Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Testi adottati
PDF 129kWORD 43k
Il-Ħamis, 17 ta' Settembru 2020 - Brussell
Abbozz tal-baġit emendatorju Nru 8: Żieda fl-approprjazzjonijiet ta' pagament għall-Istrument għall-Appoġġ ta' Emerġenza biex tiġi ffinanzjata l-istrateġija dwar il-vaċċini kontra l-COVID-19 u għall-impatt tal-Inizjattiva ta' Investiment fir-Rispons għall-Coronavirus Plus
P9_TA(2020)0237

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Settembru 2020 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 8/2020 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020 - Żieda fl-approprjazzjonijiet ta' pagament għall-Istrument għall-Appoġġ ta' Emerġenza biex tiġi ffinanzjata l-istrateġija dwar il-vaċċini kontra l-COVID-19 u għall-impatt tal-Inizjattiva ta' Investiment fir-Rispons għall-Coronavirus Plus (10696/2020 – C9-0290/2020 – 2020/1997(BUD))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106(a) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, adottat b'mod definittiv fis-27 ta’ Novembru 2019(2),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(3),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(4),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 8/2020 adottat mill-Kummissjoni fit-28 ta’ Awwissu 2020 (COM(2020)0900),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 8/2020, adottata mill-Kunsill fil-11 ta’ Settembru 2020 u li ntbagħtet lill-Parlament Ewropew dakinhar stess (10696/2020 – C9-0290/2020),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 94, 96 u 163 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

1.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 8/2020;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-baġit emendatorju Nru 6/2020 ġie adottat b'mod definittiv u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(2)ĠU L 57, 27.2.2020.
(3)ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(4)ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

Aġġornata l-aħħar: 12 ta' Jannar 2021Avviż legali - Politika tal-privatezza