13

Testi adottati :

P9_TA(2020)0223
P9_TA(2021)0219

Testi adottati
PDF 237kWORD 74k
Il-Ħamis, 17 ta' Settembru 2020 - Brussell
Fond għal Tranżizzjoni Ġusta ***I
P9_TA(2020)0223A9-0135/2020

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fis-17 ta’ Settembru 2020 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropea u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta (COM(2020)0022 – C9-0007/2020 – 2020/0006(COD))(1)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 1
(1)  Il-qafas regolatorju li jirregola l-politika ta' koeżjoni tal-Unjoni għall-perjodu mill-2021 sal-2027, fil-kuntest tal-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss, jikkontribwixxi għat-twettiq tal-impenji tal-Unjoni biex timplimenta l-Ftehim ta' Pariġi u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti billi jikkonċentra l-finanzjament tal-Unjoni fuq objettivi ekoloġiċi. Dan ir-Regolament jimplimenta waħda mill-prijoritajiet stipulati fil-Komunikazzjoni dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew ("il-Patt Ekoloġiku Ewropew") u huwa parti mill-Pjan ta' Investiment għal Ewropa Sostenibbli12 li jipprovdi finanzjament iddedikat taħt il-Mekkaniżmu ta' Tranżizzjoni Ġusta fil-kuntest tal-politika ta' koeżjoni biex jiġu indirizzati l-ispejjeż ekonomiċi u soċjali tat-tranżizzjoni lejn ekonomija ekoloġika u newtrali għall-klima, fejn kwalunkwe bilanċ tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra jiġi kkumpensat minn assorbimenti ekwivalenti.
(1)  Il-qafas regolatorju li jirregola l-politika ta' koeżjoni tal-Unjoni għall-perjodu mill-2021 sal-2027, fil-kuntest tal-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss, jikkontribwixxi għat-twettiq tal-impenji tal-Unjoni biex timplimenta l-Ftehim ta' Pariġi, billi jillimita ż-żieda fit-temperatura globali għal taħt il-1,5°C, l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti u l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali billi jikkonċentra l-finanzjament tal-Unjoni fuq objettivi ekoloġiċi. Dan ir-Regolament jimplimenta waħda mill-prijoritajiet stipulati fil-Komunikazzjoni dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew ("il-Patt Ekoloġiku Ewropew") u huwa parti mill-Pjan ta' Investiment għal Ewropa Sostenibbli12 li jipprovdi finanzjament iddedikat taħt il-Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta fil-kuntest tal-politika ta' koeżjoni biex jiġu indirizzati l-ispejjeż ekonomiċi, soċjali u ambjentali tat-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima u ċirkolari, fejn kwalunkwe bilanċ tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra jiġi kkumpensat minn assorbimenti ekwivalenti, filwaqt li jitqies l-impatt tal-pandemija tal-COVID-19.
__________________
__________________
11 COM(2019)0640, 11.12.2019
11 COM(2019)0640, 11.12.2019
12 COM(2020)0021, 14.1.2020.
12 COM(2020)0021, 14.1.2020.
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 2
(2)  It-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima u l-ekonomija ċirkolari tikkostitwixxi wieħed mill-objettivi ta' politika l-aktar importanti għall-Unjoni. Fit-12 ta' Diċembru 2019, il-Kunsill Ewropew approva l-objettiv li sal-2050 tinkiseb Unjoni newtrali għall-klima, f'konformità mal-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi. Filwaqt li l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u d-degradazzjoni ambjentali se tkun ta' benefiċċju għal kulħadd fuq terminu twil u tipprovdi opportunitajiet u sfidi għal kulħadd fuq terminu medju, mhux ir-reġjuni u l-Istati Membri kollha se jibdew it-tranżizzjoni tagħhom mill-istess punt jew għandhom l-istess kapaċità ta' rispons. Xi wħud huma aktar avvanzati minn oħrajn, filwaqt li t-tranżizzjoni tinvolvi impatt soċjali u ekonomiku usa' għal dawk ir-reġjuni li jiddependu ħafna fuq il-fjuwils fossili - speċjalment il-faħam, il-linjite, il-pit u x-shale bituminuż - jew fuq industriji b'emissjonijiet għoljin ta' gassijiet serra. Sitwazzjoni bħal din mhux biss toħloq ir-riskju ta' tranżizzjoni b'pass varjabbli fl-Unjoni fir-rigward tal-azzjoni klimatika, iżda wkoll ta' disparitajiet dejjem akbar bejn ir-reġjuni, li huwa ta' detriment għall-objettivi ta' koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali.
(2)  It-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima u l-ekonomija ċirkolari tikkostitwixxi wieħed mill-objettivi ta' politika l-aktar importanti għall-Unjoni. Fit-12 ta' Diċembru 2019, il-Kunsill Ewropew approva l-objettiv li sal-2050 tinkiseb Unjoni newtrali għall-klima, f'konformità mal-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi. Filwaqt li l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u d-degradazzjoni ambjentali se tkun ta' benefiċċju għal kulħadd fuq terminu twil u tipprovdi opportunitajiet u sfidi għal kulħadd fuq terminu medju, mhux ir-reġjuni u l-Istati Membri kollha se jibdew it-tranżizzjoni tagħhom mill-istess punt jew għandhom l-istess kapaċità ta' rispons. Xi wħud huma aktar avvanzati minn oħrajn, filwaqt li t-tranżizzjoni tinvolvi impatt soċjali, ekonomiku u ambjentali usa' għal dawk ir-reġjuni li jiddependu ħafna fuq il-fjuwils fossili - speċjalment il-faħam, il-linjite, il-pit għall-użu tal-enerġija u x-shale bituminuż - jew fuq industriji b'emissjonijiet għoljin ta' gassijiet serra. Sitwazzjoni bħal din mhux biss toħloq ir-riskju ta' tranżizzjoni b'pass varjabbli fl-Unjoni fir-rigward tal-azzjoni klimatika, iżda wkoll ta' disparitajiet dejjem akbar bejn ir-reġjuni, speċjalment għar-reġjuni ultraperiferiċi, iż-żoni remoti, insulari u ġeografikament żvantaġġjati u għaż-żoni bi problemi ta' depopolazzjoni, li huwa ta' detriment għall-objettivi ta' koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali.
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 3
(3)  Sabiex tirnexxi, it-tranżizzjoni trid tkun ġusta u soċjalment aċċettabbli għal kulħadd. Għalhekk, kemm l-Unjoni kif ukoll l-Istati Membri jridu jqisu l-implikazzjonijiet ekonomiċi u soċjali tagħha sa mill-bidu nett, u jużaw l-istrumenti kollha possibbli biex itaffu l-konsegwenzi negattivi. Il-baġit tal-Unjoni għandu rwol importanti f'dan ir-rigward.
(3)  Sabiex tirnexxi, it-tranżizzjoni trid tkun ġusta, inklużiva u soċjalment aċċettabbli għal kulħadd. Għalhekk, l-Unjoni, l-Istati Membri u r-reġjuni tagħhom jeħtiġilhom iqisu l-implikazzjonijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali tagħha sa mill-bidu nett, u jużaw l-istrumenti kollha possibbli biex itaffu l-konsegwenzi negattivi. Il-baġit tal-Unjoni għandu rwol importanti f'dan ir-rigward biex jiżgura li ħadd ma jitħalla lura.
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 4
(4)  Kif stipulat fil-Patt Ekoloġiku Ewropew u fil-Pjan ta' Investiment għal Ewropa Sostenibbli, Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta jkun jissupplimenta l-azzjonijiet l-oħra skont il-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss għall-perjodu mill-2021 sal-2027. Dan ikun jikkontribwixxi biex jiġu indirizzati l-konsegwenzi soċjali u ekonomiċi ta' tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika tal-Unjoni billi jgħaqqad flimkien l-infiq tal-baġit tal-Unjoni fuq l-objettivi klimatiċi ma' dawk soċjali fil-livell reġjonali.
(4)  Kif stipulat fil-Patt Ekoloġiku Ewropew u fil-Pjan ta' Investiment għal Ewropa Sostenibbli, Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta jenħtieġ li jissupplimenta l-azzjonijiet l-oħra skont il-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss għall-perjodu mill-2021 sal-2027. Dan jenħtieġ li jikkontribwixxi biex jiġu indirizzati l-konsegwenzi soċjali, ekonomiċi u ambjentali, b'mod partikolari għall-ħaddiema milquta fil-proċess ta' tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika tal-Unjoni sal-2050 billi jgħaqqad flimkien l-infiq tal-baġit tal-Unjoni fuq l-objettivi klimatiċi u soċjali fil-livell reġjonali, filwaqt li jippromwovi ekonomija sostenibbli, impjiegi ekoloġiċi u s-saħħa pubblika.
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 5
(5)  Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta (ust Transition Fund, "JTF") li huwa wieħed mill-pilastri tal-Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta implimentat skont il-politika ta' koeżjoni. L-għan tal-JTF huwa li jtaffi l-effetti negattivi tat-tranżizzjoni klimatika billi jappoġġa l-aktar territorji affettwati u l-aktar ħaddiema kkonċernati. F'konformità mal-objettiv speċifiku tal-JTF, jeħtieġ li l-azzjonijiet appoġġati mill-JTF jikkontribwixxu direttament biex itaffu l-impatt tat-tranżizzjoni billi jiffinanzjaw id-diversifikazzjoni u l-modernizzazzjoni tal-ekonomija lokali u billi jtaffu r-riperkussjonijiet negattivi fuq l-impjiegi. Dan huwa rifless fl-għan speċifiku tal-JTF, li huwa stabbilit fl-istess livell u elenkat flimkien mal-objettivi tal-politika stipulati fl-Artikolu [4] tar-Regolament UE [RDK ġdid].
(5)  Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta (Just Transition Fund, "JTF") li huwa wieħed mill-pilastri tal-Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta implimentat skont il-politika ta' koeżjoni. L-għan tal-JTF huwa li jtaffi l-effetti negattivi tat-tranżizzjoni klimatika u jikkumpensa għalihom billi jappoġġa l-aktar territorji affettwati u l-aktar ħaddiema kkonċernati u li jippromwovi tranżizzjoni soċjoekonomika bbilanċjata li tiġġieled il-prekarjetà soċjali u ambjent ta' negozju instabbli. F'konformità mal-objettiv speċifiku tal-JTF, jenħtieġ li l-azzjonijiet appoġġati mill-JTF jikkontribwixxu direttament biex itaffu l-impatt tat-tranżizzjoni billi jiffinanzjaw id-diversifikazzjoni u l-modernizzazzjoni tal-ekonomija lokali billi jirriġeneraw l-assi naturali u billi jtaffu r-riperkussjonijiet negattivi fuq l-impjiegi u fuq l-istandards tal-għajxien. Dan huwa rifless fl-għan speċifiku tal-JTF, li huwa stabbilit fl-istess livell u elenkat flimkien mal-objettivi tal-politika stipulati fl-Artikolu [4] tar-Regolament UE [RDK ġdid].
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 6
(6)  Fid-dawl tal-importanza li jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima f'konformità mal-impenji tal-Unjoni biex timplimenta l-Ftehim ta' Pariġi, l-impenn rigward l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti u l-ambizzjoni akbar tal-Unjoni kif propost fil-Patt Ekoloġiku Ewropew, jeħtieġ li l-JTF jipprovdi kontribut ewlieni biex l-azzjonijiet klimatiċi jiġu integrati. Ir-riżorsi mill-pakkett proprju tal-JTF huma addizzjonali u jiżdiedu mal-investimenti li huma meħtieġa biex tintlaħaq il-mira ġenerali ta' 25 % tan-nefqa tal-baġit tal-Unjoni li tikkontribwixxi għall-objettivi dwar il-klima. Ir-riżorsi ttrasferiti mill-FEŻR u l-FSE+ se jikkontribwixxu kompletament biex tintlaħaq din il-mira.
(6)  Fid-dawl tal-importanza li jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima f'konformità mal-impenji tal-Unjoni biex timplimenta l-Ftehim ta' Pariġi, l-impenn rigward l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti u l-ambizzjoni akbar tal-Unjoni kif propost fil-Patt Ekoloġiku Ewropew, jenħtieġ li l-JTF jipprovdi kontribut ewlieni biex l-azzjonijiet klimatiċi u ambjentali jiġu integrati. Ir-riżorsi mill-pakkett proprju tal-JTF huma addizzjonali u jiżdiedu mal-investimenti li huma meħtieġa biex tintlaħaq il-mira ġenerali ta' 30 % tan-nefqa tal-baġit tal-Unjoni li tikkontribwixxi għall-objettivi dwar il-klima. Ir-riżorsi ttrasferiti fuq bażi volontarja mill-FEŻR u l-FSE+ jistgħu jikkontribwixxu kompletament biex tintlaħaq din il-mira.
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 7
(7)  Jeħtieġ li r-riżorsi mill-JTF jissupplimentaw ir-riżorsi disponibbli taħt il-politika ta' koeżjoni.
(7)  Jenħtieġ li r-riżorsi mill-JTF jissupplimentaw ir-riżorsi disponibbli taħt il-politika ta' koeżjoni. Jenħtieġ li l-istabbiliment tal-JTF ma jwassalx għal tnaqqis fil-fondi l-oħra ta' koeżjoni, jew għal trasferimenti obbligatorji minnhom.
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 8
(8)  It-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima tippreżenta sfida lill-Istati Membri kollha. Dan se jkun partikolarment eżiġenti fuq dawk l-Istati Membri li jiddependu ħafna mill-fjuwils fossili jew minn attivitajiet industrijali b'emissjonijiet għoljin ta' gassijiet serra li se jiġu eliminati b'mod gradwali jew li għandhom bżonn jadattaw għal tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika u li ma għandhomx il-mezzi finanzjarji biex jagħmlu dan. Għaldaqstant il-JTF jeħtieġ li jkopri l-Istati Membri kollha, iżda d-distribuzzjoni tal-mezzi finanzjarji jeħtieġ li tirrifletti l-kapaċità tal-Istati Membri biex jiffinanzjaw l-investimenti neċessarji biex ilaħħqu mat-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika.
(8)  It-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima tippreżenta sfida għall-Istati Membri kollha. Dan se jkun partikolarment impenjattiv għal dawk l-Istati Membri li jiddependu ħafna, jew li sa ftit żmien ilu kienu qed jiddependu ħafna, mill-fjuwils fossili jew minn attivitajiet industrijali b'emissjonijiet għoljin ta' gassijiet serra li hemm bżonn li jiġu eliminati b'mod gradwali jew li għandhom bżonn jadattaw għal tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika u li ma għandhomx il-mezzi finanzjarji biex jagħmlu dan. Għaldaqstant, il-JTF jenħtieġ li jkopri l-Istati Membri kollha, iżda d-distribuzzjoni tal-mezzi finanzjarji tiegħu jenħtieġ li tiffoka fuq dawk it-territorji l-aktar milquta, u tirrifletti l-kapaċità tal-Istati Membri biex jiffinanzjaw l-investimenti neċessarji biex ilaħħqu mat-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika, b'attenzjoni partikolari għar-reġjuni l-anqas żviluppati, ir-reġjuni ultraperiferiċi, muntanjużi, il-gżejjer, iż-żoni skarsament popolati, rurali, remoti u ġeografikament żvantaġġjati li l-popolazzjoni żgħira tagħhom tagħmel it-tranżizzjoni fl-enerġija lejn in-newtralità klimatika aktar diffiċli biex tiġi implimentata, u filwaqt li titqies il-pożizzjoni tat-tluq ta' kull Stat Membru.
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 9
(9)  Sabiex jiġi stabbilit qafas finanzjarju xieraq għall-JTF, jeħtieġ li l-Kummissjoni tistipula t-tqassim annwali tal-allokazzjonijiet disponibbli għal kull Stat Membru taħt il-mira tal- Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi, abbażi ta' kriterji oġġettivi.
(9)  Sabiex jiġi stabbilit qafas finanzjarju xieraq għall-JTF, jenħtieġ li l-Kummissjoni tistipula t-tqassim annwali tal-allokazzjonijiet disponibbli għal kull Stat Membru taħt il-mira tal- Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi, abbażi ta' kriterji oġġettivi. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-muniċipalitajiet u l-bliet ikollhom aċċess dirett għar-riżorsi tal-JTF li jiġu magħmula disponibbli għalihom skont il-ħtiġijiet oġġettivi tagħhom.
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 10
(10)  Dan ir-Regolament jidentifika t-tipi ta' investimenti li għalihom in-nefqa tista' tiġi appoġġata mill-JTF. Jeħtieġ li l-attivitajiet kollha li jirċievu sostenn ikollhom segwitu b'rispett sħiħ tal-prijoritajiet klimatiċi u ambjentali tal-Unjoni. Jeħtieġ li l-lista ta' investimenti tinkludi dawk li jappoġġaw l-ekonomiji lokali u li jkunu sostenibbli fit-tul, filwaqt li jitqiesu l-objettivi kollha tal-Patt Ekoloġiku. Jeħtieġ li l-proġetti ffinanzjati jikkontribwixxu għal tranżizzjoni lejn ekonomija li hija newtrali għall-klima u ċirkolari. Għas-setturi li qed inaqqsu, bħall-produzzjoni tal-enerġija bbażata fuq il-faħam, il-linjite, il-pit u x-shale bituminuż jew fuq l-attivitajiet ta' estrazzjoni ta' dawn il-fjuwils fossili solidi, l-appoġġ jeħtieġ li jkun marbut mat-tneħħija gradwali tal-attività u t-tnaqqis korrispondenti fil-livell tal-impjiegi. Rigward it-trasformazzjoni tas-setturi b'emissjonijiet għoljin ta' gassijiet serra, jeħtieġ li l-appoġġ jippromwovi attivitajiet ġodda permezz tal-użu ta' teknoloġiji ġodda, proċessi jew prodotti ġodda, u sal-2050 iwassal għal tnaqqis sinifikanti fl-emissjonijiet, f'konformità mal-objettivi klimatiċi tal-UE 203013 u n-newtralità klimatika, filwaqt li jinżammu u jiżdiedu l-impjiegi u tiġi evitata d-degradazzjoni ambjentali. Jeħtieġ li tingħata wkoll attenzjoni partikolari lil attivitajiet li jsaħħu l-innovazzjoni u r-riċerka f'teknoloġiji avvanzati u sostenibbli, kif ukoll fl-oqsma tad-diġitalizzazzjoni u l-konnettività, dment li tali miżuri jgħinu biex jittaffew l-effetti sekondarji negattivi tat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari u newtrali għall-klima u jikkontribwixxu għaliha.
(10)  Dan ir-Regolament jidentifika t-tipi ta' investimenti li għalihom in-nefqa tista' tiġi appoġġata mill-JTF. Jenħtieġ li l-attivitajiet kollha li jirċievu sostenn ikollhom segwitu b'rispett sħiħ tal-impenji u l-prijoritajiet klimatiċi, ambjentali u soċjali tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-lista ta' investimenti tinkludi dawk li jappoġġaw lill-persuni, lill-komunitajiet u lill-ekonomiji lokali u li jkunu sostenibbli fit-tul, filwaqt li jitqiesu l-objettivi kollha tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. Jenħtieġ li l-proġetti ffinanzjati jikkontribwixxu għal tranżizzjoni gradwali u sħiħa lejn ekonomija sostenibbli, newtrali għall-klima, ħielsa mit-tniġġis u ċirkolari. Għas-setturi li qed inaqqsu, bħall-produzzjoni tal-enerġija bbażata fuq il-faħam, il-linjite, il-pit u x-shale bituminuż jew fuq l-attivitajiet ta' estrazzjoni ta' dawn il-fjuwils fossili solidi, l-appoġġ jenħtieġ li jkun marbut mat-tneħħija gradwali tal-attività u t-tnaqqis korrispondenti fil-livell tal-impjiegi. Rigward it-trasformazzjoni tas-setturi b'emissjonijiet għoljin ta' gassijiet serra, jenħtieġ li l-appoġġ jippromwovi attivitajiet ġodda permezz tal-użu ta' teknoloġiji ġodda, proċessi jew prodotti ġodda, u dan iwassal għal tnaqqis sinifikanti fl-emissjonijiet, f'konformità mal-objettivi klimatiċi tal-UE għall-203013 u n-newtralità klimatika sal-2050, filwaqt li jinżammu u jiżdiedu l-impjiegi b'ħiliet u tiġi evitata d-degradazzjoni ambjentali. Jenħtieġ li tingħata wkoll attenzjoni partikolari lil attivitajiet li jsaħħu l-innovazzjoni u r-riċerka f'teknoloġiji avvanzati u sostenibbli, kif ukoll fl-oqsma tad-diġitalizzazzjoni, il-konnettività u l-mobbiltà intelliġenti u sostenibbli, dment li tali miżuri jgħinu biex jittaffew l-effetti sekondarji negattivi tat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari u newtrali għall-klima u jikkontribwixxu għaliha, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi ekonomiċi, soċjali u tal-enerġija ta' kull Stat Membru. L-importanza tal-kultura, l-edukazzjoni u l-bini tal-komunità għall-proċess ta' transizzjoni jenħtieġ li tiġi ssodisfata wkoll billi jiġu appoġġati attivitajiet li jindirizzaw il-patrimonju tal-minjieri.
__________________
__________________
13 Kif stipulat fi "Pjaneta Nadifa għal kulħadd: Viżjoni strateġika Ewropea fit-tul għal ekonomija għanja, moderna, kompetittiva u newtrali għall-klima", Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Bank Ewropew tal-Investiment (COM (2018)0773).
13 Kif stipulat fi "Pjaneta Nadifa għal kulħadd: Viżjoni strateġika Ewropea fit-tul għal ekonomija għanja, moderna, kompetittiva u newtrali għall-klima", Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Bank Ewropew tal-Investiment (COM (2018)0773).
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 11
(11)  Sabiex jiġu protetti ċ-ċittadini li huma l-jeħtieġ li l-JTF ikopri wkoll it-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid tal-ħaddiema milquta, bil-għan li jgħinhom jadattaw għal opportunitajiet ġodda ta' impjieg, kif ukoll jipprovdi għajnuna lil dawk li qed ifittxu impjieg fit-tiftix ta' opportunitajiet ġodda ta'impjieg kif ukoll l-inklużjoni attiva tagħhom fis-suq tax-xogħol.
(11)  Sabiex jiġu protetti ċ-ċittadini li huma l-aktar vulnerabbli għat-tranżizzjoni klimatika, jenħtieġ li l-JTF ikopri wkoll it-titjib tal-ħiliet, it-taħriġ mill-ġdid u t-taħriġ tal-ħaddiema milquta u ta' dawk li qed ifittxu impjieg, partikolarment in-nisa, bil-għan li jgħinhom jadattaw għal opportunitajiet ġodda ta' impjieg u jakkwistaw kwalifiki ġodda li jkunu adattati għall-ekonomija ekoloġika, kif ukoll jipprovdi għajnuna lil dawk li qed ifittxu impjieg fit-tiftix ta' opportunitajiet ġodda ta' impjieg kif ukoll l-inklużjoni attiva tagħhom fis-suq tax-xogħol. Jenħtieġ li l-promozzjoni tal-koeżjoni soċjali tkun prinċipju gwida biex jiġi pprovdut appoġġ taħt il-JTF.
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 12
(12)  Sabiex tissaħħaħ id-diversifikazzjoni ekonomika tat-territorji milquta mit-tranżizzjoni, jeħtieġ li l-JTF jipprovdi appoġġ għal investimenti produttivi fl-SMEs. Investiment produttiv jeħtieġ li jkun jinftiehem bħala investiment f'kapital fiss jew f'assi immaterjali ta' intrapriżi bil-ħsieb li jiġu prodotti oġġetti u servizzi u b'hekk jikkontribwixxu għall-formazzjoni ta' kapital gross u għall-impjiegi. Għal intrapriżi li mhumiex SMEs, jeħtieġ li l-investimenti produttivi jiġu appoġġati biss jekk ikunu meħtieġa biex itaffu t-telf ta' impjiegi li jirriżulta mit-tranżizzjoni, billi joħolqu jew jipproteġu għadd sinifikanti ta' impjiegi u ma jwasslux għal rilokazzjoni jew jirriżultaw minnha. Jeħtieġ li jitħallew isiru investimenti f'faċilitajiet industrijali eżistenti, inklużi dawk koperti mill-Iskema tal-UE għan-Negozjar tal-Emissjonijiet, jekk jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima sal-2050 u jmorru sew taħt il-parametri referenzjarji rilevanti stabbiliti għall-allokazzjoni bla ħlas skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill14 u jekk jirriżultaw fil-protezzjoni ta' għadd sinifikanti ta' impjiegi. Kull investiment bħal dan jeħtieġ li jiġi ġġustifikat skont il-pjan territorjali ta' tranżizzjoni ġusta rilevanti. Sabiex tiġi protetta l-integrità tas-suq intern u l-politika ta' koeżjoni, l-appoġġ lill-impriżi li joperaw jeħtieġ li jkun konformi mar-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat kif stipulat fl-Artikoli 107 u 108 TFUE u, b'mod partikolari, l-appoġġ għal investimenti produttivi minn intrapriżi għajr l-SMEs jeħtieġ li jkunu limitati għal intrapriżi li jinsabu f'żoni nnominati bħala żoni megħjuna għall-finijiet tal-Artikolu 107(3)(a) u (c) TFUE.
(12)  Sabiex tissaħħaħ id-diversifikazzjoni ekonomika tat-territorji milquta mit-tranżizzjoni, jenħtieġ li l-JTF jipprovdi appoġġ għal investimenti produttivi fl-SMEs. Investiment produttiv jenħtieġ li jkun jinftiehem bħala investiment f'kapital fiss jew f'assi immaterjali ta' intrapriżi bil-ħsieb li jiġu prodotti oġġetti u servizzi u b'hekk jikkontribwixxu għall-formazzjoni ta' kapital gross u għall-impjiegi. Għal intrapriżi li mhumiex SMEs, jenħtieġ li l-investimenti produttivi jiġu appoġġati biss jekk ikunu meħtieġa biex itaffu t-telf ta' impjiegi li jirriżulta mit-tranżizzjoni, billi joħolqu jew jipproteġu għadd sinifikanti ta' impjiegi u ma jwasslux għal rilokazzjoni jew jirriżultaw minnha. Jenħtieġ li jitħallew isiru investimenti f'faċilitajiet industrijali eżistenti, inklużi dawk koperti mill-Iskema tal-UE għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet, jekk jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima sal-2050 u jmorru sew taħt il-parametri referenzjarji rilevanti stabbiliti għall-allokazzjoni bla ħlas skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill14 u jekk jirriżultaw fil-ħolqien u ż-żamma ta' għadd sinifikanti ta' impjiegi. Jenħtieġ li kwalunkwe investiment bħal dan jiġi ġġustifikat kif xieraq fil-pjan għal tranżizzjoni ġusta territorjali rilevanti, ikun sostenibbli u, fejn applikabbli, ikun konsistenti mal-prinċipju ta' "min iniġġes iħallas" u l-prinċipju "l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel". Sabiex tiġi protetta l-integrità tas-suq intern u l-politika ta' koeżjoni, l-appoġġ lill-impriżi li joperaw jenħtieġ li jkun konformi mar-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat kif stipulat fl-Artikoli 107 u 108 TFUE.
__________________
__________________
14 Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).
14 Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 12a (ġdida)
(12a)  Appoġġ għal investiment produttiv f'intrapriżi permezz tal-JTF, minbarra l-SMEs, jenħtieġ li jkun limitat għal reġjuni anqas żviluppati u dawk fi tranżizzjoni kif stipulat fl-Artikolu 102(2) tar-Regolament Nru .../... [RDK].
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 13
(13)  Sabiex tiġi pprovduta flessibbiltà għall-ipprogrammar tar-riżorsi tal-JTF taħt il-mira tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir, jeħtieġ li jkun possibbli li jitħejja programm JTF awtonomu jew li jiġu pprogrammati riżorsi JTF fi prijorità speċifika waħda jew aktar fi programm appoġġat mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali ("FEŻR"), mill-Fond Soċjali Ewropew Plus ("FSE+") jew mill-Fond ta' Koeżjoni. Skont l-Artikolu 21a tar-Regolament (UE) [RDK ġdid], ir-riżorsi tal-JTF għandhom jissaħħu b'finanzjament komplementari mill-FEŻR u l-FSE+. L-ammonti rispettivi ttrasferiti mill-FEŻR u mill-FSE+ jeħtieġ li jkunu konsistenti mat-tip ta' operazzjonijiet stipulati fil-pjanijiet territorjali ta' tranżizzjoni ġusta.
(13)  Sabiex tiġi pprovduta flessibbiltà għall-ipprogrammar tar-riżorsi tal-JTF taħt il-mira tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir, jenħtieġ li jkun possibbli li jitħejja programm JTF awtonomu jew li jiġu pprogrammati riżorsi JTF fi prijorità speċifika waħda jew aktar fi programm appoġġat mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali ("FEŻR"), mill-Fond Soċjali Ewropew Plus ("FSE+") jew mill-Fond ta' Koeżjoni. Skont l-Artikolu 21a tar-Regolament (UE) [RDK ġdid], ir-riżorsi tal-JTF jistgħu jissaħħu fuq bażi volontarja b'finanzjament komplementari mill-FEŻR u l-FSE+. L-ammonti rispettivi ttrasferiti mill-FEŻR u mill-FSE+ jenħtieġ li jkunu konsistenti mat-tip ta' operazzjonijiet stipulati fil-pjanijiet territorjali ta' tranżizzjoni ġusta.
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 14
(14)  Jeħtieġ li l-appoġġ tal-JTF ikun jiddependi fuq l-implimentazzjoni effettiva ta' proċess ta' tranżizzjoni f'territorju speċifiku sabiex tinkiseb ekonomija newtrali għall-klima. F'dan ir-rigward, jeħtieġ li l-Istati Membri, f'kooperazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti u bl-appoġġ tal-Kummissjoni, iħejju pjanijiet territorjali ta' tranżizzjoni ġusta, li jagħtu dettalji dwar il-proċess ta' tranżizzjoni, b'mod konsistenti mal-Pjanijiet Nazzjonali tagħhom dwar l-Enerġija u l-Klima. Għal dan il-għan, jeħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi Pjattaforma ta' Tranżizzjoni Ġusta sabiex tibni fuq il-pjattaforma eżistenti għar-reġjuni karboniferi fi tranżizzjoni biex tippermetti li jsiru skambji bilaterali u multilaterali dwar l-esperjenza fit-tagħlimiet miksuba u fl-aħjar prattiki fis-setturi kollha affettwati.
(14)  Jenħtieġ li l-appoġġ tal-JTF ikun jiddependi fuq l-implimentazzjoni effettiva u li titkejjel ta' proċess ta' tranżizzjoni f'territorju speċifiku sabiex tinkiseb ekonomija newtrali għall-klima. F'dak ir-rigward, l-Istati Membri jenħtieġ li, fi djalogu soċjali u f'kooperazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti skont il-prinċipju ta' sħubija stabbilit mill-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) .../... [RDK ġdid] u bl-appoġġ tal-Kummissjoni, iħejju pjanijiet territorjali ta' tranżizzjoni ġusta, li jagħtu dettalji dwar il-proċess ta' tranżizzjoni, b'mod konsistenti mal-Pjanijiet Nazzjonali tagħhom dwar l-Enerġija u l-Klima, u possibbilment li jmorru lil hinn minnhom. Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi Pjattaforma ta' Tranżizzjoni Ġusta sabiex tibni fuq il-pjattaforma eżistenti għar-reġjuni karboniferi fi tranżizzjoni biex tippermetti li jsiru skambji bilaterali u multilaterali dwar l-esperjenza fit-tagħlimiet miksuba u fl-aħjar prattiki fis-setturi kollha affettwati.
Emenda 16
Proposta għal regolament
Premessa 15
(15)  Jeħtieġ li l-pjanijiet ta' tranżizzjoni jidentifikaw it-territorji l-aktar milquta ħażin, fejn l-appoġġ tal-JTF jeħtieġ li jkun ikkonċentrat u jiddeskrivu azzjonijiet speċifiċi li jridu jittieħdu biex tinkiseb ekonomija newtrali għall-klima, b'mod partikolari fir-rigward tal-konverżjoni jew l-għeluq ta' faċilitajiet li jinvolvu l-produzzjoni ta' fjuwils fossili jew attivitajiet b'emissjonijiet għoljin ta' gassijiet serra. Jeħtieġ li dawn it-territorji jiġu ddefiniti b'mod preċiż u jkunu jikkorrispondu mar-reġjuni tan-NUTS livell 3 jew ikunu partijiet minnha. Jeħtieġ li l-pjanijiet jiddeskrivu fid-dettall l-isfidi u l-ħtiġijiet ta' dawn it-territorji u jidentifikaw it-tip ta' operazzjonijiet meħtieġa b'mod li jiġi żgurat l-iżvilupp koerenti ta' attivitajiet ekonomiċi reżiljenti għat-tibdil fil-klima li jkunu wkoll konsistenti mat-tranżizzjoni għan-newtralità klimatika u mal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku. Huma biss l-investimenti skont il-pjanijiet ta' tranżizzjoni li jeħtieġ jirċievu appoġġ finanzjarju mill-JTF. Jeħtieġ li l-pjanijiet territorjali ta' tranżizzji ġusta jkunu parti mill-programmi (appoġġati mill-FEŻR, l-FSE+, il-Fond ta' Koeżjoni jew il-JTF) li huma approvati mill-Kummissjoni.
(15)  Jenħtieġ li l-pjanijiet territorjali ta' tranżizzjoni ġusta jidentifikaw it-territorji l-aktar milquta ħażin, fejn l-appoġġ tal-JTF jenħtieġ li jkun ikkonċentrat u jiddeskrivu azzjonijiet speċifiċi li jridu jittieħdu biex jinkisbu l-miri klimatiċi tal-Unjoni għall-2030 u ekonomija newtrali għall-klima sal-2050, b'mod partikolari fir-rigward tal-konverżjoni jew l-għeluq ta' faċilitajiet li jinvolvu l-produzzjoni ta' fjuwils fossili jew attivitajiet b'emissjonijiet għoljin ta' gassijiet serra, filwaqt li jinżammu u jiżdiedu l-opportunitajiet ta' impjiegi fit-territorji milquta sabiex tiġi evitata l-esklużjoni soċjali. Jenħtieġ li jitqiesu fatturi aggravanti bħar-rati tal-qgħad u t-tendenzi tad-depopolazzjoni. Jenħtieġ li dawn it-territorji jiġu ddefiniti b'mod preċiż u jkunu jikkorrispondu mar-reġjuni tan-NUTS livell 3 jew ikunu partijiet minnha. Jenħtieġ li l-pjanijiet jiddeskrivu fid-dettall l-isfidi, il-ħtiġijiet u l-opportunitajiet ta' dawk it-territorji u jidentifikaw it-tip ta' operazzjonijiet meħtieġa b'mod li jiġi żgurat l-iżvilupp koerenti ta' attivitajiet ekonomiċi reżiljenti għat-tibdil fil-klima li jkunu wkoll konsistenti mat-tranżizzjoni għan-newtralità klimatika u mal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew. Huma biss l-investimenti skont il-pjanijiet ta' tranżizzjoni li jenħtieġ li jirċievu appoġġ finanzjarju mill-JTF. Jenħtieġ li l-pjanijiet territorjali ta' tranżizzjoni ġusta jkunu parti mill-programmi (appoġġati mill-FEŻR, l-FSE+, il-Fond ta' Koeżjoni jew il-JTF, skont il-każ) li huma approvati mill-Kummissjoni.
Emenda 17
Proposta għal regolament
Premessa 19
(19)  L-objettivi ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jiġu appoġġati territorji li jkunu qed jiffaċċjaw trasformazzjoni ekonomika u soċjali fit-tranżizzjoni tagħhom lejn ekonomija newtrali għall-klima, ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri individwalment. Ir-raġunijiet ewlenin f'dan ir-rigward huma, minn naħa waħda, id-disparitajiet bejn il-livelli ta' żvilupp tat-territorji differenti u r-ritard ta' dawk it-territorji li huma anqas favoriti, kif ukoll il-limitu fuq ir-riżorsi finanzjarji tal-Istati Membri u tat-territorji u, min-naħa l-oħra, il-ħtieġa għal qafas ta' implimentazzjoni koerenti li jkopri diversi fondi tal-Unjoni taħt ġestjoni kondiviża. Billi dawn l-objettivi jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 TUE. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawn l-għanijiet.
(19)  L-objettivi ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jiġu appoġġati n-nies, l-ekonomija u l-ambjent ta' territorji li jkunu qed jiffaċċjaw trasformazzjoni ekonomika u soċjali fit-tranżizzjoni tagħhom lejn ekonomija newtrali għall-klima, ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri individwalment. Ir-raġunijiet ewlenin f'dan ir-rigward huma, minn naħa waħda, id-disparitajiet bejn il-livelli ta' żvilupp tat-territorji differenti u r-ritard ta' dawk it-territorji li huma anqas favoriti, kif ukoll il-limitu fuq ir-riżorsi finanzjarji tal-Istati Membri u tat-territorji u, min-naħa l-oħra, il-ħtieġa għal qafas ta' implimentazzjoni koerenti li jkopri diversi fondi tal-Unjoni taħt ġestjoni kondiviża u li jiżgura l-konformità mal-istandards soċjali u ambjentali għoljin u l-promozzjoni tal-parteċipazzjoni tal-ħaddiema. Billi dawn l-objettivi jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 TUE. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawn l-għanijiet.
Emenda 18
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1
1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta (Just Transition Fund, "JTF") biex jipprovdi appoġġ lit-territorji li qed jaffaċċaw sfidi soċjoekonomiċi serji li jirriżultaw mill-proċess ta' tranżizzjoni lejn ekonomija tal-UE newtrali għall-klima sal-2050.
1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta (Just Transition Fund, "JTF") biex jipprovdi appoġġ lin-nies, l-ekonomija u l-ambjent ta' territorji li qed jaffaċċaw sfidi soċjoekonomiċi serji li jirriżultaw mill-proċess ta' tranżizzjoni lejn l-ilħuq tal-miri tal-2030 tal-Unjoni għall-enerġija u l-klima, u lejn ekonomija tal-Unjoni newtrali għall-klima sal-2050.
Emenda 19
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1
F'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu [4 (1)] tar-Regolament (UE) [RDK ġdid], il-JTF għandu jikkontribwixxi għall-objettiv speċifiku uniku li "jippermetti lir-reġjuni u n-nies jindirizzaw l-impatti soċjali u ekonomiċi tat-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima".
F'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu [4(1)] tar-Regolament (UE) [RDK ġdid], il-JTF għandu jikkontribwixxi għall-objettiv speċifiku uniku li "jippermetti lir-reġjuni, in-nies, l-intrapriżi u partijiet ikkonċernati oħra jindirizzaw l-impatti soċjali, tal-impjieg, ekonomiċi u ambjentali tat-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima" sal-2050 u l-miri intermedjarji għall-2030, f'konformità mal-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi.
Emenda 20
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
2.  Ir-riżorsi għall-FTĠ fil-kuntest tal-Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi li huma disponibbli bħala impenn baġitarju għall-perjodu mill-2021 sal-2027 għandhom ilaħħqu l-EUR 11 270 459 000 fi prezzijiet attwali, ammont li jista' jiżdied, skont il-każ, b'riżorsi addizzjonali allokati fil-baġit tal-Unjoni, u b'riżorsi oħra skont l-att bażiku applikabbli.
2.  Ir-riżorsi għall-JTF fil-kuntest tal-Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi li huma disponibbli bħala impenn baġitarju għall-perjodu mill-2021 sal-2027 għandhom ilaħħqu l-EUR 25 358 532 750 fi prezzijiet tal-2018 ("ammont prinċipali"), u m'għandhomx jirriżultaw mit-trasferiment ta' riżorsi minn Fondi oħra koperti mir-Regolament (UE) .../... [RDK ġdid]. L-ammont prinċipali jista' jiżdied, skont il-każ, b'riżorsi addizzjonali allokati fil-baġit tal-Unjoni, u b'riżorsi oħra skont l-att bażiku applikabbli.
Emenda 21
Proposta għal regolament
Artikolu 3a – paragrafu 3
3.  It-tqassim annwali tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 mill-Istati Membri għandu jiġi inkluż fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 3(3) skont il-metodoloġija stipulata fl-Anness I.
3.   Fuq it-talba ta' Stat Membru, l-ammont imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandu jkun disponibbli wkoll għas-snin 2025-2027. Għal kull perjodu, it-tqassimiet annwali rispettivi tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu mill-Istati Membri għandu jiġi inkluż fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 3(3) skont il-metodoloġija stipulata fl-Anness I.
Emenda 22
Proposta għal regolament
Artikolu 3b (ġdid)
Artikolu 3b
Mekkaniżmu ta' Premjar Ekoloġiku
18 % tat-total tal-ammonti msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2) u tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3a(1) għandhom jiġu allokati skont kemm l-Istati Membri jnaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra malajr, diviżi bl-aħħar ING medju tagħhom.
Emenda 23
Proposta għal regolament
Artikolu 3c (ġdid)
Artikolu 3c
Allokazzjonijiet speċifiċi għar-reġjuni ultraperiferiċi u l-gżejjer
1 % tat-total tal-ammonti msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2) u fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3a(1) għandu jkun allokazzjoni speċifika għall-gżejjer, u 1 % għandu jkun allokazzjoni speċifika għar-reġjuni ultraperiferiċi, kif imsemmi fl-Artikolu 349 tat-TFUE, mogħtija lill-Istati Membri kkonċernati.
Emenda 66
Proposta għal regolament
Artikolu 3d (ġdid)
Artikolu 3d
Aċċess għall-JTF
L-aċċess għall-JTF għandu jkun kundizzjonali fuq l-adozzjoni ta' objettiv nazzjonali lejn l-ilħiq ta' newtralità klimatika sal-2050.
Għal dawk l-Istati Membri li għad m'għandhomx mira nazzjonali ta' newtralità klimatika, se jiġi biss rilaxxat biss 50 % tal-allokazzjoni nazzjonali tagħhom, filwaqt li l-50 % li jifdal se jsir disponibbli ladarba jkunu adottaw dik il-mira.
Emenda 24
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt a
(a)  investimenti produttivi fl-SMEs, inklużi negozji ġodda, li jwasslu għal diversifikazzjoni u rikonverżjoni ekonomiċi;
(a)  investimenti produttivi u sostenibbli fil-mikrointrapriżi u fl-SMEs, inklużi negozji ġodda u turiżmu sostenibbli, li jwasslu għal ħolqien tal-impjiegi, modernizzazzjoni, diversifikazzjoni u rikonverżjoni ekonomiċi;
Emenda 25
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt b
(b)  investimenti fil-ħolqien ta' ditti ġodda, inkluż permezz ta' inkubaturi tan-negozju u servizzi ta' konsulenza;
(b)  investimenti fil-ħolqien ta' ditti ġodda u fl-iżvilupp ta' dawk eżistenti, inkluż permezz ta' inkubaturi tan-negozju u servizzi ta' konsulenza, li jwasslu għall-ħolqien tal-impjiegi;
Emenda 26
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt ba (ġdid)
(ba)  investimenti fl-infrastrutturi soċjali, li jwasslu għall-ħolqien tal-impjiegi u diversifikazzjoni ekonomika;
Emenda 27
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt c
(c)  investimenti f'attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni u t-trawwim ta' trasferiment ta' teknoloġiji avvanzati;
(c)  investimenti f'attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni, inkluż fl-universitajiet u fl-istituti pubbliċi ta' riċerka u t-trawwim tat-trasferiment ta' teknoloġiji avvanzati u lesti għas-suq;
Emenda 28
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt d
(d)  investimenti fl-użu ta' teknoloġija u infrastrutturi għal enerġija nadifa u affordabbli, fi tnaqqis ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra, fl-effiċjenza enerġetika u fl-enerġija rinnovabbli;
(d)  investimenti fl-użu ta' teknoloġija u infrastrutturi għal enerġija nadifa u affordabbli u s-sistemi tagħhom, fit-tnaqqis ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra, l-effiċjenza enerġetika, it-teknoloġiji għall-ħżin tal-enerġija u l-enerġija rinnovabbli u sostenibbli, meta tali investimenti jwasslu għall-ħolqien ta' impjiegi u ż-żamma ta' impjiegi sostenibbli fuq skala kbira;
Emenda 29
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt da (ġdid)
(da)  investimenti f'mobbiltà intelliġenti u sostenibbli u infrastruttura tat-trasport li ma tagħmilx ħsara lill-ambjent;
Emenda 30
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt db (ġdid)
(db)  investimenti fi proġetti li jiġġieldu l-faqar enerġetiku, b'mod partikolari fl-akkomodazzjoni soċjali, u li jippromwovu l-effiċjenza enerġetika, approċċ newtrali għall-klima u tisħin distrettwali b'emissjonijiet baxxi fir-reġjuni l-aktar milquta;
Emenda 31
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt e
(e)  investimenti fid-diġitalizzazzjoni u l-konnettività diġitali;
(e)  investimenti fid-diġitalizzazzjoni, l-innovazzjoni diġitali u l-konnettività diġitali, inklużi l-agrikoltura diġitali u dik ta' preċiżjoni;
Emenda 32
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt f
(f)  investimenti fir-riġenerazzjoni u d-dekontaminazzjoni ta' siti, restawr ta' art u proġetti ta' adattament;
(f)  investimenti fl-infrastruttura ekoloġika kif ukoll fir-riġenerazzjoni u d-dekontaminazzjoni ta' siti, artijiet abbandunati (brownfields) u proġetti ta' adattament, kull meta ma jkunx jista' jiġi applikat il-prinċipju ta' "min iniġġes iħallas";
Emenda 104
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt g
(g)  investimenti fit-titjib tal-ekonomija ċirkolari, inkluż permezz tal-prevenzjoni, it-tnaqqis, l-effiċjenza fir-riżorsi, l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-iskart;
(g)  investimenti fit-titjib tal-ekonomija ċirkolari permezz tal-prevenzjoni, it-tnaqqis, l-effiċjenza fir-riżorsi, l-użu mill-ġdid, it-tiswija u r-riċiklaġġ tal-iskart;
Emenda 33
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt ga (ġdid)
(ga)  ħolqien u żvilupp ta' servizzi soċjali u pubbliċi ta' interess ġenerali;
Emenda 34
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt gb (ġdid)
(gb)  investimenti fil-kultura, l-edukazzjoni u l-bini tal-komunità, inkluża l-valorizzazzjoni tal-wirt tanġibbli u intanġibbli tal-minjieri u ċ-ċentri tal-komunità;
Emenda 35
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt h
(h)  it-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid tal-ħaddiema;
(h)  it-titjib tal-ħiliet, it-taħriġ mill-ġdid u t-taħriġ tal-ħaddiema u ta' min ikun qed ifittex impjieg;
Emenda 36
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt i
(i)  għajnuna fit-tiftix għal min ikun qed ifittex impjieg;
(i)  għajnuna fit-tiftix għal min ikun qed ifittex impjieg, appoġġ għal tixjiħ attiv u appoġġ għall-introjtu għal ħaddiema fi tranżizzjoni minn impjieg għal ieħor;
Emenda 37
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt j
(j)  l-inklużjoni attiva ta' min ikun qed ifittxu impjieg;
(j)  l-inklużjoni attiva ta' min ikun qed ifittex impjieg, partikolarment in-nisa, il-persuni b'diżabbiltà u l-gruppi vulnerabbli;
Emenda 38
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
Barra minn hekk, il-JTF jista' jappoġġa, f'żoni magħżula bħala żoni megħjuna skont l-Artikolu 107(3)(a) u (c) TFUE, investimenti produttivi f'intrapriżi li mhumiex SMEs, sakemm dawn l-investimenti jkunu ġew approvati bħala parti mill-pjan territorjali ta' tranżizzjoni ġusta bbażat fuq l-informazzjoni meħtieġa skont il-punt (h) tal-Artikolu 7(2). Dawn l-investimenti għandhom ikunu eliġibbli biss meta jkunu meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-pjan territorjali ta' tranżizzjoni ġusta.
Barra minn hekk, il-JTF jista' jappoġġa, f'reġjuni inqas żviluppati u fi tranżizzjoni kif stipulat fl-Artikolu 102(2) tar-Regolament Nru. .../... [RDK ġdid], investimenti produttivi f'intrapriżi li mhumiex SMEs, dment li dawn l-investimenti jkunu ġew approvati bħala parti mill-pjan territorjali ta' tranżizzjoni ġusta bbażat fuq l-informazzjoni meħtieġa skont il-punt (h) tal-Artikolu 7(2). Dawn l-investimenti għandhom ikunu eliġibbli biss meta jkunu meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-pjan territorjali ta' tranżizzjoni ġusta, biex jinħolqu impjiegi ġodda, u meta dawn jikkonformaw ma' miri soċjali għall-ħolqien tal-impjiegi, l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-pagi ugwali u l-miri ambjentali, u fejn dawn jiffaċilitaw it-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima mingħajr ma jappoġġaw ir-rilokazzjoni, f'konformità mal-Artikolu 60(1) tar-Regolament Nru ../... [RDK ġdid].
Emenda 39
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 3
Il-JTF jista' jappoġġa investimenti biex jinkiseb it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra minn attivitajiet elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dment li dawn l-investimenti jkunu ġew approvati bħala parti mill-pjan ta' tranżizzjoni territorjali bbażat fuq l-informazzjoni meħtieġa skont il-punt (i) tal-Artikolu 7(2). Dawn l-investimenti għandhom ikunu eliġibbli biss meta jkunu meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-pjan territorjali ta' tranżizzjoni ġusta.
Il-JTF jista' jappoġġa investimenti biex jinkiseb it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra minn attivitajiet elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dment li dawn l-investimenti jkunu ġew approvati bħala parti mill-pjan ta' tranżizzjoni territorjali bbażat fuq l-informazzjoni meħtieġa skont il-punt (i) tal-Artikolu 7(2) ta' dan ir-Regolament u li jkunu konformi mal-kondizzjonijiet l-oħra stabbiliti fis-subparagrafu 2 ta' dan il-paragrafu. Dawn l-investimenti għandhom ikunu eliġibbli biss meta jkunu meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-pjan territorjali ta' tranżizzjoni ġusta.
Emenda 40
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt c
(c)  impriżi f'diffikultà, kif definiti fl-Artikolu 2(18) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/201416;
(c)  impriżi f'diffikultà, kif definiti fl-Artikolu 2(18) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/201416, ħlief f'każijiet fejn id-diffikultajiet jirriżultaw mill-proċess ta' tranżizzjoni tal-enerġija jew fejn id-diffikultajiet ikunu bdew wara l-15 ta' Frar 2020 u jirriżultaw mill-kriżi tal-COVID-19;
__________________
__________________
16 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta' Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta' għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1).
16 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta' Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta' għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1).
Emenda 41
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt d
(d)  investiment relatat mal-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni, il-ħażin jew il-kombustjoni tal-fjuwils fossili;
(d)  investiment relatat mal-produzzjoni, l-ipproċessar, it-trasport, id-distribuzzjoni, il-ħżin jew il-kombustjoni tal-fjuwils fossili;
Emenda 42
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt e
(e)  investiment fl-infrastruttura tal-broadband f'żoni fejn hemm mill-inqas żewġ netwerks tal-broadband ta' kategorija ekwivalenti.
(e)  investiment fl-infrastruttura tal-broadband f'żoni fejn soluzzjonijiet ekwivalenti huma pprovduti mis-suq f'kundizzjonijiet kompetittivi lill-klijenti;
Emenda 43
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)
(ea)  investiment f'intrapriżi li mhumiex SMEs, li jinvolvu t-trasferiment tal-impjiegi u tal-proċessi ta' produzzjoni minn Stat Membru għall-ieħor jew għal pajjiż terz;
Emenda 44
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt eb (ġdid)
(eb)  operazzjonijiet f'reġjun NUTS 2 fejn il-ftuħ ta' minjiera ġdida tal-faħam, tal-linjite jew taż-żejt tax-shale jew għalqa għall-estrazzjoni tal-pit, jew il-ftuħ mill-ġdid ta' minjiera dekummissjonata b'mod temporanju tal-faħam, tal-linjite jew taż-żejt tax-shale jew ta' għalqa għall-estrazzjoni tal-pit, ikun skedat għal matul id-durata tal-programm.
Emenda 45
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1a (ġdid)
B'deroga mill-punt (d) tal-Artikolu 5(1) ta' dan ir-Regolament, għar-reġjuni li jiddependu ħafna fuq l-estrazzjoni u l-kombustjoni tal-faħam, il-linjite, ix-xejl taż-żejt jew il-pit, il-Kummissjoni tista' tapprova pjanijiet territorjali ta' tranżizzjoni ġusta li jinkludu investimenti f'attivitajiet relatati mal-gass naturali, dment li tali attivitajiet jikkwalifikaw bħala ambjentalment sostenibbli skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2020/85216a [Tassonomija] u jikkonformaw mal-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:
(a)  jintużaw bħala teknoloġija li sservi ta' pont li tieħu post il-faħam, il-linjite, il-pit jew ix-xejl taż-żejt;
(b)  ikunu fil-limiti tad-disponibbiltà sostenibbli jew kompatibbli mal-użu tal-idroġenu nadif, il-bijogass u l-bijometanu;
(c)  jikkontribwixxu għall-objettivi ambjentali tal-Unjoni dwar il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih, permezz tal-aċċelerazzjoni tal-eliminazzjoni gradwali sħiħa tal-faħam, il-linjite, il-pit jew iż-żejt bituminuż;
(d)  iwasslu għal tnaqqis sinifikanti fl-emissjonijiet ta' gassijiet serra u t-tniġġis tal-arja u jżidu l-effiċjenza enerġetika;
(e)  jikkontribwixxu wkoll għall-ġlieda kontra l-faqar enerġetiku;
(f)  ma jfixklux l-iżvilupp ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli fit-territorji kkonċernati u jkunu kompatibbli u f'sinerġija ma' użu futur ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli.
F'każijiet debitament ġustifikati, il-Kummissjoni tista' wkoll tapprova investimenti f'attivitajiet li ma jikkwalifikawx skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2020/852 [Tassonomija], jekk jikkonformaw mal-kundizzjonijiet l-oħra kollha stabbiliti fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, u jekk l-Istat Membru jkun jista' jiġġustifika, fil-pjan territorjali ta' tranżizzjoni ġusta, il-ħtieġa li jiġu appoġġati dawk l-attivitajiet u juri l-konsistenza ta' dawk l-attivitajiet mal-objettivi u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-enerġija u l-klima, kif ukoll il-Pjan Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima tiegħu.
______________
16a Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13).
Emenda 46
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
Ir-riżorsi tal-JTF għandhom jiġu pprogrammati għall-kategoriji tar-reġjuni fejn jinsabu t-territorji kkonċernati, fuq il-bażi tal-pjanijiet territorjali ta' tranżizzjoni ġusta stabbiliti skont l-Artikolu 7 u approvati mill-Kummissjoni bħala parti minn programm jew emenda ta' programm. Ir-riżorsi programmati għandhom jieħdu l-forma ta' programm speċifiku wieħed jew aktar jew ta' prijorità waħda jew aktar fil-kuntest ta' programm.
Ir-riżorsi tal-JTF għandhom jiġu pprogrammati għall-kategoriji tar-reġjuni fejn jinsabu t-territorji jew l-attivitajiet ekonomiċi kkonċernati, fuq il-bażi tal-pjanijiet territorjali ta' tranżizzjoni ġusta stabbiliti skont l-Artikolu 7 u approvati mill-Kummissjoni bħala parti minn programm jew emenda ta' programm. Ir-riżorsi programmati għandhom jieħdu l-forma ta' programm speċifiku wieħed jew aktar jew ta' prijorità waħda jew aktar fil-kuntest ta' programm.
Emenda 47
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
Il-Kummissjoni għandha tapprova programm biss fejn l-identifikazzjoni tat-territorji l-aktar milquta ħażin mill-proċess ta' tranżizzjoni, inklużi fil-pjan territorjali ta' tranżizzjoni ġusta rilevanti, tkun debitament iġġustifikata u l-pjan territorjali ta' tranżizzjoni ġusta rilevanti jkun konsistenti mal-Pjan Nazzjonali dwar l-Enerġija u l-Klima tal-Istat Membru kkonċernat.
Dment li ma tiġġustifikax b'mod debitu r-raġuni għar-rfjut tal-approvazzjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha tapprova programm fejn it-territorji l-aktar milquta ħażin mill-proċess ta' tranżizzjoni, inklużi fil-pjan territorjali ta' tranżizzjoni ġusta rilevanti, ikunu debitament iġġustifikati u l-pjan territorjali ta' tranżizzjoni ġusta rilevanti jkun konsistenti mal-Pjan Nazzjonali dwar l-Enerġija u l-Klima tal-Istat Membru kkonċernat, l-objettiv ta' newtralità klimatika sal-2050, il-passi intermedji sal-2030 u l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali.
Emenda 48
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 2
2.  Il-prijorità jew prijoritajiet tal-JTF għandhom jinkludu r-riżorsi tal-JTF li jikkonsistu mill-allokazzjoni sħiħa jew parzjali tal-JTF għall-Istati Membri u r-riżorsi trasferiti skont l-Artikolu [21a] tar-Regolament (UE) [RDK ġdid]. It-total tar-riżorsi tal-FEŻR u l-FSE+ ittrasferit lill-prijorità tal-JTF għandu jkun mill-inqas ugwali għal darba u nofs l-ammont ta' sostenn mill-JTF għal dik il-prijorità iżda ma għandux jaqbeż tliet darbiet dak l-ammont.
2.  Il-prijorità jew prijoritajiet tal-JTF għandhom jinkludu r-riżorsi tal-JTF li jikkonsistu mill-allokazzjoni sħiħa jew parzjali tal-JTF għall-Istati Membri. Dawk ir-riżorsi jistgħu jiġu komplementati bir-riżorsi trasferiti fuq bażi volontarja skont l-Artikolu [21a] tar-Regolament (UE) [RDK ġdid]. It-total tar-riżorsi tal-FEŻR u l-FSE+ li jrid jiġi ttrasferit lill-prijorità tal-JTF m'għandux jaqbeż darba u nofs l-ammont ta' sostenn mill-JTF għal dik il-prijorità. Ir-riżorsi trasferiti mill-FEŻR u l-FSE+ għandhom iżommu l-objettivi oriġinali tagħhom u jiġu inklużi fil-livelli ta' konċentrazzjoni tematika tal-FEŻR u l-FSE+ .
Emenda 49
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.  Il-JTF huwa mfassal għall-komunitajiet l-aktar vulnerabbli f'kull reġjun, u għalhekk proġetti eliġibbli ffinanzjati taħt il-JTF li jikkontribwixxu għall-objettiv speċifiku fl-Artikolu 2 għandhom jibbenefikaw minn kofinanzjament sa 85 % tal-ispejjeż rilevanti.
Emenda 50
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1
1.  L-Istati Membri għanhom iħejju, flimkien mal-awtoritajiet rilevanti tat-territorji kkonċernati, pjan territorjali ta' tranżizzjoni ġusta wieħed jew aktar li jkopru territorju wieħed effettwat jew aktar li jikkorrispondu għal-livell 3 tal-klassifika komuni tal-unitajiet territorjali għall-istatistika (reġjuni "NUTS livell 3") kif stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 868/2014 tal-Kummissjoni17, jew minn partijiet minnu, f'konformità mal-mudell li jinsab fl-Anness II. Dawn it-territorji għandhom ikunu dawk l-aktar milquta ħażin fuq il-bażi tal-impatti ekonomiċi u soċjali li jirriżultaw mit-tranżizzjoni, b'mod partikolari fir-rigward tat-telf mistenni ta' impjiegi fil-produzzjoni u l-użu tal-fjuwil fossili u l-ħtiġijiet ta' trasformazzjoni tal-proċessi ta' produzzjoni ta' faċilitajiet industrijali bl-ogħla intensità ta' gassijiet serra.
1.  L-Istati Membri għandhom iħejju, flimkien mal-awtoritajiet lokali u reġjonali rilevanti tat-territorji kkonċernati u skont il-prinċipju tas-sħubija stabbilit fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) .../... [RDK ġdid], u fejn rilevanti, bl-assistenza tal-BEI u l-FEI, pjan territorjali ta' tranżizzjoni ġusta wieħed jew aktar li jkopru territorju affettwat wieħed jew aktar li jikkorrispondu għal-livell 3 tal-klassifika komuni tal-unitajiet territorjali għall-istatistika (reġjuni "NUTS livell 3") kif stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE2016/2066 tal-Kummissjoni17, jew minn partijiet minnu, f'konformità mal-mudell li jinsab fl-Anness II. Dawn it-territorji għandhom ikunu dawk l-aktar milquta ħażin fuq il-bażi tal-impatti ekonomiċi u soċjali li jirriżultaw mit-tranżizzjoni, b'mod partikolari fir-rigward tat-telf mistenni ta' impjiegi fil-produzzjoni u l-użu tal-fjuwil fossili u l-ħtiġijiet ta' trasformazzjoni tal-proċessi ta' produzzjoni ta' faċilitajiet industrijali bl-ogħla intensità ta' gassijiet serra.
__________________
__________________
17 Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta' klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1).
17 Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta' klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1).
Emenda 51
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt a
(a)  deskrizzjoni tal-proċess ta' tranżizzjoni fil-livell nazzjonali lejn ekonomija newtrali għall-klima, inkluż skeda ta' żmien għall-passi ewlenin ta' tranżizzjoni li jkunu konsistenti mal-aktar verżjoni reċenti tal-Pjan Nazzjonali tal-Enerġija u l-Klima (“NECP”);
(a)  deskrizzjoni tal-proċess ta' tranżizzjoni fil-livell nazzjonali lejn l-ilħuq tal-objettivi klimatiċi tal-Unjoni tal-2030, u ekonomija klimatikament newtrali sal-2050, inkluż skeda ta' żmien għall-passi ewlenin ta' tranżizzjoni li jkunu konsistenti mal-aktar verżjoni reċenti tal-Pjan Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima ("NECP")
Emenda 52
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt b
(b)  ġustifikazzjoni għall-identifikazzjoni tat-territorji bħala l-aktar milquta ħażin mill-proċess ta' tranżizzjoni imsemmija fil-punt (a) u li għandhom jiġu appoġġati mill-JTF, skont il-paragrafu 1;
(b)  ġustifikazzjoni għall-identifikazzjoni tat-territorji bħala l-aktar milquta ħażin mill-proċess ta' tranżizzjoni imsemmija fil-punt (a) u li għandhom jiġu appoġġati mill-JTF, skont il-paragrafu 1, inklużi indikaturi bħar-rata tal-qgħad u r-rata tad-depopolazzjoni;
Emenda 53
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt c
(c)  valutazzjoni tal-isfidi ta' tranżizzjoni ffaċċjati mit-territorji milquta l-aktar ħażin, inkluż l-impatt soċjali, ekonomiku u ambjentali tat-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima, li tidentifika l-għadd potenzjali ta' impjiegi milquta u t-telf ta' impjiegi, il-ħtiġijiet u l-objettivi ta' żvilupp li jridu jinkisbu sal-2030 marbuta mat-trasformazzjoni jew l-għeluq ta' attivitajiet b'emissjonijiet għoljin ta' gassijiet serra f'dawn it-territorji;
(c)  valutazzjoni tal-impatt tal-isfidi ta' tranżizzjoni ffaċċjati mit-territorji milquta l-aktar ħażin, inkluż l-impatt soċjali, ekonomiku u ambjentali tat-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima, li tidentifika l-għadd potenzjali ta' impjiegi milquta u t-telf ta' impjiegi, l-impatt potenzjali fuq id-dħul tal-gvern, il-ħtiġijiet u l-objettivi ta' żvilupp marbuta mat-trasformazzjoni jew l-għeluq ta' attivitajiet b'emissjonijiet għoljin ta' gassijiet serra f'dawn it-territorji, u l-isfidi rigward il-faqar enerġetiku;
Emenda 54
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt d
(d)  deskrizzjoni tal-kontribut mistenni tal-appoġġ tal-JTF biex jiġu indirizzati l-impatti soċjali, ekonomiċi u ambjentali tat-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima;
(d)  deskrizzjoni tal-kontribut mistenni tal-appoġġ tal-JTF biex jiġu indirizzati l-impatti soċjali, demografiċi, ekonomiċi, tas-saħħa u ambjentali tat-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima;
Emenda 55
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt e
(e)  valutazzjoni tal-konsistenza tiegħu ma' strateġiji u pjanijiet nazzjonali, reġjonali jew territorjali oħra;
(e)  valutazzjoni tal-konsistenza tiegħu ma' strateġiji u pjanijiet nazzjonali, reġjonali jew territorjali oħra, fejn rilevanti;
Emenda 56
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt h
(h)  fejn jingħata appoġġ lil investimenti produttivi lil intrapriżi li mhumiex SMEs, lista eżawrjenti ta' dawn l-operazzjonijiet u intrapriżi u ġustifikazzjoni tan-neċessità ta' tali appoġġ permezz ta' analiżi tal-lakuni li turi li t-telf mistenni ta' impjiegi jaqbeż l-għadd mistenni ta' impjiegi maħluqa fin-nuqqas tal-investiment;
(h)  fejn jingħata appoġġ lil investimenti produttivi lil intrapriżi li mhumiex SMEs, lista indikattiva ta' dawn l-operazzjonijiet u intrapriżi u ġustifikazzjoni tan-neċessità ta' tali appoġġ permezz ta' analiżi tal-lakuni li turi li t-telf mistenni ta' impjiegi jaqbeż l-għadd mistenni ta' impjiegi maħluqa fin-nuqqas tal-investiment;
Emenda 57
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 3
3.  It-tħejjija u l-implimentazzjoni ta' pjanijiet territorjali ta' tranżizzjoni ġusta għandhom jinvolvu lill-imsieħba rilevanti f'konformità mal-Artikolu [6] tar-Regolament (UE) [RDK ġdid].
3.  It-tħejjija u l-implimentazzjoni ta' pjanijiet territorjali ta' tranżizzjoni ġusta għandhom jinvolvu lis-sħab rilevanti f'konformità mal-Artikolu [6] tar-Regolament (UE) [RDK ġdid], u fejn rilevanti, il-BEI u l-FEI.
Emenda 58
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 2
2.  Għall-indikaturi tal-output, il-linji bażi għandhom ikunu stabbiliti għal żero. It-tragwardji stabbiliti għall-2024 u l-miri stabbiliti għall-2029 għandhom ikunu kumulattivi. Il-miri ma għandhomx jiġu riveduti wara li t-talba għal emenda tal-programm ippreżentata skont l-Artikolu [14(2)] tar-Regolament (UE) [RDK ġdid] tkun ġiet approvata mill-Kummissjoni.
2.  Għall-indikaturi tal-output, il-linji bażi għandhom ikunu stabbiliti għal żero. It-tragwardji stabbiliti għall-2024 u l-miri stabbiliti għall-2029 għandhom ikunu kumulattivi.
Emenda 59
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 1
Fejn il-Kummissjoni tikkonkludi, abbażi tal-eżami tar-rapport tal-prestazzjoni finali tal-programm, li ma nkisibx mill-inqas 65 % tal-mira stabbilita għal indikatur ta' output jew riżultat wieħed jew aktar għar-riżorsi tal-JTF, hija tista' tagħmel korrezzjonijiet finanzjarji skont l-Artikolu [98] tar-Regolament (UE) [RDK ġdid] billi tnaqqas is-sostenn mill-JTF għall-prijorità kkonċernata b'mod proporzjonali għall-kisbiet.
Abbażi tar-rapport tal-prestazzjoni finali tal-programm, il-Kummissjoni tista' tagħmel korrezzjonijiet finanzjarji skont ir-Regolament (UE) [RDK ġdid].
Emenda 60
Proposta għal regolament
Artikolu 10a (ġdid)
Artikolu 10a
Dispożizzjonijiet tranżitorji
L-Istati Membri għandhom jibbenefikaw minn perjodu ta' transizzjoni sa... [sena mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] għat-tħejjija u l-adozzjoni tal-pjanijiet territorjali ta' tranżizzjoni ġusta. L-Istati Membri kollha għandhom ikunu kompletament eliġibbli għal finanzjament skont dan ir-Regolament matul dak il-perjodu ta' tranżizzjoni, li ma għandux jitqies mill-Kummissjoni meta tkun qed tikkunsidra deċiżjoni dwar diżimpenn jew telf ta' finanzjament.
Emenda 61
Proposta għal regolament
Artikolu 10b (ġdid)
Artikolu 10b
Rieżami
Sa mhux aktar tard minn tmiem ir-rieżami ta' nofs it-terminu tal-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-implimentazzjoni tal-JTF u tivvaluta jekk huwiex adegwat li jiġi emendat il-kamp ta' applikazzjoni tiegħu skont il-bidliet possibbli fir-Regolament (UE) 2020/852, l-objettivi klimatiċi tal-Unjoni kif stipulati fir-Regolament (UE) 2020/... [il-Liġi Ewropea dwar il-Klima] u l-evoluzzjoni fl-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni dwar il-Finanzi Sostenibbli. Abbażi ta' dan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jista' jiġi akkumpanjat minn proposti leġiżlattivi.

(1) Il-każ ġie mgħoddi lura għan-negozjati interistituzzjonali lill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 59(4), ir-raba' subparagrafu (A9-0135/2020).

Aġġornata l-aħħar: 12 ta' Jannar 2021Avviż legali - Politika tal-privatezza