Emendi(1) adottati mill-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2020 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li jridu jitfasslu mill-Istati Membri taħt il-Politika Agrikola Komuni (il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (COM(2018)0392 – C8-0248/2018 – 2018/0216(COD))(2)
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Emendi 776 u 847 Proposta għal regolament Premessa 1
(1) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni intitolata "Il-Ġejjieni tal-Ikel u tal-Biedja" tad-29 ta' Novembru 2017 tistabbilixxi l-isfidi, l-objettivi u l-orjentazzjonijiet għall-Politika Agrikola Komuni ("PAK") wara l-2020. Dawn l-objettivi jinkludu, inter alia, il-ħtieġa li l-PAK tkun immexxija aktar mir-riżultati, li jissaħħu l-modernizzazzjoni u s-sostenibbiltà, inkluż is-sostenibbiltà ekonomika, soċjali, ambjentali u klimatika tal-agrikoltura, tal-forestrija u taż-żoni rurali u li tgħin biex jitnaqqas il-piż amministrattiv relatat mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għall-benefiċjarji.
(1) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni intitolata "Il-Ġejjieni tal-Ikel u tal-Biedja" tad-29 ta' Novembru 2017 tistabbilixxi l-isfidi, l-objettivi u l-orjentazzjonijiet għall-Politika Agrikola Komuni ("PAK") wara l-2020. Dawn l-objettivi jinkludu, inter alia, il-ħtieġa li l-PAK tkun immexxija aktar mir-riżultati, orjentata lejn is-suq, li jissaħħu l-modernizzazzjoni u s-sostenibbiltà, inkluż is-sostenibbiltà ekonomika, soċjali, demografika, ambjentali u klimatika tal-agrikoltura, tal-forestrija u taż-żoni rurali u li tgħin biex jitnaqqas il-piż amministrattiv relatat mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għall-benefiċjarji. Il-politika l-ġdida jenħtieġ li tirrappreżenta wkoll simplifikazzjoni għall-benefiċjarji li jenħtieġ li jirċievu dħul ġust. Sabiex il-PAK tilħaq dawk l-objettivi, huwa ta' importanza kbira li jinżamm l-istess livell ta' finanzjament fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 bħal matul il-perjodu 2014-2020.
Emenda 1 Proposta għal regolament Premessa 1a (ġdida)
(1a) Il-PAK għad għandha rwol ewlieni fl-iżvilupp taż-żoni rurali tal-Unjoni. Huwa għalhekk meħtieġ li jsir tentattiv biex jitnaqqas l-abbandun gradwali tal-attività agrikola billi tinżamm PAK b'saħħitha u b'riżorsi adegwati, sabiex jittaffa l-fenomenu ta' depopolazzjoni taż-żoni rurali u biex ikomplu jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tal-konsumaturi f'dak li jirrigwarda l-ambjent, is-sikurezza tal-ikel u l-benesseri tal-annimali. Fid-dawl tal-isfidi li qed jiffaċċjaw il-produtturi tal-Unjoni biex jirrispondu għal rekwiżiti regolatorji ġodda, u għal livell ogħla ta' ambizzjoni ambjentali, f'kuntest ta' volatilità tal-prezzijiet u ftuħ akbar tal-fruntieri tal-Unjoni għall-importazzjonijiet minn partijiet terzi, jenħtieġ li l-baġit iddedikat għall-PAK jinżamm għall-inqas fl-istess livell bħal fil-perjodu 2014-2020.
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 1b (ġdida)
(1b) Sabiex tindirizza d-dimensjoni globali u l-implikazzjonijiet tal-PAK, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura l-koerenza u l-kontinwità mal-politiki u l-istrumenti esterni l-oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp u fil-kummerċ.L-impenn tal-Unjoni għall-koerenza tal-politika għall-iżvilupp jirrikjedi l-kunsiderazzjoni tal-għanijiet u l-prinċipji tal-iżvilupp meta jitfasslu l-politiki.
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 2
(2) Peress li hemm il-ħtieġa li l-PAK ittejjeb ir-rispons tagħha għall-isfidi u għall-opportunitajiet hekk kif jimmanifestaw ruħhom fil-livell tal-Unjoni, fil-livell internazzjonali, nazzjonali, reġjonali, lokali u fil-livell tal-azjendi agrikoli, huwa meħtieġ li tiġi ssimplifikata l-governanza tal-PAK u jitjieb ir-rendiment tagħha tal-objettivi tal-Unjoni u li jitnaqqas b'mod sinifikanti l-piż amministrattiv. Fil-PAK ibbażata fuq il-prestazzjoni ("il-mudell ta' implimentazzjoni"), l-Unjoni jenħtieġ tistabbilixxi l-parametri bażiċi ta' politika bħal pereżempju l-objettivi tal-PAK u rekwiżiti bażiċi, filwaqt li l-Istati Membri jenħtieġ jerfgħu responsabbiltà akbar għal kif jilħqu l-objettivi u kif jiksbu l-miri. Is-sussidjarjetà msaħħa tippermetti li jitqiesu aħjar il-kundizzjonijiet u l-bżonnijiet lokali, u jitfasslu apposta l-appoġġ biex jiġi massimizzat il-kontribut għall-objettivi tal-Unjoni.
(2) Peress li hemm il-ħtieġa li l-PAK ittejjeb ir-rispons tagħha għall-isfidi u għall-opportunitajiet hekk kif jimmanifestaw ruħhom fil-livell tal-Unjoni, fil-livell internazzjonali, nazzjonali, reġjonali, lokali u fil-livell tal-azjendi agrikoli, huwa meħtieġ li tiġi ssimplifikata l-governanza tal-PAK u jitjieb ir-rendiment tagħha tal-objettivi tal-Unjoni u li jitnaqqas b'mod sinifikanti l-piż amministrattiv għall-benefiċjarji, b'mod partikolari għall-benefiċjarji finali. Fil-PAK ibbażata fuq il-prestazzjoni ("il-mudell ta' implimentazzjoni"), l-Unjoni jenħtieġ li tistabbilixxi l-parametri bażiċi ta' politika bħal pereżempju l-objettivi tal-PAK u rekwiżiti bażiċi, filwaqt li l-Istati Membri jenħtieġ li jerfgħu responsabbiltà akbar għal kif jilħqu l-objettivi u kif jiksbu l-miri, filwaqt li jiżguraw ċertezza politika u sigurtà finanzjarja għas-settur. Is-sussidjarjetà msaħħa tippermetti li jitqiesu aħjar il-kundizzjonijiet u l-bżonnijiet lokali, u jitfassal apposta l-appoġġ biex jiġi massimizzat il-kontribut għall-objettivi tal-Unjoni. Madankollu, sabiex din is-sussidjarjetà ma tirrappreżentax nazzjonalizzazzjoni mill-ġdid tal-PAK, dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun fih korp sod ta' dispożizzjonijiet tal-Unjoni maħsub biex jevita distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u jiżgura trattament mhux diskriminatorju għall-bdiewa kollha tal-Unjoni fit-territorju kollu tal-Unjoni.
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 3
(3) L-użu ta' definizzjonijiet komuni stabbiliti bis-sħiħ fil-livell tal-Unjoni kkawża xi diffikultajiet għall-Istati Membri biex jindirizzaw l-ispeċifiċitajiet tagħhom stess fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali. Għalhekk jenħtieġ li l-Istati Membri jingħataw il-flessibbiltà biex jispeċifikaw ċerti definizzjonijiet fil-Pjan Strateġiku tal-PAK tagħhom. Madankollu, sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi, irid jiġi stabbilit qafas fil-livell tal-Unjoni li jikkostitwixxi l-elementi essenzjali meħtieġa li jridu jiġu inklużi f’dawk id-definizzjonijiet ('id-definizzjonijiet qafas").
(3) Jenħtieġ li l-Istati Membri jingħataw il-flessibbiltà biex jispeċifikaw ċerti definizzjonijiet fil-Pjan Strateġiku tal-PAK tagħhom. Madankollu, sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi, irid jiġi stabbilit qafas fil-livell tal-Unjoni li jikkostitwixxi l-elementi komuni meħtieġa li jridu jiġu inklużi f'dawk id-definizzjonijiet ("id-definizzjonijiet qafas").
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 4
(4) Sabiex jiġi żgurat li l-Unjoni tista' tirrispetta l-obbligi internazzjonali tagħha dwar l-appoġġ domestiku kif stabbiliti fil-Ftehim tad-WTO dwar l-Agrikoltura, u b'mod partikolari li l-appoġġ għall-introjtu bażiku għas-sostenibbiltà u t-tipi ta' interventi relatati jkomplu jiġu notifikati bħala appoġġ tal-"Green Box" li ma għandu l-ebda effett ta' distorsjoni tal-kummerċ jew effett fuq il-produzzjoni, jew l-aktar l-aktar effett minimu, jenħtieġ li d-definizzjoni qafas għal "attività agrikola" tinkludi kemm il-produzzjoni tal-prodotti agrikoli kif ukoll il-manutenzjoni taż-żona agrikola. Fid-dawl tal-aġġustament għall-kundizzjonijiet lokali, jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu d-definizzjoni reali ta' attività agrikola fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom.
(4) Sabiex jiġi żgurat li l-Unjoni tista' tirrispetta l-obbligi internazzjonali tagħha dwar l-appoġġ domestiku kif stabbiliti fil-Ftehim tad-WTO dwar l-Agrikoltura, u b'mod partikolari li l-appoġġ għall-introjtu bażiku għas-sostenibbiltà u t-tipi ta' interventi relatati jkomplu jiġu notifikati bħala appoġġ tal-"Green Box" li ma għandu l-ebda effett ta' distorsjoni tal-kummerċ jew effett fuq il-produzzjoni, jew l-aktar l-aktar effett minimu, jenħtieġ li d-definizzjoni qafas għal "attività agrikola" tinkludi kemm il-produzzjoni tal-prodotti agrikoli kif ukoll il-manutenzjoni taż-żona agrikola. Fid-dawl tal-aġġustament għall-kundizzjonijiet lokali, jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu d-definizzjoni ta' attività agrikola fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom, li tirrispetta l-elementi komuni tad-definizzjoni qafas tal-Unjoni.
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 5
(5) Sabiex jinżammu l-elementi essenzjali fl-Unjoni kollha biex tiġi żgurata l-komparabbiltà bejn id-deċiżjonijiet tal-Istati Membri, iżda mingħajr ma jiġu limitati l-Istati Membri fl-ilħuq tal-objettivi tal-Unjoni, jenħtieġ li tiġi stipulata definizzjoni qafas għal "żona agrikola". Jenħtieġ li d-definizzjonijiet qafas relatati għal "raba' li jinħadem", "għelejjel permanenti" u "bur permanenti" jiġu stipulati b'mod wiesa' biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jispeċifikaw aktar id-definizzjonijiet skont il-kundizzjonijiet lokali tagħhom. Id-definizzjoni qafas għal "raba' li jinħadem" jenħtieġ li tiġi stipulata b'mod li tippermetti lill-Istati Membri jkopru forom differenti ta' produzzjoni, inkluż sistemi bħal pereżempju l-agroforestrija u r-raba' b'arbuxelli u siġar u li teħtieġ l-inklużjoni ta' żoni ta' art mistrieħa sabiex tiġi żgurata n-natura diżakkoppjata tal-interventi. Jenħtieġ li d-definizzjoni qafas ta' "għelejjel permanenti" tinkludi ż-żoni li realment jintużaw għall-produzzjoni u dawk li ma jintużawx għall-produzzjoni, kif ukoll il-mixtliet u l-imsajġar b'newba qasira li jridu jiġu definiti mill-Istati Membri. Id-definizzjoni qafas ta' "bur permanenti" jenħtieġ li tiġi stipulata b'mod li tippermetti lill-Istati Membri jispeċifikaw aktar kriterji u tippermettihom jinkludu speċijiet għajr il-ħxejjex jew foraġġ erbaċew ieħor li jistgħu jintużaw għar-ragħa jew li jistgħu jipproduċu għalf għall-annimali, kemm jekk jintuża għall-produzzjoni reali u kemm jekk le.
(5) Sabiex jinżammu l-elementi komuni fl-Unjoni kollha biex jiġu żgurati l-komparabbiltà bejn id-deċiżjonijiet tal-Istati Membri u t-trattament ugwali bejn il-bdiewa tal-Unjoni, iżda mingħajr ma jiġu limitati l-Istati Membri fl-ilħuq tal-objettivi tal-Unjoni, jenħtieġ li tiġi stipulata definizzjoni qafas għal "żona agrikola". Jenħtieġ li d-definizzjonijiet qafas relatati għal "raba' li jinħadem", "għelejjel permanenti" u "bur permanenti" jiġu stipulati b'mod wiesa' biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jispeċifikaw aktar id-definizzjonijiet skont il-kundizzjonijiet lokali u l-prattiki tradizzjonali tagħhom. Id-definizzjoni qafas għal "raba' li jinħadem" jenħtieġ li tiġi stipulata b'mod li tippermetti lill-Istati Membri jkopru forom differenti ta' produzzjoni, inkluż sistemi bħal pereżempju l-agroforestrija u r-raba' b'arbuxelli u siġar u li teħtieġ l-inklużjoni ta' żoni ta' art mistrieħa sabiex tiġi żgurata n-natura diżakkoppjata tal-interventi. Jenħtieġ li d-definizzjoni qafas ta' "għelejjel permanenti" tinkludi ż-żoni li realment jintużaw għall-produzzjoni u dawk li ma jintużawx għall-produzzjoni, kif ukoll il-mixtliet u l-imsajġar b'newba qasira li jridu jiġu definiti mill-Istati Membri. Id-definizzjoni qafas ta' "bur permanenti" jenħtieġ li tiġi stipulata b'mod li tippermetti lill-Istati Membri jispeċifikaw aktar kriterji u tippermettilhom jinkludu speċijiet għajr il-ħxejjex jew foraġġ erbaċew ieħor li jistgħu jintużaw esklussivament jew le għar-ragħa jew li jistgħu jipproduċu għalf għall-annimali, kemm jekk jintuża għall-produzzjoni reali u kemm jekk le.
Emenda 7 Proposta għal regolament Premessa 5a (ġdida)
(5a) Fil-futur, il-biedja jenħtieġ li tikkonċentra fuq il-produzzjoni ta' ikel ta' kwalità għolja, peress li dan huwa l-vantaġġ kompetittiv tal-Unjoni. L-istandards tal-Unjoni jenħtieġ li jinżammu u jissaħħu fejn ikun fattibbli, u jenħtieġ li jkunu previsti miżuri li jżidu aktar il-produttività u l-kompetittività fit-tul tas-settur tal-produzzjoni tal-ikel, u li jintroduċu teknoloġiji ġodda u użu aktar effiċjenti tar-riżorsi, u b'hekk isaħħu r-rwol tal-Unjoni bħala mexxej dinji.
Emenda 8 Proposta għal regolament Premessa 8
(8) Fir-rigward taż-żoni użati għall-produzzjoni tal-qanneb, sabiex tiġi preservata s-saħħa pubblika u biex tiġi żgurata l-koerenza ma' korpi oħra ta' leġiżlazzjoni, jenħtieġ li l-użu tal-varjetajiet taż-żrieragħ tal-qanneb b'kontenut ta' tetraidrokannabinol ta' inqas minn 0,2 % ikun parti mid-definizzjoni ta' ettaru eliġibbli.
(8) Fir-rigward taż-żoni użati għall-produzzjoni tal-qanneb, sabiex tiġi preservata s-saħħa pubblika u biex tiġi żgurata l-koerenza ma' korpi oħra ta' leġiżlazzjoni, jenħtieġ li l-użu tal-varjetajiet taż-żrieragħ tal-qanneb b'kontenut ta' tetraidrokannabinol ta' inqas minn 0,3 % ikun parti mid-definizzjoni ta' ettaru eliġibbli.
Emenda 9 Proposta għal regolament Premessa 9
(9) Fid-dawl tat-titjib ulterjuri tal-prestazzjoni tal-PAK, jenħtieġ li l-appoġġ għall-introjtu jiġi mmirat għall-bdiewa ġenwini. Sabiex jiġi żgurat approċċ komuni fil-livell tal-Unjoni għat-tali mmirar tal-appoġġ, jenħtieġ li tiġi stipulata definizzjoni qafas għal "bidwi ġenwin" li turi l-elementi essenzjali.Fuq il-bażi ta' dan il-qafas, jenħtieġ li fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom l-Istati Membri jiddefinixxu liema bdiewa mhumiex ikkunsidrati ġenwini fuq il-bażi ta' kundizzjonijiet bħal pereżempju t-testijiet tal-introjtu, l-inputs lavorattivi fuq l-azjenda agrikola, l-għanijiet tal-kumpanija u l-inklużjoni fir-reġistri. Jenħtieġ ukoll li din ma tirriżultax f’li ma jkunx jista' jingħata appoġġ lill-bdiewa pluriattivi, li huma attivi fil-biedja iżda li huma impenjati wkoll f'attivitajiet mhux agrikoli barra mill-azjenda agrikola tagħhom, minħabba li l-attivitajiet multipli tagħhom spiss isaħħu lin-nisġa soċjoekonomika taż-żoni rurali.
(9) Fid-dawl tat-titjib ulterjuri tal-prestazzjoni tal-PAK, jenħtieġ li l-appoġġ għall-introjtu jiġi mmirat għall-bdiewa attivi. Sabiex jiġi żgurat approċċ komuni fil-livell tal-Unjoni għat-tali mmirar tal-appoġġ, jenħtieġ li tiġi stipulata definizzjoni qafas għal "bidwi attiv" li turi l-elementi komuni. Jenħtieġ li ma jiġix eskluż appoġġ lill-bdiewa pluriattivi, li huma attivi fil-biedja iżda li huma impenjati wkoll f'attivitajiet mhux agrikoli barra mill-azjenda agrikola tagħhom, minħabba li l-attivitajiet multipli tagħhom spiss isaħħu lin-nisġa soċjoekonomika taż-żoni rurali. Fi kwalunkwe każ, jenħtieġ li dik id-definizzjoni qafas tikkontribwixxi biex tippreserva l-mudell tal-biedja tal-familja li jeżisti fl-Unjoni Ewropea.
Emenda 10 Proposta għal regolament Premessa 9a (ġdida)
(9a) L-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel hija prinċipju fundamentali tal-Unjoni u l-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn is-sessi hija għodda importanti fl-integrazzjoni ta' dan il-prinċipju fil-PAK. Għalhekk jenħtieġ li jkun hemm enfasi partikolari fuq il-promozzjoni tal-parteċipazzjoni tan-nisa fl-iżvilupp soċjoekonomiku taż-żoni rurali. Id-daqs tal-azjendi agrikoli mħaddma min-nisa għandu t-tendenza li jkun iżgħar u x-xogħol imwettaq min-nisa, bħala konjuġi tal-bdiewa, , mhux dejjem huwa rikonoxxut u viżibbli, fatt li jħalli impatt fuq l-indipendenza ekonomika tagħhom. Jenħtieġ li dan ir-Regolament jgħin jiżgura li l-ħidma tan-nisa ssir aktar viżibbli, aktar apprezzata u kkunsidrata fil-kuntest tal-objettivi speċifiċi li għandhom jipproponu l-Istati Membri fil-pjanijiet strateġiċi tagħhom. L-ugwaljanza bejn is-sessi kif ukoll il-prinċipji ta' nondiskriminazzjoni jenħtieġ li jkunu parti integrali mit-tħejjija, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-interventi tal-PAK. Jenħtieġ ukoll li l-Istati Membri jsaħħu l-kapaċità tagħhom fl-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn is-sessi u fil-ġbir tad-data diżaggregata skont is-sess.
Emenda 11 Proposta għal regolament Premessa 10
(10) Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza bejn it-tipi ta' interventi tal-pagamenti diretti u t-tipi ta' interventi tal-iżvilupp rurali meta jkun qed jiġi indirizzat l-objettiv tat-tiġdid ġenerazzjonali, jenħtieġ li tiġi stipulata definizzjoni qafas fil-livell tal-Unjoni għal "bidwi żagħżugħ" bl-elementi essenzjali.
(10) Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza bejn it-tipi ta' interventi tal-pagamenti diretti u t-tipi ta' interventi tal-iżvilupp rurali meta jkun qed jiġi indirizzat l-objettiv tat-tiġdid ġenerazzjonali, jenħtieġ li tiġi stipulata definizzjoni qafas fil-livell tal-Unjoni għal "bidwi żagħżugħ" bl-elementi komuni.
Emenda 12 Proposta għal regolament Premessa 10a (ġdida)
(10a) Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza bejn it-tipi ta' interventi tal-pagamenti diretti u t-tipi ta' interventi tal-iżvilupp rurali meta jkun qed jiġi indirizzat l-objettiv tal-iffaċilitar tal-iżvilupp tan-negozju, jenħtieġ li tiġi stipulata definizzjoni qafas fil-livell tal-Unjoni għal "bidwi żagħżugħ" bl-elementi komuni.
Emenda 13 Proposta għal regolament Premessa 11
(11) Sabiex tingħata sustanza lill-objettivi tal-PAK kif stabbiliti fl-Artikolu 39 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), kif ukoll biex jiġi żgurat li l-Unjoni tindirizza b'mod xieraq l-aktar sfidi reċenti tagħha, huwa xieraq li jiġi previst sett ta' objettivi ġenerali li jirriflettu l-orjentazzjonijiet mogħtija fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar "Il-Ġejjieni tal-Ikel u tal-Biedja". Jenħtieġ li jiġi definit aktar sett ta' objettivi speċifiċi fil-livell tal-Unjoni u jiġi applikat mill-Istati membri fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom. Filwaqt li jinstab bilanċ bejn id-dimensjonijiet tal-iżvilupp sostenibbli, f'konformità mal-valutazzjoni tal-impatt, dawn l-objettivi speċifiċi jenħtieġ li jittraduċu l-objettivi ġenerali tal-PAK f’prijoritajiet aktar konkreti u jqisu l-leġislazzjoni rilevanti tal-Unjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-klima, l-enerġija u l-ambjent.
(11) Sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-PAK kif stabbiliti fl-Artikolu 39 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), kif ukoll biex jiġi żgurat li l-Unjoni tindirizza b'mod xieraq l-aktar sfidi reċenti tagħha, huwa xieraq li jiġi previst sett ta' objettivi ġenerali li jirriflettu l-orjentazzjonijiet mogħtija fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar "Il-Ġejjieni tal-Ikel u tal-Biedja". Jenħtieġ li jiġi definit aktar sett ta' objettivi speċifiċi fil-livell tal-Unjoni u jiġi segwit mill-Istati membri fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom. Filwaqt li jinstab bilanċ bejn id-dimensjonijiet tal-iżvilupp sostenibbli, f'konformità mal-valutazzjoni tal-impatt, dawn l-objettivi speċifiċi jenħtieġ li jittraduċu l-objettivi ġenerali tal-PAK fi prijoritajiet aktar konkreti fil-qasam ekonomiku u fl-oqsma ambjentali u soċjali.
Emenda 14 Proposta għal regolament Premessa 13
(13) Filwaqt li fil-mudell ta' implimentazzjoni tal-PAK jenħtieġ li l-Unjoni tistabbilixxi l-objettivi tal-Unjoni u tiddefinixxi t-tipi ta' interventi kif ukoll ir-rekwiżiti bażiċi tal-Unjoni applikabbli għall-Istati Membri, dawn tal-aħħar jenħtieġ li jkunu responsabbli għat-trasformazzjoni ta' dak il-qafas tal-Unjoni f'arranġamenti ta' appoġġ applikabbli lill-benefiċjarji. F'dak il-kuntest, jenħtieġ li l-Istati Membri jaġixxu b'mod konformi mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, mal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni u jiżguraw li l-qafas legali għall-għoti tal-appoġġ tal-Unjoni lill-benefiċjarji jkun ibbażat fuq il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom u jkunu konformi mal-prinċipji u mar-rekwiżiti stabbiliti taħt dan ir-Regolament u [ir-Regolament Orizzontali].
(13) Filwaqt li fil-mudell ta' implimentazzjoni tal-PAK jenħtieġ li l-Unjoni tistabbilixxi l-objettivi tal-Unjoni u tiddefinixxi t-tipi ta' interventi kif ukoll ir-rekwiżiti komuni tal-Unjoni applikabbli għall-Istati Membri, dawn tal-aħħar jenħtieġ li jkunu responsabbli għat-trasformazzjoni ta' dak il-qafas tal-Unjoni f'arranġamenti ta' appoġġ applikabbli lill-benefiċjarji. F'dak il-kuntest, jenħtieġ li l-Istati Membri jaġixxu b'mod konformi mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, mal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni u jiżguraw li l-qafas legali għall-għoti tal-appoġġ tal-Unjoni lill-benefiċjarji jkun ibbażat fuq il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom u jkunu konformi mal-prinċipji u mar-rekwiżiti stabbiliti taħt dan ir-Regolament u [ir-Regolament Orizzontali].
Emenda 15 Proposta għal regolament Premessa 13a (ġdida)
(13a) Il-prinċipji orizzontali stabbiliti fl-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u fl-Artikolu 10 tat-TFUE, inklużi l-prinċipji ta' sussidjarjetà u ta' proporzjonalità kif stabbiliti fl-Artikolu 5 tat-TUE, jenħtieġ li jiġu rispettati fl-implimentazzjoni tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK.Jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jirrispettaw ukoll l-obbligi tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità tan-Nazzjonijiet Uniti u jiżguraw l-aċċessibbiltà f'konformità mal-Artikolu 9 tagħha u skont il-liġi tal-Unjoni li tarmonizza r-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà għall-prodotti u s-servizzi.Jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jimmiraw biex jeliminaw l-inugwaljanzi u jippromwovu l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u l-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn is-sessi, kif ukoll jikkumbattu d-diskriminazzjoni fuq il-bażi tas-sess, l-oriġini razzjali jew etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali.Jenħtieġ li l-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) ma jappoġġawx azzjonijiet li jikkontribwixxu għal kwalunkwe forma ta' segregazzjoni, diskriminazzjoni jew esklużjoni.Jenħtieġ li l-objettivi ta' dawk il-fondi jiġu segwiti mill-perspettiva tal-iżvilupp sostenibbli u skont l-objettiv, promoss taħt il-Konvenzjoni ta' Aarhus u mill-Unjoni, li l-kwalità tal-ambjent tiġi ppreservata, protetta u mtejba u li ssir ġlieda kontra t-tibdil fil-klima kif stabbilit fl-Artikolu 11 u fl-Artikolu 191(1) tat-TFUE, filwaqt li jiġi applikat il-prinċipju li min iniġġes iħallas.
Emenda 16 Proposta għal regolament Premessa 13b (ġdida)
(13b) Il-mudell ta' implimentazzjoni jenħtieġ li ma jwassalx għal sitwazzjoni fejn ikollna 27 politika nazzjonali differenti fil-qasam agrikolu, u b'hekk jipperikola l-ispirtu komuni tal-PAK u jinħolqu distorsjonijiet. Jenħtieġ li jħalli lill-Istati Membri ċertu grad ta' flessibbiltà f'qafas regolatorju komuni b'saħħtu.
Emendi 17 u 779 Proposta għal regolament Premessa 15
(15) Fil-kuntest ta' PAK aktar orjentata lejn is-suq, kif deskritt fil-Komunikazzjoni dwar "Il-Ġejjieni tal-Ikel u tal-Biedja", l-espożizzjoni tas-suq, it-tibdil fil-klima u l-frekwenza u s-severità ta' avvenimenti estremi tat-temp assoċjati ma' dan it-tibdil, kif ukoll il-kriżijiet sanitarji u fitosanitarji, jistgħu jwasslu għal riskji ta' volatilità tal-prezzijiet u pressjonijiet dejjem akbar fuq l-introjtu. Għalhekk, għalkemm il-bdiewa huma finalment responsabbli għat-tfassil tal-istrateġiji tagħhom fl-azjenda agrikola, jenħtieġ li jiġi stabbilit qafas sod biex tiġi żgurata ġestjoni xierqa tar-riskju. Għal dan l-għan, l-Istati Membri u l-bdiewa jkunu jistgħu jibbażaw ruħhom fuq pjattaforma fil-livell tal-Unjoni għall-ġestjoni tar-riskju biex jibnu l-kapaċitajiet tagħhom sabiex jipprovdu lill-bdiewa strumenti finanzjarji xierqa għall-investimenti u aċċess għall-kapital operatorju, it-taħriġ, it-trasferiment tal-għarifen u l-pariri.
(15) Fil-kuntest ta' PAK aktar orjentata lejn is-suq, kif deskritt fil-Komunikazzjoni dwar "Il-Ġejjieni tal-Ikel u tal-Biedja", l-espożizzjoni tas-suq, in-nuqqas ta' klawsoli ta' reċiproċità fil-ftehimiet kummerċjali ma' pajjiżi terzi, it-tibdil fil-klima u l-frekwenza u s-severità ta' avvenimenti estremi tat-temp assoċjati ma' dan it-tibdil, kif ukoll il-kriżijiet sanitarji u fitosanitarji, jistgħu jwasslu għal riskji ta' volatilità tal-prezzijiet u pressjonijiet dejjem akbar fuq l-introjtu. L-inugwaljanzi fil-katina alimentari, prinċipalment għad-detriment tas-settur primarju, li huwa l-ħolqa l-aktar dgħajfa, jaffettwaw ukoll b'mod negattiv l-introjtu tal-produtturi. Għalhekk, għalkemm il-bdiewa huma finalment responsabbli għat-tfassil tal-istrateġiji tagħhom fl-azjenda agrikola, u biex itejbu r-reżiljenza tal-azjendiagrikoli tagħhom, jenħtieġ li jiġi stabbilit qafas sod biex tiġi żgurata ġestjoni xierqa tar-riskju. Għal dan l-għan, l-Istati Membri u l-bdiewa jkunu jistgħu jibbażaw ruħhom fuq pjattaforma fil-livell tal-Unjoni għall-ġestjoni tar-riskju biex jibnu l-kapaċitajiet tagħhom sabiex jipprovdu lill-bdiewa strumenti finanzjarji xierqa għall-investimenti u aċċess għall-kapital operatorju, it-taħriġ, it-trasferiment tal-għarfien u l-pariri.
Emenda 18 Proposta għal regolament Premessa 16
(16) It-tisħiħ tal-kura għall-ambjent u tal-azzjoni klimatika u l-kontribuzzjoni għall-kisba tal-objettivi relatati mal-ambjent u l-klima tal-Unjoni hija prijorità għolja ħafna fil-ġejjieni tal-agrikoltura u l-forestrija tal-Unjoni. Għalhekk jenħtieġ li l-arkitettura tal-PAK tirrifletti ambizzjoni akbar fir-rigward ta' dawn l-objettivi. Skont il-mudell ta' implimentazzjoni, jenħtieġ li l-azzjoni meħuda biex jiġu indirizzati d-degradazzjoni tal-ambjent u t-tibdil fil-klima tkun immexxija mir-riżultati u jenħtieġ li, għal dan l-iskop, l-Artikolu 11 tat-TFUE jitqies bħala obbligu ta' riżultat.
(16) L-appoġġ u t-titjib tal-protezzjoni ambjentali, tal-bijodiversità u tad-diversità ġenetika fis-sistema agrikola, kif ukoll tal-azzjoni klimatika u l-kontribuzzjoni għall-kisba tal-objettivi relatati mal-ambjent u l-klima tal-Unjoni huma prijoritajiet għolja ħafna fil-ġejjieni tal-agrikoltura, tal-ortikultura u tal-forestrija tal-Unjoni. Għalhekk jenħtieġ li l-arkitettura tal-PAK tirrifletti ambizzjoni akbar fir-rigward ta' dawn l-objettivi filwaqt li fl-istess ħin tirrifletti b'mod adegwat il-piż u r-rekwiżiti akbar quddiem il-produtturi. Skont il-mudell ta' implimentazzjoni, jenħtieġ li l-azzjoni meħuda biex jiġu indirizzati d-degradazzjoni tal-ambjent u t-tibdil fil-klima tkun immexxija mir-riżultati u jenħtieġ li, għal dan l-iskop, l-Artikolu 11 tat-TFUE jitqies bħala obbligu ta' riżultat.
Billi ħafna żoni rurali fl-Unjoni jbatu minn problemi strutturali bħal nuqqas ta' opportunitajiet ta' xogħol attraenti, nuqqasijiet ta' ħiliet, nuqqas ta' investiment fil-konnettività, fl-infrastruttura u fis-servizzi essenzjali, kif ukoll eżodu taż-żgħażagħ, huwa fundamentali li tissaħħaħ in-nisġa soċjoekonomika f'dawk l-oqsma, b'mod konformi mal-Cork 2.0. Id-dikjarazzjoni, b'mod partikolari permezz tal-ħolqien tal-impjiegi u t-tiġdid ġenerazzjonali, billi l-impjiegi u t-tkabbir tal-Kummissjoni jinġiebu fiż-żoni rurali, bil-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, it-tiġdid ġenerazzjonali u l-iżvilupp ta' "rħula Intelliġenti" fil-kampanja Ewropea. Kif indikat fil-Komunikazzjoni dwar "Il-Ġejjieni tal-Ikel u tal-Biedja", il-ktajjen ta' valur rurali ġodda bħal pereżempju l-enerġija rinnovabbli, il-bijoekonomija emerġenti, l-ekonomija ċirkolari u l-ekoturiżmu jistgħu joffru potenzjal tajjeb għat-tkabbir u għall-impjiegi fiż-żoni rurali. F'dan il-kuntest, l-istrumenti finanzjarji u l-użu tal-garanzija InvestEU jistgħu jkollhom rwol kruċjali biex jiġi żgurat aċċess għall-finanzjament u biex tissaħħaħ il-kapaċità tat-tkabbir tal-azjendi agrikoli u tal-intrapriżi. Hemm il-potenzjal għal opportunitajiet ta' xogħol fiż-żoni rurali għaċ-ċittadini ta' pajjiż terz residenti legalment, u b'hekk tiġi promossa l-integrazzjoni soċjali u ekonomika tagħhom speċjalment fil-qafas tal-istrateġiji ta' Żvilupp Lokali Mmexxija mill-Komunità.
Billi ħafna żoni rurali fl-Unjoni jbatu minn problemi strutturali bħal nuqqas ta' opportunitajiet ta' xogħol attraenti, nuqqasijiet ta' ħiliet, nuqqas ta' investiment fil-broadband u fil-konnettività, fl-infrastruttura u fis-servizzi essenzjali, kif ukoll eżodu taż-żgħażagħ, huwa fundamentali li tissaħħaħ in-nisġa soċjoekonomika f'dawk l-oqsma, b'mod konformi mal-Cork 2.0. Id-dikjarazzjoni, b'mod partikolari permezz tal-ħolqien tal-impjiegi u t-tiġdid ġenerazzjonali, billi l-impjiegi u t-tkabbir tal-Kummissjoni jinġiebu fiż-żoni rurali, bil-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, l-appoġġ għaż-żgħażagħ, parteċipazzjoni akbar tan-nisa fl-ekonomija rurali, it-tiġdid ġenerazzjonali u l-iżvilupp ta' "Irħula Intelliġenti" fil-kampanja Ewropea. Bil-għan li l-ekonomija rurali tiġi stabbilizzata u diversifikata, jenħtieġ li jiġu appoġġati l-iżvilupp, l-istabbiliment u ż-żamma ta' intrapriżi mhux agrikoli. Kif indikat fil-Komunikazzjoni dwar "Il-Ġejjieni tal-Ikel u tal-Biedja", il-ktajjen ta' valur rurali ġodda bħal pereżempju l-enerġija rinnovabbli, il-bijoekonomija emerġenti, l-ekonomija ċirkolari u l-ekoturiżmu jistgħu joffru potenzjal tajjeb għat-tkabbir u għall-impjiegi fiż-żoni rurali filwaqt li jiġu ppreservati r-riżorsi naturali. F'dan il-kuntest, l-istrumenti finanzjarji jista' jkollhom rwol kruċjali biex jiġi żgurat aċċess għall-finanzjament u biex tissaħħaħ il-kapaċità tat-tkabbir tal-azjendi agrikoli u tal-intrapriżi rurali. Hemm il-potenzjal għal opportunitajiet ta' xogħol fiż-żoni rurali għaċ-ċittadini ta' pajjiż terz residenti legalment, u b'hekk tiġi promossa l-integrazzjoni soċjali u ekonomika tagħhom speċjalment fil-qafas tal-istrateġiji ta' Żvilupp Lokali Mmexxija mill-Komunità.
Emenda 19 Proposta għal regolament Premessa 16a (ġdida)
(16a) Għas-sostenibbiltà soċjoekonomika taż-żoni rurali, il-Kummissjoni Ewropea jenħtieġ li tivverifika li fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom, l-Istati Membri jiżguraw koerenza bejn l-applikazzjoni tad-Direttiva 2010/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a u l-approċċ fit-tul dwar l-użu tal-fondi għall-Iżvilupp Rurali.
____________________
1a Id-Direttiva 2010/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Lulju 2010 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa li jeżerċitaw attività li fiha jaħdmu għal rashom u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 86/613/KEE (ĠU L 180, 15.7.2010, p. 1).
Emenda 853 Proposta għal regolament Premessa 16b (ġdida)
(16b) L-agrikoltura tista' tkun mezz importanti għat-tkabbir u għat-tnaqqis tal-faqar, iżda s-settur mhux qed iwassal ir-riżultati mistennija f'ħafna pajjiżi parzjalment minħabba li n-nisa, li jikkontribwixxu b'mod qawwi fl-ekonomija rurali, jiffaċċjaw limitazzjonijiet. L-Istati Membri jenħtieġ li jieħdu azzjoni effettiva biex jappoġġjaw ir-rwol ewlieni tan-nisa fl-iżvilupp u l-preservazzjoni taż-żoni rurali.
Emendi 20 u 781 Proposta għal regolament Premessa 17
(17) Jenħtieġ li l-PAK tkompli tiżgura s-sigurtà tal-ikel, li jenħtieġ li tinftiehem bħala aċċess għal ikel biżżejjed, sikur u nutrittiv f'kull ħin. Barra minn hekk, jenħtieġ li tkompli tgħin biex tittejjeb ir-reazzjoni tal-agrikoltura tal-Unjoni għal talbiet soċjetali ġodda fl-ikel u s-saħħa, inkluż il-produzzjoni agrikola sostenibbli, nutrizzjoni aktar tajba għas-saħħa, il-ħela tal-ikel u l-benessri tal-annimali. Jenħtieġ li l-PAK tkompli tippromwovi l-produzzjoni b'karatteristiċi speċifiċi u ta' valur, filwaqt li fl-istess ħin tgħin lill-bdiewa biex jaġġustaw b'mod proattiv il-produzzjoni tagħhom skont is-sinjali tas-suq u l-ħtiġijiet tal-konsumaturi.
(17) Jenħtieġ li l-PAK tkompli tiżgura s-sigurtà tal-ikel, li jenħtieġ li tinftiehem bħala aċċess għal ikel biżżejjed, sikur, li huwa tajjeb għas-saħħa u nutrittiv f'kull ħin. Barra minn hekk, jenħtieġ li tkompli tgħin biex tittejjeb ir-reazzjoni tal-agrikoltura tal-Unjoni għal talbiet soċjetali ġodda fl-ikel u s-saħħa, inkluż il-produzzjoni agrikola sostenibbli, nutrizzjoni aktar tajba għas-saħħa, produzzjoni ta' kwalità għolja u differenzjazzjoni tal-kwalità, il-ħela tal-ikel u l-benessri tal-annimali. Jenħtieġ li l-PAK tkompli tippromwovi l-produzzjoni sostenibbli b'karatteristiċi speċifiċi u ta' valur, bħas-sistemi tal-biedja b'Valur Naturali Għoli, filwaqt li fl-istess ħin tgħin lill-bdiewa biex jaġġustaw b'mod proattiv il-produzzjoni tagħhom skont is-sinjali tas-suq u l-ħtiġijiet tal-konsumaturi.
Emenda 782 Proposta għal regolament Premessa 17a (ġdida)
(17a) F'konformità mal-impenn tagħhom għall-Aġenda 2030 u l-Ftehim ta' Pariġi, u mal-konklużjonijiet tal-Valutazzjoni Internazzjonali tal-Għarfien, Xjenzi u Teknoloġiji Agrikoli għall-Iżvilupp, kif ukoll mar-rakkomandazzjonijiet tar-Rapporteur Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-dritt għall-ikel, l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jenħtieġ li jwettqu tranżizzjoni lejn sistema sostenibbli tal-ikel u tal-agrikoltura Ewropea. Il-perkors għal dik it-tranżizzjoni jenħtieġ li jiffoka fuq il-promozzjoni ta' prattiki agrikoli diversifikati, sostenibbli u reżiljenti, li jikkontribwixxu għall-ħarsien u għat-titjib tar-riżorsi naturali, isaħħu l-ekosistemi u jadattaw u jimmitigaw it-tibdil fil-klima, bl-aġġustament tal-produzzjoni tal-bhejjem għal kapaċitajiet tat-trasport ekoloġiċi, bil-minimizzazzjoni tad-dipendenza fuq inputs mhux sostenibbli inklużi l-enerġiji fossili u bit-titjib progressiv tal-bijodiversità u l-kwalità tal-ħamrija.
Emendi 21 u 783 Proposta għal regolament Premessa 17b (ġdida)
(17b) Filwaqt li l-Pjan ta' Azzjoni Ewropew "Saħħa Waħda" kontra r-reżistenza għall-antimikrobiċi (AMR) jqis it-tilqim bħala intervent kosteffikaċi tas-saħħa pubblika biex tiġi miġġielda l-AMR, l-ispiża relattivament għolja tad-dijanjożi, tal-alternattivi għall-antimikrobiċi u tat-tilqim meta mqabbla ma' antibijotiċi konvenzjonali jippreżentaw ostakolu biex tiżdied ir-rata tat-tilqim tal-annimali.
Emenda 784 Proposta għal regolament Premessa 17c (ġdida)
(17c) Sabiex jinkisbu l-objettivi ambjentali tal-PAK iżda anke l-eżiġenzi tas-soċjetà f'termini ta' titjib fis-sikurezza tal-ikel, jenħtieġ li jiġi promoss l-użu ta' prodotti fertilizzanti b'livelli baxxi ħafna ta' metalli tqal.
Emenda 1100 Proposta għal regolament Premessa 19a (ġdida)
(19a) Sabiex jiġi żgurat il-benesseri tal-bdiewa u tal-familji tagħhom, u b'kont meħud tal-fatt li l-istress huwa kawża ewlenija tal-inċidenti fl-azjendi agrikoli, l-Istati Membri għandhom jiżguraw is-sostenibbiltà soċjali tal-politika billi jżommu l-piż regolatorju u amministrattiv fil-livell minimu, jippermettu bilanċ tajjeb bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-bdiewa, u jiżguraw il-vijabbiltà tal-biedja fl-Unjoni.
Emenda 728 u 785 Proposta għal regolament Premessa 21
(21) Abbażi tas-sistema preċendenti ta' kundizzjonalità implimentata sal-2020, is-sistema tal-kundizzjonalità ġdid torbot il-ħlas sħiħ tal-appoġġ tal-PAK mal-konformità tal-benefiċjarji ma' standards bażiċi li jirrigwardaw l-ambjent, it-tibdil fil-klima, is-saħħa pubblika, is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-pjanti u l-benessri tal-annimali. L-istandards bażiċi jinkludu f'forma simplifikata lista ta' rekwiżiti statutorji ta' ġestjoni (SMRs) u standards ta' kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajba tal-art (KAAT). Dawn l-istandards bażiċi jenħtieġ li jqisu aħjar l-isfidi ambjentali u klimatiċi u l-arkitettura ambjentali l-ġdida tal-PAK, u b'hekk jagħtu livell ogħla ta' ambizzjoni ambjentali u klimatika kif ħabbret il-Kummissjoni dwar "Il-Ġejjieni tal-Ikel u tal-Biedja" u l-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP). Il-kundizzjonalità għandha l-għan li tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' agrikoltura sostenibbli b'għarfien aħjar min-naħa tal-benefiċjarji dwar il-ħtieġa li jiġu rispettati dawk l-istandards bażiċi. Għandha l-għan ukoll li l-PAK issir aktar kompatibbli mal-aspettattivi tas-soċjetà permezz tat-titjib tal-konsistenza tal-politika mal-objettivi dwar l-ambjent, is-saħħa pubblika, is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-pjanti u l-benessri tal-annimali. Jenħtieġ li l-kundizzjonalità tifforma parti integrali tal-arkitettura ambjentali tal-PAK, bħala parti mil-linja bażi għal impenji ambjentali u klimatiċi aktar ambizzjużi, u jenħtieġ li tkun applikata b'mod komprensiv fl-Unjoni kollha. Għal dawk il-bdiewa li ma jikkonformawx ma' dawk ir-rekwiżiti, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li jiġu applikati penali proporzjonali, effettivi u dissważivi f'konformità mar-[Regolament Orizzontali].
(21) Abbażi tas-sistema preċedenti ta' kundizzjonalità implimentata sal-2020, is-sistema tal-kundizzjonalità ġdida torbot il-ħlas sħiħ tal-appoġġ tal-PAK mal-konformità tal-benefiċjarji ma' standards bażiċi li jirrigwardaw l-ambjent, it-tibdil fil-klima, is-saħħa pubblika, il-kundizzjonijiet applikabbli tax-xogħol u tal-impjieg, is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-pjanti u l-benessri tal-annimali. L-istandards bażiċi jinkludu f'forma simplifikata lista ta' rekwiżiti statutorji ta' ġestjoni (SMRs) u standards ta' kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajba tal-art (KAAT). Dawn l-istandards bażiċi jenħtieġ li jqisu aħjar l-isfidi ambjentali u klimatiċi u l-arkitettura ambjentali l-ġdida tal-PAK, u b'hekk jagħtu livell ogħla ta' ambizzjoni ambjentali u klimatika kif ħabbret il-Kummissjoni fil-komunikazzjonijiet tagħha dwar "Il-Ġejjieni tal-Ikel u tal-Biedja" u l-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP). Barra minn hekk, huwa ta' importanza partikolari li l-Istati Membri jieħdu l-miżuri rilevanti biex jiżguraw li l-aċċess tal-impjegaturi għall-pagamenti diretti jkun jiddependi mill-konformità tal-kundizzjonijiet applikabbli tax-xogħol u tal-impjieg u/jew mal-obbligi tal-impjegatur li jirriżultaw mill-ftehimiet kollettivi rilevanti kollha u l-liġi soċjali u tax-xogħol fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni, fost l-oħrajn, fil-qasam tas-sensibilizzazzjoni dwar il-kundizzjonijiet ta' impjieg, ir-remunerazzjoni, il-ħin tax-xogħol, is-saħħa u s-sikurezza, l-akkomodazzjoni, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, il-moviment liberu ta' ħaddiema, it-trattament indaqs, l-istazzjonar ta' ħaddiema, il-kundizzjonijiet ta' soġġorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi, ix-xogħol temporanju permezz ta' aġenzija, il-koordinazzjoni ta' protezzjoni soċjali u s-sigurtà soċjali fost l-Istati Membri.
Il-kundizzjonalità għandha l-għan li tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' agrikoltura sostenibbli b'għarfien aħjar min-naħa tal-benefiċjarji dwar il-ħtieġa li jiġu rispettati dawk l-istandards bażiċi. Jenħtieġ ukoll li l-benefiċjarji jiġu kkumpensati kif xieraq biex jissodisfaw dawn l-istandards. Għandha l-għan ukoll li l-PAK issir aktar kompatibbli mal-aspettattivi tas-soċjetà permezz tat-titjib tal-konsistenza tal-politika mal-objettivi dwar l-ambjent, l-istandards tax-xogħol, is-saħħa pubblika, is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-pjanti u l-benessri tal-annimali. Jenħtieġ li l-kundizzjonalità tifforma parti integrali tal-arkitettura ambjentali u soċjali tal-PAK, bħala parti mil-linja bażi għal impenji ambjentali, soċjali u klimatiċi aktar ambizzjużi, u jenħtieġ li tkun applikata b'mod komprensiv fl-Unjoni kollha. Għal dawk il-bdiewa li ma jikkonformawx ma' dawk ir-rekwiżiti, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li jiġu applikati penali proporzjonali, effettivi u dissważivi f'konformità mar-[Regolament Orizzontali].
Emenda 22 Proposta għal regolament Premessa 22
(22) Il-qafas tal-istandards tal-KAAT għandu l-għan li jikkontribwixxi għall-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima, l-indirizzar tal-isfidi tal-ilma, il-protezzjoni u l-kwalità tal-ħamrija u l-protezzjoni u l-kwalità tal-bijodiversità. Il-qafas irid jissaħħaħ sabiex iqis b'mod partikolari l-prattiki stabbiliti sal-2020 taħt l-ekoloġizzazzjoni tal-pagamenti diretti, il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-ħtieġa li tittejjeb is-sostenibbiltà tal-azjendi agrikoli, u b'mod partikolari l-ġestjoni tan-nutrijenti. Huwa rikonoxxut li kull KAAT tikkontribwixxi għal objettivi multipli. Sabiex jiġi implimentat il-qafas, jenħtieġ li l-Istati Membri jiddefinixxu standard nazzjonali għal kull wieħed mill-istandards stabbiliti fil-livell tal-Unjoni filwaqt li iqisu l-karatteristiċi speċifiċi taż-żona kkonċernata, inkluż il-kundizzjonijiet tal-ħamrija u tal-klima, il-kundizzjonijiet eżistenti tal-biedja, l-użu tal-art, in-newba, il-prattiki tal-biedja u l-istrutturi tal-azjendi agrikoli. Barra minn hekk l-Istati Membri jistgħu wkoll jiddefinixxu standards nazzjonali oħra relatati mal-objettivi ewlenin stipulati fl-Anness III sabiex itejbu r-riżultati ambjentali u klimatiċi tal-qafas KAAT. Bħala pati mill-qafas KAAT, sabiex tiġi appoġġata l-prestazzjoni agronomika u ambjentali tal-azjendi agrikoli, se jiġu stabbiliti pjanijiet ta' ġestjoni tan-nutrijenti bl-għajnuna ta' Għodda għas-Sostenibbiltà tal-Azjendi Agrikoli elettronika apposta magħmula disponibbli mill-Istati Membri lill-bdiewa individwali. L-għodda jenħtieġ li tipprovdi appoġġ għad-deċiżjonijiet meħuda fl-azjendi agrikoli li jibda minn funzjonalitajiet minimi għall-ġestjoni tan-nutrijenti. Jenħtieġ li interoperabbiltà u modularità mifruxa jiżguraw il-possibbiltà li jiżdiedu applikazzjonijiet elettroniċi oħra fl-azjendi agrikoli u għall-governanza elettronika. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi bejn il-bdiewa u fl-Unjoni kollha, il-Kummissjoni tista' tipprovdi appoġġ lill-Istati Membri fit-tfassil tal-Għodda kif ukoll fil-ħażna tad-data u fis-servizzi tal-ipproċessar meħtieġa.
(22) Il-qafas tal-istandards tal-KAAT għandu l-għan li jikkontribwixxi għall-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima, l-indirizzar tal-isfidi tal-ilma, il-protezzjoni u l-kwalità tal-ħamrija u l-protezzjoni u l-kwalità tal-bijodiversità. Il-qafas irid jissaħħaħ sabiex iqis b'mod partikolari l-prattiki stabbiliti sal-2020 taħt l-ekoloġizzazzjoni tal-pagamenti diretti, il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-ħtieġa li tittejjeb is-sostenibbiltà tal-azjendi agrikoli. Huwa rikonoxxut li kull KAAT tikkontribwixxi għal objettivi multipli. Sabiex jiġi implimentat il-qafas, jenħtieġ li l-Istati Membri jiddefinixxu standard nazzjonali għal kull wieħed mill-istandards stabbiliti fil-livell tal-Unjoni filwaqt li jqisu l-karatteristiċi speċifiċi taż-żona kkonċernata, inkluż il-kundizzjonijiet tal-ħamrija u tal-klima, il-kundizzjonijiet eżistenti tal-biedja, il-karatteristiċi agronomiċi tal-produzzjonijiet differenti, id-differenza bejn għelejjel annwali, għelejjel permanenti u produzzjonijiet speċjalizzati oħra, l-użu tal-art, in-newba, il-prattiki tal-biedja lokali u tradizzjonali u l-istrutturi tal-azjendi agrikoli. L-Istati Membri jistgħu wkoll jiddefinixxu prattiki jew sistemi ta' ċertifikazzjoni ekwivalenti li jkollhom impatt pożittiv fuq il-klima u l-ambjent li jkun simili jew aħjar mill-impatt ta' prattika waħda jew aktar tal-KAAT.
Emenda 1127 Proposta għal regolament Premessa 22a (ġdida)
(22a) Sabiex jiġi indirizzat it-tnaqqis tal-bijodiversità fl-Unjoni kollha, huwa essenzjali li jiġi żgurat livell minimu ta' żoni u karatteristiċi mhux produttivi fl-ambitu tal-kundizzjonalità u l-ekoskemi fl-Istati Membri kollha. F'dak il-kuntest jenħtieġ li, fil-Pjanijiet Strateġiċi tagħhom, l-Istati Membri jimmiraw li jipprovdu żona ta' mill-inqas 10 % ta' elementi tal-pajsaġġ li jkunu ta' benefiċċju għall-bijodiversità. Dawk jenħtieġ li jinkludu, fost l-oħrajn, biċċiet art ta' lqugħ, raba' mistrieħ rotazzjonali jew le, sisien tal-ħaxix, siġar mhux produttivi, ħitan imtarrġa u għadajjar, li lkoll jikkontribwixxu għat-titjib tas-sekwestru tal-karbonju, il-prevenzjoni tal-erożjoni u t-tnaqqis tal-ħamrija, il-filtrazzjoni tal-arja u l-ilma, u s-sostenn għall-adattament għat-tibdil fil-klima.
Emenda 23 Proposta għal regolament Premessa 23
(23) L-SMRs iridu jkunu implimentati bis-sħiħ mill-Istati Membri sabiex isiru operattivi fil-livell tal-azjendi agrikoli u sabiex jiġi żgurat it-trattament ugwali tal-bdiewa. Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza tar-regoli dwar il-kundizzjonalità fit-tisħiħ tas-sostenibbiltà tal-politika, jenħtieġ li l-SMRs jinkludu l-leġiżlazzjoni ewlenija tal-Unjoni dwar l-ambjent, is-saħħa pubblika, is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-pjanti u l-benessri tal-annimali li l-implimentazzjoni tagħha fil-livell nazzjonali timplika obbligi preċiżi għall-bdiewa individwali, inkluż obbligi skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE11 u d-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill12 jew id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE13. Sabiex issegwi d-dikjarazzjoni konġunta magħmula mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill kif mehmuża mar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill14, id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill15 u d-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill16 huma inklużi bħala SMRs fil-kamp ta' applikazzjoni tal-kundizzjonalità u l-lista tal-istandards tal-KAAT hija adatta kif meħtieġ.
(23) L-SMRs iridu jkunu implimentati bis-sħiħ mill-Istati Membri sabiex isiru operattivi fil-livell tal-azjendi agrikoli u sabiex jiġi żgurat it-trattament ugwali tal-bdiewa. Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza tar-regoli dwar il-kundizzjonalità fit-tisħiħ tas-sostenibbiltà tal-politika, jenħtieġ li l-SMRs jinkludu l-leġiżlazzjoni ewlenija tal-Unjoni dwar l-ambjent, is-saħħa pubblika, is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-pjanti u l-benessri tal-annimali li l-implimentazzjoni tagħha fil-livell nazzjonali timplika obbligi preċiżi għall-bdiewa individwali, inkluż obbligi skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE11 u d-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill12 jew id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE13. Sabiex issegwi d-dikjarazzjoni konġunta magħmula mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill kif mehmuża mar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill14, id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill15(id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma) u d-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill16 huma inklużi bħala SMRs fil-kamp ta' applikazzjoni tal-kundizzjonalità u l-lista tal-istandards tal-KAAT hija adatta kif meħtieġ.
____________________
____________________
11. Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal- habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).
11. Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal- habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).
12. Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7).
12. Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7).
13. Id-Direttiva 91/676/KEE tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (ĠU L 375, 31.12.1991, p. 1).
13. Id-Direttiva 91/676/KEE tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (ĠU L 375, 31.12.1991, p. 1).
14. Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549).
14. Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549).
15. Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).
15. Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).
16. Id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 71).
16. Id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 71).
Emenda 24 Proposta għal regolament Premessa 24
(24) Jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu sistemi konsultattivi għall-azjendi agrikoli bl-iskop li jittejbu l-ġestjoni sostenibbli u l-prestazzjoni ġenerali tal-azjendi agrikoli u tan-negozji rurali, filwaqt li jkopru d-dimensjonijiet ekonomiċi, ambjentali u soċjali u biex jiġi identifikat it-titjib meħtieġ fir-rigward tal-miżuri kollha fil-livell tal-azjendi agrikoli previsti fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK. Jenħtieġ li dawn is-sistemi konsultattivi għall-azjendi agrikoli jgħinu lill-bdiewa u lil benefiċjarji oħra tal-appoġġ tal-PAK biex isiru aktar konxji tar-relazzjoni bejn il-ġestjoni tal-azjenda agrikola u l-ġestjoni tal-art minn naħa, u ċerti standards, rekwiżiti u informazzjoni inkluż dawk ambjentali u klimatiċi, min-naħa l-oħra. Il-lista ta' dawn tal-aħħar tinkludi standards li japplikaw għall-bdiewa u għal benefiċjarji oħra tal-PAK jew li huma neċessarji għalihom u li huma stabbiliti fil-Pjan Strateġiku tal-PAK, kif ukoll dawk li jirriżultaw mil-leġiżlazzjoni dwar l-ilma, dwar l-użu sostenibbli tal-pestiċidi, kif ukoll l-inizjattivi għall-ġlieda kontra r-reżistenza għall-antimikrobiċi u l-ġestjoni tar-riskji. Sabiex tissaħħaħ il-kwalità u l-effettività tal-pariri, jenħtieġ li l-Istati Membri jintegraw il-konsulenti fis-Sistemi tal-Għarfien u tal-Innovazzjoni Agrikoli (AKIS), sabiex ikunu jistgħu jagħtu informazzjoni teknoloġika u xjentifika aġġornata żviluppata mir-riċerka u l-innovazzjoni.
(24) Jenħtieġ li l-Istati Membri jipprovdu servizzi konsultattivi ta' kwalità għolja għall-azjendi agrikoli bl-iskop li jittejbu l-ġestjoni sostenibbli u l-prestazzjoni ġenerali tal-azjendi agrikoli u tan-negozji rurali, filwaqt li jkopru d-dimensjonijiet ekonomiċi, ambjentali u soċjali u biex jiġi identifikat it-titjib meħtieġ fir-rigward tal-miżuri kollha fil-livell tal-azjendi agrikoli previsti fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK. Jenħtieġ li dawn is-sistemi konsultattivi għall-azjendi agrikoli jgħinu lill-bdiewa u lil benefiċjarji oħra tal-appoġġ tal-PAK biex isiru aktar konxji tar-relazzjoni bejn il-ġestjoni tal-azjenda agrikola u l-ġestjoni tal-art minn naħa, u ċerti standards, rekwiżiti u informazzjoni inkluż dawk ambjentali u klimatiċi, min-naħa l-oħra. Il-lista ta' dawn tal-aħħar tinkludi standards li japplikaw għall-bdiewa u għal benefiċjarji oħra tal-PAK jew li huma neċessarji għalihom u li huma stabbiliti fil-Pjan Strateġiku tal-PAK, kif ukoll dawk li jirriżultaw mil-leġiżlazzjoni dwar l-ilma, dwar l-użu sostenibbli tal-pestiċidi, kif ukoll l-inizjattivi għall-ġlieda kontra r-reżistenza għall-antimikrobiċi u l-ġestjoni tar-riskji. Sabiex tissaħħaħ il-kwalità u l-effettività tal-pariri, jenħtieġ li l-Istati Membri jintegraw il-konsulenti fis-Sistemi tal-Għarfien u tal-Innovazzjoni Agrikoli (AKIS), sabiex ikunu jistgħu jagħtu informazzjoni teknoloġika u xjentifika aġġornata żviluppata mir-riċerka u l-innovazzjoni. Kwalunkwe inizjattiva tal-Unjoni dwar servizzi konsultattivi u sistemi ta' innovazzjoni jenħtieġ li tinbena, kull meta jkun possibbli, fuq dawk eżistenti fil-livell tal-Istati Membri.
Emenda 25 Proposta għal regolament Premessa 26
(26) Jenħtieġ li l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni tipprevedi li l-Istati Membri jistabbilixxu rekwiżiti f'termini ta' erja minima għall-għotja ta' pagamenti diżakkoppjati fil-Pjan Strateġiku tal-PAK tagħhom. It-tali rekwiżiti jenħtieġ li jirrelataw mal-ħtieġa li jiġi evitat il-piż amministrattiv eċċessiv ikkawżat mill-ġestjoni ta' bosta pagamenti ta' ammonti żgħar u mal-ħtieġa li jiġi żgurat kontribut effettiv tal-appoġġ lejn l-objettivi tal-PAK li għalih jikkontribwixxu l-pagamenti diretti diżakkoppjati. Sabiex jiġi garantit livell minimu ta' appoġġ għall-introjtu agrikolu għall-bdiewa ġenwini kollha, kif ukoll għall-konformità mal-objettiv tat-Trattat biex jiġi żgurat standard ta' għajxien ġust għall-komunità agrikola, jenħtieġ li jiġi stabbilit pagament diżakkoppjat annwali abbażi tal-erja bħala t-tip ta' intervent "Appoġġ għall-Introjtu Bażiku għas-Sostenibbiltà". Sabiex jissaħħaħ l-immirar aħjar ta' dan l-appoġġ, l-ammonti ta' pagament jistgħu jkunu differenzjati, għal kull grupp ta' territorji, fuq il-bażi tal-kundizzjonijiet soċjoekonomiċi u/jew argronomiċi. Biex jiġu evitati effetti ta' xkiel għall-introjtu tal-bdiewa, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jimplimentaw l-appoġġ għall-introjtu bażiku għas-sostenibbiltà abbażi tal-intitolamenti għall-pagamenti. F'dan il-każ, jenħtieġ li l-valur tal-intitolamenti għall-pagamenti qabel kwalunkwe konverġenza jkun propozjonali għall-valur tagħhom kif stabbilit taħt l-iskemi ta' pagament bażiku skont ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013, filwaqt li jitqiesu wkoll l-pagament għal prattiki agrikoli ta' benefiċċju għall-klima u l-ambjent. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiksbu aktar konverġenza wkoll sabiex ikomplu jimxu progressivament lil hinn mill-valuri storiċi.
(26) Jenħtieġ li l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni tipprevedi li l-Istati Membri jistabbilixxu rekwiżiti f'termini ta' erja minima għall-għotja ta' pagamenti diżakkoppjati fil-Pjan Strateġiku tal-PAK tagħhom. It-tali rekwiżiti jenħtieġ li jirrelataw mal-ħtieġa li jiġi evitat il-piż amministrattiv eċċessiv ikkawżat mill-ġestjoni ta' bosta pagamenti ta' ammonti żgħar u mal-ħtieġa li jiġi żgurat kontribut effettiv tal-appoġġ lejn l-objettivi tal-PAK li għalih jikkontribwixxu l-pagamenti diretti diżakkoppjati. Sabiex jiġi garantit livell minimu ta' appoġġ għall-introjtu agrikolu għall-bdiewa attivi kollha, kif ukoll għall-konformità mal-objettiv tat-Trattat biex jiġi żgurat standard ta' għajxien ġust għall-komunità agrikola, jenħtieġ li jiġi stabbilit pagament diżakkoppjat annwali abbażi tal-erja bħala t-tip ta' intervent "Appoġġ għall-Introjtu Bażiku għas-Sostenibbiltà". Sabiex jissaħħaħ l-immirar aħjar ta' dan l-appoġġ, l-ammonti ta' pagament jistgħu jkunu differenzjati, għal kull grupp ta' territorji, fuq il-bażi tal-kundizzjonijiet soċjoekonomiċi, ambjentali u/jew agronomiċi. Biex jiġu evitati effetti ta' xkiel għall-introjtu tal-bdiewa, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jimplimentaw l-appoġġ għall-introjtu bażiku għas-sostenibbiltà abbażi tal-intitolamenti għall-pagamenti. F'dan il-każ, jenħtieġ li l-valur tal-intitolamenti għall-pagamenti qabel kwalunkwe konverġenza jkun proporzjonali għall-valur tagħhom kif stabbilit taħt l-iskemi ta' pagament bażiku skont ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013, filwaqt li jitqiesu wkoll l-pagament għal prattiki agrikoli ta' benefiċċju għall-klima u l-ambjent. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiksbu aktar konverġenza wkoll sabiex jimxu progressivament lejn konverġenza sħiħa sal-2026.
Emenda 26 Proposta għal regolament Premessa 26a (ġdida)
(26a) L-appoġġ għall-introjtu permezz tal-PAK huwa kontributur ewlieni għall-istabbiltà u s-sostenibbiltà ta' ħafna azjendi agrikoli żgħar u tal-familja madwar l-Ewropa, u għalkemm l-aspettattivi fuq il-bdiewa żdiedu, il-benefiċċji monetarji ma żdidux.Is-sehem globali tal-PAK tal-baġit tal-Unjoni qed jonqos, filwaqt li l-kriżijiet tas-suq fis-settur u t-tnaqqis fin-numru ta' bdiewa attivi jkomplu jheddu s-sopravivenza tas-settur.Il-mudell tal-azjenda agrikola tal-familja jenħtieġ li jiġi protett bħala objettiv ġenerali tal-PAK u permezz tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-Istati Membri, filwaqt li jagħti lok għar-rwol vitali li dan il-mudell għandu fil-kontribuzzjoni lejn in-nisġa soċjali tal-ħajja rurali, u l-għoti ta' stil ta' ħajja għal ħafna nies li jgħixu fiż-żoni rurali.L-azjendi agrikoli tal-familja jikkontribwixxu għall-produzzjoni sostenibbli tal-ikel, il-preservazzjoni tar-riżorsi naturali, il-ħtiġijiet ta' diversifikazzjoni u l-iżgurar tas-sigurtà tal-ikel.L-ewwel bdiewa li jsofru taħt il-pressjonijiet enormi tal-globalizzazzjoni se jkunu dawk li jsegwu l-mudell żgħir ta' azjenda agrikola tal-familja.Sitwazzjoni bħal din ovvjament tfixkel l-objettivi tal-PAK u ddgħajjef l-argument favur l-appoġġ tal-PAK fil-futur.Għalhekk, il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK jenħtieġ li jkollhom l-għan, permezz tal-objettivi speċifiċi tagħhom, li jipproteġu dak il-mudell ta' biedja.
Emenda 27 Proposta għal regolament Premessa 28
(28) L-azjendi agrikoli żgħar jibqgħu l-qofol tal-agrikoltura tal-Unjoni minħabba li għandhom rwol vitali fl-appoġġ tal-impjiegi rurali u jikkontribwixxu għall-iżvilupp territorjali. Sabiex tiġi promossa distribuzzjoni aktar ibbilanċjata tal-appoġġ u sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-benefiċjarji ta' ammonti żgħar, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom l-għażla li joffru lill-bdiewa żgħar il-possibbiltà li jissosstitwixxu l-pagamenti diretti l-oħra billi jipprovdu pagament ta' somma f'daqqa għall-eqreb numru sħiħ għall-bdiewa żgħar.
(28) L-azjendi agrikoli żgħar jibqgħu l-qofol tal-agrikoltura tal-Unjoni minħabba li għandhom rwol vitali fl-appoġġ tal-impjiegi rurali u jikkontribwixxu għall-iżvilupp territorjali. Sabiex tiġi promossa distribuzzjoni aktar ibbilanċjata tal-appoġġ u sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-benefiċjarji ta' ammonti żgħar, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom l-għażla li joffru lill-bdiewa żgħar il-possibbiltà li jissosstitwixxu l-pagamenti diretti billi jipprovdu pagament ta' somma f'daqqa għall-eqreb numru sħiħ għall-bdiewa żgħar. Madankollu, bil-ħsieb li jkompli jitnaqqas il-piż amministrattiv, jenħtieġ li l-Istati Membri jiġu awtorizzati li jinkludu inizjalment u awtomatikament ċerti bdiewa fl-iskema simplifikata, u joffrulhom il-possibbiltà li jirtiraw mill-iskema f'perjodu ta' żmien speċifikat. F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità, l-Istati Membri jenħtieġ li jingħataw il-possibbiltà li jistabbilixxu sistema mnaqqsa ta' kontrolli tal-kundizzjonalità għall-bdiewa ż-żgħar li jipparteċipaw fl-iskema simplifikata.
Emendi 28 u 791 Proposta għal regolament Premessa 30a (ġdida)
(30a) Il-biedja organika qed tiżviluppa f'bosta Stati Membri u għandha rekord ippruvat li tipprovdi beni pubbliċi, tippreserva s-servizzi tal-ekosistema u r-riżorsi naturali, tnaqqas l-inputs, tattira lill-bdiewa żgħażagħ u lin-nisa b'mod partikolari, toħloq impjiegi, tesperimenta b'mudelli ta' negozju ġodda, tissodisfa l-eżiġenzi tas-soċjetà, u tagħti spinta liż-żoni rurali.Madankollu, iż-żieda fid-domanda għal prodotti organiċi tkompli tisboq it-tkabbir fil-produzzjoni.L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom jinkludu objettivi li jżidu s-sehem ta' art agrikola b'ġestjoni organika sabiex tiġi ssodisfata d-domanda dejjem akbar għal prodotti organiċi, u tiġi żviluppata l-katina tal-provvista organika kollha.L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jiffinanzjaw il-konverżjoni u l-manutenzjoni organiċi permezz ta' miżuri għall-iżvilupp rurali jew ekoskemi, jew permezz ta' taħlita tat-tnejn li huma, u jenħtieġ li jiżguraw li l-baġits allokati jkunu fuq l-istess livell tat-tkabbir mistenni fil-produzzjoni organika.
Emendi 29 u 792 Proposta għal regolament Premessa 31
(31) Jenħtieġ li l-PAK tiżgura li l-Istati Membri jtejbu r-riżultati ambjentali billi jirrispettaw il-ħtiġijiet lokali u ċ-ċirkostanzi reali tal-bdiewa. Taħt il-pagament diretti fil-Pjan Strateġiku tal-PAK, jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu Ekoskemi volontarji għall-bdiewa li jenħtieġ li jkunu koordinati bis-sħiħ mal-interventi rilevanti l-oħra. Dawn jenħtieġ li jiġu definiti mill-Istati Membri bħala pagament li jingħata jew għall-inċentivar u r-rimunerazzjoni tal-provvista ta' oġġetti pubbliċi mill-prattiki agrikoli ta' benefiċċju għall-ambjent u għall-klima jew bħala kumpens għall-introduzzjoni ta' dawn il-prattiki. Fiż-żewġ każijiet jenħtieġ li l-għan tagħhom ikun li tissaħħaħ il-prestazzjoni ambjentali u klimatika tal-PAK u konsegwentement jenħtieġ li jkunu maħsuba li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti obbligatorji diġà preskritti mis-sistema ta' kundizzjonalità. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jistabbilixxu ekoskemi għall-prattiki agrikoli bħal pereżempju l-ġestjoni msaħħa tal-bur permanenti u l-karatteristiċi tal-pajsaġġ, u l-biedja organika. Dawn l-iskemi jistgħu wkoll jinkludu "skemi ta' livell ta' dħul" li tista' tkun kundizzjoni biex jittieħdu impenji tal-iżvilupp rurali aktar ambizzjużi.
(31) Jenħtieġ li l-PAK tiżgura li l-Istati Membri jtejbu r-riżultati ambjentali billi jirrispettaw il-ħtiġijiet lokali u ċ-ċirkostanzi reali tal-bdiewa. Taħt il-pagament diretti fil-Pjan Strateġiku tal-PAK, abbażi ta' lista ta' prattiki agrikoli li huma ta' benefiċċju għall-klima u l-ambjent stabbilita mill-Kummissjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu ekoskemi volontarji għall-bdiewa li jenħtieġ li jkunu koordinati bis-sħiħ mal-interventi rilevanti l-oħra. Dawn jenħtieġ li jiġu definiti mill-Istati Membri bħala pagament li jingħata jew għall-inċentivar u r-rimunerazzjoni tal-provvista ta' oġġetti pubbliċi mill-prattiki agrikoli ta' benefiċċju għall-ambjent u għall-klima, u jenħtieġ li l-għan tagħhom ikun li tissaħħaħ il-prestazzjoni ambjentali u klimatika tal-PAK u konsegwentement jenħtieġ li jkunu maħsuba li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti obbligatorji diġà preskritti mis-sistema ta' kundizzjonalità. L-Istati Membri jenħtieġ li jwarrbu ċertu perċentwal tal-allokazzjoni tal-pagamenti diretti tagħhom għall-ekoskemi. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jistabbilixxu ekoskemi biex jippromwovu mudelli ta' produzzjoni li jkunu ta' benefiċċju għall-ambjent, b'mod partikolari t-trobbija estensiva ta' bhejjem, u l-promozzjoni ta' kull tip ta' prattika agrikola bħal pereżempju l-ġestjoni msaħħa tal-bur permanenti, u karatteristiċi tal-pajsaġġ permanenti u li jistabbilixxuskemi ta' ċertifikazzjoni ambjentali, bħall-biedja organika, il-produzzjoni integrata jew l-agrikoltura ta' konservazzjoni. Dawn l-iskemi jistgħu jinkludu miżuri ta' tip għajr l-impenji agroambjentali u klimatiċi tal-iżvilupp rurali, kif ukoll miżuri tal-istess natura li jistgħu jiġu kklassifikati bħala "skemi ta' livell ta' dħul" li tista' tkun kundizzjoni biex jittieħdu impenji tal-iżvilupp rurali aktar ambizzjużi.
Emenda 30 Proposta għal regolament Premessa 33
(33) Jenħtieġ li tiġi żgurata l-konformità tal-appoġġ akkoppjat għall-introjtu mal-impenji internazzjonali tal-Unjoni. Dan jinkludi b’mod partikolari r-rekwiżiti tal-Memorandum ta’ Qbil bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika fuq iż-żerriegħa taż-żejt fi ħdan il-qafas tal-GATT,17 kif applikabbli wara bidliet fiż-żona bażi separata tal-UE għaż-żerriegħa taż-żejt wara bidliet fil-kompożizzjoni tal-UE. Jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha s-setgħa li tadotta atti ta' implimentazzjoni għall-iskop li jiġu stipulati regoli dettaljati f’dan ir-rigward.
imħassar
_________________
17Memorandum of Understanding between the Economic Community and the United States of America on oil seeds under GATT (ĠU L147, 18/06/1993).
Emenda 31 Proposta għal regolament Premessa 35
(35) Huma meħtieġa tipi ta' interventi settorjali biex jikkontribwixxu għall-objettivi tal-PAK u jsaħħu s-sinerġiji ma' strumenti oħra tal-PAK. F'konformità mal-mudell ta' implimentazzjoni, ir-rekwiżiti minimi dwar il-kontenut u l-objettivi għat-tali tipi ta' interventi settorjali jenħtieġ li jiġu elaborati fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi fis-suq intern u jiġu evitati kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni mhux ugwali u inġusta. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiġġustifikaw l-inklużjoni tagħhom fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom u jiżguraw il-konsistenza ma' interventi oħrajn fuq il-livell settorjali. It-tipi wiesgħa ta' interventi li jridu jiġu stabbiliti fil-livell tal-Unjoni jenħtieġ li jkopru s-setturi tal-frott u l-ħaxix, l-inbid, il-prodotti tal-apikultura, iż-żejt taż-żebbuġa u ż-żebbuġ tal-mejda, il-ħops u prodotti oħra li jridu jiġu definiti, li għalihom l-istabbiliment ta' programmi settorjali jitqies li għandu effetti ta' benefiċċju fuq għall-kisba tal-objettivi ġenerali u speċifiċi kollha tal-PAK segwiti b'dan ir-Regolament, jew ftit minnhom.
(35) Huma meħtieġa tipi ta' interventi settorjali biex jikkontribwixxu għall-objettivi tal-PAK u jsaħħu s-sinerġiji ma' strumenti oħra tal-PAK. F'konformità mal-mudell ta' implimentazzjoni, ir-rekwiżiti minimi dwar il-kontenut u l-objettivi għat-tali tipi ta' interventi settorjali jenħtieġ li jiġu elaborati fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi fis-suq intern u jiġu evitati kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni mhux ugwali u inġusta. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiġġustifikaw l-inklużjoni tagħhom fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom u jiżguraw il-konsistenza ma' interventi oħrajn fuq il-livell settorjali. It-tipi wiesgħa ta' interventi li jridu jiġu stabbiliti fil-livell tal-Unjoni jenħtieġ li jkopru s-setturi tal-frott u l-ħaxix, l-inbid, il-prodotti tal-apikultura, iż-żejt taż-żebbuġa u ż-żebbuġ tal-mejda, il-ħops u prodotti oħra definiti fl-Artikolu 39, li għalihom l-istabbiliment ta' programmi settorjali jitqies li għandu effetti ta' benefiċċju il-kisba tal-objettivi ġenerali u speċifiċi kollha tal-PAK segwiti b'dan ir-Regolament, jew ftit minnhom.
Emenda 32 Proposta għal regolament Premessa 35a (ġdida)
(35a) Minħabba ż-żieda fl-allokazzjoni prevista għas-settur tal-apikultura u bħala rikonoxximent tar-rwol importanti li għandha fil-preżervazzjoni tal-bijodiversità u l-produzzjoni tal-ikel, jenħtieġ ukoll li jiżdied il-limitu massimu għall-kofinanzjament tal-Unjoni u jiżdiedu miżuri eliġibbli ġodda mmirati biex jippromwovu l-iżvilupp tas-settur.
Emenda 33 Proposta għal regolament Premessa 37
(37) Għall-interventi għall-iżvilupp rurali, il-prinċipji huma definiti fil-livell tal-Unjoni, b'mod partikolari fir-rigward tar-rekwiżiti bażiċi biex l-Istati Membri japplikaw il-kriterji ta' għażla. Madankollu, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom diskrezzjoni wiesgħa biex jiddefinixxu kundizzjonijiet speċifiċi skont il-ħtiġijiet tagħhom. It-tipi ta' interventi għall-iżvilupp rurali jinkludu pagamenti għall-impenji ambjentali, klimatiċi u ta' ġestjoni oħrajn li l-Istati Membri jenħtieġ li jappoġġaw fit-territorji tagħhom kollha, skont il-ħtiġijiet speċifiċi nazzjonali, reġjonali jew lokali tagħhom. Jenħtieġ li l-Istati Membri jagħtu pagamenti lill-bdiewa u maniġers tal-art oħrajn li, fuq bażi volontarja, jieħdu impenji ta' ġestjoni li jikkontribwixxu għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih u għall-protezzjoni u t-titjib tal-ambjent inkluż il-kwalità u l-kwantità tal-ilma, il-kwalità tal-arja, il-ħamrija, il-biodiversity u s-servizzi tal-ekosistema inkluż impenji volontarji fin-Natura 2000 u appoġġ għad-diversità ġenetika. L-appoġġ taħt il-pagamenti għall-impenji ta' ġestjoni jista' wkoll jingħata fil-forma ta' approċċi mmexxija lokalment, integrati jew kooperattivi u interventi bbażati fuq ir-riżultati.
(37) Għall-interventi għall-iżvilupp rurali, il-prinċipji huma definiti fil-livell tal-Unjoni, b'mod partikolari fir-rigward tar-rekwiżiti bażiċi biex l-Istati Membri japplikaw il-kriterji ta' għażla. Madankollu, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom diskrezzjoni wiesgħa biex jiddefinixxu kundizzjonijiet speċifiċi skont il-ħtiġijiet tagħhom. It-tipi ta' interventi għall-iżvilupp rurali jinkludu pagamenti għall-impenji ambjentali, klimatiċi u ta' ġestjoni oħrajn li l-Istati Membri jenħtieġ li jappoġġaw fit-territorji tagħhom kollha, skont il-ħtiġijiet speċifiċi nazzjonali, reġjonali jew lokali tagħhom. Jenħtieġ li l-Istati Membri jagħtu pagamenti lill-bdiewa, lill-gruppi ta' bdiewa u lil maniġers tal-art oħrajn li, fuq bażi volontarja, jieħdu impenji ta' ġestjoni li jikkontribwixxu għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u għall-adattament għalih u għall-protezzjoni u t-titjib tal-ambjent inkluż il-kwalità u l-kwantità tal-ilma, il-kwalità tal-arja, il-ħamrija, il-biodiversità u s-servizzi tal-ekosistema inkluż impenji volontarji fin-Natura2000 u fiż-Żoni b'Valur Naturali Għoli u appoġġ għad-diversità ġenetika. L-appoġġ taħt il-pagamenti għall-impenji ta' ġestjoni jista' wkoll jingħata fil-forma ta' approċċi mmexxija lokalment, integrati, kollettivi jew kooperattivi u interventi bbażati fuq ir-riżultati.
Emenda 729 Proposta għal regolament Premessa 37a (ġdida)
(37a) Fid-dawl tal-iżgurar tar-reżiljenza tal-ekosistemi tal-Unjoni u l-promozzjoni tal-bijodiversità, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu permessi jagħtu pagamenti għal prattiki sostenibbli agroambjentali, għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih u għall-protezzjoni u t-titjib tar-riżorsi ġenetiċi, b'mod partikolari permezz ta' metodi ta' tnissil tradizzjonali.
Emendi 34, 794 u 856 Proposta għal regolament Premessa 38
(38) L-appoġġ għall-impenji tal-ġestjoni jistgħu jinkludu primjums tal-bieda organika għall-manutenzjoni tal-art organika u l-konverżjoni tagħha; il-pagamenti għal tipi oħra ta' interventi li jappoġġaw sistemi ta' produzzjoni li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent bħall-agroekoloġija, l-agrikoltura ta' konservazzjoni u l-produzzjoni integrata; is-servizzi forestali ambjentali u klimatiċi u l-konservazzjoni tal-foresti; il-primjums għall-foresti u l-istabbiliment tas-sistemi tal-agroforestrija; il-benessri tal-annimali; il-konservazzjoni, l-użu sostenibbli u l-iżvilupp tar-riżorsi ġenetiċi. L-Istati Membri jistgħu jiżviluppaw skemi oħrajn taħt dan it-tip ta' interventi fuq il-bażi tal-ħtiġijiet tagħhom. Jenħtieġ li dan it-tip ta' pagamenti jkopri biss l-ispejjeż addizzjonali u l-introjtu mitluf li jirriżultaw mill-impenji li jmorru lil hinn mil-linja bażi tal-istandards u r-rekwiżiti obbligatorji stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni u fil-liġi nazzjonali, kif ukoll il-kundizzjonalità, kif stabbilit fil-Pjan Strateġiku tal-PAK. L-impenji relatati ma' dan it-tip ta' interventi jistgħu jittieħdu għal perjodu annwali jew pluriennali prestabbilit u jistgħu jmorru lil hinn minn seba' snin fejn dan ikun debitament ġustifikat.
(38) L-appoġġ għall-impenji tal-ġestjoni għandhom jinkludu primjums tal-biedja organikagħall-konverżjoni għal art organika u jistgħu jinkludu dawk għall-manutenzjoni tal-art organika u l-konverżjoni tagħha; il-pagamenti għal tipi oħra ta' interventi li jappoġġaw sistemi ta' produzzjoni li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent bħall-biedja ta' Valur Naturali Għoli, l-agroekoloġija, u l-produzzjoni integrata; is-servizzi forestali ambjentali u klimatiċi u l-konservazzjoni tal-foresti; il-primjums għall-foresti u l-istabbiliment tas-sistemi tal-agroforestrija; il-protezzjoni ta' pajsaġġi agrikoli tradizzjonali, il-benessri tal-annimaliu s-saħħa tal-annimali; il-konservazzjoni, l-użu sostenibbli u l-iżvilupp tar-riżorsi ġenetiċi u l-bijodiversità. L-Istati Membri jistgħu jiżviluppaw skemi oħrajn taħt dan it-tip ta' interventi fuq il-bażi tal-ħtiġijiet tagħhom u huma jistgħu jsaħħu l-miżuri agroambjentali speċifiċi għas-settur tat-trobbija tan-naħal li jeżistu diġà f'ċerti reġjuni tal-Unjoni, u jiżviluppaw aktar miżuri. Jenħtieġ li dan it-tip ta' pagament ikopri biss l-ispejjeż addizzjonali, inċentivi finanzjarji u l-introjtu mitluf li jirriżultaw mill-impenji li jmorru lil hinn mil-linja bażi tal-istandards u r-rekwiżiti obbligatorji stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni u fil-liġi nazzjonali, kif ukoll il-kundizzjonalità, kif stabbilit fil-Pjan Strateġiku tal-PAK. L-Istati Membri jenħtieġ li jipprovdu inċentivi finanzjarji lill-benefiċjarji. L-impenji relatati ma' dan it-tip ta' intervent jistgħu jittieħdu għal perjodu annwali jew pluriennali prestabbilit u jistgħu jmorru lil hinn minn seba' snin fejn dan ikun debitament ġustifikat.
Emendi 35 u 795 Proposta għal regolament Premessa 39
(39) Jenħtieġ li l-miżuri tal-forestrija jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-Foresti tal-Unjoni, u jkunu bbażati fuq il-programmi tal-foresti nazzjonali jew subnazzjonali jew strumenti ekwivalenti tal-Istati Membri, li jenħtieġ li jibnu fuq l-impenji li jirriżultaw mir-Regolament dwar l-inklużjoni tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta' gassijiet serra mill-użu tal-art, mit-tibdil fl-użu tal-art u mill-forestrija [ir-Regolament LULUCF] u dawk li ttieħdu fil-Konferenzi Ministerjali dwar il-Protezzjoni tal-Foresti fl-Ewropa. Jenħtieġ li l-interventi jiġu bbażati fuq il-pjanijiet ta' ġestjoni tal-foresti jew strumenti ekwivalenti u jistgħu jinkludu l-iżvilupp taż-żoni tal-foresti u l-ġestjoni sostenibbli tal-foresti, inkluż l-afforestazzjoni tal-art u l-ħolqien u r-riġenerazzjoni tas-sistemi agroforestali; il-protezzjoni, ir-restawr u t-titjib tar-riżorsi tal-foresti, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet tal-adattament; l-investimenti biex jiġu garantiti u msaħħa l-konservazzjoni u reżiljenza tal-foresti, u l-provvista ta' servizzi dwar il-klima u l-ekosistema tal-foresti; u miżuri u investimenti għall-appoġġ tal-enerġija rinnovabbli u tal-bijoekonomija.
(39) Jenħtieġ li l-miżuri tal-forestrija jikkontribwixxu għaż-żieda tal-użu tas-sistemi tal-agroforestrija u għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-Foresti tal-Unjoni, u jkunu bbażati fuq il-programmi tal-foresti nazzjonali jew subnazzjonali jew strumenti ekwivalenti tal-Istati Membri, li jenħtieġ li jibnu fuq l-impenji li jirriżultaw mir-Regolament (UE) 2018/841 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a u dawk li ttieħdu mill-Konferenzi Ministerjali dwar il-Protezzjoni tal-Foresti fl-Ewropa. Jenħtieġ li l-interventi jiġu bbażati fuq il-pjanijiet ta' ġestjoni tal-foresti sostenibbli jew strumenti ekwivalenti li jwasslu għal sekwestru tal-karbonju effettiv mill-atmosfera filwaqt li jtejbu l-bijodiversità u jistgħu jinkludu l-iżvilupp taż-żoni tal-foresti u l-ġestjoni sostenibbli tal-foresti, inkluż l-afforestazzjoni tal-art, il-prevenzjoni tan-nirien u l-ħolqien u r-riġenerazzjoni tas-sistemi agroforestali; il-protezzjoni, ir-restawr u t-titjib tar-riżorsi tal-foresti, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet tal-adattament; l-investimenti biex jiġu garantiti u msaħħa l-konservazzjoni u reżiljenza tal-foresti, u l-provvista ta' servizzi dwar il-klima u l-ekosistema tal-foresti; u miżuri u investimenti għall-appoġġ tal-enerġija rinnovabbli u tal-bijoekonomija.
_____________________
1a Ir-Regolament (UE) 2018/841 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 dwar l-inklużjoni tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta' gassijiet serra minn użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija fil-qafas ta' politika għall-klima u l-enerġija għall-2030 u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 u d-Deċiżjoni Nru 529/2013/UE (ĠU L 156, 19.6.2018, p. 1).
Emenda 36 Proposta għal regolament Premessa 40
(40) Sabiex jiġi żgurat introjtu ġust u settur agrikolu reżiljenti fit-territorju kollu tal-Unjoni, l-Istati Membri jstgħu jagħtu appoġġ lill-bdiewa f'żoni li qed jiffaċċjaw restrizzjonijiet naturali u restrizzjonijiet oħra speċifiċi għaż-żona. Fir-rigward tal-pagamenti għall-ANC, id-deżinjazzjoni tal-politika ta' Żvilupp Rurali 2014–2020 jenħtieġ li tkompli tapplika. Biex il-PAK tagħti valur miżjud imsaħħaħ tal-Unjoni fuq l-ambjent u rinforza s-sinerġiji tagħha mal-finanzjament tal-investimenti fin-natura u l-bijodiversità, huwa meħtieġ li jkun hemm miżura separata li l-mira tagħha tkun li l-benefiċjarji jiġu kkumpensati għall-iżvantaġġi relatati mal-implimentazzjoni tan-Natura 2000 u tad-Direttivi Qafas dwar l-Ilma. Għalhekk jenħtieġ li jibqa' jingħata l-appoġġ lill-bdiewa u lid-detenturi tal-foresti biex ikunu jistgħu jiġu indirizzati l-iżvantaġġi speċifiċi li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/147/KE u d-Direttiva 92/43/KEE u sabiex jikkontribwixxi għall-ġestjoni effettiva tas-siti tan-Natura 2000. Jenħtieġ li l-appoġġ ikun disponibbli wkoll għall-bdiewa biex jgħinhom jindirizzaw l-iżvantaġġi fiż-żoni tal-baċiri idrografiċi li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma. L-appoġġ jenħtieġ li jkun marbut ma' rekwiżiti speċifiċi deskritti fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK li jmorru lil hinn mill-istandards u r-rekwiżiti obbligatorji rilevanti. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw ukoll li l-pagamenti lill-bdiewa ma jwasslux għal finanzjament doppju mal-ekoskemi. Barra minn hekk, jenħtieġ li jitqiesu l-ħtiġijiet speċjali taż-żoni tan-Natura 2000 mill-Istati Membri fit-tfassil kumplessiv tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom.
(40) Sabiex jiġi żgurat introjtu ġust u settur agrikolu reżiljenti fit-territorju kollu tal-Unjoni, l-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ lill-bdiewa f'żoni li qed jiffaċċjaw restrizzjonijiet naturali u restrizzjonijiet oħra speċifiċi għaż-żona, inklużi żoni muntanjużi u reġjuni insulari. Fir-rigward tal-pagamenti għall-ANC, id-deżinjazzjoni tal-politika ta' Żvilupp Rurali 2014–2020 jenħtieġ li tkompli tapplika. Biex il-PAK tagħti valur miżjud imsaħħaħ tal-Unjoni fuq l-ambjent u ssaħħaħ is-sinerġiji tagħha mal-finanzjament tal-investimenti fin-natura u l-bijodiversità, huwa meħtieġ li jkun hemm miżura separata li l-mira tagħha tkun li l-benefiċjarji jiġu kkumpensati għall-iżvantaġġi relatati mal-implimentazzjoni tan-Natura 2000 stabbilita mid-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE1a u d-Direttiva Qafas dwar l-Ilma. Għalhekk jenħtieġ li jibqa' jingħata l-appoġġ lill-bdiewa u lid-detenturi tal-foresti biex ikunu jistgħu jiġu indirizzati l-iżvantaġġi speċifiċi li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/147/KE u d-Direttiva 92/43/KEE u sabiex jikkontribwixxi għall-ġestjoni effettiva tas-siti tan-Natura 2000. Jenħtieġ li l-appoġġ ikun disponibbli wkoll għall-bdiewa biex jgħinhom jindirizzaw l-iżvantaġġi fiż-żoni tal-baċiri idrografiċi li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma. L-appoġġ jenħtieġ li jkun marbut ma' rekwiżiti speċifiċi deskritti fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK li jmorru lil hinn mill-istandards u r-rekwiżiti obbligatorji rilevanti. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw ukoll li l-pagamenti lill-bdiewa ma jwasslux għal finanzjament doppju mal-ekoskemi, filwaqt li fl-istess ħin jippermettu biżżejjed flessibbiltà fil-Pjanijiet Strateġiċi biex tiġi ffaċilitata l-komplementarjetà bejn interventi differenti. Barra minn hekk, jenħtieġ li jitqiesu l-ħtiġijiet speċjali taż-żoni tan-Natura 2000 mill-Istati Membri fit-tfassil kumplessiv tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom.
____________________
1a Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).
Emenda 37 Proposta għal regolament Premessa 41
(41) Jenħtieġ li l-objettivi tal-PAK jiġu segwiti permezz ta' appoġġ għall-investimenti, produttivi kif ukoll mhux produttivi, fuq l-azjenda agrikola u barra minnha. Investimenti bħal dawn jistgħu jikkonċernaw, inter alia, l-infrastrutturi relatati mal-iżvilupp, il-modernizzazzjoni jew l-adattament għat-tibdil fil-klima tal-agrikoltura u tal-forestrija, inkluż l-aċċess għall-art tal-azjendi agrikoli u l-art tal-foresti, il-konsolidazzjoni u t-titjib tal-art, il-prattiki agroforestali u l-provvista u l-iffrankar tal-enerġija u tal-ilma. Sabiex tiġi żgurata aħjar il-konsistenza tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK mal-objettivi tal-Unjoni, kif ukoll kundizzjonijiet ekwi bejn l-Istati Membri, lista negattiva ta' suġġetti ta' investiment hija inkluża f'dan ir-Regolament.
(41) Jenħtieġ li l-objettivi tal-PAK jiġu segwiti permezz ta' appoġġ għall-investimenti, produttivi kif ukoll mhux produttivi, li għandhom l-għan li jsaħħu r-reżiljenza tal-azjendi agrikoli. Investimenti bħal dawn jistgħu jikkonċernaw, inter alia, l-infrastrutturi relatati mal-iżvilupp, il-modernizzazzjoni jew l-adattament għat-tibdil fil-klima tal-agrikoltura u tal-forestrija, inkluż l-aċċess għall-art tal-azjendi agrikoli u l-art tal-foresti, il-konsolidazzjoni u t-titjib tal-art, il-prattiki agroforestali, u l-provvista u l-iffrankar tal-enerġija u tal-ilma. Sabiex tiġi żgurata aħjar il-konsistenza tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK mal-objettivi tal-Unjoni, kif ukoll kundizzjonijiet ekwi bejn l-Istati Membri, lista negattiva ta' suġġetti ta' investiment hija inkluża f'dan ir-Regolament.
Emenda 38 Proposta għal regolament Premessa 42
(42) Fid-dawl tal-ħtieġa li tiġi indirzzata d-diskrepanza tal-investiment fis-settur agrikolu tal-Unjoni u sabiex jitjieb l-aċċess għall-istrumenti finanzjarji għall-gruppi prijoritarji, b'mod partikolari l-bdiewa żgħażagħ u l-bdiewa ġodda bi profili ta' riskju ogħla, jenħtieġ li jitħeġġeġ l-użu tal-garanzija InvestEU u l-kombinament tal-għotjiet u tal-istrumenti finanzjarji. Peress li l-użu tal-istrumenti finanzjarji fl-Istati Membri kollha jvarja b'mod konsiderevoli bħala riżultat tad-differenza f'termini tal-aċċess għall-finanzi, l-iżvilupp tas-settur bankarju, il-preżenza ta' kapital ta' riskju, il-familjarità tal-amministrazzjonijiet pubbliċi u l-firxa potenzjali ta' benefiċjarji, jenħtieġ li fil-Pjan Strateġiku tal-PAK l-Istati Membri jistabbilixxu miri xierqa, benefiċjarji u kundizzjonijiet preferenzjali, u regoli ta' eliġibbiltà oħra possibbli.
(42) Fid-dawl tal-ħtieġa li tiġi indirizzata d-diskrepanza tal-investiment fis-settur agrikolu tal-Unjoni u sabiex jitjieb l-aċċess għall-istrumenti finanzjarji għall-gruppi prijoritarji, b'mod partikolari l-bdiewa żgħażagħ u l-bdiewa ġodda bi profili ta' riskju ogħla, jenħtieġ li jitħeġġeġ kombinament tal-għotjiet u tal-istrumenti finanzjarji. Peress li l-użu tal-istrumenti finanzjarji fl-Istati Membri kollha jvarja b'mod konsiderevoli bħala riżultat tad-differenza f'termini tal-aċċess għall-finanzi, l-iżvilupp tas-settur bankarju, il-preżenza ta' kapital ta' riskju, il-familjarità tal-amministrazzjonijiet pubbliċi u l-firxa potenzjali ta' benefiċjarji, jenħtieġ li fil-Pjan Strateġiku tal-PAK l-Istati Membri jistabbilixxu miri xierqa, benefiċjarji u kundizzjonijiet preferenzjali, u regoli ta' eliġibbiltà oħra possibbli.
Emenda 39 Proposta għal regolament Premessa 43
(43) Il-bdiewa żgħażagħ u l-bdiewa ġodda għadhom qed jaffaċċjaw ostakoli sinifikanti rigward l-aċċess għall-art, prezzijiet għoljin u l-aċċess għall-kreditu. In-negozji tagħhom huma aktar mhedda mill-volatilità tal-prezzijiet (kemm għall-inputs kif ukoll għall-prodotti) u l-ħtiġijiet tagħhom f'termini ta' taħriġ fil-ħiliet intraprenditorjali u ta' ġestjoni tar-riskju huma għoljin. Għalhekk huwa essenzjali li jitkompla l-appoġġ għat-twaqqif ta' negozji u ta' azjendi agrikoli ġodda. Jenħtieġ li l-Istati Membri jipprevedu approċċ strateġiku u jidentifikaw sett ċar u koerenti ta' interventi għat-tiġdid ġenerazzjonali taħt l-objettiv speċifiku ddedkat għal din il-kwistjoni. Għal dan l-għan, fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu kundizzjonijiet preferenzjali għall-istrumenti finanzjarji għall-bdiewa żgħażagħ u l-bdiewa ġodda, u jenħtieġ li fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom jinkludu d-delimitazzjoni ta' mill-inqas ammont li jikkorrispondi għal 2 % tal-pakkett tal-pagamenti diretti annwali. Jenħtieġ li tiġi stabbilita żieda tal-ammont massimu tal-għajnuna għall-installazzjoni ta' bdiewa żgħażagħ u negozji ġodda rurali, sa EUR 100 000, li tista' tiġi aċċessata wkoll permezz tal-forma ta' appoġġ bi strument finanzjarju jew flimkien magħha.
(43) Il-bdiewa żgħażagħ u l-bdiewa ġodda għadhom qed jaffaċċjaw ostakoli sinifikanti rigward l-aċċess għall-art, prezzijiet għoljin u l-aċċess għall-kreditu. In-negozji tagħhom huma aktar mhedda mill-volatilità tal-prezzijiet (kemm għall-inputs kif ukoll għall-prodotti) u l-ħtiġijiet tagħhom f'termini ta' taħriġ fil-ħiliet intraprenditorjali, prevenzjoni tar-riskju u ta' ġestjoni tar-riskju huma għoljin. Għalhekk huwa essenzjali li jitkompla l-appoġġ għat-twaqqif ta' negozji u ta' azjendi agrikoli ġodda. Jenħtieġ li l-Istati Membri jipprevedu approċċ strateġiku u jidentifikaw sett ċar u koerenti ta' interventi għat-tiġdid ġenerazzjonali taħt l-objettiv speċifiku ddedikat għal din il-kwistjoni. Għal dan l-għan, fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu kundizzjonijiet preferenzjali għall-istrumenti finanzjarji għall-bdiewa żgħażagħ u l-bdiewa ġodda, u jenħtieġ li fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom jinkludu d-delimitazzjoni ta' mill-inqas ammont li jikkorrispondi għal 2 % tal-pakkett tal-pagamenti diretti annwali fl-ewwel pilastru. Jenħtieġ li tiġi stabbilita żieda tal-ammont massimu tal-għajnuna għall-installazzjoni ta' bdiewa żgħażagħ u negozji ġodda rurali, sa EUR 100 000, li tista' tiġi aċċessata wkoll permezz tal-forma ta' appoġġ bi strument finanzjarju jew flimkien magħha.
Emenda 40 Proposta għal regolament Premessa 44
(44) Fid-dawl tal-ħtieġa li jiġu żgurati għodod xierqa għall-ġestjoni tar-riskju, jenħtieġ li jinżammu l-primjums tal-assigurazzjoni u l-fondi mutwi, iffinanzjati mill-FAEŻR. Il-kategorija tal-fondi mutwi tinkludi kemm dawk marbutin mat-telf tal-produzzjoni, kif ukoll l-għodod ta' stabbilizzazzjoni tal-introjtu speċifiċi għal kull settur, marbuta mat-telf fl-introjtu.
(44) Fid-dawl tal-ħtieġa li jiġu żgurati għodod xierqa għall-ġestjoni tar-riskju, jenħtieġ li jinżammu l-primjums tal-assigurazzjoni u l-fondi mutwi, iffinanzjati mill-FAEŻR. Il-kategorija tal-fondi mutwi tinkludi kemm dawk marbutin mat-telf tal-produzzjoni, kif ukoll l-għodod ta' stabbilizzazzjoni tal-introjtu speċifiċi għal kull settur, marbuta mat-telf fl-introjtu. Sabiex jiġu adattati l-għodod tal-ġestjoni tar-riskji għall-isfidi li jħabbtu wiċċhom magħhom il-bdiewa, inkluż it-tibdil fil-klima, is-sett ta' għodod tal-PAK jenħtieġ li jinkludi kumpens għall-ispejjeż u t-telf imġarrba mill-bdiewa b'rabta mal-miżuri meħuda biex jiġu miġġielda l-mard tal-annimali u l-pesti tal-pjanti, jew għat-telf imġarrab mill-bdiewa organiċi minħabba kontaminazzjoni esterna li ma jkunux responsabbli għaliha. Madankollu, il-kompatibbiltà ta' interventi ffinanzjati mill-FAEŻR mas-sistemi nazzjonali tal-ġestjoni tar-riskju jenħtieġ li tiġi żgurata.
Emendi 41 u 796 Proposta għal regolament Premessa 45
(45) Jenħtieġ li l-appoġġ jippermetti l-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-kooperazzjoni bejn mill-inqas żewġ entitajiet fid-dawl tal-kisba tal-objettivi tal-PAK. L-appoġġ jista' jinkludi l-aspetti kollha ta' kooperazzjoni bħal din, bħal pereżempju t-twaqqif ta' skemi ta' kwalità; azzjoni ambjentali u klimatika kollettiva; il-promozzjoni ta' katina ta' provvista qasira u swieq lokali; proġetti pilota; Il-proġetti tal-Grupp Operattiv fi ħdan il-proġetti ta' żvilupp lokali tal-EIP għall-produttività u s-sostenibbiltà fil-qasam agrikolu, l-Irħula Intelliġenti, il-klabbs tax-xerrejja u l-assoċjazzjonijiet għall-użu kollettiv tal-makkinarju agrikolu (machinery rings); sħubijiet tal-azjendi agrikoli; pjanijiet tal-ġestjoni tal-foresti; netwerks u raggruppamenti; biedja soċjali; agrikultura appoġġata mill-komunità; azzjonijiet fil-kamp ta' applikazzjoni tal-LEADER; u t-twaqqif ta' gruppi ta' produtturi u organizzazzjonijiet ta' produtturi, kif ukoll forom oħra ta' kooperazzjoni li jitqiesu meħtieġa biex jinkisbu l-objettivi speċifiċi tal-PAK.
(45) Jenħtieġ li l-appoġġ jippermetti l-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-kooperazzjoni bejn mill-inqas żewġ entitajiet fid-dawl tal-kisba tal-objettivi tal-PAK. L-appoġġ jista' jinkludi l-aspetti kollha ta' kooperazzjoni bħal din, bħal pereżempju t-twaqqif, ċertifikazzjoni tal-ispejjeż, promozzjoni u manutenzjoni ta' skemi ta' kwalità; azzjoni ambjentali u klimatika kollettiva; il-promozzjoni ta' katina ta' provvista qasira u swieq lokali; proġetti pilota; Il-proġetti tal-Grupp Operattiv fi ħdan il-proġetti ta' żvilupp lokali tal-EIP għall-produttività u s-sostenibbiltà fil-qasam agrikolu, l-Irħula Intelliġenti, il-klabbs tax-xerrejja u l-assoċjazzjonijiet għall-użu kollettiv tal-makkinarju agrikolu (machinery rings); sħubijiet tal-azjendi agrikoli; pjanijiet tal-ġestjoni tal-foresti, inkluża l-agroforestrija ; netwerks u raggruppamenti; biedja soċjali; agrikultura appoġġata mill-komunità; azzjonijiet fil-kamp ta' applikazzjoni tal-LEADER; u t-twaqqif ta' gruppi ta' produtturi u organizzazzjonijiet ta' produtturi, inklużi gruppi ta' produtturi rikonoxxuti skont ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a, kif ukoll forom oħra ta' kooperazzjoni li jitqiesu meħtieġa biex jinkisbu l-objettivi speċifiċi tal-PAK. Bħala mezz ta' promozzjoni tat-tiġdid interġenerazzjonali, jenħtieġ li jitqies l-għoti ta' appoġġ speċifiku lill-bdiewa li jixtiequ jieqfu mill-biedja qabel ma jilħqu l-età statutorja tal-irtirar u li jkollhom il-ħsieb li jagħtu l-azjenda agrikola tagħhom lil bidwi żagħżugħ li jikkoopera.
_____________________
1a Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1).
Emenda 42 Proposta għal regolament Premessa 47
(47) Jenħtieġ li l-FAEG ikompli jiffinanzja t-tipi ta' interventi fil-forma ta' pagamenti diretti u t-tipi ta' interventi settorjali, filwaqt li l-FAEŻR jenħtieġ li jkompli jiffinanzja t-tipi ta' interventi għall-iżvilupp rurali kif deskritt f'dan ir-Regolament. Jenħtieġ li r-regoli għall-ġestjoni finanzjarji tal-PAK jiġu stipulati b'mod separat għaż-żewġ fondi u għall-attivitajiet appoġġati minn kull wieħed minnhom, filwaqt li jitqies li l-mudell ta' implimentazzjoni l-ġdid jagħti aktar flessibbiltà u sussidjarjetà biex l-Istati Membri jilħqu l-objettivi tagħhom It-tipi ta' interventi taħt dan ir-Regolament jenħtieġ li jkopru l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2027.
(47) Jenħtieġ li l-FAEG ikompli jiffinanzja t-tipi ta' interventi fil-forma ta' pagamenti diretti u t-tipi ta' interventi settorjali, filwaqt li l-FAEŻR jenħtieġ li jkompli jiffinanzja t-tipi ta' interventi għall-iżvilupp rurali kif deskritt f'dan ir-Regolament. Jenħtieġ li r-regoli għall-ġestjoni finanzjarji tal-PAK jiġu stipulati b'mod separat għaż-żewġ fondi u għall-attivitajiet appoġġati minn kull wieħed minnhom, filwaqt li jitqies li l-mudell ta' implimentazzjoni l-ġdid jagħti aktar flessibbiltà u sussidjarjetà biex l-Istati Membri jilħqu l-objettivi tagħhom It-tipi ta' interventi taħt dan ir-Regolament jenħtieġ li jkopru l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2022 sal-31 ta' Diċembru 2027.
Emenda 43 Proposta għal regolament Premessa 48
(48) L-appoġġ għall-pagamenti diretti skont il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK jenħtieġ li jingħata fil-limitu tal-allokazzjonijiet nazzjonali li jridu jiġu stabbiliti f'dan ir-Regolament. Dawn l-allokazzjonijiet nazzjonali jenħtieġ li jirriflettu kontinwazzjoni tal-bidliet fejn l-allokazzjonijiet lill-Istati Membri bl-aktar livell baxx ta' appoġġ għal kull ettaru jiżdiedu b'mod gradwali biex jagħlqu 50 % tad-diskrepanza lejn 90 % tal-medja tal-Unjoni. Sabiex jitqies il-mekkaniżmu tat-tnaqqis tal-pagamenti u l-użu tal-prodott tiegħu fl-Istat Membru, l-allokazzjonijiet finanzjarji indikattivi totali kull sena fil-Pjan Strateġiku tal-PAK ta' Stat Membru jenħtieġ li jkun jista' jaqbeż l-allokazzjoni nazzjonali.
(48) Il-FAEG jenħtieġ li ma jipprovdix appoġġ għall-attivitajiet li jagħmlu ħsara lill-ambjent, jew li ma jkunux konsistenti mal-objettivi relatati mal-klima u l-ambjent skont il-prinċipji ta' ġestjoni agrikola sostenibbli. L-appoġġ għall-pagamenti diretti skont il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK jenħtieġ li jingħata fil-limitu tal-allokazzjonijiet nazzjonali li jridu jiġu stabbiliti f'dan ir-Regolament. Dawn l-allokazzjonijiet nazzjonali jenħtieġ li jirriflettu kontinwazzjoni tal-bidliet fejn l-allokazzjonijiet lill-Istati Membri bl-aktar livell baxx ta' appoġġ għal kull ettaru jiżdiedu b'mod gradwali biex jagħlqu 50 % tad-diskrepanza lejn 90 % tal-medja tal-Unjoni. Sabiex jitqies il-mekkaniżmu tat-tnaqqis tal-pagamenti u l-użu tal-prodott tiegħu fl-Istat Membru, l-allokazzjonijiet finanzjarji indikattivi totali kull sena fil-Pjan Strateġiku tal-PAK ta' Stat Membru jenħtieġ li jkun jista' jaqbeż l-allokazzjoni nazzjonali.
Emenda 44 Proposta għal regolament Premessa 49
(49) Sabiex tiġi ffaċilitata l-ġestjoni tal-fondi tal-FAEŻR, jenħtieġ li tiġi stabbilita rata ta' kontribuzzjoni unika għall-appoġġ mill-FAEŻR b'rabta man-nefqa pubblika fl-Istati Membri. Sabiex jitqiesu l-importanza partikolari jew in-natura ta' ċerti tipi ta' operazzjonijiet, jenħtieġ li jiġu stabbiliti rati ta' kontribuzzjoni speċifiċi b'rabta magħhom. Sabiex jiġu mitigati r-restrizzjonijiet speċifiċi li jirriżultaw mil-livell ta' żvilupp, mid-distanza u l-insularità, jenħtieġ li tiġi stabbilita rata ta' kontribuzzjoni xierqa tal-FAEŻR għar-reġjuni inqas żviluppati, għar-reġjuni ultraperiferiċi msemmija fl-Artikolu 349 tat-TFUE u għall-gżejjer żgħar tal-Eġew.
(49) Sabiex tiġi ffaċilitata l-ġestjoni tal-fondi tal-FAEŻR, jenħtieġ li tiġi stabbilita rata ta' kontribuzzjoni ġenerali għall-appoġġ mill-FAEŻR b'rabta man-nefqa pubblika fl-Istati Membri. Sabiex jitqiesu l-importanza partikolari jew in-natura ta' ċerti tipi ta' operazzjonijiet, jenħtieġ li jiġu stabbiliti rati ta' kontribuzzjoni speċifiċi b'rabta magħhom. Sabiex jiġu mitigati r-restrizzjonijiet speċifiċi li jirriżultaw mil-livell ta' żvilupp, mid-distanza u l-insularità tar-reġjuni ultraperiferiċi msemmija fl-Artikolu 349 tat-TFUE u tal-gżejjer żgħar tal-Eġew kif iddefinit fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 229/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a, jenħtieġ li tiġi stabbilita rata ta' kontribuzzjoni ogħla tal-FAEŻR għal dawk ir-reġjuni.
_____________________
1a Regolament (UE) Nru 229/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 13 ta' Marzu 2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1405/2006 (ĠU L 78, 20.3.2013, p. 41).
Emenda 45 Proposta għal regolament Premessa 49a (ġdida)
(49a) Jenħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji oġġettivi għall-kategorizzazzjoni tar-reġjuni u ż-żoni fil-livell tal-Unjoni għall-appoġġ mill-FAEŻR. Għal dan il-għan, l-identifikazzjoni tar-reġjuni u taż-żoni fil-livell tal-Unjoni jenħtieġ li tkun ibbażata fuq is-sistema komuni ta' klassifikazzjoni tar-reġjuni stabbilita mir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a. Jenħtieġ li jintużaw l-aħħar klassifikazzjonijiet u l-aħħar data biex jiġi żgurat appoġġ adegwat, b'mod partikolari biex jiġu indirizzati reġjuni li jkunu baqgħu lura u d-disparitajiet interreġjonali ġo Stat Membru.
__________________
1aIr-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1).
Emendi 46 u 797 Proposta għal regolament Premessa 50
(50) Jenħtieġ li l-FAEŻR ma jipprovdix appoġġ għall-investimenti li jagħmlu ħsara lill-ambjent. Għalhekk huwa neċessarju li f'dan ir-Regolament jiġi previst għadd ta' regoli ta' esklużjoni, kif ukoll il-possibbiltà li jiġu żviluppati aktar dawn il-garanziji f'atti delegati. B'mod partikolari, jenħtieġ li l-FAEŻR ma jiffinanzjax l-investimenti fl-irrigazzjoni li ma jikkontribwixxux lejn il-kisba, jew il-presevazzjoni tal-istatus tajjeb tal-korp tal-ilma jew korpi tal-ilma assoċjati u l-investimenti fl-afforestazzjoni li mhumiex konsistenti mal-objettivi klimatiċi u ambjentali f'konformità mal-prinċipji tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti.
(50) Jenħtieġ li l-FAEŻR jipprovdi appoġġ b'mod prijoritarju lill-investimenti li jiġġeneraw kemm benefiċċji ekonomiċi kif ukoll ambjentali filwaqt li ma jappoġġax investimenti li jagħmlu ħsara lill-ambjent jew li ma jkunux konsistenti mal-objettivi klimatiċi, ambjentali, tat-trattament xieraq tal-annimali u tal-bijodiversità. Jenħtieġ li jiġu enfasizzati l-investimenti li jiġġeneraw kemm benefiċċji ekonomiċi kif ukoll ambjentali. Għalhekk huwa neċessarju li f'dan ir-Regolament jiġi previst għadd ta' regoli ta' esklużjoni aktar speċifiċi, kif ukoll il-possibbiltà li jiġu żviluppati aktar dawn il-garanziji f'atti delegati. B'mod partikolari, jenħtieġ li l-FAEŻR ma jiffinanzjax l-investimenti fl-afforestazzjoni li mhumiex konsistenti mal-objettivi klimatiċi u ambjentali f'konformità mal-prinċipji tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-FAEŻR ma jkoprix investimenti fl-irrigazzjoni li ma jikkontribwixxu xejn għall-kisba, jew il-preservazzjoni, ta status tajjeb tal-korp jew korpi tal-ilma assoċjati. L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-awtoritajiet jaqdu rwol attiv fl-ekoloġija u l-ġestjoni tan-nirien fil-foresti fi kwalunkwe azzjoni ta' afforestazzjoni jew riforestazzjoni u jsaħħu r-rwol tal-miżuri preventivi mhux vinkolanti u tal-ġestjoni tal-użu tal-art.
Emenda 47 Proposta għal regolament Premessa 51a (ġdida)
(51a) Sabiex l-Unjoni tkun tista' tkun indipendenti mill-importazzjonijiet tal-proteini veġetali, il-PAK għandha l-għan li tippromwovi, f'konformità mad-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a (Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli), l-użu ta' bijofjuwils miksuba mill-koprodotti taż-żrieragħ żejtnin minn għelejjel tal-proteini.
__________________
1a Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16).
Emenda 858 Proposta għal regolament Premessa 51b (ġdida)
(51b) Il-FAEG u l-FAEŻR jenħtieġ li ma jipprovdux appoġġ lill-bdiewa li l-attivitajiet tagħhom jinkludu t-tnissil ta' barrin għall-ġlied tal-barrin. Tali finanzjamenti jikkostitwixxu ksur ċar tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tal-Annimali li Jinżammu għal Skopijiet ta' Biedja.
Emenda 798 Proposta għal regolament Premessa 52
(52) Filwaqt li tiġi riflessa l-importanza tal-indirizzar tat-tibdil fil-klima f'konformità mal-impenji tal-Unjoni biex timplimenta l-Ftehim ta' Pariġi, u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan il-Programm se tikkontriwbixxi biex tiġi simplifikata l-azzjoni klimatika fil-politiki tal-Unjoni u biex tinkiseb mira ġenerali ta' 25 % tan-nefqa tal-baġit tal-UE li tappoġġa l-objettivi klimatiċi. L-azzjonijiet taħt il-PAK huma mistennija li jikkontribwixxu għal 40 % tal-pakkett finanzjarju ġenerali tal-PAK għall-objettivi klimatiċi. L-azzjonijiet rilevanti se jiġu identifikati matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Programm, u jerġgħu jiġu vvalutati fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet u l-proċessi ta' rieżami rilevanti.
(52) Filwaqt li tiġi riflessa l-importanza tal-indirizzar tat-tibdil fil-klima f'konformità mal-impenji tal-Unjoni biex timplimenta l-Ftehim ta' Pariġi, u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan il-Programm se jikkontribwixxi biex tiġi simplifikata l-azzjoni klimatika u jiġu eliminati gradwalment is-sussidji li jagħmlu ħsara lill-ambjent fil-politiki tal-Unjoni u biex tinkiseb mira ġenerali ta' mill-inqas 30 % tan-nefqa tal-baġit tal-UE li tappoġġa l-objettivi klimatiċi. L-azzjonijiet taħt il-PAK jenħtieġ li jikkontribwixxu għal mill-inqas 40 % tal-pakkett finanzjarju ġenerali tal-PAK għall-objettivi klimatiċi. L-azzjonijiet rilevanti se jiġu identifikati matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Programm, u jerġgħu jiġu vvalutati fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet u l-proċessi ta' rieżami rilevanti.
Emenda 48 Proposta għal regolament Premessa 54
(54) Sabiex jissaħħaħ il-valur miżjud tal-Unjoni u biex jiġi preservat suq intern agrikolu li jiffunzjona, kif ukoll biex jiġu segwiti l-objettivi speċifiċi u ġenerali u speċifiċi msemmija hawn fuq, jenħtieġ li l-Istati Membri ma jieħdux deċiżjonijiet skont dan ir-Regolament b'mod iżolat iżda fil-qafas ta' proċess strutturat li jenħtieġ li jimmaterjalizza fi Pjan Strateġiku tal-PAK. Jentħieġ li r-regoli minn fuq għal isfel tal-Unjoni jistabbilixxu l-objettivi speċifiċi tal-PAK fl-UE kollha, it-tipi ta' interventi ewlenin, il-qafas ta' prestazzjoni u l-istruttura ta' governanza. Distribuzzjoni tal-kompiti bħal din timmira li tiġi żgurata korrispondenza sħiħa bejn ir-riżorsi finanzjarji investiti u r-riżultati miksuba.
(54) Sabiex jissaħħaħ il-valur miżjud tal-Unjoni u biex jiġi preservat suq intern agrikolu li jiffunzjona, kif ukoll biex jiġu segwiti l-objettivi speċifiċi u ġenerali u speċifiċi msemmija hawn fuq, jenħtieġ li l-Istati Membri ma jieħdux deċiżjonijiet skont dan ir-Regolament b'mod iżolat iżda fil-qafas ta' proċess strutturat li jenħtieġ li jimmaterjalizza fi Pjan Strateġiku tal-PAK. Jenħtieġ li r-regoli minn fuq għal isfel tal-Unjoni jistabbilixxu l-objettivi speċifiċi tal-PAK fl-Unjoni kollha, it-tipi ta' interventi ewlenin, il-qafas ta' prestazzjoni u l-istruttura ta' governanza. Distribuzzjoni tal-kompiti bħal din timmira li tiġi żgurata korrispondenza sħiħa bejn ir-riżorsi finanzjarji investiti u r-riżultati miksuba.
Emenda 49 Proposta għal regolament Premessa 55
(55) Sabeix tiġi żgurata natura strateġika ċara ta' dawn il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, u biex jiġu ffaċilitati r-rabtiet ma' politiki oħra tal-Unjoni, u b'mod partikolari ma' miri nazzjonali stabbiliti fit-tul li jirriżultaw mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew mill-ftehimiet internazzjonali bħal dawk relatati mat-tibdil fil-klima, mal-foresti, mal-bijodiversità u mal-ilma, huwa xieraq li jenħtieġ li jkun hemm Pjan Strateġiku tal-PAK wieħed għal kull Stat Membru.
(55) Sabiex tiġi żgurata natura strateġika ċara ta' dawn il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, u biex jiġu ffaċilitati r-rabtiet ma' politiki oħra tal-Unjoni, u b'mod partikolari ma' miri nazzjonali stabbiliti fit-tul li jirriżultaw mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew mill-ftehimiet internazzjonali bħal dawk relatati mat-tibdil fil-klima, mal-foresti, mal-bijodiversità u mal-ilma, huwa xieraq li jenħtieġ li jkun hemm Pjan Strateġiku tal-PAK wieħed għal kull Stat Membru. Filwaqt li titqies l-istruttura amministrattiva tal-Istati Membri, jenħtieġ li l-Pjan Strateġiku, fejn xieraq, jinkludi interventi reġjonalizzati għall-iżvilupp rurali.
Emenda 50 Proposta għal regolament Premessa 55a (ġdida)
(55a) Huwa imperattiv li l-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK ikollhom qafas ċar, sempliċi u mhux ambigwu sabiex jiġi evitat li jkun hemm regolamentazzjoni żejda tal-politika fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali.
Emenda 51 Proposta għal regolament Premessa 55b (ġdida)
(55b) Jenħtieġ li l-mudell ta' implimentazzjoni l-ġdid ma jiddubitax l-integrità tas-suq uniku jew in-natura storikament Ewropea tal-PAK, li jenħtieġ li tibqa' politika verament komuni, li tiżgura approċċ tal-Unjoni u kundizzjonijiet ekwi.
Emenda 730 Proposta għal regolament Premessa 55c (ġdida)
(55c) F'konformità mal-Artikolu 208 tat-TFUE, l-Unjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-objettivi ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp jitqiesu fl-interventi kollha tal-PAK, u li jiġu rrispettati d-dritt għall-ikel kif ukoll id-dritt għall-iżvilupp. L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw ukoll li l-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK jikkontribwixxu kemm jista' jkun għall-kisba f'waqtha tal-għanijiet stabbiliti fl-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli u fil-Ftehim ta' Pariġi, kif ukoll tal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, l-impenji ambjentali u klimatiċi tal-Unjoni u l-leġiżlazzjoni applikabbli adottata mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill abbażi tal-Istrateġija "Mill-Għalqa sal-Platt" u l-Istrateġija għall-Bijodiversità.
Emenda 52 Proposta għal regolament Premessa 56
(56) Fil-proċess ta' żvilupp tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom, jenħtieġ li l-Istati Membri janalizzaw is-sitwazzjoni u l-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom, jistabbilixxu miri marbuta mal-kisba tal-objettivi tal-PAK u jfasslu l-interventi li se jippermettu li jintlaħqu dawn il-miri, filwaqt li jiġu adattati għall-kuntesti nazzjonali u reġjonali speċifiċi, inkluż ir-reġjuni ultraperiferiċi skont l-Artikolu 349 tat-TFUE. It-tali proċess jenħtieġ li jippromwovi aktar sussidjarjetà f'qafas komuni tal-Unjoni, filwaqt li l-konformità mal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni u l-objettivi tal-PAK jenħtieġ li jiġu żgurati. Għalhekk huwa xieraq li jiġu stabbiliti regoli dwar l-istruttura u l-kontenut tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK.
(56) Fil-proċess ta' żvilupp tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom, jenħtieġ li l-Istati Membri janalizzaw is-sitwazzjoni u l-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom, jistabbilixxu miri li jkunu realistiċi, marbuta mal-kisba tal-objettivi tal-PAK u jfasslu l-interventi li se jippermettu li jintlaħqu dawn il-miri waqt li jipprovdu ċertezza lill-benefiċjarji finali, filwaqt li jiġu adattati għall-kuntesti nazzjonali u reġjonali speċifiċi, inkluż ir-reġjuni ultraperiferiċi skont l-Artikolu 349 tat-TFUE. It-tali proċess jenħtieġ li jippromwovi aktar sussidjarjetà f'qafas komuni tal-Unjoni, filwaqt li l-konformità mal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni u l-objettivi tal-PAK jenħtieġ li jiġu żgurati. Għalhekk huwa xieraq li jiġu stabbiliti regoli dwar l-istruttura u l-kontenut tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK. Sabiex jiġi żgurat li l-istabbiliment tal-miri mill-Istati Membri u li t-tfassil tal-interventi jkunu xierqa u li jimmassimizzaw il-kontribut tal-objettivi tal-PAK, u filwaqt li tiġi żgurata n-natura komuni tal-politika, huwa meħtieġ li l-istrateġija tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tiġi bbażata fuq analiżi minn qabel tal-kuntesti lokali u valutazzjoni tal-ħtiġijiet b'rabta mal-objettivi tal-PAK. Fil-proċess tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, jeħtieġ li jiġi żgurat l-involviment tal-bdiewa u tal-organizzazzjonijiet tal-bdiewa.
Emenda 53 Proposta għal regolament Premessa 57
(57) Sabiex jiġi żgurat li l-istabbiliment tal-miri mill-Istati Membri u li t-tfassil tal-interventi huwa xieraq u li jimmassimizza l-kontribut tal-objettivi tal-PAK, huwa meħtieġ li l-istrateġija tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tiġi bbażata fuq analiżi minn qabel tal-kuntesti lokali u valutazzjoni tal-ħtiġijiet b'rabta mal-objettivi tal-PAK.
(57) Huwa importanti wkoll li l-pjanijiet strateġiċi tal-PAK ikunu jistgħu jirriflettu b'mod adegwat il-bidliet fil-kundizzjonijiet, fl-istrutturi (kemm interni kif ukoll esterni) u fis-sitwazzjonijiet tas-suq tal-Istati Membri u li jistgħu, għalhekk, ikunu aġġustati maż-żmien biex jirriflettuhom.
Emenda 54 Proposta għal regolament Premessa 58
(58) Jenħtieġ li l-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK ikollhom l-għan li jiżguraw koerenza msaħħa fost il-bosta għodod tal-PAK, peress li jenħtieġ li jkopru t-tipi ta' interventi fil-forma ta' pagamenti diretti, it-tipi ta' interventi settorjali u t-tipi ta' interventi għall-iżvilupp rurali. Jenħtieġ ukoll li jiżguraw u juru l-allinjament u l-adegwatezza tal-għażliet li jkunu għamlu l-Istati Membri għall-prijoritajiet u l-objettivi tal-Unjoni. Għalhekk huwa xieraq li jkun fihom strateġija ta' intervent orjentata lejn ir-riżultati u strutturata fuq l-objettivi speċifiċi tal-PAK, inkluż miri kwantifikati b'rabta ma' dawn l-objettivi. Sabiex ikun jista' jsir monitoraġġ tagħhom fuq bażi annwali, huwa xieraq li dawn il-miri jkunu bbażati fuq l-indikaturi tar-riżultati.
(58) Jenħtieġ li l-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK ikollhom l-għan li jiżguraw koerenza msaħħa fost il-bosta għodod tal-PAK, peress li jenħtieġ li jkopru t-tipi ta' interventi fil-forma ta' pagamenti diretti, it-tipi ta' interventi settorjali u t-tipi ta' interventi għall-iżvilupp rurali. Jenħtieġ ukoll li jiżguraw u juru l-allinjament u l-adegwatezza tal-għażliet li jkunu għamlu l-Istati Membri għall-prijoritajiet u l-objettivi tal-Unjoni. Għalhekk huwa xieraq li jkun fihom strateġija ta' intervent orjentata lejn ir-riżultati u strutturata fuq l-objettivi speċifiċi tal-PAK, inkluż miri kwantifikati b'rabta ma' dawn l-objettivi. Sabiex ikun jista' jsir monitoraġġ tagħhom, huwa xieraq li dawn il-miri jkunu bbażati fuq l-indikaturi tar-riżultati.
Emenda 800 Proposta għal regolament Premessa 58a (ġdida)
(58a) Il-bażi tal-għarfien eżistenti, f'termini tal-kwantità u l-kwalità tal-informazzjoni disponibbli, tvarja b'mod konsiderevoli għall-finijiet tal-monitoraġġ tal-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6 ta' dan ir-Regolament. Għal xi objettivi speċifiċi, b'mod partikolari għall-monitoraġġ tal-bijodiversità, attwalment il-bażi tal-għarfien hija dgħajfa jew mhijiex adatta biżżejjed biex jinħolqu indikaturi tal-impatt sodi, bħal dawk għad-dakkara u l-bijodiversità tal-għelejjel. L-objettivi u l-indikaturi speċifiċi li ġew stabbiliti għall-Unjoni fl-intier tagħha fl-Artikolu 6 u fl-Anness I rispettivament jenħtieġ li jkunu bbażati fuq bażi tal-għarfien u metodoloġiji kondiviżi jew komparabbli fl-Istati Membri kollha. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tidentifika oqsma fejn jeżistu diskrepanzi fl-għarfien jew fejn il-bażi tal-għarfien mhijiex adatta biżżejjed biex jiġi mmonitorjat l-impatt tal-PAK. Din jenħtieġ li tuża l-baġit tal-Unjoni biex tipprovdi rispons komuni għall-ostakoli relatati mal-għarfien u l-monitoraġġ fir-rigward tal-objettivi u l-indikaturi speċifiċi kollha inklużi fl-Artikolu 6. Din jenħtieġ li tfassal rapport dwar din il-kwistjoni u jenħtieġ li tagħmel is-sejbiet tiegħu disponibbli għall-pubbliku.
Emenda 801 Proposta għal regolament Premessa 59
(59) Jenħtieġ li din l-istrateġija tenfasizza l-komplementarjetà kemm bejn l-għodod tal-PAK kif ukoll mal-politiki l-oħra tal-Unjoni. B'mod partikolari, kull Pjan Strateġiku tal-PAK jenħtieġ li jqis il-leġiżlazzjonijiet dwar l-ambjent u l-klima fejn xieraq, u jenħtieġ li jiġu deskritti l-pjanijiet nazzjonali li jirriżultaw minn din il-leġiżlazzjoni bħala parti mill-analiżi tas-sitwazzjoni attwali (analiżi "SWOT"). Huwa xieraq li jiġu elenkati l-istrumenti leġiżlattivi li jenħtieġ li jiġu msemmija b'mod speċifiku fil-Pjan Strateġiku tal-PAK.
(59) Jenħtieġ li din l-istrateġija tenfasizza l-komplementarjetà kemm bejn l-għodod tal-PAK kif ukoll mal-politiki l-oħra tal-Unjoni, inkluża l-koeżjoni. B'mod partikolari, kull Pjan Strateġiku tal-PAK jenħtieġ li jqis il-leġiżlazzjonijiet dwar l-ambjent u l-klima, l-impenji tal-Unjoni għall-Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp, u jenħtieġ li jiġu deskritti l-pjanijiet nazzjonali li jirriżultaw minn din il-leġiżlazzjoni bħala parti mill-analiżi tas-sitwazzjoni attwali (analiżi "SWOT"). Huwa xieraq li jiġu elenkati l-istrumenti leġiżlattivi li jenħtieġ li jiġu msemmija b'mod speċifiku fil-Pjan Strateġiku tal-PAK.
Emenda 55 Proposta għal regolament Premessa 59a (ġdida)
(59a) Minħabba li l-iskema tal-appoġġ għall-introjtu għandha rwol ewlieni fil-garanzija tal-vijabbiltà ekonomika tal-azjendi agrikoli, ikun xieraq li jitqiesu l-impatti soċjali, li l-PAK għandha biex tipprovdi impjiegi f'żoni rurali.Għal dik ir-raġuni l-Istati Membri jenħtieġ li jqisu wkoll fl-ippjanar tal-Pjanijiet Strateġiċi tagħhom l-impatt tal-impjiegi li stabbiliment ikollu f'qasam speċifiku.Il-miżuri u l-attivitajiet li joħolqu aktar opportunitajiet ta' impjieg għandhom jingħataw prijorità fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tal-għodod ta' politika rispettivi.
Emenda 56 Proposta għal regolament Premessa 60
(60) Meta jitqies li jenħtieġ li tingħata flessibbiltà lill-Istati Membri fir-rigward tal-għażla tal-parti li tiddelega tal-implimentazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK fil-livell reġjonali fuq il-bażi ta' qafas nazzjonali, sabiex tiġi ffaċilitata l-koordinazzjoni fost ir-reġjuni fl-indirizzar ta' sfidi man-nazzjon kollu, huwa xieraq li l-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK jipprovdu deskrizzjoni tal-interazzjoni bejn l-interventi nazzjonali u reġjonali.
(60) Meta jitqies li jenħtieġ li tingħata flessibbiltà lill-Istati Membri fir-rigward tal-għażla tal-parti li tiddelega tad-disinn u tal-implimentazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK fil-livell reġjonali permezz tal-programmi ta' intervent tal-iżvilupp rurali skont il-qafas nazzjonali, sabiex tiġi ffaċilitata l-koordinazzjoni fost ir-reġjuni fl-indirizzar ta' sfidi man-nazzjon kollu, huwa xieraq li l-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK jipprovdu deskrizzjoni tal-interazzjoni bejn l-interventi nazzjonali u reġjonali.
Emenda 802 Proposta għal regolament Premessa 68a (ġdida)
(68a) L-ilma huwa fattur ta' produzzjoni essenzjali għall-agrikoltura. Il-ġestjoni tal-ilma hija għalhekk kwistjoni fundamentali u huma meħtieġa forom aħjar ta' ġestjoni tal-ilma. Barra minn hekk, it-tibdil fil-klima se jkollu impatt sinifikanti fuq ir-riżorsi tal-ilma, b'perjodi ta' nixfa aktar frekwenti u intensi, kif ukoll perjodi ta' xita qawwija. Il-ħażna tal-ilma matul il-ħarifa u x-xitwa hija soluzzjoni sensibbli. Barra minn hekk, il-korpi tal-ilma jgħinu biex jinħolqu ambjenti li jiffavorixxu bijodiversità għanja. Dawn jagħmluha wkoll possibbli li tiġi kkonservata l-ħamrija ħajja u li jinżammu livelli adegwati ta' ilma fix-xmajjar, li jippromwovu l-ħajja akwatika.
Emenda 57 Proposta għal regolament Premessa 69
(69) Jenħtieġ li jkun hemm Awtorità ta' Ġestjoni responsabbli għall-ġestjoni u għall-implimentazzjoni ta' kull Pjan Strateġiku tal-PAK. Il-kompiti tagħha jenħtieġ li jkunu speċifikati f'dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-Awtorità ta' Ġestjoni tkun tista' tiddelega parti mill-kompiti tagħha filwaqt li żżomm ir-responsabbiltà għall-effiċjenza u l-korrettezza tal-ġestjoni. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li fil-Ġestjoni u l-Implimentazzjoni tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, skont ir-[Regolament, (UE, Euratom) X] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [ir-Regolament Finanzjarju l-ġdid] u r-Regolament (UE) X tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [ir-Regolament Orizzontali l-ġdid].
(69) Jenħtieġ li jkun hemm Awtorità ta' Ġestjoni responsabbli għall-ġestjoni u għall-implimentazzjoni ta' kull Pjan Strateġiku tal-PAK. Madankollu, fil-każ tar-reġjonalizzazzjoni tal-elementi relatati mal-politika tal-Iżvilupp Rurali, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jistabbilixxu awtoritajiet ta' ġestjoni reġjonali. Il-kompiti tagħhom jenħtieġ li jkunu speċifikati f'dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-Awtoritajiet ta' Ġestjoni jkunu jistgħu jiddelegaw parti mill-kompiti tagħhom filwaqt li jżommu r-responsabbiltà għall-effiċjenza u l-korrettezza tal-ġestjoni. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li fil-Ġestjoni u l-Implimentazzjoni tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, skont ir-[Regolament, (UE, Euratom) X] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [ir-Regolament Finanzjarju l-ġdid] u r-Regolament (UE) X tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [ir-Regolament Orizzontali l-ġdid].
Emenda 58 Proposta għal regolament Premessa 70
(70) Skont il-prinċipju tal-ġestjoni konġunta, il-Kummissjoni hija assistita mill-kumitati ffurmati mir-rappreżentanti tal-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-PAK. Biex tiġi simplifikata s-sistema u l-pożizzjoni tal-Istati Membri, Kumitat ta' Ġestjoni wieħed huwa stabbilit għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, li jgħaqqad il-Kumitat għall-"Iżvilupp Rurali" mal-Kumitat għall-"Pagamenti Diretti", li kienu ġew stabbiliti fil-perjodu tal-ipprogrammar 2014-2020. Ir-responsabbiltà tal-assistenza lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK hija maqsuma bejn l-Awtorità ta' Ġestjoni u l-Kumitat ta' Monitoraġġ tagħha. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun assistita wkoll mill-Kumitat tal-"Politika Agrikola Komuni", skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament.
(70) Skont il-prinċipju tal-ġestjoni konġunta, il-Kummissjoni hija assistita mill-kumitati ffurmati mir-rappreżentanti tal-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-PAK. Biex tiġi simplifikata s-sistema u l-pożizzjoni tal-Istati Membri, Kumitat ta' Ġestjoni wieħed huwa stabbilit għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, li jgħaqqad il-Kumitat għall-"Iżvilupp Rurali" mal-Kumitat għall-"Pagamenti Diretti", li kienu ġew stabbiliti fil-perjodu tal-ipprogrammar 2014-2020. Ir-responsabbiltà tal-assistenza lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK hija maqsuma bejn l-Awtorità ta' Ġestjoni u l-Kumitat ta' Monitoraġġ tagħha. Madankollu, fil-każ tar-reġjonalizzazzjoni tal-elementi relatati mal-politika tal-iżvilupp rurali, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jistabbilixxu kumitati ta' monitoraġġ reġjonali. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun assistita wkoll mill-Kumitat tal-"Politika Agrikola Komuni", skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament.
Emenda 59 Proposta għal regolament Premessa 71
(71) Jenħtieġ li l-FAEŻR, permezz ta' assistenza teknika u fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, jappoġġa l-azzjonijiet relatati mat-twettiq tal-kompiti msemmija fl-[Artikolu 7 tar-Regolament Orizzontali]. Tista' tiġi pprovduta wkoll assistenza teknika, fuq l-inizjattiva tal-Istati Membri, biex jitlestew il-kompiti meħtieġa għall-amministrazzjoni u l-implimentazzjoni effettivi tal-appoġġ fir-rigward tal-Pjan Strateġiku tal-PAK. Żieda tal-assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Istati Membri hija disponibbli biss għal Malta.
(71) Jenħtieġ li l-FAEŻR, permezz ta' assistenza teknika u fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, jappoġġa l-azzjonijiet relatati mat-twettiq tal-kompiti msemmija fl-[Artikolu 7 tar-Regolament Orizzontali]. Tista' tiġi pprovduta wkoll assistenza teknika, fuq l-inizjattiva tal-Istati Membri, biex jitlestew il-kompiti meħtieġa għall-amministrazzjoni u l-implimentazzjoni effettivi tal-appoġġ fir-rigward tal-Pjan Strateġiku tal-PAK. Żieda tal-assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Istati Membri hija disponibbli biss għal-Lussemburgu u Malta.
Emenda 60 u 803 Proposta għal regolament Premessa 74
(74) L-orjentazzjoni lejn ir-riżultati li jġib miegħu l-mudell ta' implimentazzjoni teħtieġ qafas ta' prestazzjoni b'saħħtu, b'mod partikolari minħabba li l-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK jikkontribwixxu għal objettivi ġenerali wiesgħa għal politiki oħrajn ġestiti b'mod konġunt. Politika bbażata fuq il-prestazzjoni timplika valutazzjoni annwali u pluriennali fuq il-bażi ta' outputs magħżulin, indikaturi tar-riżultati u tal-impatti, , kif definit fil-qafas għall-monitoraġġ u għall-evalwazzjoni tal-prestazzjoni. Għal dan l-għan, jenħtieġ li jingħażel sett limitat u mmirat ta' indikaturi b'mod li jirrifletti kemm jista' jkun jekk l-intervent appoġġat jikkontribwixxix għall-kisba tal-objettivi ppjanati. L-indikaturi tar-riżultati u tal-output li jirrigwardaw l-objettivi relatati mal-klima u mal-ambjent jistgħu jinkludu interventi stabbiliti fi strumenti nazzjonali għall-ippjanar ambjentali u klimatiku li jirriżultaw mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.
(74) L-orjentazzjoni lejn ir-riżultati li jġib miegħu l-mudell ta' implimentazzjoni teħtieġ qafas ta' prestazzjoni b'saħħtu, b'mod partikolari minħabba li l-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK jikkontribwixxu għal objettivi ġenerali wiesgħa għal politiki oħrajn ġestiti b'mod konġunt. Politika bbażata fuq il-prestazzjoni timplika valutazzjonijiet fuq il-bażi ta' outputs magħżulin, indikaturi tar-riżultati u tal-impatti, kif definit fil-qafas għall-monitoraġġ u għall-evalwazzjoni tal-prestazzjoni. Għal dan l-għan, jenħtieġ li jingħażel sett limitat u mmirat ta' indikaturi b'mod li jirrifletti kemm jista' jkun jekk l-intervent appoġġat jikkontribwixxix għall-kisba tal-objettivi ppjanati. L-indikaturi tar-riżultati u tal-output li jirrigwardaw l-objettivi relatati mal-klima u mal-ambjent bħall-kwalità u l-kwantità tal-ilma jenħtieġ li jinkludu interventi stabbiliti fi strumenti nazzjonali għall-ippjanar ambjentali u klimatiku li jirriżultaw mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.
Emenda 61 Proposta għal regolament Premessa 75
(75) Bħala parti mill-qafas ta' monitoraġġ u ta' evalwazzjoni tal-prestazzjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jimmonitorjaw u jirrappurtaw il-progress li sar lill-Kummissjoni kull sena. L-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri hija l-bażi li fuqha jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrapporta dwar il-progress lejn il-kisba tal-objettivi speċifiċi fil-perjodu tal-ipprogrammar kollu bl-użu ta' sett ewlieni ta' indikaturi għal dan l-iskop.
(75) Bħala parti mill-qafas ta' monitoraġġ u ta' evalwazzjoni tal-prestazzjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jimmonitorjaw u jirrappurtaw il-progress li sar. L-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri hija l-bażi li fuqha jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrapporta dwar il-progress lejn il-kisba tal-objettivi speċifiċi fil-perjodu tal-ipprogrammar kollu bl-użu ta' sett ewlieni ta' indikaturi għal dan l-iskop.
Emenda 62 Proposta għal regolament Premessa 76
(76) Jenħtieġ li jkun hemm mekkaniżmi fis-seħħ sabiex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni f’każ li l-implimentazzjoni tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tiddevja b'mod sinifikanti mill-miri stabbiliti. Għalhekk jista' jkun li l-Istati Membri jintalbu biex jissottomettu pjanijiet ta' azzjoni fil-każ ta' prestazzjoni insuffiċjenti sinifikanti u mhux ġustifikata. Dan jista' jwassal għal sospensjonijiet u, fl-aħħar, tnaqqis tal-fondi tal-Unjoni jekk ir-riżultati ppjanati ma jinkisbux. Barra minn hekk, bonus ta' prestazzjoni ġenerali huwa stabbilit bħala parti mill-mekkaniżmu ta' inċentivi bbażat fuq l-allokazzjoni tal-bonus ta' prestazzjoni, bil-ħsieb li jitħeġġu prestazzjonijiet ambjentali u klimatiċi tajbin.
(76) Jenħtieġ li jkun hemm mekkaniżmi fis-seħħ sabiex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni f'każ li l-implimentazzjoni tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tiddevja b'mod sinifikanti mill-miri stabbiliti. Għalhekk jista' jkun li l-Istati Membri jintalbu biex jissottomettu pjanijiet ta' azzjoni fil-każ ta' prestazzjoni insuffiċjenti sinifikanti u mhux ġustifikata. Dan jista' jwassal għal sospensjonijiet u, fl-aħħar, tnaqqis tal-fondi tal-Unjoni jekk ir-riżultati ppjanati ma jinkisbux.
Emenda 1144 Proposta għal regolament Premessa 78a (ġdida)
(78a) Il-valutazzjoni deskritta fl-Artikolu 106 jenħtieġ li ssir abbażi tal-miri kwantifikati tal-Istrateġija "Mill-Għalqa sal-Platt" u tal-Istrateġija għall-Bijodiversità.
Emenda 63 Proposta għal regolament Premessa 80a (ġdida)
(80a) Ftehimiet kummerċjali ffirmati ma' pajjiżi terzi marbutin mas-settur agrikolu jenħtieġ li jipprevedu arranġamenti u jkun fihom klawżoli ta' salvagwardja biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi bejn il-bdiewa fl-Unjoni u dawk mhux fl-Unjoni u jiġu protetti l-konsumaturi.
Emenda 64 Proposta għal regolament Premessa 81
(81) Id-data personali miġbura għall-iskopijiet tal-applikazzjoni ta' kwalunkwe dispożizzjoni stabbilit f'dan ir-Regolament jenħtieġ li tiġi pproċessata b'mod li huwa kompatibbli ma' dawk l-iskopijiet. Jenħtieġ li din tkun anonima, tiġi aggregata meta tiġi pproċessata għall-iskopijiet ta' monitoraġġ jew evalwazzjoni, u tiġi protetta skont id-dritt tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, b'mod partikolari r-Regolament (KE)Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill19 u r-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill20. Is-suġġetti tad-data jenħtieġ li jiġu infurmati dwar tali pproċessar u dwar id-drittijiet tagħhom fir-rigward tal-protezzjoni tad-data.
(81) Id-data personali miġbura għall-iskopijiet tal-applikazzjoni ta' kwalunkwe dispożizzjoni stabbilita f'dan ir-Regolament jenħtieġ li tiġi pproċessata b'mod li huwa kompatibbli ma' dawk l-iskopijiet. Jenħtieġ li din tkun anonima, tiġi aggregata meta tiġi pproċessata għall-iskopijiet ta' monitoraġġ jew evalwazzjoni, u tiġi protetta skont id-dritt tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, b'mod partikolari r-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill19 u r-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill20. Is-suġġetti tad-data jenħtieġ li jiġu infurmati dwar tali pproċessar u dwar id-drittijiet tagħhom fir-rigward tal-protezzjoni tad-data.
_________________
_________________
19Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).
19Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
20 Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1-88).
20 Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1-88).
Emenda 65 Proposta għal regolament Premessa 83
(83) Sabiex tiġi garantita ċertezza legali, jiġu protetti d-drittijiet tal-bdiewa u jiġi garantit funzjonament bla xkiel, koerenti u effiċjenti tat-tipi ta' interventi fil-forma ta' pagamenti diretti, jenħtieġ li s-setgħa li jiġu adottati ċerti atti tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tar-regoli li jagħmlu l-għoti ta' pagamenti soġġett għall-użu ta' żerriegħa ċertifikata ta' ċerti varjetajiet ta' qanneb u l-proċedura għad-determinazzjoni tal-varjetajiet ta' qanneb u l-verifika tal-kontenut ta' tetraidrokannabinol tagħhom; ir-regoli għall-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba u ċerti elementi relatati fir-rigward tar-rekwiżiti ta' eliġibbiltà; u l-kontenut tad-dikjarazzjoni u r-rekwiżiti għall-attivazzjoni tal-intitolamenti għall-pagament; aktar regoli dwar l-ekoskemi; il-miżuri biex jiġi evitat li l-benefiċjarji tal-appoġġ akkoppjat għall-introjtu li jbatu minn żbilanċi strutturali tas-suq f'settur, inkluż id-deċiżjoni li t-tali appoġġ jista' jkompli jitħallas sal-2027 fuq il-bażi tal-unitajiet ta' produzzjoni li għalihom ingħata f'perjodu referenzjarju fl-imgħoddi; ir-regoli u l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-art u tal-varjetajiet għall-iskopijiet tal-pagament speċifiku għall-għelejjel għall-qoton u r-regoli għall-għoti ta' dak il-pagament.
(83) Sabiex tiġi garantita ċertezza legali, jiġu protetti d-drittijiet tal-bdiewa u jiġi garantit funzjonament bla xkiel, koerenti u effiċjenti tat-tipi ta' interventi fil-forma ta' pagamenti diretti, jenħtieġ li s-setgħa li jiġu adottati ċerti atti tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tar-regoli li jagħmlu l-għoti ta' pagamenti soġġett għall-użu ta' żerriegħa ċertifikata ta' ċerti varjetajiet ta' qanneb u l-proċedura għad-determinazzjoni tal-varjetajiet ta' qanneb u l-verifika tal-kontenut ta' tetraidrokannabinol tagħhom; ir-regoli għall-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba u ċerti elementi relatati fir-rigward tar-rekwiżiti ta' eliġibbiltà, l-istabbiliment ta' kriterji għad-determinazzjoni ta' miżuri ekwivalenti u r-rekwiżiti xierqa applikabbli għall-iskemi ta' ċertifikazzjoni nazzjonali jew reġjonali; L-istabbiliment ta' katalogu ta' eżempji ta' prattiki agrikoli li huma ta' benefiċċju għall-klima, għall-ambjent u għall-benessri tal-annimali. il-miżuri biex jiġi evitat li l-benefiċjarji tal-appoġġ akkoppjat għall-introjtu li jbatu minn żbilanċi strutturali tas-suq f'settur, inkluż id-deċiżjoni li t-tali appoġġ jista' jkompli jitħallas sal-2027 fuq il-bażi tal-unitajiet ta' produzzjoni li għalihom ingħata f'perjodu referenzjarju fl-imgħoddi; ir-regoli u l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-art u tal-varjetajiet għall-iskopijiet tal-pagament speċifiku għall-għelejjel għall-qoton u r-regoli għall-għoti ta' dak il-pagament.
Emenda 66 Proposta għal regolament Premessa 84
(84) Sabiex jiġi żgurat li t-tipi ta' interventi settorjali jikkontribwixxu għall-objettivi tal-PAK u jsaħħu s-sinerġiji ma' strumenti oħra tal-PAK u sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi fis-suq intern u tiġi evitata kompetizzjoni mhux ugwali jew inġusta, jenħtieġ li s-setgħa li jiġu adottati ċerti atti tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-kriterji għall-approvazzjoni tal-organizzazzjonijiet interprofessjonali u r-regoli li jirregolaw is-sitwazzjoni fejn l-organizzazzjoni interprofessjonali approvata ma' tissodisfax it-tali kriterji u obbligi għall-produtturi; ir-regoli għall-funzjonament tajjeb tat-tipi ta' interventi settorjali, il-bażi tal-kalkolu tal-assistenza finanzjarja mill-Unjoni, inkluż il-perjodi referenzjarji u l-kalkolu tal-valur tal-produzzjoni kummerċjalizzata, u l-livell massimu tal-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għall-irtirar mis-suq; ir-regoli għall-istabbiliment ta' limitu massimu għan-nefqa fuq it-tħawwil mill-ġdid tal-vinji; u r-regoli li permezz tagħhom il-produtturi jkollhom jirtiraw il-prodotti sekondarji tal-produzzjoni tal-inbid, u dwar l-eċċezzjonijiet għal dak l-obbligu sabiex ikun evitat piż amministrattiv addizzjonali, u r-regoli għaċ-ċertifikazzjoni volontarja tad-distillaturi. b'mod partikolari, sabiex jiġi żgurat l-użu effettiv u effiċjenti tal-fondi tla-Unjoni għall-interventi fis-settur tal-apikultura, jenħtieġ li s-setgħa li jiġu adottati ċerti atti tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta' rekwiżiti addizzjonali dwar l-obbligu ta' notifika u l-istabbiliment ta' kontribut minimu tal-Unjoni għan-nefqa biex jiġu implimentati dawk it-tipi ta' interventi.
(84) Sabiex jiġi żgurat li t-tipi ta' interventi settorjali jikkontribwixxu għall-objettivi tal-PAK u jsaħħu s-sinerġiji ma' strumenti oħra tal-PAK u sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi fis-suq intern u tiġi evitata kompetizzjoni mhux ugwali jew inġusta, jenħtieġ li s-setgħa li jiġu adottati ċerti atti tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-kriterji għall-approvazzjoni tal-organizzazzjonijiet interprofessjonali u r-regoli li jirregolaw is-sitwazzjoni fejn l-organizzazzjoni interprofessjonali approvata ma' tissodisfax it-tali kriterji u obbligi għall-produtturi; ir-regoli għall-funzjonament tajjeb tat-tipi ta' interventi settorjali, il-bażi tal-kalkolu tal-assistenza finanzjarja mill-Unjoni, inkluż il-perjodi referenzjarji u l-kalkolu tal-valur tal-produzzjoni kummerċjalizzata, u l-livell massimu tal-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għall-irtirar mis-suq; ir-regoli għall-istabbiliment ta' limitu massimu għan-nefqa fuq it-tħawwil mill-ġdid tal-vinji; ir-regoli li permezz tagħhom il-produtturi jkollhom jirtiraw il-prodotti sekondarji tal-produzzjoni tal-inbid, u dwar l-eċċezzjonijiet għal dak l-obbligu sabiex ikun evitat piż amministrattiv addizzjonali, u r-regoli għaċ-ċertifikazzjoni volontarja tad-distillaturi u r-regoli relatati mal-qafas ta' prestazzjoni, monitoraġġ u evalwazzjoni. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati dwar derogi temporanji dwar regoli ta' kundizzjonalità matul kundizzjonijiet ħżiena ħafna bħal avvenimenti katastrofiċi jew epidemiji. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata wkoll is-setgħa li tiddetermina prattiċi ekwivalenti għal prattiċi agrikoli u ambjentali u skemi ta' ċertifikazzjoni ambjentali nazzjonali jew reġjonali. B'mod partikolari, sabiex jiġi żgurat l-użu effettiv u effiċjenti tal-fondi tal-Unjoni għall-interventi fis-settur tal-apikultura, jenħtieġ li s-setgħa li jiġu adottati ċerti atti tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta' rekwiżiti addizzjonali dwar l-obbligu ta' notifika u l-istabbiliment ta' kontribut minimu tal-Unjoni għan-nefqa biex jiġu implimentati dawk it-tipi ta' interventi. Bil-ħsieb li jitfasslu l-pjanijiet strateġiċi tal-PAK, is-setgħa li jiġu adottati ċerti atti jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi kodiċi ta' kondotta fl-organizzazzjoni ta' sħubija bejn l-Istat Membru u l-awtoritajiet reġjonali u lokali kompetenti kif ukoll sħab oħra.
Emenda 67 Proposta għal regolament Premessa 85
(85) Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali u biex jiġi garantit li l-interventi għall-iżvilupp rurali jiksbu l-objettivi tagħhom, is-setgħa tal-adozzjoni ta' ċerti atti jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-appoġġ għall-impenji tal-ġestjoni, għall-investimenti u għall-kooperazzjoni.
(85) Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali u biex jiġi garantit li l-interventi għall-iżvilupp rurali jiksbu l-objettivi tagħhom, is-setgħa tal-adozzjoni ta' ċerti atti jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward taż-żieda tal-ammonti minimi u massimi tal-appoġġ għal ċerti tipi ta' interventi.
Emenda 68 Proposta għal regolament Premessa 86
(86) Sabiex jiġu emendati ċerti elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li s-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-allokazzjonijiet tal-Istati Membri għat-tipi ta' interventi fil-forma ta' pagamenti diretti u tar-regoli dwar il-kontenut tal-Pjan Strateġiku tal-PAK.
(86) Sabiex jiġu emendati ċerti elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li s-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-allokazzjonijiet tal-Istati Membri għat-tipi ta' interventi fil-forma ta' pagamenti diretti.
Emenda 69 Proposta għal regolament Premessa 87
(87) Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u biex tiġi evitata kompetizzjoni inġusta jew diskriminazzjoni bejn il-bdiewa, jenħtieġ li s-setgħat ta' implimentazzjoni jiġu delegati lill-Kummissjoni rigward l-iffissar ta' żoni ta' referenza għall-appoġġ għaż-żerriegħa taż-żejt, ir-regoli għall-awtorizzazzjoni tal-art u l-varjetajiet għall-finijiet tal-pagament speċifiku għall-għelejjel għall-qoton u n-notifiki relatati, il-kalkolu tat-tnaqqis meta l-erja eliġibbli tal-qoton taqbeż l-erja bażi, l-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għad-distillazzjoni tal-prodotti sekondarji tal-produzzjoni tal-inbid, it-tqassim annwali għal kull Stat Membru tal-ammont totali tal-appoġġ tal-Unjoni għat-tipi ta' interventi għall-iżvilupp rurali, ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-elementi li jridu jiġu inklużi fil-Pjan Strateġiku tal-PAK, ir-regoli dwar il-proċedura u l-limiti ta' żmien għall-approvazzjoni tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK u l-preżentazzjoni u l-approvazzjoni tar-rekwiżiti għall-emenda tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, il-kundizzjonijiet uniformi għall-applikazzjoni tar-rekwiżiti dwar l-informazzjoni u r-reklamar relatati mal-possibbiltajiet offruti mill-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, ir-regoli relatati mal-qafas ta' monitoraġġ u ta' evalwazzjoni tal-prestazzjoni, ir-regoli għall-preżentazzjoni tal-kontenut tar-rapport annwali dwar il-prestazzjoni, ir-regoli dwar l-informazzjoni li trid tinbagħat lill-Istati Membri għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni mill-Kummissjoni u r-regoli dwar il-ħtiġijiet tad-data u s-sinerġiji bejn is-sorsi potenzjali tad-data, u l-arranġamenti li jiżguraw approċċ konsistenti għad-detereminazzjoni tal-attribuzzjoni tal-bonus ta' prestazzjoni lill-Istati Membri. Dawk is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati b'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.22 .
(87) Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u biex tiġi evitata kompetizzjoni inġusta jew diskriminazzjoni bejn il-bdiewa, jenħtieġ li s-setgħat ta' implimentazzjoni jiġu delegati lill-Kummissjoni rigward l-iffissar ta' żoni ta' referenza għall-appoġġ għaż-żerriegħa taż-żejt, ir-regoli għall-awtorizzazzjoni tal-art u l-varjetajiet għall-finijiet tal-pagament speċifiku għall-għelejjel għall-qoton u n-notifiki relatati, il-kalkolu tat-tnaqqis meta l-erja eliġibbli tal-qoton taqbeż l-erja bażi, l-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għad-distillazzjoni tal-prodotti sekondarji tal-produzzjoni tal-inbid, it-tqassim annwali għal kull Stat Membru tal-ammont totali tal-appoġġ tal-Unjoni għat-tipi ta' interventi għall-iżvilupp rurali, il-forma standardizzata tal-pjanijiet strateġiċi tal-PAK, ir-regoli dwar il-proċedura u l-limiti ta' żmien għall-approvazzjoni tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK u l-preżentazzjoni u l-approvazzjoni tar-rekwiżiti għall-emenda tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, il-kundizzjonijiet uniformi għall-applikazzjoni tar-rekwiżiti dwar l-informazzjoni u r-reklamar relatati mal-possibbiltajiet offruti mill-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, ir-regoli għall-preżentazzjoni tal-kontenut tar-rapport annwali dwar il-prestazzjoni. Dawk is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati b'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 22.
_________________
_________________
22 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
22 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13)
Emenda 70 Proposta għal regolament Premessa 92a (ġdida)
(92a) Ir-reġjuni insulari tal-Unjoni jiffaċċjaw diffikultajiet speċifiċi fit-twettiq tal-attivitajiet agrikoli u l-iżvilupp taż-żoni rurali.Jenħtieġ li titwettaq valutazzjoni tal-impatt tal-PAK f'dawk ir-reġjuni u jenħtieġ li tiġi esplorata l-idea li l-miżuri stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 229/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jiġu estiżi għar-reġjuni insulari kollha tal-Unjoni.
Emenda 71 Proposta għal regolament Premessa 93
(93) Sabiex jiġu żgurati ċ-ċertezza legali u l-kontinwità, id-dispożizzjonijiet speċjali għall-Kroazja dwar l-introduzzjoni gradwali tal-pagamenti diretti u l-pagamenti diretti nazzjonali komplementari fil-qafas tal-mekkaniżmu ta' introduzzjoni gradwali jenħtieġ li jkomplu japplikaw sal-1 ta' Jannar 2021.
(93) Sabiex jiġu żgurati ċ-ċertezza legali u l-kontinwità, id-dispożizzjonijiet speċjali għall-Kroazja dwar l-introduzzjoni gradwali tal-pagamenti diretti u l-pagamenti diretti nazzjonali komplementari fil-qafas tal-mekkaniżmu ta' introduzzjoni gradwali jenħtieġ li jkomplu japplikaw.Il-Kroazja se tkun intitolata għal ammont skont it-Trattat tal-Adeżjoni fl-2022, inkluż pakkett addizzjonali għar-riżerva nazzjonali għat-tneħħija tal-mini f'art fil-Kroazja, u dak id-dritt jenħtieġ li jkun inkluż fil-kalkolu tal-pakkett nazzjonali għall-2022.
Emenda 72 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt b
(b) it-tipi ta' interventi u r-rekwiżiti komuni biex l-Istati Membri jsegwu dawn l-objettivi kif ukoll l-arranġamenti finanzjarji relatati;
(b) it-tipi ta' interventi u r-rekwiżiti komuni biex l-Istati Membri jsegwu dawn l-objettivi billi jiżguraw kundizzjonijiet ekwi kif ukoll l-arranġamenti finanzjarji relatati;
Emenda 73 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt c
(c) il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK li jridu jitfasslu mill-Istati membri, l-istabbiliment tal-miri, id-definizzjoni tal-interventi u l-allokazzjoni tar-riżorsi finanzjarji, f'konformità mal-objettivi speċifiċi u l-ħtiġijiet identifikati;
(c) il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK li jridu jitfasslu mill-Istati Membri, u, fejn xieraq, f'kollaborazzjoni mar-reġjuni tagħhom, l-istabbiliment tal-miri, id-definizzjoni tal-interventi u l-allokazzjoni tar-riżorsi finanzjarji, f'konformità mal-objettivi speċifiċi u l-ħtiġijiet identifikati u b'mod konformi mas-suq intern tal-Unjoni;
Emenda 74 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 2
2. Dan ir-Regolament japplika għall-appoġġ tal-Unjoni ffinanzjat mill-FAEG u mill-FAEŻR għall-interventi speċifikati fi Pjan Strateġiku tal-PAK imfassal mill-Istati Membri u approvat mill-Kummissjoni, li jkopri l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2027.
2. Dan ir-Regolament japplika għall-appoġġ tal-Unjoni ffinanzjat mill-FAEG u mill-FAEŻR għall-interventi speċifikati fi Pjan Strateġiku tal-PAK imfassal mill-Istati Membri u approvat mill-Kummissjoni, li jkopri l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2022.
Emenda 75 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 2
2. Il-Kapitolu III tat-Titolu II, il-Kapitolu II tat-Titolu III u l-Artikoli 41 u 43 tar-Regolament (UE) [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill26 għandhom japplikaw għall-appoġġ iffinanzjat mill-FAEŻR skont dan ir-Regolament.
2. Sabiex tiġi żgurata koerenza bejn il-fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (FSIE) u l-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, il-Kapitolu III tat-Titolu II, il-Kapitolu II tat-Titolu III u l-Artikoli 41 u 43 tar-Regolament (UE) [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill26 għandhom japplikaw għall-appoġġ iffinanzjat mill-FAEŻR skont dan ir-Regolament.
__________________
__________________
26 Ir-Regolament (UE) […/…] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' [data] [titolu sħiħ] (ĠU L ).
26 Ir-Regolament (UE) […/…] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' [data] [titolu sħiħ] (ĠU L ).
Emenda 76 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt a
(a) "bidwi" tfisser persuna fiżika jew ġuridika, jew grupp ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, ikun xi jkun l-istatus ġuridiku mogħti lil tali grupp u l-membri tiegħu bil-liġi nazzjonali, li l-azjenda tagħha/tagħhom tkun fil-kamp ta' applikazzjoni territorjali tat-Trattati, kif definit fl-Artikolu 52 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) flimkien mal-Artikoli 349 u 355 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u li teżerċita/jeżerċitaw attività agrikola kif definita mill-Istati Membri;
(a) "bidwi" tfisser persuna fiżika jew ġuridika, jew grupp ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, ikun xi jkun l-istatus ġuridiku mogħti lil tali grupp u l-membri tiegħu bil-liġi nazzjonali, li l-azjenda tagħha/tagħhom tkun fil-kamp ta' applikazzjoni territorjali tat-Trattati, kif definit fl-Artikolu 52 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) flimkien mal-Artikoli 349 u 355 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u li teżerċita/jeżerċitaw attività agrikola fis-sens ta' prattika agrikola tajba kif definita mill-Istati Membri;
Emenda 77 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)
(ba) "beni pubbliċi" tfisser prodotti jew servizzi li mhumiex remunerati mis-suq u jagħtu riżultati ambjentali u soċjetali superjuri minn dak li tipprevedi l-leġiżlazzjoni statutorja ambjentali, klimatika u tal-benessri tal-annimali;
Emenda 78 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt bb (ġdid)
(bb) "Beni pubbliċi Ewropej" tfisser beni jew servizzi pubbliċi li jistgħu jiġu pprovduti biss b'mod effettiv fil-livell tal-Unjoni permezz ta' intervent biex tiġi żgurata l-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri u kundizzjonijiet ekwi fis-suq agrikolu tal-Unjoni.Il-beni pubbliċi Ewropej jinkludu b'mod partikolari l-konservazzjoni tal-ilma, il-protezzjoni tal-bijodiversità, il-protezzjoni tal-fertilità tal-ħamrija, il-protezzjoni tad-dakkara, u l-benessri tal-annimali;
Emenda 79 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt e
(e) "fond mutwu" tfisser skema akkreditata mill-Istat Membru skont il-liġi nazzjonali tiegħu għall-bdiewa affiljati biex jassiguraw lilhom infushom, fejn il-pagamenti kumpensatorji jsiru lill-bdiewa affiljati li jesperjenzaw telf ekonomiku.
(e) "fond mutwu" tfisser skema akkreditata mill-Istat Membru skont il-liġi nazzjonali tiegħu għall-bdiewa affiljati biex jissalvagwardjaw kontra r-riskji u biex jirċievu pagamenti ta' kumpens fil-każ ta' telf ekonomiku jew tnaqqis fl-introjtu;
Emenda 80 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt f – punt i
(i) proġett, kuntratt, azzjoni jew grupp ta' proġetti magħżula fil-programmi kkonċernati;
(i) proġett, kuntratt, azzjoni jew grupp ta' proġetti magħżula fil-pjan strateġiku kkonċernat;
Emenda 81 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt f – punt ii
(ii) fil-kuntest tal-istrumenti finanzjarji, kontribuzzjoni tal-programm għal strument finanzjarju u l-appoġġ finanzjarju sussegwenti provdut lir-riċevituri finali permezz ta' dak l-istrument finanzjarju;
(ii) fil-kuntest tal-istrumenti finanzjarji, kontribuzzjoni tal-pjan strateġiku għal strument finanzjarju u l-appoġġ finanzjarju sussegwenti provdut lir-riċevituri finali permezz ta' dak l-istrument finanzjarju;
Emenda 82 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt h – punt i
(i) korp irregolat bil-liġi pubblika jew privata, entità li għandha personalità ġuridika jew li ma għandhiex jew persuna fiżika, responsabbli għall-bidu tal-operazzjonijiet jew għall-bidu u l-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet;
(i) korp irregolat bil-liġi pubblika jew privata, entità li għandha personalità ġuridika, li ma għandhiex jew persuna fiżika jew grupp ta' persuni fiżiċi jew ġuridiki, responsabbli għall-bidu tal-operazzjonijiet jew għall-bidu u l-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet;
Emenda 83 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt h – punt ii
(ii) fil-kuntest tal-iskemi tal-għajnuna mill-Istat, il-korp li jirċievi l-għajnuna;
(ii) fil-kuntest tal-iskemi tal-għajnuna mill-istat, l-entità li tirċievi l-għajnuna;
Emenda 84 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt i
(i) "miri" tfisser valuri miftiehma minn qabel li jridu jinkisbu fi tmiem il-perjodu b’rabta mal-indikaturi tar-riżultati inklużi f'objettiv speċifiku;
(i) "miri" tfisser valuri miftiehma minn qabel li jridu jinkisbu sa tmiem il-perjodu tal-Pjan Strateġiku tal-PAK b'rabta mal-indikaturi tar-riżultati inklużi f'objettiv speċifiku;
Emenda 85 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt j
(j) "stadji importanti" tfisser miri intermedji li jridu jinkisbu f'mument speċifiku matul il-perjodu tal-Pjan Strateġiku tal-PAK b'rabta mal-indikaturi inklużi f'objettiv speċifiku.
(j) "stadji importanti" tfisser miri intermedji li jridu jinkisbu minn Stat Membru f'mument speċifiku matul il-perjodu tal-Pjan Strateġiku tal-PAK sabiex jiġi żgurat progress f'waqtu b'rabta mar-riżultati tal-indikaturi inklużi f'objettiv speċifiku.
Emendi 86 u 1148cp1 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu d-definizzjonijiet tal-attività agrikola, iż-żona agrikola, l-ettaru eliġibbli, bidwi ġenwinu bidwi żagħżugħ:
1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu d-definizzjonijiet tal-attività agrikola, iż-żona agrikola, l-ettaru eliġibbli, bidwi attiv, bidwi żagħżugħ u bidwi ġdid:
Emendi 866 u 1185 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt a
(a) "attività agrikola" għandha tiġi definita b'mod li tinkludi kemm il-produzzjoni tal-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I tat-TFUE, inkluż il-qoton u l-imsajġar b'newba qasira, u ż-żamma taż-żona agrikola fi stat li jagħmilha tajba għar-ragħa jew għall-kultivazzjoni, mingħajr azzjoni ta' tħejjija li tmur lil hinn mill-metodi u l-makkinarji agrikoli tas-soltu;
(a) "attività agrikola" għandha tiġi definita b'mod li tinkludi kemm il-produzzjoni tal-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I tat-TFUE, inkluż il-qoton u l-imsajġar b'newba qasira u l-kultivazzjoni tal-għadajjar, u ż-żamma taż-żona agrikola fi stat li jagħmilha tajba għar-ragħa jew għall-kultivazzjoni, mingħajr azzjoni ta' tħejjija li tmur lil hinn mill-metodi u l-makkinarji agrikoli tas-soltu, inkluż fl-agroforestrija;
Emendi 87 u 1148cp2 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt b – parti introduttorja
(b) "żona agrikola" għandha tiġi definita b'mod li tkun magħmula mir-raba' li jinħadem, l-għelejjel permanenti u l-bur permanenti. It-termini "raba' li jinħadem", "għelejjel permanenti" u "bur permanenti" għandhom jiġu speċifikati aktar mill-Istati Membri fil-qafas li ġej:
(b) "żona agrikola" għandha tiġi definita b'mod li tkun magħmula mir-raba' li jinħadem, l-għelejjel permanenti u l-bur permanenti u s-sistemi agroforestrali. Il-karatteristiċi tal-pajsaġġ għandhom jiġu inklużi bħala komponenti taż-żona agrikola. It-termini "raba' li jinħadem", "għelejjel permanenti" u "bur permanenti" u "sistemi agroforestali" għandhom jiġu speċifikati aktar mill-Istati Membri fil-qafas li ġej:
Emenda 1148cp3 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 - punt b - punt i
(i) "raba' li jinħadem" għandha tkun l-art ikkultivata għall-produzzjoni tal-għelejjel jew iż-żoni disponibbli għall-produzzjoni tal-għelejjel iżda li tkun art mistrieħa, u għandha tinkludi ż-żoni mwarrba skont l-Artikoli 22, 23 u 24 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/199928, l-Artikolu 39 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/200529, l-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 jew l-Artikolu 65 ta' dan ir-Regolament;
(i) "raba' li jinħadem" għandha tkun l-art ikkultivata għall-produzzjoni tal-għelejjel jew iż-żoni disponibbli għall-produzzjoni tal-għelejjel iżda li tkun art mistrieħa, u tista' tinkludi taħlita ta' għelejjel ma' siġar u/jew arbuxelli biex tiġi formata sistemi ta' agrosilvikultura tal-għelejjel, u għandha tinkludi ż-żoni mwarrba skont l-Artikoli 22, 23 u 24 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/199928, l-Artikolu 39 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/200529, l-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 jew l-Artikolu 65 ta' dan ir-Regolament;
__________________
__________________
28 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar is-sostenn għal żvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u Garanzija (FAEGG) u jemenda u jħassar ċerti Regolamenti (ĠU L 160, 26.6.1999, p. 80).
28 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar is-sostenn għal żvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u Garanzija (FAEGG) u jemenda u jħassar ċerti Regolamenti (ĠU L 160, 26.6.1999, p. 80).
29 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 tal-20 ta' Settembru 2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1).
29 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 tal-20 ta' Settembru 2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1).
Emenda 1148cp4 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 - punt b - punt ii
(ii) "għelejjel permanenti" għandha tkun għelejjel li ma jitnewbux ħlief bur permanenti u mergħat permanenti li jokkupaw l-art għal ħames snin jew iżjed, u jagħtu ħsad ripetut, inklużi l-mixtliet u l-imsajġar b'newba qasira;
(ii) "għelejjel permanenti" għandha tkun għelejjel li ma jitnewbux ħlief bur permanenti u mergħat permanenti li jokkupaw l-art għal ħames snin jew iżjed, u jagħtu ħsad ripetut, inklużi l-mixtliet, u jekk l-Istati Membri jipprevedu dan, meta dawn ikunu fi qsari impermeabbilizzati u l-imsajġar b'newba qasira;
Emendi 1148cp5, 1148cp6, 1148cp7, 89cp2 u 804cp3 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 - punt b - punt iii
(iii) "bur permanenti u mergħa permanenti" (li flimkien jissejħu "bur permanenti") għandha tiġi definita bħala art li ma tkunx inkluża fin-newba tal-azjenda għal ħames snin jew aktar, li tintuża biex jitkabbar il-ħaxix jew foraġġ erbaċeju ieħor b'mod naturali (li jinżergħu waħedhom) jew permezz tal-kultivazzjoni (jinżergħu bl-idejn). Tista' tinkludi speċijiet oħra bħal pereżempju l-arbuxelli u/jew is-siġar li jistgħu jintużaw għar-ragħa jew għall-produzzjoni tal-għalf tal-annimali;
(iii) "bur permanenti u mergħa permanenti" (li flimkien jissejħu "bur permanenti") tfisser art li tintuża biex jitkabbar il-ħaxix jew foraġġ erbaċeu ieħor b'mod naturali (li jinżergħu waħedhom) jew permezz tal-kultivazzjoni (jinżergħu bl-idejn) u li ma ġietx inkluża fin-newba tal-għelejjel tal-azjenda għal ħames snin jew aktar, kif ukoll fejn l-Istati Membri jiddeċiedu hekk, li ma tkunx inħartet għal ħames snin jew aktar; tista' tinkludi speċijiet oħra bħal pereżempju l-arbuxelli u/jew is-siġar li jistgħu jintużaw għar-ragħa jew, fejn l-Istati Membri jiddeċiedu hekk, speċijiet oħra bħal arbuxelli u/jew siġar li jipproduċu għalf, dment li l-ħaxix u foraġġ erbaċeu ieħor jibqgħu predominanti. Jekk l-Istati Membri jiddeċiedu hekk, titqies newba tal-għelejjel anki l-bidla tal-speċijiet tal-foraġġ aħdar jekk it-tiżrigħ il-ġdid jikkonsisti minn taħlita differenti ta' speċijiet meta mqabbla mat-tiżrigħ ta' qabel. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu wkoll li jikkunsidraw bħala bur permanenti: (i) art li tista' tintuża għar-ragħa u li tifforma parti minn prattiki lokali stabbiliti fejn ħaxix u foraġġ erbaċeu ieħor mhumiex tradizzjonalment predominanti fiż-żoni tar-ragħa;u/jew (ii) art li tista' tintuża għar-ragħa fejn il-ħaxix u l-foraġġ erbaċeu l-ieħor mhumiex predominanti jew huma assenti fiż-żoni tar-ragħa li jistgħu jinkludu l-arbuxelli u/jew is-siġet u riżorsi oħra li jikkonsmaw l-annimali (weraq, fjuri, zkuk, frott);
Emendi 90 u 1148cp8 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt b – punt iiia (ġdid)
(iiia) "sistema agroforestali" tfisser sistemi ta' użu tal-art fejn jitkabbru s-siġar fuq l-istess art fejn jitwettqu l-prattiki agrikoli;
Emenda 1148cp9 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt b – punt iiib (ġdid)
(iiib) "bur temporanju" għandha tiġi ddefinita bħala ħaxix jew speċijiet erbaċej li jitkabbru f'raba' li jinħadem (jiġifieri f'newba) għal inqas minn ħames snin konsekuttivi, jew għal aktar minn ħames snin fejn iseħħu l-ħrit u t-tiżrigħ mill-ġdid.
Emendi 91 u 1148cp10 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt c – parti introduttorja
(c) għall-iskop tat-tipi ta' interventi fil-forma ta' pagamenti diretti, "ettaru eliġibbli" għandha tiġi definita b'mod li tinkludi kull żona agrikola tal-azjenda:
(c) għall-iskop tat-tipi ta' interventi fil-forma ta' pagamenti diretti, "ettaru eliġibbli" għandha tiġi definita b'mod li tinkludi kull żona agrikola tal-azjenda, inklużi installazzjonijiet tekniċi temporanji mobbli jew stazzjonarji, b'mod partikolari passaġġi agrikoli interni u ħwat tal-ilma kif ukoll balal tas-silaġġ u żoni mxarrba mill-ġdid użati għall-kultivazzjoni tal-għadajjar:
Emendi 1148cp11 u 1148cp12 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt c – punti i, ia (ġdid) u ii
(i) li, matul is-sena li għaliha qed jintalab appoġġ, tintuża għal attività agrikola jew, meta ż-żona tintuża wkoll għall-attivitajiet mhux agrikoli, tintuża b'mod predominanti għal attivitajiet agrikoli, u li tkun għad-dispożizzjoni tal-bidwi. Fejn ikun debitament ġustifikat għal raġunijiet ambjentali, l-ettari eliġibbli jistgħu wkoll jinkludu ċerti żoni li jintużaw għall-attivitajiet agrikoli darba kull sentejn biss.
(i) li, matul is-sena li għaliha qed jintalab appoġġ, tintuża għal attività agrikola jew, meta ż-żona tintuża wkoll għall-attivitajiet mhux agrikoli, tintuża b'mod predominanti għal attivitajiet agrikoli, u li tkun għad-dispożizzjoni tal-bidwi. Fejn ikun debitament ġustifikat għal raġunijiet relatati mal-ambjent, mal-bijodiversità u mal-klima, l-ettari eliġibbli jistgħu wkoll jinkludu ċerti żoni li jintużaw għall-attivitajiet agrikoli darba kull tliet snin biss;
(ia) li, jekk l-Istati Membri jiddeċiedu hekk, jista' jkun fiha karatteristiċi u elementi tal-pajsaġġ inkludi l-bijotopi bħal siġar, arbuxelli, msajġar tal-għelieqi u żoni umdi, dment li ma jkoprux aktar minn terz tal-erja ta' kull biċċa raba' kif definit fl-Artikolu 63(4) tar-Regolament UE .../... [Regolament Orizzontali];
(ii) li tat dritt għall-pagamenti skont is-Subtaqsima 2 tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu II tat-Titolu III ta' dan ir-Regolament jew taħt l-iskema ta' pagament bażiku jew l-iskema ta' pagament uniku skont l-erja stabbilita fit-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, u li:
(ii) kwalunkwe żona tal-azjenda li tat dritt għall-pagamenti skont is-Subtaqsima 2 tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu II tat-Titolu III ta' dan ir-Regolament jew taħt l-iskema ta' pagament bażiku jew l-iskema ta' pagament uniku skont l-erja stabbilita fit-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, u li:
– ma tkunx għadha aktar konformi mad-definizzjoni ta' "ettaru eliġibbli" stabbilita fil-punt (a) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 bħala riżultat tal-implimentazzjoni tad-Direttivi 92/43/KEE u 2009/147/KE jew id-Direttiva 2000/60/KE;
– mhijiex "ettaru eliġibbli" kif definit mill-Istati Membri abbażi tas-subpunt (i) u (ia) ta' dan il-punt;
— bħala riżultat tal-implimentazzjoni tad-Direttivi 92/43/KEE u 2009/147/KE jew id-Direttiva 2000/60/KE;
— bħala riżultat ta' miżuri relatati maż-żona li jikkontribwixxu għall-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima, l-objettivi ambjentali u tal-bijodiversità stabbiliti fil-punti (d), (e) u (f) tal-Artikolu 6(1) ta' dan ir-Regolament; Tali żoni jistgħu jintużaw għal skopijiet ta' kultivazzjoni tal-għadajjar;
– għat-tul taż-żmien li jdum l-impenn rilevanti tal-bidwi individwali, tkun saret foresta skont l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 jew l-Artikolu 43 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 jew l-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 jew skont skema nazzjonali li l-kundizzjonijiet tagħha jkunu konformi mal-Artikolu 43(1), (2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 jew mal-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 jew l-Artikoli 65 u 67 ta' dan ir-Regolament;
– għat-tul taż-żmien li jdum l-impenn rilevanti tal-bidwi individwali, tkun saret foresta skont l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 jew l-Artikolu 43 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 jew l-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 jew skont skema nazzjonali li l-kundizzjonijiet tagħha jkunu konformi mal-Artikolu 43(1), (2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 jew mal-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 jew l-Artikoli 65 u 67 ta' dan ir-Regolament.L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu kundizzjonijiet xierqa biex jinkludu l-afforestazzjoni tal-art permezz ta' finanzjamenti privati jew nazzjonali li jikkontribwixxu għal objettiv speċifiku wieħed relatat mal-ambjent, mal-bijodiversità u mal-klima jew għal aktar.
– għat-tul ta' żmien li jdum l-impenn rilevanti tal-bidwi individwali, titwarrab skont l-Artikoli 22, 23 u 24 tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999, l-Artikolu 39 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, l-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 jew l-Artikolu 65 ta' dan ir-Regolament.
– għat-tul ta' żmien li jdum l-impenn rilevanti tal-bidwi individwali, titwarrab skont l-Artikoli 22, 23 u 24 tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999, l-Artikolu 39 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, l-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 jew l-Artikolu 65 ta' dan ir-Regolament.
Emendi 93 u 1148cp13 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt c – subparagrafu 2
Iż-żoni użati għall-produzzjoni tal-qanneb għandhom ikunu biss ettari eliġibbli jekk il-varjetajiet użati jkollhom kontenut ta' tetraidrokannabinol ta' mhux aktar minn 0,2 %;
Iż-żoni użati għall-produzzjoni tal-qanneb għandhom ikunu biss ettari eliġibbli jekk il-varjetajiet użati jkollhom kontenut ta' tetraidrokannabinol ta' mhux aktar minn 0,3 %;
Emenda 1148cp14 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt d
(d) "bdiewa ġenwini" għandha tkun definita b'mod li jiġi żgurat li l-ebda appoġġ ma jingħata lil dawk li l-attività agrikola tagħhom tifforma parti insinifikanti biss tal-attivitajiet ekonomiċi tagħhom jew li l-attività ta' negozju ewlenija tagħhom mhijiex agrikola, filwaqt li ma jiġux esklużi mill-appoġġ il-bdiewa pluriattivi. Id-definizzjoni għandha tippermetti li jiġi determinat liema bdiewa mhumiex ikkunsidrati bdiewa ġenwini fuq il-bażi ta' kundizzjonijiet bħal pereżempju t-testijiet tal-introjtu, l-inputs lavorattivifuql-azjenda agrikola, l-għanijiet tal-kumpanija u/jew l-inklużjoni fir-reġistri.
(d) “bdiewa attivi” għandha tkun definita b’tali mod li jiġi żgurat li l-appoġġ jingħatabiss lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi, jew lil gruppi ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, li jinvolvu ruħhom f’mill-inqas livell minimuta’ attività agrikola u li jipprovdu beni pubbliċi f’konformità mal-objettivi tal-Pjan Strateġiku tal-PAK, filwaqt li ma jiġux esklużi mill-appoġġ il-bdiewa pluriattivi b’mod partikolari l-bdiewa part-time, il-bdiewa ta’ semisussistenza u l-biedja b’valur naturali għoli. Id-definizzjoni għandha, fi kwalunkwe każ, tippreżerva l-mudell tal-biedja tal-familja tal-Unjoni b’karattru individwali jew ta’ grupp, irrispettivament mid-daqs tiegħu, u tista' tqis, jekk meħtieġ, il-partikolaritajiet tar-reġjuni ddefiniti fl-Artikolu 349 tat-TFUE.Id-definizzjoni għandha tiżgura li ma jingħata l-ebda pagament dirett lill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, jew lill-gruppi ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, li jħaddmu ajruporti, kumpaniji ferrovjarji, sistemi tal-infrastruttura tal-ilma, servizzi immobiljari, postijiet permanenti fejn jiġu pprattikati l-isport u attivitajiet rikreattivi. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jżidu f'din il-lista impriżi jew attivitajiet mhux agrikoli oħra, jew jirtiraw tali żidiet u jistgħu jeskludu minn din id-definizzjoni l-individwi jew il-kumpaniji li jwettqu pproċessar fuq skala kbira tal-prodotti agrikoli, bl-eċċezzjoni tal-gruppi ta' bdiewa involuti f'tali pproċessar. Meta azjenda li tibbenefika mill-pagamenti tal-PAK tifforma parti minn struttura akbar, prinċipalment mhux agrikola, dan l-aspett għandu jkun trasparenti. Huma u jifformulaw id-definizzjoni, l-Istati Membri għandhom: (i) japplikaw, abbażi ta' kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji, element jew elementi bħal pereżempju t-testijiet tal-introjtu, l-inputs lavorattivi fuq l-azjenda agrikola, l-għanijiet tal-kumpanija, kriterji ta' attività agrikola minima, l-esperjenza adegwata, taħriġ u/jew ħiliet u/jew l-inklużjoni tal-attivitajiet agrikoli tagħhom fir-reġistri nazzjonali; (ii) jiffissaw, abbażi tal-karatteristiċi nazzjonali jew reġjonali tagħhom, ammont ta' pagamenti diretti, li ma għandux jaqbeż il-EUR 5 000 skont liema l-bdiewa, impenjati b'mill-inqas livell minimu ta' attività agrikola u li jfornu beni pubbliċi, għandhom fi kwalunkwe każ jitqiesu bħala "bdiewa attivi".
Emendi 95 u 1148cp15 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt e – parti introduttorja
(e) "bidwi żagħżugħ" għandha tiġi definita b'mod li tinkludi:
(e) "bidwi żagħżugħ" għandha tiġi definita b'mod li tinkludi limitu fl-età ta' 40 sena u:
Emendi 96 u 1148cp16 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt e – punt i
(i) limitu massimu fl-età li ma jistax jaqbeż l-40 sena;
imħassar
Emendi 97 u 1148cp16 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt e – punt iii
(iii) it-taħriġ xieraq u/jew ħiliet rikjesti.
(iii) it-taħriġ xieraq u/jew ħiliet xierqa.
Emendi 98 u 1148cp16 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt e – subparagrafu 1a (ġdid)
Meta jevalwaw il-konformità mal-kundizzjonijiet biex wieħed ikun il-kap tal-azjenda, l-Istati Membri għandhom iqisu l-ispeċifiċitajiet ta' arranġamenti ta' sħubija.
Emendi 99 u 1148cp16 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)
(ea) "bidwi ġdid" għandu jiġi definit b'mod li jinkludi:
(i) il-kundizzjonijiet biex wieħed ikun "il-kap tal-azjenda";
(ii) it-taħriġ xieraq u/jew il-ħiliet xierqa;
(iii) limitu fl-età ta' aktar minn 40 sena.
"bidwi ġdid" skont din id-definizzjoni m'għandux jiġi rikonoxxut bħala "bidwi żagħżugħ" kif definit fil-punt (e).
Emenda 100 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 2
(2) Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 138 li jissumplementaw dan ir-Regolament b'regoli li jagħmlu l-għoti ta' pagamenti soġġett għall-użu ta' żrieragħ iċċertifikati ta' ċerti varjetajiet ta' qanneb u l-proċedura għad-determinazzjoni tal-varjetajiet tal-qanneb u l-verifika tal-kontenut ta' tetraidrokannabinol tagħhom imsemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 1 biex tiġi ppreservata s-saħħa pubblika.
(2) Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 138 li jissumplementaw dan ir-Regolament b'regoli li jagħmlu l-għoti ta' pagamenti soġġett għall-użu ta' żrieragħ iċċertifikati ta' ċerti varjetajiet ta' qanneb u l-proċedura għad-determinazzjoni tal-varjetajiet tal-qanneb u l-verifika tal-kontenut ta' tetraidrokannabinol tagħhom imsemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu biex tiġi ppreservata s-saħħa pubblika.
Emendi 101 u 1149cp1 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 1 – parti introduttorja
L-appoġġ mill-FAEG u mill-FAEŻR għandu jkollu l-għan li jtejjeb aktar l-iżvilupp sostenibbli tal-biedja, tal-ikel u taż-żoni rurali u għandu jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-objettivi ġenerali li ġejjin:
Flimkien mal-objettivi tal-PAK stabbiliti fl-Artikolu 39 tat-TFUE, l-appoġġ mill-FAEG u mill-FAEŻR għandu jkollu l-għan li jtejjeb aktar l-iżvilupp sostenibbli tal-biedja, tal-ikel u taż-żoni rurali u għandu jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-objettivi ġenerali li ġejjin fil-qasam ekonomiku, ambjentali u soċjali:
Emendi 102 u 1149cp1 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt a
(a) li jitrawwem settur agrikolu intelliġenti, reżiljenti u diversifikat li jiżgura s-sigurtà tal-ikel;
(a) li jitrawwem settur agrikolu modern, kompetittiv, reżiljenti u diversifikat li jiżgura s-sigurtà tal-ikel fit-tul filwaqt li jissalvagwardja l-mudell tal-azjenda agrikola tal-familja;
Emenda 1149cp2 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt b
(b) li jissaħħu l-ħarsien ambjentali u l-azzjoni klimatika u jingħata kontribut lill-objettivi tal-Unjoni relatati mal-ambjent u mal-klima;
(b) li jiġu appoġġati u mtejba l-ħarsien ambjentali, il-bijodiversità u l-azzjoni klimatika u jinkisbu riżultati f'dawk li huma l-objettivi tal-Unjoni relatati mal-ambjent u mal-klima;
Emendi 104 u 1149cp3 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt c
(c) li tissaħħaħ in-nisġa soċjoekonomika taż-żoni rurali.
(c) li tissaħħaħ in-nisġa soċjoekonomika taż-żoni rurali, sabiex jingħata kontribut għall-ħolqien u ż-żamma tal-impjiegi, billi jiġi ggarantit introjtu vijabbli għall-bdiewa, filwaqt li jiġi segwit standard tal-għajxien ġust għall-popolazzjoni agrikola kollha u tiġi indirizzata d-depopolazzjoni rurali, b'enfasi partikolari fuq ir-reġjuni inqas popolati u inqas żviluppati, u żvilupp territorjali bilanċjat.
Emendi 105 u 1149cp4 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 2
Dawk l-objettivi għandhom jiġu kkomplementati mill-objettiv trasversali tal-modernizzazzjoni tas-settur billi jitrawmu u jiġu kondiviżi l-għarfien, l-innovazzjoni u d-diġitalizzazzjoni fl-agrikoltura u fiż-żoni rurali, u jitħeġġeġ l-użu tagħhom.
Dawk l-objettivi għandhom jiġu kkomplementati mill-objettiv trasversali tal-modernizzazzjoni tas-settur, u interkonnessi miegħu, billi jiġi żgurat li l-bdiewa jkollhom aċċess għar-riċerka, it-taħriġ u l-kondiviżjoni tal-għarfien u s-servizzi tat-trasferiment tal-għarfien, l-innovazzjoni u d-diġitalizzazzjoni fl-agrikoltura u fiż-żoni rurali, u jitħeġġeġ l-użu tagħhom.
Emenda 106 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt a
(a) jiġu appoġġati l-introjtu vijabbli tal-azjendi agrikoli u r-reżiljenza tagħhom fl-Unjoni kollha biex tissaħħaħ is-sigurtà tal-ikel;
(a) jiġu żgurati l-introjtu vijabbli tal-azjendi agrikoli u r-reżiljenza tas-settur agrikolu fl-Unjoni kollha biex jissaħħu s-sigurtà tal-ikel u d-diversità agrikola fit-tul, filwaqt li jiġi pprovdut ikel sikur u ta' kwalità għolja bi prezzijiet ġusti bl-għan li jitreġġa' lura t-tnaqqis fl-għadd tal-bdiewa u tiġi żgurata s-sostenibbiltà ekonomika tal-produzzjoni agrikola fl-Unjoni;
Emenda 107 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt b
(b) tissaħħaħ l-orjentazzjoni lejn is-suq u tiżdied il-kompetittività inkluż permezz ta' aktar enfasi fuq ir-riċerka, it-teknoloġija u d-diġitalizzazzjoni;
(b) jissaħħu l-orjentazzjoni lejn is-suq, fis-swieq lokali, nazzjonali, tal-Unjoni u internazzjonali, kif ukoll l-istabbilizzazzjoni tas-suq u l-ġestjoni tar-riskju u ta' kriżijiet, u jiżdiedu l-kompetittività tal-azjendi agrikoli fit-tul, il-kapaċitajiet tal-ipproċessar u tal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti agrikoli, b'aktar enfasi fuq id-differenzjazzjoni tal-kwalità, ir-riċerka, l-innovazzjoni, it-teknoloġija, it-trasferiment u l-iskambju tal-għarfien u d-diġitalizzazzjoni, u l-iffaċilitar tal-aċċess tal-bdiewa għal dinamika tal-ekonomija ċirkolari;
Emenda 108 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt c
(c) tittejjeb il-pożizzjoni tal-bdiewa fil-katina tal-valur;
(c) tittejjeb il-pożizzjoni ta' negozjar tal-bdiewa fil-katini tal-valur billi jitħeġġu forom assoċjattivi, organizzazzjonijiet tal-produtturi u negozjati kollettivi, kif ukoll bil-promozzjoni ta' ktajjen tal-provvista qosra u t-titjib tat-trasparenza tas-suq;
Emenda 1150cp1 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt d
(d) jingħata kontribut lill-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima, kif ukoll lill-enerġija sostenibbli;
(d) jingħata kontribut lill-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih, billi jitnaqqsu l-gassijiet b'effett ta' serra, anki permezz tat-tisħiħ tal-bjar tal-karbonju, tas-sekwestru tal-karbonju u ħżin fis-settur agrikolu u alimentari, kif ukoll billi tiġi inkorporata l-enerġija sostenibbli, filwaqt li tiġi żgurata s-sigurtà tal-ikel, u lill-ġestjoni sostenibbli u lill-protezzjoni tal-foresti, bi qbil mal-Ftehim ta' Pariġi;
Emenda 110 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt e
(e) jitrawwem l-iżvilupp sostenibbli u l-ġestjoni effiċjenti tar-riżorsi naturali bħall-ilma, il-ħamrija u l-arja;
(e) jitrawwem l-iżvilupp sostenibbli u l-ġestjoni effiċjenti tar-riżorsi naturali bħall-ilma, il-ħamrija u l-arja, filwaqt li titnaqqas id-dipendenza kimika bl-għan li jintlaħqu l-għanijiet previsti fl-istrumenti leġiżlattivi rilevanti u jiġu ppremjati prattiki u sistemi tal-biedja li jwasslu għal benefiċċji ambjentali multipli, inkluż it-twaqqif tad-deżertifikazzjoni;
Emenda 1150cp3 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt f
(f) jingħata kontribut lill-protezzjoni tal-bijodiversità, jissaħħu s-servizzi tal-ekosistema u jiġu preservati l-ħabitats u l-pajsaġġi;
(f) jissaħħu s-servizzi tal-ekosistema, u jingħata kontribut biex jiġi interrott u mreġġa' lura t-telfien tal-bijodiversità, anki billi jiġu protetti l-flora, il-fawna u l-ispeċijiet dakkara benefiċi, jingħata appoġġ lill-agrobijodiversità, lill-konservazzjoni tan-natura u lill-agroforestrija, kif ukoll biex jingħata kontribut għal reżiljenza naturali akbar, jiġu ppreservati d-diversi tipi tal-ħamrija, il-korpi tal-ilma, il-ħabitats u l-pajsaġġi u jirritornaw għal li kienu, u jingħata sostenn lis-sistemi tal-biedja b'valur naturalistiku għoli (HNV);
Emendi 112 u 1150cp4 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt g
(g) jiġu attirati bdiewa żgħażagħ u jiġi ffaċilitat l-iżvilupp tan-negozju fiż-żoni rurali;
(g) jiġu attirati u appoġġati bdiewa żgħażagħ u bdiewa ġodda u tiġi promossa l-parteċipazzjoni tan-nisa fis-settur agrikolu, b'mod partikolari fiż-żoni l-aktar depopolati u żoni b'restrizzjonijiet naturali;jiġu ffaċilitati t-taħriġ u l-esperjenza fl-Unjoni kollha, l-iżvilupp tan-negozju sostenibbli u l-ħolqien tal-impjiegi fiż-żoni rurali;
Emenda 1150cp5 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt h
(h) jiġu promossi l-impjiegi, it-tkabbir, l-inklużjoni soċjali u l-iżvilupp lokali fiż-żoni rurali, inkluż il-bijoekonomija u l-forestrija sostenibbli;
(h) jiġu promossi l-koeżjoni soċjali u territorjali fiż-żoni rurali inkluż permezz tal-ħolqien tal-impjiegi, it-tkabbir u l-investiment, l-inklużjoni soċjali, il-ġlieda kontra l-faqar rurali u permezz tal-iżvilupp lokali, inklużi servizzi lokali ta' kwalità għolja għall-komunitajiet rurali, b'enfasi partikolari fuq żoni b'restrizzjonijiet naturali; il-promozzjoni ta' kundizzjonijiet tal-ħajja, tax-xogħol u ekonomiċi dinjitużi; id-diversifikazzjoni tal-attivitajiet u tal-introjtu, inklużi l-agrituriżmu, il-bijoekonomija sostenibbli, l-ekonomija ċirkolari, il-ġestjoni sostenibbli u l-protezzjoni tal-foresti, filwaqt li tiġi żgurata l-ugwaljanza bejn il-ġeneri; il-promozzjoni tal-opportunitajiet ugwali fiż-żoni rurali permezz ta' miżuri speċifiċi ta' appoġġ, u r-rikonoxximent tal-ħidma tan-nisa fl-agrikoltura, l-artiġjanat, it-turiżmu u s-servizzi lokali;
Emenda 1150cp6 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt i
(i) tittejjeb ir-reazzjoni tal-agrikoltura tal-UE għad-domandi soċjetali għall-ikel u għas-saħħa, inkluż ikel sikur, nutrittiv u sostenibbli, il-ħela tal-ikel, kif ukoll il-benessri tal-annimali.
(i) tittejjeb ir-reazzjoni tal-agrikoltura tal-Unjoni għad-domandi soċjetali għall-ikel u għas-saħħa, inkluż ikel sikur, nutrittiv, ta' kwalità għolja u sostenibbli, biedja b'konsumi intermedji baxxi, agrikolatura oraganika, it-tnaqqs tal-ħela tal-ikel, il-ġlieda kontra r-reżistenza għall-antimikrobiċi u t-titjib tas-saħħa u tal-benessri tal-annimali, kif ukoll il-bżonn li s-soċjetà tagħraf aktar l-importanza tal-bdiewa u taż-żoni rurali, filwaqt li jingħata kontribut lill-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli.
Emenda 115 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 2
2. Meta jsegwu l-objettivi speċifiċi l-Istati Membri għandhom jiżguraw is-simplifikazzjoni u l-prestazzjoni tal-appoġġ tal-PAK.
2. Bl-għan li jiksbu objettivi speċifiċi, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw il-prestazzjoni tal-appoġġ tal-PAK u s-simplifikazzjoni għall-benefiċjarji finali billi jnaqqsu l-piż amministrattiv filwaqt li jiżguraw in-nondiskriminazzjoni fost il-benefiċjarji.
Emenda 116 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
Il-kisba tal-objettivi msemmija fl-Artikoli 5 u 6(1) għandha tiġi vvalutata fuq il-bażi ta' indikaturi komuni relatati mal-output, mar-riżultat u mal-impatt. Is-sett ta' indikaturi komuni għandu jinkludi:
Il-kisba tal-objettivi msemmija fl-Artikoli 5 u 6(1) għandha tiġi vvalutata fuq il-bażi ta' indikaturi komuni relatati mal-output, mar-riżultat u mal-impatt u għandha tkun ibbażata fuq sorsi uffiċjali ta' informazzjoni. Is-sett ta' indikaturi komuni għandu jinkludi:
Emenda 117 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt b
(b) l-indikaturi tar-riżultati relatati mal-objettivi speċifiċi kkonċernati u li ntużaw għall-istabbiliment ta' stadji importanti u miri kwantifikati b'rabta ma' dawn l-objettivi speċifiċi fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK u li jivvalutaw il-progress lejn il-miri. L-indikaturi rigward l-objettivi relatati mal-klima u mal-ambjent jistgħu jkopru l-interventi inklużi fi strumenti nazzjonali rilevanti għall-ippjanar ambjentali u klimatiku li jirriżultaw mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni elenkata fl-Anness XI;
(b) l-indikaturi tar-riżultati relatati mal-objettivi speċifiċi kkonċernati u li ntużaw għall-istabbiliment ta' stadji importanti u miri kwantifikati b'rabta ma' dawn l-objettivi speċifiċi fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK u li jivvalutaw il-progress lejn il-miri. L-indikaturi rigward l-objettivi relatati mal-klima u mal-ambjent jistgħu jkopru l-interventi li jikkontribwixxu għall-impenji li jirriżultaw mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni elenkata fl-Anness XI;
Emenda 118 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt c
(c) l-indikaturi tal-impatt relatati mal-objettivi stabbiliti fl-Artikoli 5 u 6(1) u li jintużaw fil-kuntest tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK u tal-PAK;
(c) l-indikaturi tal-impatt relatati mal-objettivi stabbiliti fl-Artikoli 5 u 6(1) u li jintużaw fil-kuntest tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, filwaqt li jitqiesu l-fatturi esterni lil hinn mill-PAK.
L-Istati Membri jistgħu jaqsmu l-indikaturi tal-output u l-indikaturi tar-riżultati stabbiliti fl-Anness I f'aktar dettall fir-rigward ta' karatteristiċi nazzjonali u reġjonali partikolari fil-Pjanijiet Strateġiċi tagħhom.
Emenda 120 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 2
2. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 138 li jemendaw l-Anness I biex jiġu adattati l-indikaturi komuni tal-output, tar-riżultati u tal-impatti biex titqies l-esperjenza bl-applikazzjoni tagħhom u, fejn meħtieġ, biex jiżdiedu indikaturi oħrajn ġodda.
2. Il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni sħiħa dwar l-effikaċja tal-indikaturi tal-output, tar-riżultati u tal-impatt stabbiliti fl-Anness I sal-aħħar tat-tielet sena tal-applikazzjoni tal-Pjanijiet Strateġiċi.
Wara dik il-valutazzjoni, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 138, li jemendaw l-Anness I biex jiġu adattati, jekk ikun meħtieġ, l-indikaturi komuni filwaqt li titqies l-esperjenza miksuba matul l-implimentazzjoni tal-politika ta' dan ir-Regolament.
Emenda 121 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 1
L-Istati Membri għandhom isegwu l-objettivi stabbiliti fit-Titolu II billi jispeċifikaw l-interventi bbażati fuq it-tipi ta' interventi stabbiliti fil-Kapitoli II, III u IV ta' dan it-Titolu skont ir-rekwiżiti komuni stabbiliti f'dan il-Kapitolu.
L-Istati Membri, u, fejn applikabbli, ir-reġjuni tagħhom, għandhom isegwu l-objettivi stabbiliti fit-Titolu II billi jispeċifikaw l-interventi bbażati fuq it-tipi ta' interventi stabbiliti fil-Kapitoli II, III u IV ta' dan it-Titolu skont ir-rekwiżiti komuni stabbiliti f'dan il-Kapitolu.
Emendi 122 u 1117cp1 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 1
L-Istati Membri għandhom ifasslu l-interventi tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom f'konformità mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni.
L-Istati Membri għandhom ifasslu, f'kollaborazzjoni, fejn applikabbli, mar-reġjuni tagħhom, l-interventi tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom f'konformità mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni.
L-Istati Membri, f'kollaborazzjoni, fejn applikabbli, mar-reġjuni tagħhom, meta jfasslu l-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, għandhom iqisu l-prinċipji speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 39 tat-TFUE, jiġifieri n-natura partikolari tal-attività agrikola, li tirriżulta mill-istruttura soċjali tal-agrikoltura u mid-disparitajiet strutturali u naturali bejn id-diversi reġjuni agrikoli; il-bżonn li jsiru gradwalment il-bidliet xierqa; il-fatt li fl-Istati Membri, l-agrikoltura tikkostitwixxi settur marbut mill-qrib mal-ekonomija fit-totalità tagħha.
Emendi 123 u 1117cp2 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 2
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-interventi jkunu stabbiliti fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji, li jkunu kompatibbli mas-suq intern u li ma joħolqux distorsjoni tal-kompetizzjoni.
L-Istati Membri f'kollaborazzjoni, fejn applikabbli, mar-reġjuni tagħhom, għandhom jiżguraw li l-interventi jkunu stabbiliti fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji, u li ma jfixklux il-funzjonament xieraq tas-suq intern.
Emenda 1117cp3 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 2 a (ġdid)
Fil-każ ta' persuna ġuridika jew grupp ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikaw it-tnaqqis imsemmi fl-Artikolu 15 u l-appoġġ imsemmi fl-Artikoli 26, 27, 29, 66, 67 u 68 kif definit fil-pjanijiet strateġiċi tal-PAK tagħhom fil-livell tal-membri ta' dawk il-persuni jew gruppi ġuridiċi fejn il-liġi nazzjonali tipprevedi li l-membri individwali jassumu drittijiet u obbligi komparabbli għal dawk ta' bdiewa attivi individwali li jkollhom l-istatus ta' kap ta' azjenda, b'mod partikolari fir-rigward tal-istatus ekonomiku, soċjali u fiskali tagħhom, bil-kundizzjoni li jkunu kkontribwew għat-tisħiħ tal-istrutturi agrikoli tal-persuni jew il-gruppi ġuridiċi kkonċernati.
Emendi 124 u 1117cp4 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 3
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-qafas legali li jirregola l-għoti tal-appoġġ mill-Unjoni lill-benefiċjarji fuq il-bażi tal-Pjan Strateġiku tal-PAK u skont il-prinċipji u r-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament u fir-Regolament (UE) [ir-Regolament Orizzontali].
L-Istati Membri f'kollaborazzjoni, fejn applikabbli, mar-reġjuni tagħhom, għandhom jistabbilixxu l-qafas legali li jirregola l-għoti tal-appoġġ mill-Unjoni lill-benefiċjarji fuq il-bażi tal-Pjan Strateġiku tal-PAK u skont il-prinċipji u r-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament u fir-Regolament (UE) [ir-Regolament Orizzontali].
Emendi 731 u 807 Proposta għal regolament Artikolu 9a (ġdid)
Artikolu 9a
Żvilupp sostenibbli
L-objettivi tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK għandhom jiġu segwiti f'konformità mal-prinċipju tal-iżvilupp sostenibbli u mal-għan li l-kwalità tal-ambjent tiġi ppreservata, imħarsa u mtejba, kif stabbilit fl-Artikolu 11 u fl-Artikolu 191(1) tat-TFUE, filwaqt li jitqies il-prinċipju ta' min iniġġes iħallas. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li r-rekwiżiti tal-ħarsien ambjentali, l-effiċjenza tar-riżorsi, il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih, il-bijodiversità, ir-reżiljenza għad-diżastri, u l-mitigazzjoni u l-prevenzjoni tar-riskji jiġu promossi fit-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-objettivi speċifiċi tal-PAK. L-interventi għandhom ikunu ppjanati u mwettqa f'konformità mal-prinċipju tal-koerenza tal-politika għall-iżvilupp kif stabbilit fl-Artikolu 208 tat-TFUE. Din il-konsistenza strateġika għandha tiġi kkontrollata mill-Kummissjoni f'konformità mal-proċedura deskritta fil-Kapitolu III tat-Titolu V.
Emenda 808 Proposta għal regolament Artikolu 9b (ġdid)
Artikolu 9b
Konformità mal-Ftehim ta' Pariġi
L-objettivi tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK għandhom jiġu segwiti f'konformità mal-Ftehim ta' Pariġi, u bil-għan li jintlaħqu l-objettivi globali stabbiliti fil-Ftehim ta' Pariġi u l-impenji deskritti fil-Kontributi Stabbiliti fil-Livell Nazzjonali tal-Unjoni u tal-Istati Membri.
Qabel ma tadotta l-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, il-Kummissjoni għandha tiżgura li t-taħlita tal-miri u tal-miżuri kollha tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK se tippermetti li jintlaħqu l-objettivi klimatiċi stabbiliti f'dan l-Artikolu.
Emenda 125 Proposta għal regolament Artikolu 9c (ġdid)
Artikolu 9c
Integrazzjoni tal-perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi
L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi matul it-tħejjija, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom, bil-għan li tiġi promossa l-ugwaljanza bejn is-sessi u tiġi miġġielda d-diskriminazzjoni.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-interventi bbażati fuq it-tipi ta' interventi li huma elenkati fl-Anness II ta' dan ir-Regolament, inklużi d-definizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3 u d-definizzjonijiet li jridu jiġu formulati fil-Pjanijiet Strateġiji tal-PAK stabbiliti fl-Artikolu 4, jirrispettaw id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 tal-Anness 2 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Agrikoltura.
L-interventi bbażati fuq it-tipi ta' interventi li huma elenkati fl-Anness II ta' dan ir-Regolament, inklużi d-definizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3 u d-definizzjonijiet li jridu jiġu formulati fil-Pjanijiet Strateġiji tal-PAK stabbiliti fl-Artikolu 4, għandhom jirrispettaw id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 tal-Anness 2 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Agrikoltura.
Emenda 128 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 2
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-interventi bbażati fuq il-pagament speċifiku għall-għelejjel għall-qoton previsti fis-Subtaqsima 2 tat-Taqsima 3 tal-Kapitolu II, ta' dan it-Titolu jirrispettaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(5) tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Agrikoltura.
imħassar
Emenda 809 Proposta għal regolament Artikolu 10a (ġdid)
Artikolu 10a
Dimensjoni globali tal-PAK
1. F'konformità mal-Artikolu 208 tat-TFUE, l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-objettivi ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp jitqiesu fl-interventi kollha tal-PAK, u li jiġu rrispettati d-dritt għall-ikel kif ukoll id-dritt għall-iżvilupp.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK jikkontribwixxu sal-punt massimu possibbli għall-ilħuq f'waqtu tal-għanijiet stabbiliti fl-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, b'mod partikolari l-SDG 2, l-SDG 10, l-SDG 12, u l-SDG 13, kif ukoll fil-Ftehim ta' Pariġi. Għalhekk, l-interventi tal-PAK għandhom:
(i) jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta' agrikoltura diversifikata u sostenibbli u prattiki agroekoloġiċi reżiljenti kemm fl-Unjoni kif ukoll fil-pajjiżi sħab;
(ii) jikkontribwixxu għaż-żamma tad-diversità ġenetika taż-żrieragħ, il-pjanti kkultivati, l-annimali tal-azjenda agrikola jew iddomestikati u l-ispeċijiet selvaġġi relatati tagħhom, fl-Unjoni u fil-pajjiżi sħab;
(iii) jintegraw b’mod sħiħ il-miżuri ta’ mitigazzjoni u ta’ adattament għat-tibdil fil-klima;
3. Il-konformità tal-PAK mal-Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp għandha tiġi vvalutata fuq bażi regolari, fost l-oħrajn, billi tintuża data mill-mekkaniżmu ta' monitoraġġ stabbilit fl-Artikolu 119a. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar ir-riżultati tal-valutazzjoni u r-rispons ta' politika tal-Unjoni.
Emenda 1151cp1 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1. Fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom, l-Istati Membri għandhom jinkludu sistema ta' kundizzjonalità, li taħtha għandha tiġi imposta penali amministrattiva fuq il-benefiċjarji li jirċievu pagamenti diretti skont il-Kapitolu II ta' dan it-Titolu jew il-primjums annwali skont l-Artikoli 65, 66 u 67, u li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti statutorji ta' ġestjoni skont id-dritt tal-Unjoni u l-istandards għall-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba tal-art stabbiliti fil-Pjan Strateġiku tal-PAK kif elenkati fl-Anness III, relatati mal-oqsma speċifiċi li ġejjin:
1. Fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom, l-Istati Membri għandhom jinkludu sistema ta' kundizzjonalità, li taħtha il-benefiċjarji li jirċievu pagamenti diretti skont il-Kapitolu II ta' dan it-Titolu jew il-primjums annwali skont l-Artikoli 65, 66 u 67 għandhom ikunu suġġetti għal penali amministrattiva jekk ma jikkonformawx mar-rekwiżiti statutorji ta' ġestjoni skont id-dritt tal-Unjoni u l-istandards għall-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba tal-art stabbiliti fil-Pjan Strateġiku tal-PAK kif elenkati fl-Anness III, relatati mal-oqsma speċifiċi li ġejjin:
Emendi 810cp2, 887 u 1151cp2 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt a
(a) il-klima u l-ambjent;
(a) il-klima u l-ambjent, inklużi l-ilma, l-arja, il-ħamrija, il-bijodiversità u s-servizzi ekosistemiċi;
Emenda 1151cp3 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 2
2. Ir-regoli dwar il-penali amministrattivi li jridu jiġu inklużi fil-Pjan Strateġiku tal-PAK għandhom jirrispettaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu IV tat-Titolu IV tar-Regolament (UE) [ir-Regolament Orizzontali].
2. Ir-regoli dwar sistema effikaċi u proporzjonata ta' penali amministrattivi li jridu jiġu inklużi fil-Pjan Strateġiku tal-PAK għandhom jirrispettaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu IV tat-Titolu IV tar-Regolament (UE) [ir-Regolament Orizzontali].
2 a. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati b'mod konformi mal-Artikolu 138 li jissupplimentaw dan ir-Regolament rigward derogi temporanji dwar regoli ta' kundizzjonalità matul epidemiji ta' mard, avvenimenti klimatiċi avversi, avvenimenti katastrofiċi jew diżastri naturali.
Emenda 732 Proposta għal regolament Artikolu 11a (ġdid)
Artikolu 11a
Prinċipju u kamp ta' applikazzjoni dwar il-kundizzjonalità soċjali
1. L-Istati Membri għandhom jinkludu fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom sistema ta' kundizzjonalità, skont liema l-benefiċjarji li jirċievu pagamenti diretti skont il-Kapitolu II u l-Kapitolu III ta' dan it-Titolu jew il-premiums annwali skont l-Artikoli 65, 66 u 67 għandhom ikunu soġġetti għal penali amministrattiva jekk ma jikkonformawx mal-kundizzjonijiet applikabbli tax-xogħol u tal-impjieg u/jew l-obbligi tal-impjegatur li jirriżultaw mill-ftehimiet kollettivi rilevanti kollha u l-liġi soċjali u tax-xogħol fil-livelli nazzjonali, tal-Unjoni u internazzjonali.
2. Ir-regoli dwar sistema effettiva u proporzjonata ta' penali amministrattivi li jridu jiġu inklużi fil-Pjan Strateġiku tal-PAK għandhom jirrispettaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu IV tat-Titolu IV tar-Regolament (UE) [ir-Regolament Orizzontali].
Emenda 1128 Proposta għal regolament Artikolu 12
Artikolu 12
Artikolu 12
Obbligi tal-Istati Membri relatati mal-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba
Obbligi tal-Istati Membri relatati mal-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ż-żoni agrikoli kollha, inkluża l-art li ma tkunx għadha tintuża għal skopijiet ta' produzzjoni, tinżamm f'kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba. L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu, fuq il-livell nazzjonali jew reġjonali, l-istandards minimi għall-benefiċjarji għall-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba tal-art f'konformità mal-objettiv ewlieni tal-istandards kif imsemmi fl-Anness III, billi jqisu l-karatteristiċi speċifiċi taż-żoni kkonċernati, inklużi l-ħamrija u l-kundizzjoni klimatika, is-sistemi eżistenti tal-biedja, l-użu tal-artijiet, in-newba, il-prattiki tal-biedja u l-istrutturi tal-azjendi agrikoli.
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ż-żoni agrikoli kollha, inkluża l-art li ma tkunx għadha tintuża għal skopijiet ta' produzzjoni, jinżammu f'kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba. L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu, f'konsultazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti kollha fuq il-livell nazzjonali jew, fejn xieraq, reġjonali, l-istandards minimi għall-benefiċjarji għall-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba tal-art f'konformità mal-objettiv ewlieni tal-istandards kif imsemmi fl-Anness III, billi jqisu l-karatteristiċi speċifiċi taż-żoni kkonċernati, inklużi l-ħamrija, l-ilma u l-kundizzjoni klimatika, is-sistemi eżistenti tal-biedja, l-użu tal-artijiet, in-newba, il-prattiki tal-biedja u l-istrutturi tal-azjendi agrikoli, u b'hekk jiġi żgurat li l-art tikkontribwixxi għall-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-punti (d), (e) u (f) tal-Artikolu 6(1).
2. Fir-rigward tal-objettivi ewlenin stipulati fl-Anness III, l-Istati Membri jistgħu jippreskrivu standards addizzjonali minbarra dawk stipulati f'dak l-Anness skont dawn l-objettivi ewlenin. Madankollu, l-Istati Membri ma għandhomx jiddefinixxu standards minimi għal objettivi ewlenin għajr l-objettivi ewlenin stipulati fl-Anness III.
2. Sabiex tkun protetta l-komunalità tal-PAK u jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi, u anke fir-rigward tal-objettivi ewlenin stipulati fl-Anness III, l-Istati Membri ma għandhomx jippreskrivu standards addizzjonali minbarra dawk stipulati f'dak l-Anness skont dawn l-objettivi ewlenin, fl-ambitu tas-sistema tal-kundizzjonalità. Barra minn hekk, l-Istati Membri ma għandhomx jiddefinixxu standards minimi għal objettivi ewlenin għajr l-objettivi ewlenin stipulati fl-Anness III.
L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-benefiċjarji kkonċernati, fejn xieraq bl-użu ta' mezzi elettroniċi, bil-lista tar-rekwiżiti u l-istandards li għandhom jiġu applikati fil-livell tal-azjenda agrikola, kif ukoll informazzjoni ċara u preċiża dwarhom.
2a. Il-bdiewa li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a dwar il-biedja organika għandhom, b'hekk, jitqiesu li jkunu konformi mar-regola 8 tal-istandards għall-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba tal-art (KAAT) stabbiliti fl-Anness III ta' dan ir-Regolament.
2b. Ir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni, kif definiti skont l-Artikolu 349 tat-TFUE, u l-gżejjer minuri tal-Eġew, kif definiti fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 229/2013, għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżiti tal-istandards għall-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba tal-art 1, 2, 8 u 9 stabbiliti fl-Anness III ta' dan ir-Regolament.
2c. Il-bdiewa li jipparteċipaw fi skemi volontarji għall-klima u l-ambjent skont l-Artikolu 28 bi prattiki agrikoli ekwivalenti għall-KAAT 1, 8, 9 jew 10 jitqiesu bħala konformi mal-istandards tal-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba tal-art (KAAT) korrispondenti stabbiliti fl-Anness III ta' dan ir-Regolament dment li dawn l-iskemi jagħtu livell ogħla ta' benefiċċju għall-klima u l-ambjent fir-rigward tal-KAAT 1, 8, 9 jew 10. Tali prattiki għandhom jiġu vvalutati f'konformità mat-Titolu V ta' dan ir-Regolament.
3. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema li tipprovdi l-Għodda għas-Sostenibbiltà tal-Azjendi Agrikoli għan-Nutrijenti msemmija fl-Anness III, bil-kontenut u l-funzjonalitajiet minimi kif definit hemmhekk, lill-benefiċjarji li se jużaw l-Għodda.
Il-Kummissjoni tista' tappoġġa lill-Istati Membri fit-tfassil ta' dik l-Għodda kif ukoll fir-rekwiżiti tas-servizzi ta' ħżin tad-data u tal-ipproċessar tad-data.
4. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 138 li jissupplimentaw dan ir-Regolament b'regoli għall-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba, inkluż l-istabbiliment tal-elementi tas-sistema tal-proporzjon ta' bur permanenti, is-sena ta' referenza u r-rata ta' konverżjoni skont il-KAAT 1 kif imsemmi fl-Anness III, il-format u l-elementi u l-funzjonalitajiet minimi addizzjonali tal-Għodda għas-Sostenibbiltà tal-Azjendi Agrikoli għan-Nutrijenti.
4. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 138 li jissupplimentaw dan ir-Regolament b'regoli li jirrigwardaw elementiulterjuri tas-sistema tal-proporzjon ta' bwar permanenti, is-sena ta' referenza u r-rata ta' konverżjoni skont il-KAAT 1 kif imsemmi fl-Anness III.
_________________
1a Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (ĠU L 150, 14.6.2018, p. 1).
Emenda 1129 Proposta għal regolament Artikolu 13
Artikolu 13
Artikolu 13
Servizzi konsultattivi għall-azjendi agrikoli
Servizzi konsultattivi għall-azjendi agrikoli
1. Fil-Pjan Strateġiku tal-PAK, l-Istati Membri għandhom jinkludu sistema għall-provvista ta' servizzi għall-għoti ta' pariri lill-bdiewa u lil benefiċjarji oħrajn tal-appoġġ tal-PAK dwar il-ġestjoni tal-art u l-ġestjoni tal-azjenda agrikola ("servizzi konsultattivi għall-azjendi agrikoli").
1. Fil-Pjan Strateġiku tal-PAK, l-Istati Membri għandhom jinkludu sistema għall-provvista ta' servizzi ta' kwalità u indipendenti għall-għoti ta' pariri lill-bdiewa u lil benefiċjarji oħrajn tal-appoġġ tal-PAK dwar il-ġestjoni tal-art u l-ġestjoni tal-azjenda agrikola ("servizzi konsultattivi għall-azjendi agrikoli") li, meta xieraq, għandhom jibnu fuq sistemi diġà eżistenti fil-livell tal-Istati Membri. L-Istati Membri għandhom jallokaw baġit xieraq għall-finanzjament ta' dawk is-servizzi u deskrizzjoni qasira ta' dawk is-servizzi għandha tiġi inkluża fil-Pjanijiet Strateġiċi nazzjonali tal-PAK.
L-Istati Membri għandhom jallokaw mill-inqas is-sehem minimu ta' 30 % tal-allokazzjoni relatata ma' dan l-Artikolu għas-servizzi konsultattivi u l-assistenza teknika li jikkontribwixxu għall-objettivi msemmija fil-punti (d), (e) u (f) tal-Artikolu 6(1).
2. Is-servizzi konsultattivi għall-azjendi agrikoli għandhom ikopru d-dimensjonijiet ekonomiċi, ambjentali u soċjali u jagħtu informazzjoni teknoloġika u xjentifika aġġornata żviluppata mir-riċerka u l-innovazzjoni. Dawn għandhom jiġu integrati fis-servizzi interrelatati ta' konsulenti għall-azjendi agrikoli, riċerkaturi, organizzazzjoijiet tal-bdiewa u partijiet ikkonċernati oħra li jiffurmaw is-Sistemi tal-Għarfien u tal-Innovazzjoni Agrikoli (AKIS).
2. Is-servizzi konsultattivi għall-azjendi agrikoli għandhom ikopru d-dimensjonijiet ekonomiċi, ambjentali u soċjali u jagħtu informazzjoni teknoloġika u xjentifika aġġornata żviluppata mir-riċerka u l-innovazzjoni, filwaqt li jqisu l-prattiki u t-tekniki tradizzjonali tal-biedja. Dawn għandhom jiġu integrati fis-servizzi interrelatati ta' networks konsultattivi tal-azjendi agrikoli, konsulenti, riċerkaturi, organizzazzjonijiet tal-bdiewa, kooperattivi u partijiet ikkonċernati oħra li jiffurmaw is-Sistemi tal-Għarfien u tal-Innovazzjoni Agrikoli (AKIS).
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-parir mogħti lil-azjendi agrikoli jkun imparzjali u li l-konsulenti ma jkollhom l-ebda kunflitt ta' interess.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-parir mogħti lil-azjendi agrikoli jkun imparzjali u adattat għall-firxa sħiħa ta' mezzi ta' produzzjoni u azjendi agrikoli, u li l-konsulenti ma jkollhom l-ebda kunflitt ta' interess.
3a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-servizzi ta' konsulenza għall-azjendi agrikoli jkunu mgħammra biex jipprovdu parir kemm dwar il-produzzjoni kif ukoll dwar il-provvista ta' beni pubbliċi.
4. Is-sistemi konsultattivi għall-azjendi agrikoli għandhom ikopru mill-inqas dan li ġej:
4. Is-servizzi konsultattivi għall-azjendi agrikoli stabbiliti mill-Istat Membru għandhom ikopru mill-inqas dan li ġej:
(a) ir-rekwiżiti, il-kundizzjonijiet u l-impenji ta' ġestjoni kollha li japplikaw għall-bdiewa u għall-benefiċjarji l-oħra stabbiliti fil-Pjan Strateġiku tal-PAK, inklużir-rekwiżiti u l-istandards taħt il-kundizzjonalità u l-kundizzjonijiet għall-iskemi ta' appoġġ kif ukoll informazzjoni dwar l-istrumenti finanzjarji u l-pjanijiet ta' negozju stabbiliti fil-Pjan Strateġiku tal-PAK;
(a) ir-rekwiżiti, il-kundizzjonijiet u l-impenji ta' ġestjoni kollha li japplikaw għall-bdiewa u għall-benefiċjarji l-oħra stabbiliti fil-Pjan Strateġiku tal-PAK, inklużi r-rekwiżiti u l-istandards taħt il-kundizzjonalità, l-ekoskemi u l-impenji għall-ġestjoni ambjentali, klimatika u oħrajn skont l-Artikolu 65 u l-kundizzjonijiet għall-iskemi ta' appoġġ kif ukoll informazzjoni dwar l-istrumenti finanzjarji u l-pjanijiet ta' negozju stabbiliti fil-Pjan Strateġiku tal-PAK;
(b) ir-rekwiżiti kif definiti mill-Istati Membri għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2000/60/KE, id-Direttiva 92/43/KEE, id-Direttiva 2009/147/KE, id-Direttiva 2008/50/KE, id-Direttiva (UE) 2016/2284, ir-Regolament (UE) 2016/2031, ir-Regolament (UE) 2016/429, l-Artikolu 55 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill30 u d-Direttiva 2009/128/KE;
(b) ir-rekwiżiti kif definiti mill-Istati Membri għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2000/60/KE, id-Direttiva 92/43/KEE, id-Direttiva 2009/147/KE, id-Direttiva 2008/50/KE, id-Direttiva (UE) 2016/2284, ir-Regolament (UE) 2016/2031, ir-Regolament (UE) 2016/429, l-Artikolu 55 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill30 u d-Direttiva 2009/128/KE;
(c) il-prattiki tal-azjendi agrikoli li jipprevjenu l-iżvilupp tar-reżistenza għall-antimikrobiċi kif stabbilit fil-Komunikazzjoni "Pjan ta' Azzjoni Saħħa Waħda Ewropew kontra r-Reżistenza Antimikrobika"31;
(c) il-prattiki tal-azjendi agrikoli li jipprevjenu l-iżvilupp tar-reżistenza għall-antimikrobiċi kif stabbilit fil-Komunikazzjoni "Pjan ta' Azzjoni Saħħa Waħda Ewropew kontra r-Reżistenza Antimikrobika"31;
(d) il-ġestjoni tar-riskju kif imsemmi fl-Artikolu 70;
(d) il-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskju;
(e) l-appoġġ għall-innovazzjoni b'mod partikolari għat-tħejjija u għall-implimentazzjoni tal-proġetti tal-Grupp Operattiv tas-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni għall-produttività u s-sostenibbiltà fil-qasam agrikolu kif imsemmi fl-Artikolu 114;
(e) l-appoġġ għall-innovazzjoni, b'mod partikolari għat-tħejjija u għall-implimentazzjoni tal-proġetti tal-Grupp Operattiv tas-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni għall-produttività u s-sostenibbiltà fil-qasam agrikolu kif imsemmi fl-Artikolu 114;
(f) l-iżvilupp ta' teknoloġiji diġitali fl-agrikoltura u fiż-żoni rurali kif imsemmi fl-Artikolu 102(b).
(f) l-iżvilupp ta' teknoloġiji diġitali fl-agrikoltura u fiż-żoni rurali kif imsemmi fl-Artikolu 102(b);
(fa) tekniki biex tiġi ottimizzata l-prestazzjoni ekonomika ta' sistemi tal-produzzjoni, it-titjib tal-kompetittività, l-orjentazzjoni tas-suq, ktajjen tal-provvista qosra u l-promozzjoni tal-intraprenditorija;
(fb) konsulenza speċifika għall-bdiewa li jkunu qed jistabbilixxu ruħhom għall-ewwel darba;
(fc) l-istandards tas-sikurezza u l-kura psikosoċjali fil-komunitajiet tal-bdiewa;
(fe) it-titjib tal-prattiki u t-tekniki agroekoloġiċi u agroforestrali kemm fuq artijiet agrikoli kif ukoll fuq artijiet forestali;
(ff) il-konċentrazzjoni fuq l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u gruppi oħra ta' bdiewa;
(fg) l-assistenza lill-bdiewa li jkunu jixtiequ jbiddlu l-produzzjoni, b'mod partikolari minħabba bidliet fid-domanda tal-konsumatur, b'pariri dwar il-ħiliet ġodda u t-tagħmir li jkollhom bżonn;
(fh) il-mobilità tal-art u s-servizzi tal-ippjanar tas-suċċessjoni;
(fi) il-prattiki agrikoli kollha li jagħmluha possibbli li jitnaqqas l-użu ta' fertilizzanti u prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti billi jippromwovu metodi naturali tat-titjib tal-fertilità tal-ħamrija u l-kontroll tal-organiżmi ta' ħsara;
(fj) it-titjib tar-reżiljenza u l-adattament għat-tibdil fil-klima; u
(fk) it-titjib tal-benessri tal-annimali.
4a. Mingħajr preġudizzju għal-liġi nazzjonali u għal dispożizzjonijiet rilevanti oħra tal-liġi tal-Unjoni, il-persuni u l-entitajiet inkarigati minn servizzi konsultattivi ma għandhomx jiżvelaw lil kwalunkwe persuna oħra għajr il-bidwi jew il-benefiċjarju li jkun ingħata parir, kwalunkwe informazzjoni jew data personali jew kummerċjali relatata mal-bidwi jew mal-benefiċjarju inkwistjoni li tkun ġiet akkwistata matul il-kompitu konsultattiv tagħhom, bl-eċċezzjoni ta' ksur soġġett għal rapportar obbligatorju lill-awtoritajiet pubbliċi skont il-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni.
4b. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll, permezz ta' proċedura pubblika xierqa, li l-konsulenti li jaħdmu fi ħdan is-sistema konsultattiva għall-azjendi agrikoli jkunu kwalifikati kif xieraq u mħarrġa regolarment.
__________________
__________________
30. Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).
30. Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).
31. "Pjan ta' Azzjoni Saħħa Waħda Ewropew kontra r-Reżistenza Antimikrobika (RAM) (COM(2017) 0399 final).
31. "Pjan ta' Azzjoni Saħħa Waħda Ewropew kontra r-Reżistenza Antimikrobika (RAM) (COM(2017) 0399 final).
Emenda 811 Proposta għal regolament Titolu III – Kapitolu 1 – Taqsima 3 a (ġdida)
Taqsima 3a
Biedja organika
Artikolu 13a
Biedja Organika
L-agrikoltura organika, kif definita skont ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, hija sistema ta' biedja ċċertifikata li tista' tikkontribwixxi għal diversi objettivi speċifiċi tal-PAK kif stabbilit fl-Artikolu 6(1) ta' dan ir-Regolament. Fid-dawl tal-benefiċċji tal-biedja organika, kif ukoll tad-domanda li qiegħda tikber għaliha u li qed tkompli tisboq iż-żieda fil-produzzjoni, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw il-livell ta' appoġġ meħtieġ għall-art agrikola ġestita skont iċ-ċertifikazzjoni organika. L-Istati Membri għandhom jinkludu fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom analiżi tal-produzzjoni tas-settur organiku, tad-domanda mistennija, u tal-potenzjal tagħha li tissodisfa l-objettivi tal-PAK, u għandhom jistabbilixxu objettivi sabiex iżidu s-sehem tal-art agrikola skont il-ġestjoni organika kif ukoll sabiex jiżviluppaw il-katina ta' provvista organika sħiħa. Fuq il-bażi ta' din il-valutazzjoni, l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-livell xieraq ta' appoġġ għall-konverżjoni u għall-manutenzjoni organiċi permezz ta' miżuri għall-iżvilupp rurali fl-Artikolu 65, u għandhom jiżguraw li l-baġits allokati jlaħħqu mat-tkabbir mistenni fil-produzzjoni organika.
Emenda 160 Proposta għal regolament Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt d
(d) l-iskemi għall-klima u għall-ambjent.
(d) l-iskemi għall-klima, għall-ambjent u għall-benessri tal-annimali; kif ukoll
Emenda 161 Proposta għal regolament Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt da (ġdid)
(da) l-iskemi għat-tisħiħ tal-kompetittività;
Emendi 163, 733cp2, 765, 897, 1118cp2, 1126cp2 u 1207cp2 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
Qabel ma japplikaw il-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom inaqqsu mill-ammont tal-pagamenti diretti li jridu jingħataw lil bidwi skont dan il-Kapitolu f'sena kalendarja speċifika:
Qabel ma japplikaw il-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jnaqqsu mill-ammont tal-pagamenti diretti li jridu jingħataw lil bidwi skont dan il-Kapitolu f'sena kalendarja speċifika:
Emendi 164, 733cp3, 766, 1118cp3, 1126cp3 u 1207cp3 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt a
(a) is-salarji marbuta ma' attività agrikola ddikjarata mill-bidwi, inkluż it-taxxi u l-kontribuzzjonijiet soċjali relatati mal-impjiegi; kif ukoll
(a) 50 % tas-salarji marbuta ma' attività agrikola ddikjarata mill-bidwi, inkluż it-taxxi u l-kontribuzzjonijiet soċjali relatati mal-impjiegi; kif ukoll
Emendi 165, 733cp4, 899, 1118cp4, 1126cp4 u 1207cp4 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt b
(b) l-ispiża ekwivalenti ta' xogħol regolari u mhux imħallas marbut ma' attività agrikola pprattikata minn persuni li jaħdmu fl-azjenda agrikola kkonċernata li ma jirċevux salarju, jew li jirċievu inqas rimunerazzjoni mill-ammont normalment imħallas għas-servizzi mogħtija, iżda jiġu ppremjati permezz tar-riżultat ekonomiku tan-negozju agrikolu.
imħassar
Emendi 166, 767, 900, 1118cp5 u 1126cp5 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt ba (ġdid)
(ba) l-għajnuna diretta msemmija fl-Artikoli 27 u 28.
Emendi 167, 768, 1118cp6 u 1126cp6 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
Sabiex jikkalkulaw l-ammonti msemmija fil-punti a) u b), l-Istati Membri għandhom jużaw l-ispiża reali tax-xogħol u s-salarji marbuta ma' attività agrikola jew ma' attività relatata fil-livell nazzjonali jew reġjonali mmultiplikati bin-numru ta' unitajiet annwali ta' xogħol iddikjarati mill-bidwi kkonċernat.
Sabiex jikkalkulaw l-ammonti msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom jużaw l-ispejjeż reali tas-salarji jew is-salarji standard medji marbuta ma' attività agrikola u relatata fil-livell nazzjonali jew reġjonali mmultiplikati bin-numru ta' unitajiet annwali ta' xogħol iddikjarati mill-bidwi kkonċernat. L-Istati Membri jistgħu jużaw indikaturi dwar spejjeż standard tas-salarji assoċjati mad-diversi tipi ta' azjendi agrikoli u data ta' referenza dwar il-ġenerazzjoni tal-impjiegi skont it-tip ta' azjenda agrikola.
Emendi 1096 u 1126cp7 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 2a (ġdid)
2a. Il-Kummissjoni għandha tiġbor l-informazzjoni dwar is-sussidji kollha riċevuti [mill-ewwel u t-tieni pilastru tal-PAK] u taggrega l-ammont totali li persuna fiżika tirċievi jew direttament permezz ta' pagamenti diretti jew inkella indirettament bħala sid benefiċjarju ta' persuni ġuridiċi li huma benefiċjarji tal-pagamenti tal-PAK (pagamenti diretti u pagamenti mill-iżvilupp rurali). Il-Kummissjoni għandha żżomm rekord f'ħin reali u twaqqaf il-pagamenti li jaqbżu total aggregat ta':
(a) EUR 500 000 fl-ewwel pilastru għall-pagamenti diretti.
(b) EUR 1 000 000 għal investimenti taħt it-tieni pilastru; il-Kummissjoni għandha tiġi nnotifikata jekk il-limitu jinqabeż. Il-Kummissjoni tevalwa, fuq bażi ta' kull każ għalih, jekk tistax tingħata eċċezzjoni f'każijiet debitament ġustifikati. Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa kriterji oġġettivi definiti b'mod ċar. li għandhom jiġu ppubblikati fil-forma ta' linji gwida intiżi għall-awtoritajiet tal-Istati Membri mingħajr dewmien indebitu.
Il-pagamenti għal proġetti li huma ta' benefiċċju għall-popolazzjoni ġenerali, li huma implimentati mill-awtoritajiet reġjonali u lokali, il-muniċipalitajiet jew il-bliet, għandhom jiġu esklużi minn dawn il-limiti massimi.
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi sistema ta' informazzjoni u monitoraġġ f'ħin reali permezz ta' adattament u estensjoni tas-sistema ARACHNE jew għodod xierqa oħra tal-IT. L-Istati Membri għandhom ikunu obbligati li jdaħħlu d-data rilevanti kollha (bħall-proġett, il-pagamenti, il-persuna ġuridika, il-persuna fiżika, is-sidien benefiċjarji, eċċ.) f'din is-sistema f'ħin reali bħala kundizzjoni biex jirċievu l-fondi minn dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tuża din is-sistema ta' informazzjoni u monitoraġġ f'ħin reali biex ikollha ħarsa ġenerali preċiża tad-distribuzzjoni u l-allokazzjoni ekwa tal-fondi tal-Unjoni u biex ikollha l-possibbiltà li tittraċċa u taggrega l-mezzi finanzjarji distribwiti.
Emendi 168, 733cp7, 769, 1118cp7, 1126cp8 u 1207cp7 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
Il-prodott stmat tat-tnaqqis tal-pagamenti għandu jintuża prinċipalment biex jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-appoġġ għall-introjtu ridistributtiv komplementarju għas-sostenibbiltà u wara għall-finanzjament ta' interventi oħra li jappartjenu għall-pagamenti diretti diżakkoppjati.
Il-prijorità tal-użu tal-prodott stmat tat-tnaqqis tal-pagamenti għandha tkun il-finanzjament tal-introjtu ridistributtiv komplementarju għas-sostenibbiltà u wara għall-finanzjament ta' interventi oħra li jappartjenu għall-pagamenti diretti diżakkoppjati.
Emendi 169, 733cp8, 770, 1118cp8, 1126cp9 u 1207cp8 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 3 – subparagrafu 2
L-Istati Membri jistgħu wkoll jużaw il-prodott kollu jew parti minnu biex jiffinanzjaw it-tipi ta' interventi taħt l-FAEŻR kif speċifikat fil-Kapitolu IV permezz ta' trasferiment. Trasferiment lill-FAEŻR bħal dan għandu jkun parti mit-tabelli finanzjarji tal-Pjan Strateġiku tal-PAK u jista' jiġi rieżaminat fl-2023 skont l-Artikolu 90. Dan ma għandux ikun soġġett għal-limiti massimi għat-trasferimenti ta' fondi mill-FAEG għall-FAEŻR stabbiliti fl-Artikolu 90.
L-Istati Membri jistgħu wkoll jużaw il-prodott kollu jew parti minnu biex jiffinanzjaw it-tipi ta' interventi taħt il-FAEŻR kif speċifikat fil-Kapitolu IV permezz ta' trasferiment. Trasferiment lill-FAEŻR bħal dan għandu jkun parti mit-tabelli finanzjarji tal-Pjan Strateġiku tal-PAK u jista' jiġi rieżaminat fl-2024 skont l-Artikolu 90.
Emendi 170, 733cp9, 771, 1118cp9, 1126cp10 u 1207cp9 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 3a (ġdid)
3a. Fil-każ ta' persuna ġuridika, jew grupp ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-Istati Membri jistgħu japplikaw it-tnaqqis imsemmi fil-paragrafu 1 fil-livell tal-membri ta' dawk il-persuni jew gruppi ġuridiċi fejn il-liġi nazzjonali tipprevedi li l-membri individwali jassumu d-drittijiet u l-obbligi komparabbli għal dawk ta' bdiewa individwali li għandhom l-istatus ta' kap ta' azjenda, b'mod partikolari fir-rigward tal-istatus ekonomiku, soċjali u tat-tassazzjoni, bil-kundizzjoni li huma jkunu kkontribwixxew għat-tisħiħ tal-istrutturi agrikoli tal-persuni jew gruppi ġuridiċi kkonċernati.
Emendi 733cp10, 772, 1118cp10 u 1126cp11 Proposta għal regolament Artikolu 15 - paragrafu 3b (ġdid)
3b. Fejn Stat Membru jagħti appoġġ għall-introjtu ridistributtiv komplementarju lill-bdiewa skont l-Artikolu 26 u għal dak l-għan juża tal-anqas 12 % tal-allokazzjoni tiegħu għal pagamenti diretti stabbiliti fl-Anness IV, jista' jiddeċiedi li jirrinunzja l-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu.
Emendi 172, 773, 903, 1118cp11 u 1126cp12 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 3c (ġdid)
3c. L-ebda vantaġġ li jikkonsisti fl-evitar tat-tnaqqis tal-pagamenti ma għandu jingħata lil dawk il-bdiewa li dwarhom jiġi stabbilit li jkunu ħolqu artifiċjalment il-kundizzjonijiet biex jevitaw l-effetti ta' dan l-Artikolu.
Emendi 173, 775, 1118cp12 u 1126cp13 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 4
4. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 138 li jissupplementaw dan ir-Regolament b’regoli li jistabbilixxu bażi armonizzata għall-kalkolu tat-tnaqqis tal-pagamenti stabbilit fil-paragrafu 1 sabiex tiġi żgurata distribuzzjoni korretta tal-fondi lill-benefiċjarji intitolati.
imħassar
Emendi 174, 1208 u 1213cp1 Proposta għal regolament Artikolu 16 – paragrafu 1
1. L-Istati Membri għandhom jagħtu pagamenti diretti diżakkoppjati skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'din it-Taqsima u kif speċifikat aktar fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom.
1. L-Istati Membri għandhom jagħtu pagamenti diretti diżakkoppjati lill-bdiewa attivi skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'din it-Taqsima u kif speċifikat aktar fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom.
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu livell limitu tal-erja u jagħtu pagamenti diretti diżakkoppjati biss lill-bdiewa ġenwini li l-erja eliġibbli tal-azjenda tagħhom li għaliha qed jintalbu l-pagamenti diretti diżakkoppjati taqbeż dan il-limitu tal-erja.
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu livell limitu tal-erja u/jew limitu minimu ta' pagamenti diretti u jagħtu pagamenti diretti biss lill-bdiewa attivi li l-erja u/jew volumi ta' pagamenti diretti tagħhom ikunu daqs jew jaqbżu dawk il-livelli limitu.
Emenda 176 Proposta għal regolament Artikolu 16 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – parti introduttorja
Meta jistabbilixxu l-livell limitu tal-erja, l-Istati Membri għandhom jimmiraw li jiżguraw li l-pagamenti diretti diżakkoppjati jistgħu biss jingħataw lill-bdiewa ġenwini jekk:
Meta jistabbilixxu l-livell limitu tal-erja jew il-limitu minimu għall-pagamenti, l-Istati Membri għandhom jimmiraw li jiżguraw li l-pagamenti diretti jistgħu biss jingħataw lill-bdiewa attivi jekk:
Emenda 177 Proposta għal regolament Artikolu 16 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – punt a
(a) il-ġestjoni tal-pagamenti korrispondenti ma tikkawżax piż amministrattiv eċċessiv, u
(a) il-ġestjoni tal-pagamenti korrispondenti li jkunu daqs jew jaqbżu dawk il-livelli limitu ma tikkawżax piż amministrattiv eċċessiv, u
Emenda 178 Proposta għal regolament Artikolu 16 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – punt b
(b) l-ammonti korrispondenti jagħmlu kontribut effettiv għall-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 6(1) li għalihom il-pagamenti diretti diżakkoppjati jikkontribwixxu.
(b) l-ammonti rċevuti li jaqbżu l-livell limitu stabbilit jagħmlu kontribut effettiv għall-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 6(1) li għalihom il-pagamenti diretti diżakkoppjati jikkontribwixxu.
Emenda 179 Proposta għal regolament Artikolu 16 – paragrafu 3
3. L-Istati Membri kkonċernati jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx il-paragrafu 1 lir-reġjuni ultraperiferiċi u lill-Gżejjer minuri tal-Eġew.
3. L-Istati Membri kkonċernati jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx dan l-Artikolu għar-reġjuni ultraperiferiċi u għall-Gżejjer minuri tal-Eġew u għall-arċipelagu Baleariku.
2a. F'sitwazzjonijiet speċifiċi fejn, minħabba n-natura tas-sistema agrikola, il-bdiewa ma jkollhomx art iżda jkunu ngħataw għajnuna fil-forma ta' pagament bażiku mad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, appoġġ għall-introjtu bażiku għandu jkun ammont għal kull azjenda.
Emenda 181 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 3
3. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 19 sa 24, l-appoġġ għall-introjtu bażiku għandu jingħata għal kull ettaru eliġibbli ddikjarat minn bidwi ġenwin.
3. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 19 sa 24, l-appoġġ għall-introjtu bażiku għandu jingħata għal kull ettaru eliġibbli ddikjarat minn bidwi attiv.
Emenda 1119 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafi 2 u 2 a (ġdid)
2. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jiddistingwu l-ammont tal-appoġġ għall-introjtu bażiku għal kull ettaru fost il-gruppi ta' territorji differenti li jiffaċċjaw kundizzjonijiet soċjoekonomiċi jew agronomiċi simili.
2. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jiddistingwu l-ammont għal kull ettarutal-appoġġ għall-introjtu skont il-gruppi differenti ta' żoni skont il-kundizzjonijiet soċjoekonomiċi, ambjentali jew agronomiċi. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jżidu l-ammonti għal reġjuni bi żvantaġġi naturali jew speċifiċi għaż-żona u żoni depopolati kif ukoll f'appoġġ għal bwar permanenti. F'dak li għandu x'jaqsam ma' mergħat alpini estensivi tradizzjonali kif definiti mill-Istati Membri, l-ammont tal-appoġġ għall-introjtu bażiku għal kull ettaru jista' jitnaqqas, indipendentement mis-sitwazzjoni tal-introjtu tal-azjenda agrikola.
2a. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu mekkaniżmi li jillimitaw in-numru ta' ettari nazzjonali eliġibbli li jistgħu jibbenefikaw minn appoġġ, abbażi ta' perjodu ta' referenza deċiż mill-Istat Membru.
Emenda 184 Proposta għal regolament Artikolu 19 – paragrafu 2
2. Meta l-Istati Membri li jkunu applikaw l-iskema ta' pagament bażiku kif stabbilit fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu I tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, jiddeċiedu li ma jagħtux l-appoġġ għall-introjtu bażiku fuq il-bażi ta' intitolamenti għal pagament, l-intitolamenti għal pagament allokati skont ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 għandhom jiskadu fil-31 ta' Diċembru 2020.
2. Meta l-Istati Membri li jkunu applikaw l-iskema ta' pagament bażiku kif stabbilit fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu I tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, jiddeċiedu li ma jagħtux l-appoġġ għall-introjtu bażiku fuq il-bażi ta' intitolamenti għal pagament, l-intitolamenti għal pagament allokati skont ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 għandhom jiskadu fil-31 ta' Diċembru 2022.L-Istati Membri li diġà lestew il-proċess ta' aġġustament intern tal-intitolamenti għal pagament jistgħu jiddeċiedu li jirrinunzjaw l-intitolamenti għal pagament aktar kmieni.
Emenda 1120 Proposta għal regolament Artikolu 20
Artikolu 20
Artikolu 20
Valur tal-intitolamenti għal pagament u konverġenza
Valur tal-intitolamenti għal pagament u konverġenza
1. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-valur unitarju għall-intitolamenti għal pagament qabel il-konverġenza skont dan l-Artikolu billi jaġġustaw il-valur tal-intitolamenti għal pagament b'mod proporzjonali għall-valur tagħhom kif stabbilit skont ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 għas-sena tat-talba 2020 u l-pagament relatat għall-prattiki agrikoli li huma ta' benefiċċju għall-klima u għall-ambjent previsti fil-Kapitolu III tat-Titolu III ta' dak ir-Regolament għas-sena tat-talba 2020.
1. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-valur unitarju għall-intitolamenti għal pagament qabel il-konverġenza skont dan l-Artikolu billi jaġġustaw il-valur tal-intitolamenti għal pagament b'mod proporzjonali għall-valur tagħhom kif stabbilit skont ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 għas-sena tat-talba 2023 u l-pagament relatat għall-prattiki agrikoli li huma ta' benefiċċju għall-klima u għall-ambjent previsti fil-Kapitolu III tat-Titolu III ta' dak ir-Regolament għas-sena tat-talba 2023.
2. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jiddistingwu l-valur tal-intitolamenti għal pagament skont l-Artikolu 18(2).
2. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jiddistingwu l-valur tal-intitolamenti għal pagament skont l-Artikolu 18(2).
3. Sal-aktar tard is-sena tat-talba 2026, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu livell massimu għall-valur tal-intitolamenti għal pagament għall-Istat Membru jew għal kull grupp ta' territorji definit skont l-Artikolu 18(2).
3. Sa mhux aktar tard mis-sena tat-talba 2026, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu livell massimu għall-valur tal-intitolamenti għal pagament għall-Istat Membru jew għal kull grupp ta' territorji definit skont l-Artikolu 18(2).
4. Meta l-valur tal-intitolamenti għal pagament kif determinat skont il-paragrafu 1 ma jkunx uniformi fi Stati Membru jew fi grupp ta' territorji kif definit skont l-Artikolu 18(2), l-Istati Membri għandhom jiżguraw konverġenza tal-valur tal-intitolamenti għal pagament lejn valur unitarju uniformi l-aktar tard sas-sena tat-talba 2026.
4. Meta l-valur tal-intitolamenti għal pagament kif determinat skont il-paragrafu 1 ma jkunx uniformi fi Stati Membru jew fi grupp ta' territorji kif definit skont l-Artikolu 18(2), l-Istati Membri għandhom jiżguraw konverġenza sħiħa tal-valur tal-intitolamenti għal pagament lejn valur unitarju uniformi l-aktar tard sas-sena tat-talba 2026.
5. Għall-finijiet tal-paragrafu 4, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, l-aktar tard għas-sena tat-talba 2026, l-intitolamenti għal pagament kollha jkollhom valur ta' mill-inqas 75 % tal-ammont unitarju medju ppjanat għall-appoġġ għall-introjtu bażiku għas-sena tat-talba 2026 kif stabbilit fil-Pjan Strateġiku tal-PAK trażmess skont l-Artikolu 106(1) għall-Istat Membru jew għat-territorji kif definit skont l-Artikolu 18(2).
5. Għall-finijiet tal-paragrafu 4, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, l-aktar tard għas-sena tat-talba 2024, l-intitolamenti għal pagament kollha jkollhom valur ta' mill-inqas 75 % tal-ammont unitarju medju ppjanat għall-appoġġ għall-introjtu bażiku għas-sena tat-talba 2024 kif stabbilit fil-Pjan Strateġiku tal-PAK trażmess skont l-Artikolu 106(1) għall-Istat Membru jew għat-territorji kif definit skont l-Artikolu 18(2).
5a. Għall-finijiet tal-paragrafu 4, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, għal mhux aktar tard mill-aħħar sena tat-talba tal-perjodu ta' programmazzjoni, l-intitolamenti għal pagament kollha jkollhom valur ta' 100 % tal-ammont unitarju medju ppjanat għall-appoġġ għall-introjtu bażiku għas-sena tat-talba 2026 kif stabbilit fil-Pjan Strateġiku tal-PAK trażmess skont l-Artikolu 106(1) għall-Istat Membru jew għat-territorji kif definiti skont l-Artikolu 18(2).
6. L-Istati Membri għandhom jiffinanzjaw iż-żidiet fil-valur tal-intitolamenti għal pagament meħtieġa biex jikkonformaw mal-paragrafi 4 u 5 billi jużaw kwalunkwe prodott possibbli li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-paragrafu 3, u, fejn meħtieġ, billi jnaqqsu d-differenza bejn il-valur unitarju tal-intitolamenti għal pagament determinat skont il-paragrafu 1 u l-ammont unitarju medju ppjanat għall-appoġġ għall-introjtu bażiku għas-sena tat-talba 2026 kif stabbilit fil-Pjan Strateġiku tal-PAK trażmess skont l-Artikolu 106(1) għall-Istat Membru jew għat-territorji kif definit skont l-Artikolu 18(2).
6. L-Istati Membri għandhom jiffinanzjaw iż-żidiet fil-valur tal-intitolamenti għal pagament meħtieġa biex jikkonformaw mal-paragrafi 4 u 5 billi jużaw kwalunkwe prodott possibbli li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-paragrafu 3, u, fejn meħtieġ, billi jnaqqsu d-differenza bejn il-valur unitarju tal-intitolamenti għal pagament determinat skont il-paragrafu 1 u l-ammont unitarju medju ppjanat għall-appoġġ għall-introjtu bażiku għas-sena tat-talba 2026 kif stabbilit fil-Pjan Strateġiku tal-PAK trażmess skont l-Artikolu 106(1) għall-Istat Membru jew għat-territorji kif definit skont l-Artikolu 18(2).
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikaw it-tnaqqis lill-intitolamenti għal pagament kollha jew parti minnhom b'valur determinat skont il-paragrafu 1 li jaqbeż l-ammont unitarju medju ppjanat għall-appoġġ għall-introjtu bażiku għas-sena ta' talba 2026, kif stabbilit fil-Pjan Strateġiku tal-PAK trażmess skont l-Artikolu 106(1) għall-Istat Membru jew għat-territorji kif definit skont l-Artikolu 18(2).
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikaw it-tnaqqis lill-intitolamenti għal pagament kollha jew parti minnhom b'valur determinat skont il-paragrafu 1 li jaqbeż l-ammont unitarju medju ppjanat għall-appoġġ għall-introjtu bażiku għas-sena tat-talba 2026, kif stabbilit fil-Pjan Strateġiku tal-PAK trażmess skont l-Artikolu 106(1) għall-Istat Membru jew għat-territorji kif definit skont l-Artikolu 18(2).
7. It-tnaqqis imsemmi fil-paragrafu 6 għandu jkun ibbażat fuq kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji. Mingħajr preġudizzju għas-sett minimu skont il-paragrafu 5, it-tali kriterji jistgħu jinkludu l-iffissar ta' tnaqqis massimu li ma jistax ikun aktar baxx minn 30 %.
7. It-tnaqqis imsemmi fil-paragrafu 6 għandu jkun ibbażat fuq kriterji oġġettivi u nondiskriminatorji. Mingħajr preġudizzju għas-sett minimu skont il-paragrafu 5, it-tali kriterji jistgħu jinkludu l-iffissar ta' tnaqqis massimu li ma jistax ikun aktar baxx minn 30 % kull sena.
Emenda 190 Proposta għal regolament Artikolu 21 – paragrafu 1
1. L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-bdiewa ġenwini li għandhom intitolamenti għal pagament bi sjieda jew b'kirja, appoġġ għall-introjtu bażiku mal-attivazzjoni ta' dawk l-intitolamenti għal pagament. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li għall-iskop tal-attivazzjoni tal-intitolamenti għal pagament il-bdiewa ġenwini jiddikjaraw l-ettari eliġibbli li jakkumpanjaw kull intitolament ta' pagament.
1. L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-bdiewa li għandhom intitolamenti għal pagament bi sjieda jew b'kirja, appoġġ għall-introjtu bażiku mal-attivazzjoni ta' dawk l-intitolamenti għal pagament. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li għall-iskop tal-attivazzjoni tal-intitolamenti għal pagament il-bdiewa attivi jiddikjaraw l-ettari eliġibbli li jakkumpanjaw kull intitolament ta' pagament.
Emenda 191 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 1
1. Kull Stat Membru li jiddeċiedi li jagħti l-appoġġ għall-introjtu bażiku fuq il-bażi tal-intitolamenti għal pagament għandu jamministra riżerva nazzjonali.
1. Kull Stat Membru li jiddeċiedi li jagħti l-appoġġ għall-introjtu bażiku fuq il-bażi tal-intitolamenti għal pagament għandu jistabbilixxi riżerva nazzjonali, ekwivalenti għal rata massima ta' 3 % tal-allokazzjonijiet stabbiliti fl-Anness VII.
2a. L-Istati Membri jistgħu jaqbżu l-perċentwal imsemmi fil-paragrafu 1 fejn dan ikun meħtieġ biex jiġu koperti r-rekwiżiti tal-allokazzjoni skont il-punti (a) u (b) tal-paragrafu 4 u tal-paragrafu 5.
Emenda 193 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 3
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-intitolamenti għal pagament mir-riżerva jiġu allokati lill-bdiewa ġenwini biss.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-intitolamenti għal pagament mir-riżerva jiġu allokati lill-bdiewa attivi biss.
Emenda 194 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 4 – punt a
(a) bdiewa żgħażagħ li jkunu għadhom kif jistabbilixxu azjenda għall-ewwel darba;
(a) bdiewa żgħażagħ li jkunu għadhom kif jistabbilixxu azjenda għall-ewwel darba; jew
Emenda 195 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 4 – punt b
(b) bdiewa li jkunu għadhom kif jistabbilixxu azjenda għall-ewwel darba, bħala kap tal-azjenda u b'taħriġ xieraq jew bil-ħiliet meħtieġa miksuba kif definit mill-Istati Membri għall-bdiewa żgħażagħ.
(b) bdiewa li jkunu għadhom kif jistabbilixxu azjenda għall-ewwel darba, bħala kap tal-azjenda u b'taħriġ xieraq jew bil-ħiliet u l-għarfien meħtieġa miksuba.
Emenda 196 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 4 – punt ba (ġdid)
(ba) Fil-każ tal-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jagħtu prijorità lin-nisa bil-ħsieb li jgħinu fil-kisba tal-objettiv imsemmi fil-punt (h) tal-Artikolu 6(1).
4a. L-Istati Membri jistgħu jidentifikaw ukoll, permezz ta' kriterji oġġettivi u nondiskriminatorji, każijiet oħra li, skont il-valutazzjoni tal-ħtiġijiet deskritta fl-Artikolu 96, huma aktar vulnerabbli jew aktar rilevanti biex jinkisbu l-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6, kif ukoll bdiewa li qed jibdew jagħmlu użu minn żoni ġestiti b'mod kollettiv.
Emenda 198 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 5
5. L-Istati Membri għandhom jallokaw intitolamenti għal pagament lil, jew iżidu l-valur tal-intitolamenti għal pagament eżistenti tal-bdiewa ġenwini li huma intitolati permezz ta' deċiżjoni definittiva tal-qorti jew permezz ta' att amministrattiv definittiv tal-awtorità kompetenti ta' Stat Membru. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk il-bdiewa ġenwini jirċievu l-għadd u l-valur tal-intitolamenti għal pagament stabbiliti f'dik id-deċiżjoni jew l-att f'data li trid tiġi stabbilita mill-Istat Membru.
5. L-Istati Membri għandhom jallokaw intitolamenti għal pagament lil, jew iżidu l-valur tal-intitolamenti għal pagament eżistenti tal-bdiewa attivi li huma intitolati permezz ta' deċiżjoni definittiva tal-qorti jew permezz ta' att amministrattiv definittiv tal-awtorità kompetenti ta' Stat Membru. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk il-bdiewa attivi jirċievu l-għadd u l-valur tal-intitolamenti għal pagament stabbiliti f'dik id-deċiżjoni jew l-att f'data li trid tiġi stabbilita mill-Istat Membru.
5a. L-Istati Membri jistgħu jużaw ir-riżerva nazzjonali biex iżidu l-appoġġ bażiku għall-introjtu jew bil-ħsieb li jilħqu objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1), abbażi ta' kriterji nondiskriminatorji, dment li kwantitajiet suffiċjenti jibqgħu disponibbli għall-allokazzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 4 u 5 ta' dan l-Artikolu.
Emenda 200 Proposta għal regolament Artikolu 23
Artikolu 23
imħassar
Setgħat delegati
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 138 li jissuplimentaw dan ir-Regolament b'regoli dwar:
(a) l-istabbiliment tar-riżerva;
(b) l-aċċess għar-riżerva;
(c) il-kontenut tad-dikjarazzjoni u r-rekwiżiti għall-attivazzjoni tal-intitolamenti għal pagament.
Emenda 201 Proposta għal regolament Artikolu 24 – paragrafu 1
1. Ħlief fil-każ ta' trasferiment permezz ta' wirt proprju jew antiċipat, l-intitolamenti għal pagament għandhom jiġu trasferiti lil-bidwi ġenwin biss.
1. Ħlief fil-każ ta' trasferiment permezz ta' wirt proprju jew antiċipat, l-intitolamenti għal pagament għandhom jiġu trasferiti lill-bidwi attiv biss.
1a. L-intitolamenti għall-pagamenti ma jistgħux jingħataw valur tas-suq.
Emenda 203 Proposta għal regolament Artikolu 25 – titolu
Pagamenti ta' somma f'daqqa għall-eqreb numru sħiħ għall-bdiewa żgħar
Skema simplifikata għall-bdiewa żgħar
Emenda 204 Proposta għal regolament Artikolu 25 – paragrafu 1
L-Istati Membri jistgħu jagħtu pagamenti lill-bdiewa żgħar kif definit mill-Istati Membri permezz ta' somma f’daqqa għall-eqreb numru sħiħ, li tissosstitwixxi l-pagamenti diretti taħt din it-Taqsima u t-Taqsima 3 ta' dan il-Kapitolu. L-Istati Membri għandhom ifasslu l-intervent korrispondenti fil-Pjan Strateġiku tal-PAK bħala wieħed fakultattiv għall-bdiewa.
L-Istati Membri għandhom jintroduċu skema simplifikata għall-bdiewa żgħar li jitolbu għajnuna fir-rigward ta' ammont ta' mhux aktar minn EUR 1 250. Dik l-iskema tista' tikkonsisti minn somma f'daqqa, li tissostitwixxi l-pagamenti diretti taħt din it-Taqsima u t-Taqsima 3 ta' dan il-Kapitolu, jew f'pagament għal kull ettaru, li jista' jkun differenti għal territorji differenti, definit b'mod konformi mal-Artikolu 18(2). L-Istati Membri għandhom ifasslu l-intervent korrispondenti fil-Pjan Strateġiku tal-PAK bħala wieħed fakultattiv għall-bdiewa.
1a. Il-bdiewa li jixtiequ jipparteċipaw fl-iskema simplifikata għandhom jippreżentaw applikazzjoni, mhux aktar tard minn data li għandha tiġi ddeterminata mill-Istat Membru, mingħajr preġudizzju għall-fatt li l-Istati Membri jkunu jistgħu awtomatikament jinkludu bdiewa li jissodisfaw il-kundizzjonijiet u li joffrulhom il-possibbiltà li jirtiraw minnha sa skadenza speċifika.
1b. Għal bdiewa li jipparteċipaw f'din l-iskema simplifikata, l-Istati Membri jistgħu japplikaw kontrolli ta' kundizzjonalità simplifikati, kif stabbilit fl-Artikolu 84 tar-Regolament (UE) [Ir-Regolament Orizzontali].
1c. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli u servizzi għat-tnaqqis tal-ispejjeż amministrattivi, u b'hekk jappoġġaw lill-bdiewa żgħar sabiex jikkooperaw.
1d. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma jingħata l-ebda vantaġġ previst f'dan l-Artikolu lill-bdiewa jekk ikun stabbilit li jkunu ħolqu b'mod artifiċjali, wara l-1 ta' Ġunju 2018, il-kundizzjonijiet għall-irċevuta tal-pagamenti għall-bdiewa żgħar.
Emenda 209 Proposta għal regolament Artikolu 26 – paragrafu 2
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw distribuzzjoni mill-ġdid tal-appoġġ mill-azjendi agrikoli kbar għal dawk żgħar jew medji billi jipprevedu appoġġ għall-introjtu ridistributtiv fil-forma ta' pagament diżakkoppjat annwali għal kull ettaru eliġibbli lill-bdiewa li huma intitolati għal pagament taħt l-appoġġ għall-introjtu bażiku msemmi fl-Artikolu 17.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw distribuzzjoni mill-ġdid ġusta tal-appoġġ mill-azjendi agrikoli kbar għal dawk żgħar jew medji billi jipprevedu appoġġ għall-introjtu ridistributtiv fil-forma ta' pagament diżakkoppjat annwali għal kull ettaru eliġibbli lill-bdiewa li huma intitolati għal pagament taħt l-appoġġ għall-introjtu bażiku msemmi fl-Artikolu 17.
Emenda 210 Proposta għal regolament Artikolu 26 – paragrafu 3
3. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu ammont għal kull ettaru jew ammonti differenti għal firxiet differenti ta' ettari, kif ukoll in-numru massimu ta' ettari għal kull bidwi li għalih għandu jitħallas l-appoġġ għall-introjtu ridistributtiv.
3. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu pagament ekwivalenti għal ammont għal kull ettaru jew ammonti differenti għal firxiet differenti ta' ettari. Huma jistgħu jiddifferenzjaw dawk l-ammonti b'mod konformi mat-territorji definiti skont l-Artikolu 18(2).
Emendi 1158cp3 u 211 Proposta għal regolament Artikolu 26 – paragrafu 3a (ġdid)
3a. L-ammont tal-pagament ridistributtiv għal kull ettaru ma għandux jaqbeż il-65 % tal-appoġġ bażiku għall-introjtu għas-sostenibbiltà, b'mod konformi mal-medja nazzjonali jew territorjali, immultiplikata bin-numru ta' ettari eliġibbli.
3b. In-numru ta' ettari eliġibbli għal kull bidwi ma għandux jaqbeż id-daqs medju nazzjonali tal-azjendi, jew id-daqs medju b'mod konformi mat-territorji definiti skont l-Artikolu 18(2). L-Istati Membri għandhom jagħtu aċċess għal dak il-pagament billi jibdew mill-ewwel ettaru eliġibbli tal-azjenda.
3c. L-Istati Membri għandhom jidentifikaw kriterji nondiskriminatorji, bl-objettiv stabbilit fil-punt (a) tal-Artikolu 6(1) għall-kalkolu tal-ammont li għandu jingħata għad-distribuzzjoni mill-ġdid, komplementari tal-introjtu għal sostenibbiltà fil-kuntest tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, u għandhom jistabbilixxu wkoll limitu massimu finanzjarju li 'l fuq minnu l-azjendi agrikoli ma jkunux intitolati għall-pagament ridistributtiv. L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw il-livell medju tal-introjtu tal-azjendi agrikoli fil-livell nazzjonali jew reġjonali. Fil-kriterji ta' distribuzzjoni, huma għandhom jikkunsidraw ukoll ir-restrizzjonijiet naturali u speċifiċi ffaċċjati minn ċerti reġjuni, inklużi reġjuni insulari, fl-iżvilupp tal-attività agrikola tagħhom.
Emenda 214 Proposta għal regolament Artikolu 26 – paragrafu 4
4. L-ammont għal kull ettaru ppjanat għal sena tat-talba partikolari ma għandux jaqbeż l-ammont medju nazzjonali tal-pagamenti diretti għal kull ettaru għal dik is-sena tat-talba.
imħassar
Emenda 215 Proposta għal regolament Artikolu 26 – paragrafu 5
5. L-ammont medju nazzjonali tal-pagamenti diretti għal kull ettaru huwa definit bħala l-proporzjon tal-limitu massimu nazzjonali għall-pagamenti diretti għal sena tat-talba partikolari kif stabbiliti fl-Anness IV u l-outputs ippjanati totali għall-appoġġ għall-introjtu bażiku għad-dħul għas-sena tat-talba għal sena tat-talba partikolari, espress f’numru ta’ ettari.
5a. Fil-każ ta' persuna ġuridika, jew grupp ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-Istati Membri jistgħu japplikaw in-numru massimu ta' ettari msemmi fil-paragrafu 3 fil-livell tal-membri ta' dawn il-persuni jew gruppi ġuridiċi fejn il-liġi nazzjonali tipprevedi li l-membri individwali jassumu d-drittijiet u l-obbligi komparabbli għal dawk ta' bdiewa individwali li għandhom l-istatus ta' kap ta' azjenda, b'mod partikolari fir-rigward tal-istatus ekonomiku, soċjali u tat-tassazzjoni tagħhom, sakemm ikunu kkontribwew għat-tisħiħ tal-istrutturi agrikoli tal-persuni jew gruppi ġuridiċi kkonċernati.
Emendi 217, 743, 1158cp5 u 1219 Proposta għal regolament Artikolu 26 – paragrafu 5b (ġdid)
5b. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma jingħata l-ebda benefiċċju pprovdut skont dan il-kapitolu lill-bdiewa li għalihom jidher li dawn jaqsmu l-azjendi agrikoli tagħhom bl-uniku għan li jibbenefikaw mill-pagament ridistributtiv. Dan għandu japplika wkoll għall-bdiewa li l-azjendi tagħhom ikunu r-riżultat ta' dak il-qsim.
Emendi 218 u 1161cp1 Proposta għal regolament Artikolu 27 – paragrafu 1
1. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu appoġġ għall-introjtu komplementarju għall-bdiewa żgħażagħ bil-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu u kif speċifikat aktar fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom.
1. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu appoġġ għall-introjtu komplementarju għall-bdiewa żgħażagħ, definit b'mod konformi mal-kriterji stabbiliti fil-punt (d) tal-Artikolu 4(1), bil-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu u kif speċifikat aktar fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom.
Emenda 1159 Proposta għal regolament Artikolu 27 – paragrafu 2
2. Bħala parti mill-obbligi tagħhom biex jikkontribwixxu għall-objettiv speċifiku "nattiraw il-bdiewa żgħażagħ u niffaċilitaw l-iżvilupp tan-negozju fiż-żoni rurali" stabbilit fil-punt (g) tal-Artikolu 6(1) u biex jiddedikaw mill-inqas 2 % tal-allokazzjonijiet tagħhom tal-pagamenti diretti għal dan l-objettiv skont l-Artikolu 86(4), l-Istati Membri jistgħu jipprovdu appoġġ għall-introjtu komplementarju għall-bdiewa żgħażagħ li għadhom kif twaqqfu għall-ewwel darba u li huma intitolati għal pagament taħt l-appoġġ għall-introjtu bażiku kif imsemmi fl-Artikolu 17.
2. Bħala parti mill-obbligi tagħhom biex jattiraw il-bdiewa żgħażagħ f'konformità mal-objettiv stabbilit fil-punt (g) tal-Artikolu 6(1) u biex jiddedikaw mill-inqas 4 % tal-allokazzjonijiet tagħhom tal-pagamenti diretti għal dan l-objettiv, skont l-Artikolu 86(4), l-Istati Membri jistgħu jipprovdu appoġġ għall-introjtu komplementarju għall-bdiewa żgħażagħ li għadhom kif twaqqfu għall-ewwel darba bħala kap tal-azjenda u li huma intitolati għal pagament taħt l-appoġġ għall-introjtu bażiku kif imsemmi fl-Artikolu 17.
Emenda 1161cp3 Proposta għal regolament Artikolu 27 – paragrafu 3
3. L-appoġġ għall-introjtu komplementarju għall-bdiewa żgħażagħ għandu jieħu l-forma ta' pagament diżakkoppjat annwali għal kull ettaru eliġibbli.
3. L-appoġġ għall-introjtu komplementarju għall-bdiewa żgħażagħ għandu jingħata għal perjodu massimu ta' sebà snin, li jibda mid-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għall-pagament għall-bdiewa żgħażagħ, u għandu jieħu l-forma jew ta' somma f'daqqa għal kull bidwi attiv jew ta' pagament diżakkoppjat annwali għal kull ettaru eliġibbli. F'dak il-każ jista' jiġi kkalkolat fil-livell nazzjonali jew abbażi tat-territorji definiti b'mod konformi mal-Artikolu 18(2).
3a. Il-bdiewa żgħażagħ li fl-aħħar sena ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 ikunu rċevew l-appoġġ imsemmi fl-Artikolu 50 ta' dak ir-Regolament jistgħu jirċievu l-appoġġ previst f'dan l-Artikolu għal perjodu totali massimu msemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.
3b. Il-pagament għandu jingħata għal numru ta' ettari li ma jaqbiżx id-daqs medju tal-azjendi agrikoli fil-livell nazzjonali jew skont it-territorji definiti fl-Artikolu 18(2).
3c. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu dispożizzjonijiet speċifiċi relatati ma' bdiewa żgħażagħ li jappartjenu għal gruppi ta' bdiewa, organizzazzjonijiet tal-produtturi jew kooperattivi bl-għan li jiżguraw li ma jitilfux l-appoġġ skont dan l-Artikolu meta jissieħbu ma' dawn l-entitajiet.
Emenda 1160 Proposta għal regolament Artikolu 27 – paragrafu 3d (ġdid)
3d. Fil-każ ta' persuna ġuridika, jew grupp ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-Istati Membri jistgħu japplikaw l-appoġġ lil bdiewa żgħażagħ fil-livell tal-membri ta' dawk il-persuni jew gruppi ġuridiċi meta d-dritt nazzjonali jipprevedi li l-membri individwali jassumu drittijiet u obbligi komparabbli għal dawk ta' bdiewa individwali li jkollhom l-istatus ta' kap ta' azjenda, b'mod partikolari fir-rigward tal-istatus ekonomiku, soċjali u tat-taxxa tagħhom, dment li jkunu kkontribwew għat-tisħiħ tal-istrutturi agrikoli tal-persuni jew gruppi ġuridiċi kkonċernati.
Emenda 1130 Proposta għal regolament Artikolu 28
Artikolu 28
Artikolu 28
Skemi għall-klima u għall-ambjent
Skemi għall-klima, l-ambjent u l-benessri tal-annimali
1. L-Istati Membri għandhom jipprevedu appoġġ għall-iskemi volontarji għall-klima u għall-ambjent ("ekoskemi") bil-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu u kif speċifikat aktar fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom.
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jipprevedu appoġġ għall-iskemi volontarji għall-klima, l-ambjent ul-benessri tal-annimali ("ekoskemi") bil-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu u kif speċifikat aktar fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom. L-ekoskemi f'qasam ta' azzjoni partikolari għandhom ikunu konsistenti mal-objettivi f'qasam ta' azzjoni ieħor.
L-Istati Membri għandhom joffru varjetà wiesgħa ta' ekoskemi sabiex jiżguraw li l-bdiewa jkunu jistgħu jipparteċipaw u li jiġu ppremjati livelli ta' ambizzjoni differenti. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu skemi differenti li jipprovdu kobenefiċċji, jippromwovu sinerġiji u jenfasizzaw approċċ integrat. Biex jiġu ffaċilitati l-koerenza u ppremjar effettiv, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistemi ta' punti jew klassifikazzjoni.
2. Taħt dan it-tip ta' intervent l-Istati Membri għandhom jappoġġaw lill-bdiewaġenwini li jieħdu impenji biex josservaw, fuq ettari eliġibbli,il-prattiki agrikoli li huma ta' benefiċċju għall-klima u għall-ambjent.
2. Taħt dan it-tip ta' intervent l-Istati Membri għandhom jappoġġaw lil bdiewaattivi jew gruppi ta' bdiewa li jieħdu impenji biex jippreservaw u jwasslu prattiki li jkunu ta' benefiċċju, u jaqilbu għal prattikiu tekniki agrikoli u skemi ċċertifikati li jagħtu kontribut aktar b'saħħtu għall-klima, l-ambjent u l-benessri tal-annimali,li jkunu stabbiliti skont il-prinċipji gwida fl-Artikolu 28a, inklużi fil-listi msemmija fl-Artikolu 28b u mfassla biex jindirizzaw ħtiġijiet nazzjonali jew reġjonali speċifiċi.
3. L-Istati Membrigħandhomjistabbilixxu l-lista ta' prattiki agrikoli li huma ta' benefiċċju għall-klima u għall-ambjent.
3. L-appoġġ għall-ekoskemigħandu jieħu l-forma ta' pagament annwali għal kull ettaru eliġibbli u/jew għal kull pagament ta' azjenda agrikola, u għandu jingħata bħala pagamenti ta' inċentiv li jmorru lil hinn mill-kumpens ta' spejjeż addizzjonali mġarrba u introjtu mitluf, li jistgħu jikkonsistu f'somma f'daqqa. Il-livell tal-pagamenti għandu jvarja skont il-livell ta' ambizzjoni ta' kull ekoskema, abbażi ta' kriterji nondiskriminatorji.
4. Dawk il-prattiki għandhom jitfasslu biex jissodisfaw wieħed jew aktar mill-objettivi speċifiċi relatati mal-ambjent u mal-klima stipulati fil-punti (d), (e) u (f) tal-Artikolu 6(1).
5. Taħt dan it-tip ta' interventi, l-Istati Membri għandhom jipprovdu biss pagamenti li jkopru l-impenji li:
(a) imorru lil hinn mir-rekwiżiti statutorji ta' ġestjoni rilevanti u l-istandards ta' kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu I ta' dan it-Titolu;
(b) jmorru lil hinn mir-rekwiżiti minimi għall-użu tal-fertilizzanti u l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, il-benessri tal-annimali, kif ukoll kull rekwiżit obbligatorju stabbilit mill-liġi nazzjonali u mid-dritt tal-Unjoni;
(c) imorru lil hinn mill-kundizzjonijiet stabbiliti għaż-żamma taż-żona agrikola skont il-punt (a) tal-Artikolu 4(1);
(d) huma differenti mill-impenji li fir-rigward tagħhom jingħataw il-pagamenti skont l-Artikolu 65.
6. L-appoġġ għall-ekoskemi għandu jieħu l-forma ta' pagament annwali għal kull ettaru eliġibbli u għandu jingħata jew:
(a) bħala pagamenti addizzjonali għall-appoġġ għall-introjtu bażiku kif stabbilit fis-Subtaqsima 2 ta' din it-Taqsima; or
(b) bħala pagamenti li jikkumpensaw lill-benefiċjarji għall-ispejjeż addizzjonali mġarrba kollha jew parti minnhom u l-introjtu mitluf bħala riżultat tal-impenji, kif stabbilit skont l-Artikolu 65.
7. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-interventi skont dan l-Artikolu jkunu konsistenti ma' dawk mogħtija skont l-Artikolu 65.
8. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 138 li jissuplimentaw dan ir-Regolament b'regoli oħra dwar l-ekoskemi.
Emenda 238 Proposta għal regolament Artikolu 28a (ġdid)
Artikolu 28a
Skemi għat-tisħiħ tal-kompetittività
1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu appoġġ għall-iskemi volontarji għat-tisħiħ tal-kompetittività (skemi li jsaħħu l-kompetittività) taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu u kif speċifikat aktar fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom.
2. Taħt dan it-tip ta' intervent l-Istati Membri għandhom jappoġġaw lill-bdiewa attivi li jimpenjaw infiq li jkun ta' benefiċċju għat-tisħiħ tal-kompetittività agrikola tal-bidwi.
3. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-lista eliġibbli ta' kategoriji ta' nfiq li jkun ta' benefiċċju għat-tisħiħ tal-kompetittività agrikola tal-bidwi.
4. Dawk il-prattiki għandhom jitfasslu biex jissodisfaw wieħed jew aktar mill-objettivi ekonomiċi speċifiċi stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 6(1) u jikkontribwixxu għall-objettiv orizzontali kif stabbilit fl-Artikolu 5.
5. Taħt dan it-tip ta' interventi, l-Istati Membri għandhom jipprovdu biss pagamenti li jkopru l-impenji li ma jirriżultawx f'finanzjament doppju fir-rigward ta' dan ir-Regolament.
6. L-appoġġ għall-iskemi li jsaħħu l-kompetittività għandu jieħu l-forma ta' pagament annwali u għandu jingħata jew:
(a) bħala pagamenti bbażati fuq ettari eliġibbli addizzjonali għall-appoġġ għall-introjtu bażiku kif stabbilit fis-Subtaqsima 2 ta' din it-Taqsima;jew
(b) pagamenti li jikkumpensaw lill-benefiċjarji għall-ispejjeż imġarrba kollha jew parti minnhom;jew
(c) ibbażati fuq output rilevanti għal dan it-tip ta' intervent
7. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-interventi skont dan l-Artikolu jkunu konsistenti ma' dawk mogħtija skont l-Artikoli 27, 28, 65, 68, 69, 70, 71 u 72.
8. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 138 li jissuplimentaw dan ir-Regolament b'regoli oħra dwar l-iskemi li jsaħħu l-kompetittività.
Emenda 1131 Proposta għal regolament Artikolu 28b (ġdid)
Artikolu 28b
Prattiki eliġibbli għal skemi għall-klima, l-ambjent u l-benessri tal-annimali
1. Il-prattiki agrikoli koperti minn dan it-tip ta' intervent għandhom jikkontribwixxu biex jintlaħaq wieħed jew aktar mill-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-punti (d), (e) u (f) tal-Artikolu 6(1), filwaqt li tinżamm u tissaħħaħ il-prestazzjoni ekonomika tal-bdiewa skont l-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 6(1).
2. Il-prattiki agrikoli msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom ikopru tal-anqas tnejn mill-oqsma ta' azzjoni għall-klima u l-ambjent li ġejjin:
(a) azzjonijiet fir-rigward tat-tibdil fil-klima inkluż it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra mill-agrikoltura kif ukoll iż-żamma u/jew it-titjib tas-sekwestru tal-karbonju;
(b) azzjonijiet biex jitnaqqsu l-emissjonijiet apparti dawk tal-gassijiet serra;
(c) il-protezzjoni jew it-titjib tal-kwalità tal-ilma f'żoni agrikoli u t-tnaqqis tal-pressjoni fuq ir-riżorsi tal-ilma;
(d) azzjoni biex titnaqqas l-erożjoni tal-ħamrija, it-titjib tal-fertilità tal-ħamrija u t-titjib tal-ġestjoni tan-nutrijenti kif ukoll iż-żamma u r-ristabbiliment tal-bijota tal-ħamrija;
(e) il-protezzjoni tal-bijodiversità, il-konservazzjoni jew ir-restawr tal-ħabitats u l-ispeċijiet, il-protezzjoni tal-pollinaturi u l-ġestjoni tal-karatteristiċi tal-pajsaġġ, inkluż l-istabbiliment ta' karatteristiċi ġodda tal-pajsaġġ;
(f) azzjonijiet għal użu sostenibbli u mnaqqas tal-pestiċidi, b'mod partikolari pestiċidi li huma ta' riskju għas-saħħa tal-bniedem u għall-bijodiversità;
(g) allokazzjoni ta' artijiet għal elementi nonproduttivi jew għal żoni fejn ma jintużawx pestiċidi u fertilizzanti;
(h) azzjonijiet biex jittejjeb il-benessri tal-annimali u tiġi indirizzata r-reżistenza antimikrobika;
(i) azzjonijiet biex jitnaqqsu l-inputs u tittejjeb il-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali, bħall-biedja ta' preċiżjoni;
(j) azzjonijiet biex titjieb id-diversità tal-annimali u l-pjanti biex ikun hemm reżistenza aktar b'saħħitha għall-mard u t-tibdil fil-klima.
3. Il-prattiki agrikoli msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom:
(a) imorru lil hinn mir-rekwiżiti ta' ġestjoni statutorji rilevanti u l-istandards ta' kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu I ta' dan it-Titolu;
(b) imorru lil hinn mir-rekwiżiti minimi għall-benessri tal-annimali u l-użu tal-fertilizzanti u l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, kif ukoll rekwiżiti obbligatorji oħra stabbiliti mid-dritt tal-Unjoni;
(c) imorru lil hinn mill-kundizzjonijiet stabbiliti għaż-żamma taż-żona agrikola skont il-punt (a) tal-Artikolu 4(1);
(d) ikunu differenti mill-impenji li għalihom jingħataw il-pagamenti skont l-Artikolu 65, jew ikunu komplementari għalihom;
4. Il-Kummissjoni għandha, sa ... [xahrejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 138 li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu lista indikattiva u mhux eżawrjenti ta' eżempji ta' tipi ta' prattiki li jkunu konformi mal-paragrafi 1, 2 u 3 ta' dan l-Artikolu.
Emenda 1132 Proposta għal regolament Artikolu 28c (ġdid)
Artikolu 28c
Listi nazzjonali ta' prattiki eliġibbli għal skemi għall-klima, l-ambjent u l-benessri tal-annimali
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu, f'kooperazzjoni mal-partijiet ikkonċernati nazzjonali, reġjonali u lokali, il-listi nazzjonali tal-prattiki eliġibbli għall-iskemi għall-klima, l-ambjent u l-benessri tal-annimali msemmija fl-Artikolu 28, bil-possibbiltà li jieħdu spunt mill-eżempji fil-lista tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 28b, jew jistabbilixxu prattiki ulterjuri li jkunu konformi mal-kundizzjonijiet fl-Artikolu 28b, filwaqt li jqisu l-ħtiġijiet nazzjonali jew reġjonali speċifiċi tagħhom f'konformità mal-Artikolu 96.
Il-listi nazzjonali jistgħu jikkonsistu f'diversi tipi ta' miżuri differenti minn dawk koperti mill-Artikolu 65, jew miżuri tal-istess natura iżda b'livell ta' ambizzjoni differenti skont l-Artikolu 28.
L-Istati Membri għandhom, tal-anqas, jinkludu f'dawk il-listi ekoskemi biex jistabbilixxu l-użu ta' għodda agrikola għall-ġestjoni sostenibbli tan-nutrijenti u, fejn applikabbli, għall-manutenzjoni xierqa tal-artijiet mistagħdra u tat-torbiera.
Iż-żoni magħżula skont id-Direttivi 92/43/KEE jew 2009/147/KE, u li fihom ikunu qed jittieħdu azzjonijiet ekwivalenti, għandhom jitqiesu eliġibbli għall-iskema b'mod awtomatiku.
Il-listi nazzjonali għandhom jiġu approvati mill-Kummissjoni skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 106 u 107.
Il-Kummissjoni għandha tipprovdi l-gwida meħtieġa lill-Istati Membri meta jkunu qed ifasslu l-listi nazzjonali, f'koordinazzjoni man-Networks tal-Politika Agrikola Komuni Ewropej u nazzjonali previsti fl-Artikolu 113, biex tiffaċilita l-iskambju tal-aħjar prattiki, tittejjeb il-bażi tal-għarfien u jinstabu soluzzjonijiet.
Meta tkun qed tivvaluta l-listi nazzjonali, il-Kummissjoni għandha tqis partikolarment id-disinn, il-probabbiltà tal-effikaċja, l-adozzjoni, l-eżistenza ta' alternattivi u l-kontribut tal-iskemi għall-objettivi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 28a.
Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-listi nazzjonali kull sentejn. Il-valutazzjonijiet għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku u, f'każ ta' inadegwatezza jew valutazzjonijiet negattivi, l-Istati Membri għandhom jipproponu listi u skemi nazzjonali emendati f'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikoli 106 u 107.
Emenda 239 Proposta għal regolament Artikolu 29 – paragrafu 1
1. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu appoġġ għall-introjtu akkoppjat lill-bdiewa ġenwini bil-kundizzjonijiet stabbiliti f'din is-Subtaqsima u kif speċifikat aktar fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom.
1. L-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ għall-introjtu akkoppjat lill-bdiewa attivi bil-kundizzjonijiet stabbiliti f'din is-Subtaqsima u kif speċifikat aktar fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom.
Emendi 240 u 1162 Proposta għal regolament Artikolu 29 – paragrafu 2
2. L-interventi tal-Istati Membri għandhom jgħinu lis-setturi u lill-produzzjonijiet appoġġati jew it-tipi speċifiċi ta' biedja tagħhom elenkati fl-Artikolu 30 li jindirizzaw id-diffikultà jew id-diffikultajiet li jkollhom minħabba li jtejbu l-kompetittività tagħhom, is-sostenibbiltà tagħhom jew il-kwalità tagħhom.
2. L-interventi tal-Istati Membri għandhom jgħinu lis-setturi u lill-produzzjonijiet appoġġati jew it-tipi speċifiċi ta' biedja tagħhom elenkati fl-Artikolu 30 li jindirizzaw id-diffikultà jew id-diffikultajiet li jkollhom minħabba li jtejbu l-kompetittività tagħhom, l-istrutturar tagħhom, is-sostenibbiltà tagħhom jew il-kwalità tagħhom. B'deroga mis-sentenza preċedenti, l-Istati Membri jistgħu jappoġġaw l-għelejjel li fihom il-proteini u l-legumi, kif elenkati fl-Artikolu 30, biex itejbu l-kompetittività, is-sostenibbiltà jew il-kwalità tagħhom. Barra minn hekk, dawn l-interventi jridu jkunu konsistenti mal-objettivi speċifiċi rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 6(1).
Emenda 241 Proposta għal regolament Artikolu 29 – paragrafu 3
3. L-appoġġ għall-introjtu akkoppjat għandu jieħu l-forma ta' pagament annwali għal kull ettaru jew għal kull annimal.
3. L-appoġġ akkoppjat huwa skema li tillimita l-produzzjoni li għandha tieħu l-forma ta' pagament annwali ibbażat fuq żoni u rendimenti fissi jew fuq numru fiss ta' annimali u għandu jirrispetta l-limiti massimi finanzjarji li għandhom jiġu determinati mill-Istati Membri għal kull miżura u nnotifikati lill-Kummissjoni.
3a. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jpoġġu fil-mira jew iżidu l-għajnuna akkoppjata skont l-impenn tal-benefiċjarju li jtejjeb il-kompetittività, il-kwalità jew l-istrutturar tas-settur tiegħu.
3b. Fil-każ ta' persuna ġuridika, jew grupp ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-Istati Membri jistgħu japplikaw l-appoġġ fil-livell tal-membri ta' dawk il-persuni jew gruppi ġuridiċi meta d-dritt nazzjonali jipprevedi li l-membri individwali jassumu drittijiet u obbligi komparabbli għal dawk ta' bdiewa individwali li jkollhom l-istatus ta' kap ta' azjenda, b'mod partikolari fir-rigward tal-istatus ekonomiku, soċjali u tat-taxxa tagħhom, dment li jkunu kkontribwew għat-tisħiħ tal-istrutturi agrikoli tal-persuni jew gruppi ġuridiċi kkonċernati.
Emenda 243 Proposta għal regolament Artikolu 30 – paragrafu 1
L-appoġġ għall-introjtu akkoppjat jista' biss jingħata lis-setturi u lill-produzzjonijiet li ġejjin jew tipi speċifiċi ta' biedja fihom fejn dawn ikunu importanti għal raġunijiet ekonomiċi, soċjali jew ambjentali: ċereali, żrieragħ taż-żjut, għelejjel li fihom il-proteini, legumi tal-qamħ, kittien, qanneb, ross, ġewż, patata tal-lamtu, ħalib u prodotti tal-ħalib, żrieragħ, laħam tan-nagħaġ u laħam tal-mogħoż, ċanga u vitella, żejt taż-żebbuġa, dud tal-ħarir, foraġġ niexef, ħops, pitravi, kannamiela u ċikwejra, frott u ħxejjex, msajġar b'newba qasira u għelejjel oħra mhux tal-ikel, esklużi s-siġar, li jintużaw għall-produzzjoni tal-prodotti li għandhom il-potenzjal li jissosstitwixxu l-materjali fossili.
L-appoġġ għall-introjtu akkoppjat jista' biss jingħata lis-setturi u lill-produzzjonijiet li ġejjin jew tipi speċifiċi ta' biedja: ċereali, żrieragħ taż-żjut, għelejjel li fihom il-proteini, legumi tal-qamħ, kittien, qanneb, ross, ġewż, patata tal-lamtu, ħalib u prodotti tal-ħalib, żrieragħ, laħam tan-nagħaġ u laħam tal-mogħoż, ċanga u vitella, żejt taż-żebbuġa, dud tal-ħarir, foraġġ niexef, ħops, pitravi, kannamiela u ċikwejra, frott u ħxejjex, msajġar b'newba qasira.
1a. Bħala deroga mill-paragrafu 1, l-appoġġ akkoppjat jista' jingħata lill-bdiewa li m'għandhomx ettari eliġibbli għad-dispożizzjoni tagħhom.
Meta jagħtu l-appoġġ akkoppjat, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kundizzjonijiet li ġejjin ikunu ssodisfati:
(a) ikun hemm ħtieġa jew benefiċċju ambjentali, jew soċjoekonomiku ċar;
(b) l-appoġġ ma joħloqx tfixkil maġġuri fis-suq intern; kif ukoll
(c) l-appoġġ għall-produzzjoni tal-bhejjem għandu jkun konsistenti mad-Direttiva 2000/60/KE.
Emendi 1229 u 1353 Proposta għal regolament Artikolu 31 – paragrafu 1b (ġdid)
1b. L-introjtu mill-appoġġ akkoppjat jeskludi proporzjonalment l-għadd ta' rjus ta' bhejjem li d-destinazzjoni finali tagħhom tkun il-bejgħ għal attivitajiet relatati mal-ġlied tal-barrin, kemm permezz ta' bejgħ dirett kif ukoll permezz ta' intermedjarji.
Emenda 245 Proposta għal regolament Artikolu 33
[...]
imħassar
Emenda 246 Proposta għal regolament Artikolu 34 – paragrafu 1
L-Istati Membri għandhom jagħtu pagament speċifiku għall-qoton lill-bdiewa ġenwini li jipproduċu l-qoton li jaqa' taħt il-kodiċi NM 5201 00 bil-kundizzjonijiet stipulati f'din is-Subtaqsima.
L-Istati Membri għandhom jagħtu pagament speċifiku għall-qoton lill-bdiewa attivi li jipproduċu l-qoton li jaqa' taħt il-kodiċi NM 5201 00 bil-kundizzjonijiet stipulati f'din is-Subtaqsima.
Emendi 251 u 1042 Proposta għal regolament Artikolu 39 – paragrafu 1 – punt a
(a) is-settur tal-frott u l-ħaxix, kif imsemmi fil-punt (i) tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;
(a) is-settur tal-frott u l-ħaxix, kif imsemmi fil-punt (i) tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u tali prodotti bħal dawk li huma allokati għall-ipproċessar;
Emenda 252 Proposta għal regolament Artikolu 39 – paragrafu 1 – punt f
(f) setturi oħrajn imsemmijin fil-punti (a) sa (h), (k), (m), (o) sa (t) u (w) tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.
(f) setturi oħrajn imsemmijin fil-punti (a) sa (h), (k), (m), (o) sa (t) u (w) tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, kif ukoll għelejjel tal-proteina.
Emenda 253 Proposta għal regolament Artikolu 40 – paragrafu 3
3. Fil-Pjan Strateġiku tal-PAK tagħhom l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jimplimentaw it-tipi ta' interventi settorjali msemmija fil-punti (d), (e) u (f) tal-Artikolu 39.
3. Fil-Pjan Strateġiku tal-PAK tagħhom l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jimplimentaw it-tipi ta' interventi settorjali msemmija fil-punti (d), (e) u (f) tal-Artikolu 39, u għandhom jissostanzjaw l-għażla tas-setturi u t-tip ta' interventi tagħhom.
Emenda 254 Proposta għal regolament Artikolu 41 – paragrafu 1 – punt a
(a) l-iżgurar tal-funzjonament tajjeb tat-tipi ta' interventi stipulati f'dan il-Kapitolu;
(a) l-iżgurar tal-funzjonament tajjeb tat-tipi ta' interventi stipulati f'dan il-Kapitolu, b'mod partikolari bil-ħsieb li jiġi evitat it-tfixkil fil-kompetizzjoni fis-suq intern;
Emenda 255 Proposta għal regolament Artikolu 41 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)
(aa) il-provvista ta' appoġġ għal organizzazzjonijiet tal-produtturi fir-rigward tat-twettiq tagħhom tal-kompiti speċifiċi skont dan il-Kapitolu;
Emenda 256 Proposta għal regolament Artikolu 41 – paragrafu 1 – punt c
(c) il-livell massimu tal-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għall-irtirar mis-suq imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 46(4) u għat-tipi ta' interventi msemmija fl-Artikolu 52(3);
(c) il-livell massimu tal-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għall-irtirar mis-suq imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 46(4) u għat-tipi ta' interventi msemmija fl-Artikolu 52(3), kif ukoll rati fissi għall-imballaġġ u t-trasport għal prodotti rtirati għal distribuzzjoni u proċessar mingħajr ħlas qabel il-konsenja għal dak il-għan;
Emenda 257 Proposta għal regolament Artikolu 41 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)
(ca) l-istabbiliment tal-kundizzjonijiet għat-twaqqif u l-ġestjoni tal-fond operattiv kif ukoll talbiet għal għajnuna u ħlasijiet bil-quddiem.
Emenda 258 Proposta għal regolament Artikolu 42 – paragrafu 1 – parti introduttorja
Għandhom jiġu segwiti l-objettivi li ġejjin fis-settur tal-frott u l-ħaxix:
F'konformità mal-Artikoli 5 u 6, għandhom jiġu segwiti l-objettivi li ġejjin fis-settur tal-frott u l-ħaxix:
Emenda 259 Proposta għal regolament Artikolu 42 – paragrafu 1 – punt b
(b) il-konċentrazzjoni tal-provvista u t-tqegħid fis-suq tal-prodotti tas-settur tal-frott u l-ħaxix, inkluż permezz tal-kummerċjalizzazzjoni diretta; dawk l-objettivi huma relatati mal-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-punti (a) u (c) tal-Artikolu 6(1);
(b) il-konċentrazzjoni tal-provvista u t-tqegħid fis-suq tal-prodotti tas-settur tal-frott u l-ħaxix, inkluż permezz tal-kummerċjalizzazzjoni diretta u ktajjen tal-provvista qosra, kif ukoll il-promozzjoni tan-negozjar kollettiv ta' kuntratti; dawk l-objettivi huma relatati mal-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 6(1);
Emenda 260 Proposta għal regolament Artikolu 42 – paragrafu 1 – punt c
(c) ir-riċerka u l-iżvilupp ta' metodi ta' produzzjoni sostenibbli, inkluż ir-reżiljenza għall-organiżmi ta' ħsara, ta' prattiki innovattivi li jsaħħu l-kompetittività ekonomika u l-iżviluppi tas-suq; dawk l-objettivi huma relatati mal-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-punti (a), (c) u (i) tal-Artikolu 6(1);
(c) l-applikazzjoni, ir-riċerka u l-iżvilupp ta' metodi ta' produzzjoni sostenibbli, inkluż ir-reżiljenza għall-organiżmi ta' ħsara, ta' prattiki innovattivi li jsaħħu l-kompetittività ekonomika u l-iżviluppi tas-suq; dawk l-objettivi huma relatati mal-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-punti (a), (b), (c) u (i) tal-Artikolu 6(1);
Emenda 261 Proposta għal regolament Artikolu 42 – paragrafu 1 – punt d
(d) l-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-promozzjoni ta' metodi ta' produzzjoni li jirrispettaw l-ambjent, prattiki ta' kultivazzjoni u tekniki ta' produzzjoni ambjentalment sani, l-użu sostenibbli tar-riżorsi naturali b'mod partikolari l-protezzjoni tal-ilma, tal-ħamrija u riżorsi naturali oħra; dawk l-objettivi huma relatati mal-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-punti (e) u (f) tal-Artikolu 6(1);
(d) l-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-promozzjoni ta' metodi ta' produzzjoni li jirrispettaw l-ambjent, prattiki ta' kultivazzjoni u tekniki ta' produzzjoni ambjentalment sani, l-użu sostenibbli tar-riżorsi naturali b'mod partikolari l-protezzjoni tal-ilma, tal-ħamrija u riżorsi naturali oħra; dawk l-objettivi huma relatati mal-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-punti (d), (e), (f) u (i) tal-Artikolu 6(1);
Emenda 262 Proposta għal regolament Artikolu 42 – paragrafu 1 – punt f
(f) it-tisħiħ tal-valur kummerċjali u tal-kwalità tal-prodotti, inkluż it-titjib tal-kwalità tal-prodotti u l-iżvilupp ta' prodotti b'Denominazzjoni tal-Oriġini Protetta, b'Indikazzjoni Ġeografika Protetta jew koperti bi skemi ta' kwalità nazzjonali; dawk l-objettivi huma relatati mal-objettiv speċifiku stabbilit fil-punti (b) tal-Artikolu 6(1);
(f) it-tisħiħ tal-valur kummerċjali, u tal-kwalità tal-prodotti, inkluż it-titjib tal-prodotti għall-ipproċessar, u l-iżvilupp ta' prodotti b'Denominazzjoni tal-Oriġini Protetta, b'Indikazzjoni Ġeografika Protetta, jew koperti bi skemi ta' kwalità pubbliċi jew privati oħra; dawk l-objettivi huma relatati mal-objettiv speċifiku stabbilit fil-punti (b) tal-Artikolu 6(1);
Emenda 263 Proposta għal regolament Artikolu 42 – paragrafu 1 – punt g
(g) il-promozzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-settur tal-frott u l-ħaxix, fil-forma friska jew ipproċessata; dawk l-objettivi huma relatati mal-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 6(1);
(g) il-promozzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-settur tal-frott u l-ħaxix, fil-forma friska jew ipproċessata; dawk l-objettivi huma relatati mal-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-punti (b), (c) u (i) tal-Artikolu 6(1);
Emenda 264 Proposta għal regolament Artikolu 42 – paragrafu 1 – punt i
(i) il-prevenzjoni tal-kriżijiet u l-ġestjoni tar-riskju, bl-għan li jiġu evitati l-kriżijiet u jiġu indirizzati dawn il-kriżijiet fis-swieq tal-frott u l-ħaxix; dawk l-objettivi huma relatati mal-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 6(1).
(i) il-prevenzjoni tal-kriżijiet u l-mitigazzjoni u l-ġestjoni tar-riskju, inklużi aspetti fitosanitarji, bl-għan li jiġu evitati l-kriżijiet u jiġu indirizzati dawn il-kriżijiet fis-swieq tal-frott u l-ħaxix; dawk l-objettivi huma relatati mal-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 6(1);
Emenda 265 Proposta għal regolament Artikolu 42 – paragrafu 1 – punt ia (ġdid)
(ia) il-ġestjoni u t-tnaqqis tal-prodotti sekondarji u l-iskart;
Emenda 266 Proposta għal regolament Artikolu 42 – paragrafu 1– punt ib (ġdid)
(ib) il-promozzjoni tad-diversità ġenetika.
Emendi 267 u 819cp2 Proposta għal regolament Artikolu 43 – paragrafu 1 – punt a
(a) investimenti f'assi tanġibbli u intanġibbli, b'mod partikolari ffokati fuq l-iffrankar tal-ilma, l-iffrankar tal-enerġija, l-imballaġġ ekoloġiku u t-tnaqqis tal-iskart;
(a) investimenti f'assi tanġibbli u intanġibbli, inkluż dawk iffokati fuq l-iffrankar tal-ilma u l-kwalità tal-ilma, il-ġenerazzjoni u l-iffrankar tal-enerġija, l-imballaġġ ekoloġiku, it-tnaqqis tal-iskart, l-monitoraġġ tal-flussi tal-iskart u l-monitoraġġ tal-produzzjoni;;
Emenda 268 Proposta għal regolament Artikolu 43 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)
(aa) l-ippjanar u l-aġġustament tal-produzzjoni għad-domanda, b'mod partikolari f'termini ta' kwalità u kwantità, ta' prodotti tas-settur tal-frott u l-ħaxix;
Emenda 269 Proposta għal regolament Artikolu 43 – paragrafu 1 – punt ab (ġdid)
(ab) azzjonijiet għaż-żieda fil-valur kummerċjali ta' prodotti;
Emenda 270 Proposta għal regolament Artikolu 43 – paragrafu 1 – punt ac (ġdid)
(ac) il-ħżin kollettiv tal-prodotti magħmula mill-organizzazzjoni tal-produtturi jew mill-membri tal-organizzazzjoni tal-produtturi;
Emenda 271 Proposta għal regolament Artikolu 43 – paragrafu 1 – punt b
(b) ir-riċerka u l-produzzjoni sperimentali, b'mod partikolari ffokati fuq l-iffrankar tal-ilma, l-iffrankar tal-enerġija, l-imballaġġ ekoloġiku, it-tnaqqis tal-iskart, ir-reżiljenza għall-organiżmi ta' ħsara, it-tnaqqis tar-riskji u l-impatti tal-użu tal-pestiċidi, il-prevenzjoni ta' ħsara kkawżata minn avvenimenti klimatiċi avversi u t-tisħiħ tal-użu tal-varjetajiet ta' frott u ħaxix adattati għall-kundizzjonijiet klimatiċi li jinbidlu;
(b) ir-riċerka u l-produzzjoni sperimentali, iffokati fuq miżuri bħall-iffrankar u l-kwalità tal-ilma, il-ġenerazzjoni u l-iffrankar tal-enerġija, l-imballaġġ ekoloġiku, it-tnaqqis tal-iskart, ir-reżiljenza għall-organiżmi ta' ħsara, il-Ġestjoni Integrata tal-Organiżmi ta' Ħsara (IPM), it-tnaqqis tar-riskji u l-impatti tal-użu tal-pestiċidi, il-preservazzjoni tad-dakkara, il-prevenzjoni ta' ħsara kkawżata minn avvenimenti klimatiċi avversi u t-tisħiħ tal-użu tal-varjetajiet ta' frott u ħaxix adattati għall-kundizzjonijiet klimatiċi li jinbidlu;
Emenda 272 Proposta għal regolament Artikolu 43 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)
(ca) azzjonijiet immirati lejn it-titjib ambjentali u l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-mitigazzjoni tiegħu;
Emenda 273 Proposta għal regolament Artikolu 43 – paragrafu 1 – punt d
(d) il-produzzjoni integrata;
(d) il-produzzjoni integrata, il-promozzjoni tal-użu sostenibbli ta' riżorsi naturali filwaqt li titnaqqas id-dipendenza fuq il-pestiċidi u inputs oħrajn;
Emenda 274 Proposta għal regolament Artikolu 43 – paragrafu 1 – punt e
(e) l-azzjonijiet biex tiġi konservata l-ħamrija u biex jissaħħaħ l-karbonju fil-ħamrija;
(e) l-azzjonijiet biex tiġi konservata u tinbena mill-ġdid l-istruttura tal-ħamrija u biex jissaħħaħ il-karbonju fil-ħamrija inkluż biex tiġi evitata d-degradazzjoni tal-ħamrija;
Emenda 275 Proposta għal regolament Artikolu 43 – paragrafu 1 – punt h
(h) l-azzjonijiet li jtejbu r-reżiljenza għall-organiżmi ta' ħsara;
(h) l-azzjonijiet li jtejbu r-reżiljenza għall-organiżmi ta' ħsara u għall-mitigazzjoni tal-ħsara mill-organiżmi ta' ħsara, inkluż bil-promozzjoni ta' IPM;
Emenda 276 Proposta għal regolament Artikolu 43 – paragrafu 1 – punt ha (ġdid)
(ha) l-azzjonijiet biex jiġu introdotti s-sistemi tal-produzzjoni li jagħtu spinta b'mod speċjali lid-diversità bijoloġika u strutturali;
Emenda 277 Proposta għal regolament Artikolu 43 – paragrafu 1 – punt k
(k) l-azzjonijiet biex tiżdied is-sostenibbiltà u l-effiċjenza tat-trasport u tal-ħżin tal-prodotti tas-settur tal-frott u l-ħaxix;
(k) l-azzjonijiet biex tiżdied is-sostenibbiltà u l-effiċjenza tat-trasport u tal-ħżin tal-prodotti tas-settur tal-frott u l-ħaxix u biex jiġu promossi ktajjen tal-provvista qosra;
Emenda 279 Proposta għal regolament Artikolu 43 – paragrafu 1 – punt n
(n) il-promozzjoni u l-komunikazzjoni, inklużi azzjonijiet u attivitajiet li jimmiraw għad-diversifikazzjoni u l-konsolidazzjoni tas-swieq tal-frott u l-ħaxix u għall-informazzjoni dwar il-vantaġġi tal-konsum tal-frott u l-ħaxix għas-saħħa;
(n) il-promozzjoni u l-komunikazzjoni, inklużi azzjonijiet u attivitajiet li jimmiraw għad-diversifikazzjoni u l-konsolidazzjoni tas-swieq tal-frott u l-ħaxix, għat-tiftix ta' swieq ġodda, kif ukoll għall-informazzjoni dwar il-vantaġġi tal-konsum tal-frott u l-ħaxix għas-saħħa;
Emenda 280 Proposta għal regolament Artikolu 43 – paragrafu 1 – punt o
(o) is-servizzi konsultattivi u l-assistenza teknika, b'mod partikolari dwar it-tekniki sostenibbli għall-kontroll tal-organiżmi ta' ħsara, l-użu sostenibbli tal-pestiċidi l-adattament u l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima;
(o) is-servizzi konsultattivi, u l-assistenza teknika, inkluż dawk dwar it-tekniki sostenibbli għall-kontroll tal-organiżmi ta' ħsara, l-użu sostenibbli u t-tnaqqis tal-pestiċidi, l-IPM, l-adattament u l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, il-prattiki agroekoloġiċi, it-titjib tal-kwalità tal-prodotti u l-kundizzjonijiet tal-kummerċjalizzazzjoni, kif ukoll dawk relatati man-negozjar, u l-applikazzjoni tal-protokolli fitosanitarji għal esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi;
Emenda 281 Proposta għal regolament Artikolu 43 – paragrafu 1 – punt p
(p) it-taħriġ u l-iskambju tal-aħjar prattiki b'mod partikolari dwar it-tekniki sostenibbli għall-kontroll tal-organiżmi ta' ħsara, l-użu sostenibbli tal-pestiċidi u l-kontribuzzjoni għall-adattament u għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima.
(p) it-taħriġ u l-iskambju tal-aħjar prattiki inkluż dawk dwar it-tekniki sostenibbli għall-kontroll tal-organiżmi ta' ħsara, alternattivi għall-pestiċidi, l-użu sostenibbli u t-tnaqqis tal-pestiċidi u l-kontribuzzjoni għall-adattament u għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima;
Emenda 282 Proposta għal regolament Artikolu 43 – paragrafu 1 – punt pa (ġdid)
(pa) azzjonijiet immirati lejn it-titjib tal-kwalità permezz tal-innovazzjoni;
Emenda 283 Proposta għal regolament Artikolu 43 – paragrafu 1 – punt pb (ġdid)
(pb) it-twaqqif ta' sistemi ta' traċċabbiltà/ċertifikazzjoni.
Emenda 284 Proposta għal regolament Artikolu 43 – paragrafu 2 – punt b
(b) l-investimenti f'assi tanġibbli u intanġibbli li jagħmlu l-ġestjoni tal-volumi mqiegħda fis-suq aktar effiċjenti;
(b) l-investimenti f'assi tanġibbli u intanġibbli li jagħmlu l-ġestjoni tal-volumi mqiegħda fis-suq aktar effiċjenti, inkluż għall-ħżin kollettiv;
Emenda 285 Proposta għal regolament Artikolu 43 – paragrafu 2 – punt d
(d) l-irtirar mis-suq għad-distribuzzjoni ħielsa jew għal destinazzjonijiet oħra;
(d) l-irtirar mis-suq għad-distribuzzjoni ħielsa, inkluż il-kost tal-ipproċessar ta' prodotti rtirati qabel id-distribuzzjoni ħielsa, jew għal destinazzjonijiet oħra;
Emenda 286 Proposta għal regolament Artikolu 43 – paragrafu 2 – punt g
(g) l-assigurazzjoni tal-ħsad li tikkontribwixxi għas-salvagwardja tal-introjti tal-produtturi meta jkun hemm telf bħala konsegwenza ta' diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi avversi, mard jew infestazzjonijiet mill-organiżmi ta' ħsara u fl-istess ħin tiżgura li l-benefiċjarji jieħdu l-miżuri meħtieġa ta' prevenzjoni tar-riskju;
(g) l-assigurazzjoni tal-ħsad, inklużi politiki ta' assigurazzjonijiet ibbażati fuq l-indiċi li jkopru l-okkorrenza tal-periklu miżurabbli, li tikkontribwixxi għas-salvagwardja tal-introjti tal-produtturi meta jkun hemm telf bħala konsegwenza ta' diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi avversi, mard jew infestazzjonijiet mill-organiżmi ta' ħsara u fl-istess ħin tiżgura li l-benefiċjarji jieħdu l-miżuri meħtieġa ta' prevenzjoni tar-riskju;
Emenda 287 Proposta għal regolament Artikolu 43 – paragrafu 2 – punt h
(h) l-ikkowċjar lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi u lill-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jew lil produtturi individwali;
(h) l-iskambji professjonali u/jew l-ikkowċjar ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi u ta' assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi oħra skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jew ta' produtturi individwali;
Emenda 288 Proposta għal regolament Artikolu 43 – paragrafu 2 – punt ha (ġdid)
(ha) il-promozzjoni tal-prodott u s-sensibilizzazzjoni dwar il-benefiċċji għas-saħħa tal-konsum tal-frott u l-ħaxix b'reazzjoni għall-kriżi tas-suq;
Emenda 289 Proposta għal regolament Artikolu 43 – paragrafu 2 – punt i
(i) l-implimentazzjoni u l-ġestjoni ta' protokolli fitosanitarji ta' pajjiżi terzi fit-territorju tal-Unjoni biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għas-swieq ta' pajjiżi terzi;
(i) in-negozjati, l-implimentazzjoni u l-ġestjoni ta' protokolli fitosanitarji ta' pajjiżi terzi fit-territorju tal-Unjoni biex jiġi permess l-aċċess għas-swieq ta' pajjiżi terzi, inklużi studji tas-suq;
Emenda 290 Proposta għal regolament Artikolu 43 – paragrafu 2 – punt ia (ġdid)
(ia) il-prevenzjoni u l-ġestjoni ta' kriżijiet fitosanitarji;
Emenda 291 Proposta għal regolament Artikolu 43 – paragrafu 2 – punt k
(k) is-servizzi konsultattivi u l-assistenza teknika, b'mod partikolari rigward tekniki sostenibbli għall-kontroll tal-organiżmi ta' ħsara u l-użu sostenibbli tal-pestiċidi.
(k) is-servizzi konsultattivi u l-assistenza teknika, inkluż dawk li jikkonċernaw tekniki sostenibbli għall-kontroll tal-organiżmi ta' ħsara, bħall-IPM u l-użu sostenibbli u t-tnaqqis tal-pestiċidi;
Emenda 292 Proposta għal regolament Artikolu 43 – paragrafu 2 – punt ka (ġdid)
(ka) miżuri ta' taħriġ u l-iskambju tal-aħjar prattiki.
Emenda 293 Proposta għal regolament Artikolu 44 – paragrafu 2
2. Il-programmi operattivi għandu jkollhom tul minimu ta' tliet snin u tul massimu ta' seba' snin. Għandhom isegwu l-objettivi msemmija fil-punti (d) u (e) tal-Artikolu 42 u mill-inqas żewġ objettivi oħra msemmijin f'dak l-Artikolu.
2. Il-programmi operattivi għandu jkollhom tul minimu ta' tliet snin u tul massimu ta' seba' snin. Għandhom isegwu l-objettivi msemmija fil-punti (b), (d) u (e) tal-Artikolu 42 u mill-inqas żewġ objettivi oħra msemmijin f'dak l-Artikolu.
5a. Il-programmi operattivi tal-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi jistgħu jkunu programmi operattivi parzjali jew programmi operattivi totali. Il-programmi operattivi totali għandhom jikkonformaw mal-istess regoli u kundizzjonijiet ta' ġestjoni bħall-programmi operattivi tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi.
Il-programmi operattivi tal-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi ma għandhomx ikopru l-istess interventi bħal dawk tal-programmi operattivi tal-organizzazzjonijiet membri. L-Istati Membri għandhom iqisu l-programmi operattivi tal-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi flimkien mal-programmi operattivi tal-organizzazzjonijiet membri.
Il-programmi operattivi tal-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi ma għandhomx ikopru l-istess operazzjonijiet bħal dawk tal-programmi operattivi tal-organizzazzjonijiet membri. L-Istati Membri għandhom iqisu l-programmi operattivi tal-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi flimkien mal-programmi operattivi tal-organizzazzjonijiet membri. L-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi jistgħu jippreżentaw programmi operattivi parzjali magħmula minn miżuri identifikati, iżda mhux imwettqa, mill-organizzazzjonijiet membri fil-programmi operattivi tagħhom.
Emenda 296 Proposta għal regolament Artikolu 44 – paragrafu 6 – subparagrafu 2 – punt a
(a) l-interventi taħt il-programmi operattivi ta' assoċjazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi jiġu ffinanzjati kollha mill-kontribuzzjonijiet ta' dawk l-organizzazzjonijiet membri ta' dik l-assoċjazzjoni u li tali finanzjament jinġabar mill-fondi operattivi ta' dawk l-organizzazzjonijiet membri;
(a) l-operazzjonijiet taħt il-programmi operattivi ta' assoċjazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi jiġu ffinanzjati kollha mill-kontribuzzjonijiet ta' dawk l-organizzazzjonijiet membri ta' dik l-assoċjazzjoni u li tali finanzjament jinġabar mill-fondi operattivi ta' dawk l-organizzazzjonijiet membri;
Emenda 298 Proposta għal regolament Artikolu 44 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)
(aa) il-programmi operattivi jinkludu tlett azzjonijiet jew aktar marbuta mal-objettivi msemmija fil-punti (d) u (e) tal-Artikolu 42;
7a. Il-programmi operattivi approvati qabel … [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] għandhom jiġu rregolati f'konformità mar-Regolamenti li skonthom ikunu ġew approvati sat-tlestija tagħhom, sakemm l-assoċjazzjoni tal-produtturi jew l-assoċjazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi ma jiddeċidux volontarjament li jadottaw dan ir-Regolament.
Emenda 301 Proposta għal regolament Artikolu 45 – paragrafu 1 – punt a
(a) kontribuzzjonijiet finanzjarji minn:
imħassar
(i) membri tal-organizzazzjoni tal-produtturi u/jew tal-organizzazzjoni tal-produtturi stess; jew
(ii) l-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi permezz tal-membri ta' dawk l-assoċjazzjonijiet;
Emenda 302 Proposta għal regolament Artikolu 45 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1. L-organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħaxix u/jew l-assoċjazzjonijiet tagħhom jistgħu jistabbilixxu fond operattiv. Il-fond għandu jkun iffinanzjat permezz ta':
1. L-organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħaxix u/jew l-assoċjazzjonijiet tagħhom jistgħu jistabbilixxu fond operattiv biex jiffinanzjaw programmi operattivi approvati mill-Istati Membri. Il-fond għandu jkun iffinanzjat minn kontribuzzjonijiet mill-organizzazzjoni tal-produtturi nnifisha jew l-assoċjazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u/jew is-sħab tagħha, flimkien mal-assistenza finanzjarja pprovduta skont l-Artikolu 46.
Emenda 303 Proposta għal regolament Artikolu 46 – paragrafu 2 – punt b
(b) 4,5 % tal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata ta' kull assoċjazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi;
(b) 4,5 % tal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata ta' kull assoċjazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi; u
Emenda 304 Proposta għal regolament Artikolu 46 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)
— għal organizzazzjonijiet tal-produtturi li l-produzzjoni kummerċjalizzata u n-numru ta' membri tagħhom fis-sena tal-preżentazzjoni tal-programm operattiv tkun 25 % ogħla mill-produzzjoni kummerċjalizzata medja u n-numru medju ta' membri produtturi rreġistrati matul il-programm operattiv preċedenti tagħhom;
— għall-ewwel programm operattiv ta' organizzazzjoni tal-produtturi li jirriżulta minn merger;
— għal kull organizzazzjoni transnazzjonali tal-produtturi u assoċjazzjoni transnazzjonali tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi.
Emenda 305 Proposta għal regolament Artikolu 46 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt c
(c) 5 % tal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata ta' kull organizzazzjoni tal-produtturi transnazzjonali jew assoċjazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi transnazzjonali;
imħassar
Emenda 306 Proposta għal regolament Artikolu 46 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – parti introduttorja
B'deroga mill-ewwel subparagrafu, l-assistenza finanzjarja mill-Unjoni tista' tiżdied kif ġej:
B'deroga mill-ewwel subparagrafu, l-assistenza finanzjarja mill-Unjoni prevista fil-punti (a), (b), u (ba) tista' tiżdied b'0,5 % tal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata, dment li dan il-perċentwal jintuża biss għal wieħed jew aktar mill-interventi marbuta mal-objettivi msemmija fil-punti (c), (d), (e), (g), (h) u (i) tal-Artikolu 42;
(a) fil-każ tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi, il-perċentwali jista' jiżdied għal 4,6 % tal-valur tal-produzzjoni kkumerċjalizzata, sakemm l-ammont li jkun aktar minn 4,1 % tal-valur tal-produzzjoni kkumerċjalizzata jintuża biss għal intervent wieħed jew aktar marbut mal-objettivi msemmija fil-punti (c), (d), (e), (g), (h) u (i) tal-Artikolu 42.
(b) fil-każ tal-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi, il-perċentwali jista' jiżdied għal 5 % tal-valur tal-produzzjoni kkumerċjalizzata, sakemm l-ammont li jkun aktar minn 4,5 % tal-valur tal-produzzjoni kkumerċjalizzata jintuża biss għal intervent wieħed jew aktar marbut mal-objettivi msemmija fil-punti (c), (d), (e), (g), (h) u (i) tal-Artikolu 42 implimentat mill-assoċjazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi f’isem il-membri tagħha;
(c) fil-każ ta' organizzazzjoni tal-produtturi transnazzjonali jew assoċjazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi transnazzjonali, il-perċentwali jista' jiżdied għal 5,5 % tal-valur tal-produzzjoni kkumerċjalizzata, sakemm l-ammont li jkun aktar minn 5 % tal-valur tal-produzzjoni kkumerċjalizzata jintuża biss għal intervent wieħed jew aktar marbut mal-objettivi msemmija fil-punti (c), (d), (e), (g), (h) u (i) tal-Artikolu 42 implimentat mill-organizzazzjoni tal-produtturi transnazzjonali jew l-assoċjazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi transnazzjonali f’isem il-membri tagħha.
Emenda 307 Proposta għal regolament Artikolu 46 – paragrafu 3 – punt a
(a) l-organizzazzjonijiet tal-produtturi li joperaw fi Stati Membri differenti li jimplimentaw l-interventi marbuta mal-objettivi msemmijin fil-punti (b) u (e) tal-Artikolu 42 fil-livell transnazzjonali;
(a) l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi li joperaw fi Stati Membri differenti li jimplimentaw l-interventi marbuta mal-objettivi msemmijin fil-punti (b) u (e) tal-Artikolu 42 fil-livell transnazzjonali;
Emenda 308 Proposta għal regolament Artikolu 46 – paragrafu 3 – punt d
(d) il-programm operattiv ikun implimentat għall-ewwel darba minn assoċjazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013;
(d) il-programm operattiv ikun implimentat għall-ewwel darba minn organizzazzjoni tal-produtturi jew assoċjazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi attiva fi Stat Membru wieħed jew assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi li joperaw fi Stati Membri differenti rikonoxxuti skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013;
Emenda 309 Proposta għal regolament Artikolu 46 – paragrafu 3 – punt fa (ġdid)
(fa) l-organizzazzjonijiet tal-produtturi li joperaw f'żoni muntanjużi u reġjuni insulari;
Emenda 310 Proposta għal regolament Artikolu 47 – paragrafu 1
1. Fir-reġjuni tal-Istati Membri fejn il-livell ta' organizzazzjoni tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħaxix ikun taħt il-medja tal-Unjoni b'mod sinifikanti, l-Istati Membri jistgħu jagħtu lill-organizzazzjonijiet ta-produtturi rikonoxxuti skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 assistenza finanzjarja nazzjonali li ma taqbiżx it-80 % tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji msemmijin fil-punt (a) tal-Artikolu 45(1) u sa mhux aktar minn 10 % tal-valur tal-produzzjoni kkumerċjalizzata ta' kwalunkwe tali organizzazzjoni tal-produtturi. L-assistenza finanzjarja nazzjonali għandha tkun addizzjonali għall-fond operattiv.
1. Fir-reġjuni tal-Istati Membri fejn il-livell ta' organizzazzjoni tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħaxix ikun taħt il-medja tal-Unjoni b'mod sinifikanti u f'reġjuni insulari u ultraperiferiċi, l-Istati Membri jistgħu jagħtu lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 assistenza finanzjarja nazzjonali li ma taqbiżx it-80 % tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji msemmijin fil-punt (a) tal-Artikolu 45(1) u sa mhux aktar minn 10 % tal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata ta' kwalunkwe tali organizzazzjoni tal-produtturi. L-assistenza finanzjarja nazzjonali għandha tkun addizzjonali għall-fond operattiv.
Emenda 311 Proposta għal regolament Artikolu 48 – paragrafu 1
L-Istati Membri għandhom isegwu mill-inqas wieħed mill-objettivi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 6(1) fis-settur tal-apikultura.
L-Istati Membri għandhom isegwu objettivi speċifiċi rilevanti msemmija fl-Artikolu 6(1) fis-settur tal-apikultura.
Emenda 312 Proposta għal regolament Artikolu 49 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1. L-Istati Membri għandhom jagħżlu fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom għal kull objettiv speċifiku stabbilit fl-Artikolu 6(1) tip ta' intervent wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin fis-settur tal-apikultura:
1. L-Istati Membri għandhom jagħżlu fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom tip ta' intervent wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin fis-settur tal-apikultura:
Emenda 313 Proposta għal regolament Artikolu 49 – paragrafu 1 – punt a
(a) assistenza teknika għal min irabbi n-naħal u għall-organizzazzjonijiet ta' persuni li jrabbu n-naħal;
(a) assistenza teknika għal min irabbi n-naħal u għall-organizzazzjonijiet ta' persuni li jrabbu n-naħal, inkluża l-promozzjoni ta' prattiki tajba, l-informazzjoni u l-pubbliċità, u l-edukazzjoni u t-taħriġ bażiċi u kontinwi;
Emenda 314 Proposta għal regolament Artikolu 49 – paragrafu 1 – punt b
(b) azzjonijiet għall-ġlieda kontra l-organiżmi invażivi tal-kaxxi tan-naħal u l-mard, b'mod partikolarment il-varroasi;
(b) azzjonijiet għall-ġlieda kontra l-organiżmi invażivi tal-kaxxi tan-naħal u l-mard, u l-prevenzjoni tagħhom, b'mod partikolari l-varroasi, u biex tiżdied ir-reżiljenza għall-epidemiji;
Emenda 315 Proposta għal regolament Artikolu 49 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)
(ba) it-twaqqif u/jew l-iżvilupp ta' netwerks nazzjonali għas-saħħa tan-naħal;
Emenda 316 Proposta għal regolament Artikolu 49 – paragrafu 1 – punt d
(d) azzjonijiet għall-appoġġ tal-laboratorji nazzjonali, reġjonali jew lokali għall-analiżi tal-prodotti tal-apikultura, tat-telf ta' naħal jew tat-tnaqqis fil-produttività, u ta' sustanzi potenzjalment tossiċi għan-naħal;
Emenda 317 Proposta għal regolament Artikolu 49 – paragrafu 1 – punt e
(e) azzjonijiet biex jinżamm jew jiżdied in-numru eżistenti ta' popolazzjonijiet tan-naħal;
Emenda 318 Proposta għal regolament Artikolu 49 – paragrafu 1 – punt f
(f) il-kooperazzjoni ma' korpi speċjalizzati għall-implimentazzjoni ta' programmi ta' riċerka fil-qasam tat-trobbija tan-naħal u l-prodotti tal-apikultura;
(f) il-kooperazzjoni ma' korpi speċjalizzati għall-applikazzjoni ta' programmi ta' riċerka u sperimentali fil-qasam tat-trobbija tan-naħal u l-prodotti tal-apikultura;
Emenda 319 Proposta għal regolament Artikolu 49 – paragrafu 1 – punt ha (ġdid)
(ha) investimenti f'assi tanġibbli u intanġibbli;
Emenda 320 Proposta għal regolament Artikolu 49 – paragrafu 1 – punt hb (ġdid)
(hb) azzjonijiet għall-ippjanar tal-produzzjoni u l-aġġustament tal-provvista għad-domanda;
Emenda 321 Proposta għal regolament Artikolu 49 – paragrafu 1 – punt hc (ġdid)
(hc) miżuri ta' prevenzjoni biex jindirizzaw kundizzjonijiet klimatiċi avversi;
Emenda 322 Proposta għal regolament Artikolu 49 – paragrafu 1 – punt hd (ġdid)
(hd) azzjonijiet għall-adattament għat-tibdil fil-klima u avvenimenti klimatiċi avversi;
Emenda 323 Proposta għal regolament Artikolu 49 – paragrafu 1 – punt he (ġdid)
(he) miżuri biex jippromwovu l-kooperazzjoni bejn dawk li jrabbu n-naħal u l-bdiewa, speċjalment bil-ħsieb li jitnaqqas l-impatt tal-użu tal-pestiċidi;
Emenda 324 Proposta għal regolament Artikolu 49 – paragrafu 1 – punt hf (ġdid)
(hf) l-iffrankar tal-enerġija, iż-żieda fl-effiċjenza fl-enerġija u l-imballaġġ ekoloġiku;
Emenda 325 Proposta għal regolament Artikolu 49 – paragrafu 1 – punt hg (ġdid)
(hg) it-tnaqqis fil-produzzjoni tal-iskart u l-użu u l-ġestjoni aħjar tal-prodotti sekondarji u tal-iskart;
Emenda 326 Proposta għal regolament Artikolu 49 – paragrafu 1 – punt hh (ġdid)
(hh) azzjonijiet biex jittejjeb id-dakkir tan-naħal tal-għasel u l-koeżistenza tagħhom ma' dakkara selvaġġi, inkluż billi jinħolqu u jinżammu ħabitats favorevoli;
Emenda 327 Proposta għal regolament Artikolu 49 – paragrafu 1 – punt hi (ġdid)
(hi) azzjonijiet biex tissaħħaħ id-diversità ġenetika;
Emenda 328 Proposta għal regolament Artikolu 49 – paragrafu 1 – punt hj (ġdid)
(hj) miżuri li jappoġġaw lil persuni li jrabbu n-naħal żgħażagħ jew ġodda.
Emenda 329 Proposta għal regolament Artikolu 49 – paragrafu 4
4. L-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għall-interventi imsemmijin fil-paragrafu 2 għandha tkun massimu ta' 50 % tan-nefqa. Il-parti li jifdal tan-nefqa għandha tiġġarrab mill-Istati Membri.
4. L-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għall-interventi msemmijin fil-paragrafu 2 għandha tkun massimu ta' 75 % tan-nefqa, bl-eċċezzjoni tar-reġjuni ultraperiferiċi, fejn il-limitu massimu għandu jkun 85 %. Il-parti li jifdal tan-nefqa għandha tiġġarrab mill-Istati Membri.
Emenda 330 Proposta għal regolament Artikolu 49 – paragrafu 5
5. Meta jfasslu l-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom l-Istati Membri għandhom jitolbu l-parir tar-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet fil-qasam tat-trobbija tan-naħal.
5. Meta jfasslu l-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom l-Istati Membri għandhom jitolbu l-parir tar-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet fil-qasam tat-trobbija tan-naħal u tal-awtoritajiet kompetenti.
Emenda 331 Proposta għal regolament Artikolu 49 – paragrafu 6
6. Kull sena, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bin-numru ta' kaxxi tan-naħal fit-territorju tagħhom.
6. Kull sena, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bin-numru ta' kaxxi tan-naħal u/jew kolonji tan-naħal fit-territorju tagħhom.
6a. Il-programmi nazzjonali kollha approvati qabel … [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] għandhom ikunu rregolati b'mod konformi mar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 sad-data prevista għall-finalizzazzjoni tiegħu.
Emenda 333 Proposta għal regolament Artikolu 50 – paragrafu 1 – parti introduttorja
Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 138 li jissumplimentaw dan ir-Regolament b’rekwiżiti addizzjonali għal dawk stipulati f’din it-Taqsima rigward:
(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)
Emenda 334 Proposta għal regolament Artikolu 50 – paragrafu 1 – punt a
(a) l-obbligu tal-Istati Membri li kull sena jinnotifikaw lill-Kummissjoni bin-numru ta' kaxxi tan-naħal fit-territorju tagħhom stipulat fl-Artikolu 49(6).
(a) l-obbligu tal-Istati Membri li kull sena jinnotifikaw lill-Kummissjoni bin-numru ta' kaxxi tan-naħal u/jew kolonji tan-naħal fit-territorju tagħhom stipulat fl-Artikolu 49(6);
Emenda 335 Proposta għal regolament Artikolu 50 – paragrafu 1 – punt b
(b) definizzjoni ta' kaxxa tan-naħal u l-metodi għall-kalkolu tan-numru ta' kaxxi tan-naħal;
(b) definizzjoni ta' kaxxa tan-naħal u l-metodi għall-kalkolu tan-numru ta' kaxxi tan-naħal u kolonji tan-naħal;
Emenda 336 Proposta għal regolament Artikolu 51 – paragrafu 1 – parti introduttorja
L-Istati Membri għandhom isegwu objettiv wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin fis-settur tal-inbid:
F'konformità mal-Artikoli 5 u 6, l-Istati Membri għandhom isegwu objettiv wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin fis-settur tal-inbid:
Emenda 337 Proposta għal regolament Artikolu 51 – paragrafu 1 – punt a
(a) it-titjib tal-kompetittività tal-produtturi tal-inbid fl-Unjoni inkluż il-kontribuzzjoni għat-titjib tas-sistemi ta' produzzjoni sostenibbli u t-tnaqqis tal-impatt ambjentali tas-settur tal-inbid tal-Unjoni; dawk l-objettivi huma relatati mal-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-punti (b) sa (f) u (h) tal-Artikolu 6(1);
(a) it-titjib tas-sostenibbiltà ekonomika u tal-kompetittività tal-produtturi tal-inbid fl-Unjoni f'konformità mal-punti (a), (b), u (c) tal-Artikolu 6(1);
Emenda 338 Proposta għal regolament Artikolu 51 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)
(aa) il-kontribut għall-adattament għat-tibdil fil-klima u l-mitigazzjoni tiegħu u għat-titjib tas-sistemi ta' produzzjoni sostenibbli u t-tnaqqis tal-impatt ambjentali tas-settur tal-inbid tal-Unjoni, inkluż billi l-produtturi tal-inbid jiġu appoġġati fit-tnaqqis tal-użu tal-inputs u l-implimentazzjoni ta' metodi u prattiki ta' kultivazzjoni ambjentalment sostenibbli, kif ukoll biex tiġi ppreservata d-diversità ta' varjetajiet tradizzjonali tal-Unjoni; dawk l-objettivi huma relatati mal-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-punti (d), (e) u (f) tal-Artikolu 6(1);
Emendi 339 u 820cp3 Proposta għal regolament Artikolu 51 – paragrafu 1 – punt b
(b) it-titjib tal-prestazzjoni tal-intrapriżi tal-inbid tal-Unjoni u l-adattament tagħhom għad-domandi tas-suq, kif ukoll iż-żieda tal-kompetittività tagħhom fir-rigward tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tad-dwieli, inkluż l-iffrankar fl-enerġija, l-effiċjenza fl-enerġija dinjija u l-proċessi sostenibbli; dawk l-objettivi huma relatati mal-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-punti (a) sa (e), (g) u (h) tal-Artikolu 6(1);
(b) it-titjib tal-prestazzjoni tal-intrapriżi tal-inbid tal-Unjoni u l-adattament tagħhom għad-domandi tas-suq, kif ukoll iż-żieda tal-kompetittività fit-tul tagħhom fir-rigward tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tad-dwieli, inkluż l-iffrankar fl-enerġija, l-effiċjenza fl-enerġija dinjija u l-proċessi sostenibbli; dawk l-objettivi huma relatati mal-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-punti (a) sa (e), (g) u (h) tal-Artikolu 6(1);
Emenda 340 Proposta għal regolament Artikolu 51 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)
(ca) it-titjib tal-konċentrazzjoni tal-provvista fid-dawl tal-prestazzjoni ekonomika u l-istrutturar tas-settur, skont l-objettiv stabbilit fil-punt (b) tal-Artikolu 6(1);
Emenda 341 Proposta għal regolament Artikolu 51 – paragrafu 1 – punt f
(f) l-użu tal-prodotti sekondarji tal-produzzjoni tal-inbid għall-iskopijiet industrijali u tal-enerġija li jiżgura l-kwalità tal-inbid tal-Unjoni filwaqt li jitħares l-ambjent; dak l-objettiv huwa relatat mal-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-punti (d) u (e) tal-Artikolu 6(1);
(f) l-użu tal-prodotti sekondarji u r-residwi tal-produzzjoni tal-inbid għall-iskopijiet industrijali u tal-enerġija jew agronomiċi li jiżgura l-kwalità tal-inbid tal-Unjoni filwaqt li jitħares l-ambjent; dak l-objettiv huwa relatat mal-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-punti (d) u (e) tal-Artikolu 6(1);
Emenda 342 Proposta għal regolament Artikolu 51 – paragrafu 1 – punt h
(h) it-titjib tal-kompetittività tal-prodotti tad-dwieli tal-Unjoni fil-pajjiżi terzi; dak l-objettiv huwa relatat mal-objettivi stabbiliti fil-punti (b) u (h) tal-Artikolu 6(1);
(h) it-titjib tal-kompetittività tal-prodotti tad-dwieli tal-Unjoni fil-pajjiżi terzi, bl-inklużjoni tal-ftuħ, id-diversifikazzjoni u l-konsolidazzjoni tas-swieq tal-inbid; dak l-objettiv huwa relatat mal-objettivi stabbiliti fil-punti (b) u (h) tal-Artikolu 6(1);
Emenda 343 Proposta għal regolament Artikolu 51 – paragrafu 1 – punt ia (ġdid)
(ia) l-iżgurar tas-sostenibbiltà ekonomika u l-profitabbiltà tal-vitikultura f'żoni b'restrizzjonijiet naturali sinifikanti, żoni wieqfa u żoni inqas żviluppati skont l-għanijiet speċifiċi stabbiliti fil-punti (a), (b) u (h) tal-Artikolu 6(1);
Emenda 820cp7 Proposta għal regolament Artikolu 51 – paragrafu 1 – punt i b (ġdid)
(ib) il-kontribuzzjoni għall-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima; dan l-objettiv huwa relatat mal-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-punt (d) tal-Artikolu 6(1).
Emendi 344 u 1122cp1 Proposta għal regolament Artikolu 52 – paragrafu 1 – punt a
(a) ir-ristrutturar u l-konverżjoni tal-vinji, inkluż it-tħawwil mill-ġdid ta' vinji fejn meħtieġ wara l-qlugħ obbligatorju tad-dwieli għal raġunijiet ta' saħħa jew fitosanitarji fuq istruzzjoni tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru, iżda eskluż it-tiġdid normali tal-vinji li jikkonsisti mit-tħawwil mill-ġdid tal-istess roqgħa art bl-istess varjetà ta' għeneb u bl-istess sistema ta' kultivazzjoni tad-dwieli, meta d-dwieli jkunu waslu fi tmiem il-ħajja naturali tagħhom;
(a) ir-ristrutturar u l-konverżjoni tal-vinji, inkluż it-tħawwil mill-ġdid ta' vinji fejn meħtieġ wara l-qlugħ obbligatorju tad-dwieli għal raġunijiet ta' saħħa jew fitosanitarji fuq istruzzjoni tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru, jew wara l-qlugħ volontarju tad-dwieli għat-tħawwil mill-ġdid għal raġunijiet ta' adattament għat-tibdil fil-klima u għat-tisħiħ tad-diversità ġenetika, iżda eskluż it-tiġdid normali tal-vinji li jikkonsisti mit-tħawwil mill-ġdid tal-istess roqgħa art bl-istess varjetà ta' għeneb u bl-istess sistema ta' kultivazzjoni tad-dwieli, meta d-dwieli jkunu waslu fi tmiem il-ħajja naturali tagħhom;
Emendi 345 u 1122cp2 Proposta għal regolament Artikolu 52 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)
(aa) it-tħawwil ta' dwieli fuq l-art mogħtija skont l-iskema tal-awtorizzazzjonijiet stabbilita fit-Taqsima 1, Kapitolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, f'żoni tradizzjonali tal-produzzjoni tal-inbid f'riskju li jisparixxu, li għandu jiġi definit mill-Istati Membri, bħala miżura biex tiġi protetta d-diversità tal-produzzjoni tal-inbid;
Emendi 346 u 1122cp2 Proposta għal regolament Artikolu 52 – paragrafu 1 – punt ab (ġdid)
(ab) ir-riċerka u l-produzzjoni sperimentali u miżuri oħra, b'mod partikolari fl-oqsma tal-konservazzjoni, l-istudju u t-tisħiħ tal-varjabbiltà intervarjetali u intravarjetali ta' varjetajiet tal-vinji Ewropej u attivitajiet biex jiġi promoss l-użu ekonomiku tagħhom;
Emendi 347 u 1122cp2 Proposta għal regolament Artikolu 52 – paragrafu 1 – punt ac (ġdid)
(ac) azzjonijiet biex jitnaqqas l-użu tal-pestiċidi;
Emendi 348 u 1122cp2 Proposta għal regolament Artikolu 52 – paragrafu 1 – punt ad (ġdid)
(ad) azzjonijiet biex jitnaqqas teħid tar-riskju għall-produtturi tal-inbid li jimpenjaw ruħhom biex ibiddlu b'mod radikali l-prattiki tagħhom u s-sistema tagħhom ta' prodotti għal produzzjoni b'mod aktar sostenibbli, inkluża ż-żieda fid-diversità strutturali u bijoloġika;
Emendi 349 u 1122cp2 Proposta għal regolament Artikolu 52 – paragrafu 1 – punt b
(b) investimenti tanġibbli u intanġibbli fil-faċilitajiet tal-ipproċessar u fl-infrastruttura għall-fabbriki tal-inbid, kif ukoll fl-istrutturi u fl-għodod ta' kummerċjalizzazzjoni;
(b) investimenti tanġibbli u intanġibbli fl-azjendi tal-produzzjoni tal-inbid, inkluż f'żoni wieqfa u mtarrġa, bl-eċċezzjoni ta' operazzjonijiet li jaqgħu taħt it-tip ta' intervent deskritt fil-punt (a), u fil-faċilitajiet tal-ipproċessar u fl-infrastruttura għall-fabbriki tal-inbid, kif ukoll fl-istrutturi u fl-għodod ta' kummerċjalizzazzjoni; dawk l-investimenti jista' jkollhom l-għan li jipproteġu l-vinji kontra perikli klimatiċi u l-adattamenti ta' azjendi agrikoli għal rekwiżiti legali ġodda tal-Unjoni;
Emendi 350 u 1122cp2 Proposta għal regolament Artikolu 52 – paragrafu 1 – punt d
(d) l-assigurazzjoni tal-ħsad kontra telf fl-introjtu bħala konsegwenza tal-avvenimenti klimatiċi avversi assimilati ma' diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi avversi, annimali, mard tal-pjanti jew infestazzjonijiet mill-organiżmi ta' ħsara;
(d) l-assigurazzjoni tal-ħsad kontra telf fl-introjtu bħala konsegwenza tal-avvenimenti klimatiċi avversi assimilati ma' diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi avversi, annimali, mard tal-pjanti jew infestazzjonijiet mill-organiżmi ta' ħsara, filwaqt li jiġi żgurat li l-benefiċjarji jieħdu l-miżuri ta' prevenzjoni ta' riskju meħtieġa;
Emendi 351 u 1122cp2 Proposta għal regolament Artikolu 52 – paragrafu 1 – punt e
(e) investimenti tanġibbli u intanġibbli fl-innovazzjoni li jikkonsistu fl-iżvilupp ta' prodotti innovattivi u prodotti sekondarji tal-produzzjoni tal-inbid, proċessi u teknoloġiji, investimenti oħrajn li jżidu l-valur fi kwalunkwe stadju tal-katina tal-provvista, inkluż għall-iskambju tal-għarfien;
(e) investimenti tanġibbli u intanġibbli fid-diġitalizzazzjoni u fl-innovazzjoni li jikkonsistu fl-iżvilupp ta' prodotti innovattivi u proċessi teknoloġiċi, konnessi mal-prodotti msemmija fil-Parti II tal-Anness VII għar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jew mal-prodotti sekondarji tal-produzzjoni tal-inbid, proċessi u teknoloġiji, investimenti oħrajn li jżidu l-valur fi kwalunkwe stadju tal-katina tal-provvista, inkluż għall-iskambju tal-għarfien, u/jew li jikkontribwixxu għall-adattament għat-tibdil fil-klima;
Emendi 353 u 1122cp3 Proposta għal regolament Artikolu 52 – paragrafu 1 – punt g
(g) azzjonijiet ta' informazzjoni dwar l-inbejjed tal-Unjoni mwettqa fl-Istati Membri li jinkoraġġixxu l-konsum responsabbli tal-inbid jew li jippromwovu l-iskemi ta' kwalità tal-Unjoni li jkopru d-Denominazzjonijiet ta' Oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi;
(g) azzjonijiet ta' informazzjoni dwar l-inbejjed tal-Unjoni mwettqa fl-Istati Membri li jinkoraġġixxu l-konsum responsabbli tal-inbid;
Emendi 354 u 1122cp4 Proposta għal regolament Artikolu 52 – paragrafu 1 – punt ga (ġdid)
(ga) azzjonijiet immirati lejn it-titjib tal-għarfien tas-suq, bħal studji ekonomiċi u regolatorji dwar is-swieq eżistenti, kif ukoll azzjonijiet biex jiġi promoss it-turiżmu tal-inbid, biex tissaħħaħ ir-reputazzjoni tal-vinji Ewropej;
Emendi 355 u 1122cp5 Proposta għal regolament Artikolu 52 – paragrafu 1 – punt h – parti introduttorja
(h) il-promozzjoni mwettqa mill-pajjiżi terzi, li tikkonsisti f'waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:
(h) il-promozzjoni u l-komunikazzjoni mwettqa mill-pajjiżi terzi, li tikkonsisti f'waħda jew aktar mill-azzjonijiet u l-attivitajiet li ġejjin immirati lejn it-titjib tal-kompetittività tas-settur tal-inbid, u l-ftuħ, il-ħolqien, id-diversifikazzjoni jew il-konsolidazzjoni tas-swieq:
Emendi 356 u 1122cp5 Proposta għal regolament Artikolu 52 – paragrafu 1 – punt h – punt iv
(iv) studji ta' swieq ġodda, meħtieġa għat-tkabbir tas-swieq disponibbli;
(iv) studji ta' swieq ġodda jew eżistenti, meħtieġa għat-tkabbir u l-konsolidazzjoni tas-swieq disponibbli;
Emendi 357 u 1122cp5 Proposta għal regolament Artikolu 52 – paragrafu 1 – punt h – punt vi
(vi) it-tħejjija ta' fajls tekniċi, inkluż it-testijiet u l-valutazzjonijiet tal-laboratorji, dwar il-prattiki enoloġiċi, ir-regoli fitosanitarji u tal-iġjene, kif ukoll rekwiżiti oħra ta' pajjiżi terzi għall-importazzjoni tal-prodotti tas-settur tal-inbid, biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għas-swieq ta' pajjiżi terzi;
(vi) it-tħejjija ta' fajls tekniċi, inkluż it-testijiet u l-valutazzjonijiet tal-laboratorji, dwar il-prattiki enoloġiċi, ir-regoli fitosanitarji u tal-iġjene, kif ukoll rekwiżiti oħra ta' pajjiżi terzi għall-importazzjoni tal-prodotti tas-settur tal-inbid, biex tiġi pprevenuta r-restrizzjoni, jew jiġi permess l-aċċess għas-swieq ta' pajjiżi terzi;
Emendi 358 u 1122cp6 Proposta għal regolament Artikolu 52 – paragrafu 1 – punt ia (ġdid)
(ia) azzjonijiet biex jittejbu l-użu u l-ġestjoni tal-ilma;
Emendi 359 u 1122cp6 Proposta għal regolament Artikolu 52 – paragrafu 1– punt ib (ġdid)
(ib) il-produzzjoni organika;
Emendi 360 u 1122cp6 Proposta għal regolament Artikolu 52 – paragrafu 1 – punt ic (ġdid)
(ic) il-produzzjoni integrata;
Emendi 361 u 1122cp6 Proposta għal regolament Artikolu 52 – paragrafu 1 – punt id (ġdid)
(id) il-produzzjoni ta' preċiżjoni jew diġitalizzata;
Emendi 362 u 1122cp6 Proposta għal regolament Artikolu 52 – paragrafu 1 – punt ie (ġdid)
(ie) il-konservazzjoni tal-ħamrija u t-tisħiħ tal-karbonju fil-ħamrija;
Emendi 363 u 1122cp6 Proposta għal regolament Artikolu 52 – paragrafu 1 – punt if (ġdid)
(if) il-ħolqien jew il-preservazzjoni tal-ħabitats favorevoli għall-bijodiversità jew għaż-żamma tal-pajsaġġ, inkluża l-konservazzjoni tal-karatteristiċi storiċi tiegħu;
Emendi 364 u 1122cp6 Proposta għal regolament Artikolu 52 – paragrafu 1 – punt ig (ġdid)
(ig) it-titjib tar-reżiljenza għall-organiżmi ta' ħsara u l-mard tad-dwieli;
Emendi 365 u 1122cp6 Proposta għal regolament Artikolu 52 – paragrafu 1 – punt ih (ġdid)
(ih) it-tnaqqis tal-produzzjoni tal-iskart u t-titjib tal-immaniġġjar tal-iskart.
Emendi 366 u 1122cp6 Proposta għal regolament Artikolu 52 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)
Il-miżuri ta' promozzjoni msemmija fil-punt (h) tal-ewwel subparagrafu għandhom japplikaw biss għal inbejjed b'denominazzjoni tal-oriġini protetta jew b'indikazzjoni ġeografika protetta jew għal inbejjed b'indikazzjoni tal-varjetà ta' għeneb tal-inbid.
Emenda 367 Proposta għal regolament Artikolu 52 – paragrafu 2
2. Fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom l-Istati membri għandhom jissostanzjaw l-għażla tagħhom tal-objettivi u tat-tipi ta' intervent fis-settur tal-inbid. Fi ħdan it-tipi ta' intervent magħżula, l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-interventi.
2. Fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom l-Istati Membri għandhom jissostanzjaw l-għażla tagħhom tal-objettivi u tat-tipi ta' intervent fis-settur tal-inbid. Fi ħdan it-tipi ta' intervent magħżula, l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-interventi. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu dispożizzjonijiet speċifiċi għall-azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' promozzjoni mill-korpi ta' ġestjoni tad-denominazzjoni tal-oriġini protetta u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti, f'isem l-intrapriżi kollha kkonċernati, b'mod partikolari fir-rigward tat-tul massimu tal-azzjonijiet.
L-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għar-ristrutturar u l-konverżjoni tal-vinji msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 52(1) ma għandhiex taqbeż il-50 % tal-ispejjeż reali għar-ristrutturar u l-konverżjoni tal-vinji jew 75 % tal-ispejjeż reali tar-ristrutturar u l-konverżjoni tal-vinji fir-reġjuni inqas żviluppati.
L-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għar-ristrutturar u l-konverżjoni tal-vinji msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 52(1) ma għandhiex taqbeż il-50 % tal-ispejjeż reali għar-ristrutturar u l-konverżjoni volontarji tal-vinji jew 75 % tal-ispejjeż reali tar-ristrutturar u l-konverżjoni volontarji tal-vinji.
Emenda 369 Proposta għal regolament Artikolu 53 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt a
(a) 50 % tal-ispejjeż ta' investiment eliġibbli fir-reġjuni inqas żviluppati;
(a) 50 % tal-ispejjeż ta' investiment eliġibbli fir-reġjuni inqas żviluppati, dwieli fuq inklinazzjonijiet wieqfa u fir-reġjuni insulari għajr dawk imsemmija fil-punti (c) u (d) ta' dan is-subparagrafu;
Emenda 370 Proposta għal regolament Artikolu 53 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt c
3a. L-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għall-objettivi msemmija fil-punti (aa), (ab), (ac), (fa), (ia), (ib), (ic), (id), (ie), (if), (ig), u (ih) tal-Artikolu 52(1) m'għandhiex taqbeż il-50 % tal-ispejjeż diretti jew eliġibbli.
Emenda 372 Proposta għal regolament Artikolu 53 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – punt a
(a) 50 % tal-ispejjeż ta' investiment eliġibbli fir-reġjuni inqas żviluppati;
(a) 50 % tal-ispejjeż ta' investiment eliġibbli fir-reġjuni inqas żviluppati, dwieli fuq inklinazzjonijiet wieqfa u f'reġjuni insulari għajr dawk imsemmija fil-punti (c) u (d) ta' dan is-subparagrafu;
Emenda 373 Proposta għal regolament Artikolu 53 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – punt c
L-assistenza finanzjarja mill-Unjoni bir-rata massima, imsemmija fl-ewwel subparagrafu, għandha tapplika biss għall-intrapriżi mikro, żgħar u medji skont it-tifsira tar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE; madankollu, tista' tapplika għall-intrapriżi kollha fir-reġjuni ultraperiferiċi msemmija fl-Artikolu 349 tat-TFUE u fil-Gżejjer Minuri tal-Eġew kif iddefinit fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 229/2013.
Għall-intrapriżi mhux koperti mill-Artikolu 2(1) tat-Titolu I tal-Anness għar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE b'anqas minn750 impjegat jew b'fatturat ta'anqas minn EUR200 miljun, il-limitu massimu għall-għajnuna msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jinqasam b'nofs.
Il-limiti massimi stabbiliti fl-ewwel subparagrafu jistgħu jitnaqqsu għal investimenti magħmula minnintrapriżi oħra għajr mikrointrapriżi u intrapriżi żgħar u ta'daqs medju.Madankollu, huma jistgħu japplikaw għall-intrapriżi kollha fir-reġjuni ultraperiferiċi msemmija fl-Artikolu 349 tat-TFUE u fil-Gżejjer Minuri tal-Eġew kif iddefinit fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 229/2013.
Emenda 376 Proposta għal regolament Artikolu 53 – paragrafu 6
6. L-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għall-azzjonijiet ta' informazzjoni u għall-promozzjoni msemmija fil-punti (g) u (h) tal-Artikolu 52(1) ma għandhiex taqbeż il-50 % tan-nefqa eliġibbli.
6. L-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għall-azzjonijiet ta' informazzjoni u għall-promozzjoni msemmija fil-punti (g) u (h) tal-Artikolu 52(1) ma għandhiex taqbeż il-50 % tan-nefqa eliġibbli. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu differenzjazzjoni skont id-daqs tal-intrapriżi, bl-għan li jimmassimizzaw l-appoġġ għal intrapriżi żgħar u ta' daqs medju.
Emenda 377 Proposta għal regolament Artikolu 54 – paragrafu 4
4. Fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jistabbilixxu perċentwal minimu ta' nefqa għall-azzjonijiet immirati lejn il-protezzjoni tal-ambjent, l-adattament għat-tibdil fil-klima, it-titjib tas-sostenibbiltà tas-sistemi u l-proċessi tal-produzzjoni, it-tnaqqis tal-impatt ambjentali tas-settur tal-inbid tal-Unjoni, l-iffrankar tal-enerġija u t-titjib fl-effiċjenza enerġetika fis-settur tal-inbid.
4. Fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li tal-anqas 5 % tan-nefqa hija allokata jew tal-anqas azzjoni waħda hija adottata biex jiġu ssodisfati l-objettivi favur il-protezzjoni tal-ambjent, l-adattament għat-tibdil fil-klima, it-titjib tas-sostenibbiltà tas-sistemi u l-proċessi tal-produzzjoni, it-tnaqqis tal-impatt ambjentali tas-settur tal-inbid tal-Unjoni, l-iffrankar tal-enerġija u t-titjib fl-effiċjenza enerġetika fis-settur tal-inbid, f'konformità mal-għanijiet stabbiliti fil-punti (aa), (b) u (f) tal-Artikolu 51.
4a. Il-programmi nazzjonali kollha approvati qabel … [id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] għandhom ikunu rregolati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 sad-data prevista għall-finalizzazzjoni tiegħu.
Emenda 379 Proposta għal regolament Artikolu 55 – paragrafu 2
2. Fil-Pjan Strateġiku tal-PAK tiegħu, l-Istat Membru msemmi fl-Artikolu 82(3) għandu jiddefinixxi tip ta' intervent wieħed jew aktar minn dawk imsemmija fl-Artikolu 60 biex isegwi l-objettivi magħżula kif stipulat fil-paragrafu 1. Fi ħdan it-tipi ta' intervent magħżula l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-interventi. Fil-Pjan Strateġiku tal-PAK tiegħu, l-Istat Membru msemmi fl-Artikolu 82(3) għandu jissostanzja l-għażla tal-objettivi, tat-tipi ta' intervent u tal-interventi biex jissodisfa dawk l-objettivi.
2. Fil-Pjan Strateġiku tal-PAK tiegħu, l-Istat Membru msemmi fl-Artikolu 82(3) għandu jiddefinixxi tip ta' intervent wieħed jew aktar minn dawk imsemmija fl-Artikolu 60 biex isegwi l-objettivi magħżula kif stipulat fil-paragrafu 1. Fi ħdan it-tipi ta' intervent magħżula l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-interventi. Fil-Pjan Strateġiku tal-PAK tiegħu, l-Istat Membru msemmi fl-Artikolu 82(3) għandu jissostanzja l-għażla tal-objettivi, tat-tipi ta' intervent u tal-interventi biex jissodisfa dawk l-objettivi, iżda ma għandux ikun obbligat li jikkompleta r-rapport ta' evalwazzjoni ex-ante jew ir-rapport tal-Valutazzjoni Ambjentali Strateġika (SEA) imsemmi fl-Artikolu 103(1), u lanqas ma għandu jkun obbligat li jlesti l-analiżi SWOT imsemmija fl-Artikolu 103(2).
Emenda 380 Proposta għal regolament Artikolu 56 – paragrafu 1 – punt c
(c) it-tnaqqis tal-impatt ambjentali tal-azzjoni klimatika mill-kultivazzjoni taż-żebbuġ u l-kontribut għaliha; dawk l-objettivi huma relatati mal-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-punti (d) u (e) tal-Artikolu 6(1);
(c) it-tnaqqis tal-impatt ambjentali tal-azzjoni klimatika u l-kontribut għaliha, u l-adattament u l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima permezz tal-kultivazzjoni taż-żebbuġ; dawk l-objettivi huma relatati mal-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-punti (d) u (e) tal-Artikolu 6(1);
Emenda 381 Proposta għal regolament Artikolu 56 – paragrafu 1 – punt d
(d) it-titjib tal-kwalità taz-żejt taż-żebbuġa u taz-żebbuġ tal-mejda; dak l-objettiv huwa relatat mal-objettiv speċifiku stabbilit fil-punt (f) tal-Artikolu 6(1);
(d) it-titjib tal-kwalità taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-mejda; dak l-objettiv huwa relatat mal-objettiv speċifiku stabbilit fil-punti(b) u (f) tal-Artikolu 6(1);
Emenda 382 Proposta għal regolament Artikolu 56 – paragrafu 1 – punt f
(f) il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kriżijiet, bl-għan li tittejjeb ir-reżiljenza għall-organiżmi ta' ħsara, u li jiġu evitati u indirizzati l-kriżijiet fis-swieq taz-żejt taż-żebbuġa u taz-żebbuġ tal-mejda; dak l-objettiv huwa relatat mal-objettiv speċifiku stabbiliti fil-punt (h) tal-Artikolu 6(1).
(f) il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kriżijiet, bl-għan li tittejjeb ir-reżiljenza għall-pesti, u li jiġu evitati u indirizzati l-kriżijiet fis-swieq taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-mejda, inkluż it-titjib tal-prevenzjoni u r-reżiljenza għall-pesti; dak l-objettiv huwa relatat mal-objettiv speċifiku stabbilit fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 6(1);
Emenda 1241 Proposta għal regolament Artikolu 56 – paragrafu 1 – punt fa (ġdid)
(fa) il-protezzjoni u t-tisħiħ tal-bijodiversità u s-servizzi tal-ekosistema inkluża ż-żamma tal-ħamrija.
Emenda 383 Proposta għal regolament Artikolu 57 – paragrafu 1
1. Sabiex jiġu segwiti l-objettivi msemmija fl-Artikolu 56, fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom l-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 82(4) għandhom jagħżlu tip ta' intervent wieħed jew aktar minn dawk imsemmija fl-Artikolu 60. Fi ħdan it-tipi ta' intervent magħżula, l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-interventi.
1. Sabiex jiġu segwiti l-objettivi msemmija fl-Artikolu 56, fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom l-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 82(4) għandhom jagħżlu tip ta' intervent wieħed jew aktar minn dawk imsemmija fl-Artikolu 60, li għandhom jiġu ddefiniti fil-livell tal-Istati Membri. Fi ħdan it-tipi ta' intervent magħżula, l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-interventi.
Emenda 384 Proposta għal regolament Artikolu 57 – paragrafu 2
2. L-interventi definiti mill-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 82(4) għandhom jiġu implimentati permezz ta' programmi operattivi approvati tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u/jew tal-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013. Għal dan l-iskop għandhom japplikaw l-Artikoli 61 u 62 ta' dan ir-Regolament.
2. L-interventi definiti mill-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 82(4) għandhom jiġu implimentati permezz ta' programmi operattivi approvati tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u/jew tal-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u/jew tal-organizzazzjonijiet interprofessjonali rikonoxxuti skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013. Għal dan l-iskop għandhom japplikaw l-Artikoli 61 u 62 ta' dan ir-Regolament.
2a. B'deroga mill-paragrafu 2, l-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 82(4) jistgħu jafdaw l-implimentazzjoni ta' programmi operattivi lill-organizzazzjonijiet interprofessjonali rikonoxxuti skont l-Artikolu 157 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, jekk tali organizzazzjonijiet diġà jkollhom fis-seħħ programm simili skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013.
Emenda 386 Proposta għal regolament Artikolu 58 – paragrafu 1 – punt d
(d) 75 % tan-nefqa reali mġarrba għat-tipi ta' intervent imsemmija fil-punti (f) u (h) tal-Artikolu 60(1) fejn il-programm operattiv huwa implimentat f'mill-inqas tliet pajjiżi terzi jew Stati Membri mhux produtturi permezz tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi minn mill-inqas żewġ Stati Membri produtturi, 50 % tan-nefqa reali meta din il-kundizzjoni ma tiġix issodisfata għal dan it-tip ta' intervent.
(d) 85% tan-nefqa reali mġarrba għat-tipi ta' intervent imsemmija fil-punti (f) u (h) tal-Artikolu 60(1) fejn il-programm operattiv huwa implimentat f'mill-inqas tliet pajjiżi terzi jew Stati Membri mhux produtturi permezz tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi minn mill-inqas żewġ Stati Membri produtturi, 50 % tan-nefqa reali meta din il-kundizzjoni ma tiġix issodisfata għal dan it-tip ta' intervent.
Emenda 387 Proposta għal regolament Artikolu 58 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)
(da) Fil-każ ta' reġjuni insulari l-perċentwal imsemmi fil-punti (a) sa (d) għandu jiżdied b'10 %.
Emenda 388 Proposta għal regolament Artikolu 58 – paragrafu 3
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw finanzjament komplementarju sa 50 % tal-ispejjeż mhux koperti mill-assistenza finanzjarja mill-Unjoni.
imħassar
Emendi 824 u 1242 Proposta għal regolament Titolu 3 – Kapitolu 3 – Taqsima 6a (ġdid)
TAQSIMA 6a
IS-SETTUR TAL-GĦELEJJEL TAL-LEGUMI
Artikolu 58a
Objettivi tas-settur tal-għelejjel tal-legumi
Minkejja l-objettivi ġenerali msemmija fl-Artikoli 5 u 6, l-Istati Membri għandhom isegwu l-objettivi li ġejjin fis-settur tal-għelejjel tal-legumi:
(a) L-iskema għandha żżid il-produzzjoni u l-konsum sostenibbli tal-legumi madwar l-Unjoni, biex tiżdied l-awtosuffiċjenza tal-ikel u tal-għalf skont il-miri stabbiliti fl-Anness I.
(b) Tnaqqis tad-dipendenza fuq taħlita ta’ għalf ikkonċentrat li fih is-sojja, speċjalment sojja importata li toriġina minn art li reċentement ġiet deforestata jew konvertita, f’konformità mal-SDG 15, il-wegħda tal-Unjoni fuq żero deforestazzjoni u l-impenji eżistenti tal-kumpaniji privati fuq żero deforestazzjoni.
(c) L-għeluq taċ-ċirkwiti ta’ ċiklaġġ tan-nutrijenti u r-restrizzjoni tagħhom għal skali ta’ baċiri lokali u reġjonali tax-xmara f’konformità mad-Direttiva 2000/60/KE.
(d) It-tisħiħ tas-swieq lokali u reġjonali fl-ikel u fl-għalf tal-annimali u varjetajiet ta’ żerriegħa b’input baxx adattati lokalment.
Il-miżuri ffinanzjati f'dan is-settur għandhom ikunu koerenti mal-impenji u l-leġiżlazzjoni klimatiċi u ambjentali tal-Unjoni, u ma għandhomx jikkawżaw bidla diretta jew indiretta fl-użu tal-art, filwaqt li jkollhom impatt ġenwinament pożittiv fuq l-emissjonijiet ta' gassijiet serra globali skont GLOBIOM (Mudell ta' Ġestjoni tal-Bijosfera Globali).
Artikolu 58b
Tipi ta' interventi
Fir-rigward tal-objettivi msemmija fl-Artikolu 58a l-Istati Membri għandhom jagħżlu fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom tip ta' intervent wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:
(a) investimenti f'assi tanġibbli u intanġibbli; ir-riċerka u l-produzzjoni sperimentali, kif ukoll azzjonijiet oħra, inklużi azzjonijiet għal:
(i) il-konservazzjoni tal-ħamrija, inkluż it-tisħiħ genwin u ppruvat tal-karbonju tal-ħamrija mingħajr dipendenza sistemika mill-pestiċidi;
(ii) iż-żieda fl-effiċjenza fl-użu u l-ġestjoni tal-ilma, inkluż l-iffrankar tal-ilma;
(iii) il-promozzjoni tal-użu ta' varjetajiet u prattiki ta' ġestjoni adattati għal kundizzjonijiet tat-tibdil fil-klima li qed jinbidlu;
(iv) it-titjib fil-prattiki ta' ġestjoni biex tiżdied ir-reżiljenza tal-għelejjel għall-organiżmi ta' ħsara u t-tnaqqis fis-suxxettibbiltà għall-organiżmi ta' ħsara;
(v) it-tnaqqis fl-użu tal-pestiċidi u d-dipendenza minnhom;
(vi) il-ħolqien u ż-żamma ta' ħabitats agrikoli favorevoli għall-bijodiversità, mingħajr l-użu tal-pestiċidi;
(b) servizzi konsultattivi u assistenza teknika, b'mod partikolari rigward il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih, anke rigward is-selezzjoni mill-bidwi tal-aktar newba tal-għelejjel xierqa;
(c) it-taħriġ inkluż l-ikkowċjar u l-iskambju tal-aħjar prattiki;
(d) il-produzzjoni u t-tekniki organiċi;
(e) azzjonijiet biex tiżdied is-sostenibbiltà u l-effiċjenza tat-trasport u tal-ħżin tal-prodotti;
Emenda 389 Proposta għal regolament Artikolu 59 – paragrafu 1 – parti introduttorja
L-Istati Membri għandhom isegwu objettiv wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin fis-setturi l-oħrajn imsemmijin fil-punt (f) tal-Artikolu 39:
Skont l-Artikoli 5 u 6, l-Istati Membri għandhom isegwu objettiv wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin fis-setturi l-oħrajn imsemmijin fil-punt (f) tal-Artikolu 39:
Emenda 390 Proposta għal regolament Artikolu 59 – paragrafu 1 – punt a
(a) l-ippjanar tal-produzzjoni, l-aġġustament tal-produzzjoni għad-domanda, b'mod partikolari f'termini ta' kwalità u kwantità, l-ottimizzazzjoni tal-ispejjeż tal-produzzjoni u r-redditi fuq l-investiment u l-istabbilizzazzjoni tal-prezzijiet tal-produtturi; dawk l-objettivi huma relatati mal-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-punti (a), (b), (c) u (i) tal-Artikolu 6(1);
(a) l-ippjanar tal-produzzjoni, l-aġġustament tal-produzzjoni għad-domanda, b'mod partikolari f'termini ta' kwalità, kwantità u diversità, l-ottimizzazzjoni tal-ispejjeż tal-produzzjoni u r-redditi fuq l-investiment u l-istabbilizzazzjoni tal-prezzijiet tal-produtturi; dawk l-objettivi huma relatati mal-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-punti (a), (b), (c) u (i) tal-Artikolu 6(1);
Emenda 391 Proposta għal regolament Artikolu 59 – paragrafu 1 – punt b
(b) il-konċentrazzjoni tal-provvista u t-tqegħid fis-suq tal-prodotti kkonċernati; dawk l-objettivi huma relatati mal-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-punti (a) u (c) tal-Artikolu 6(1);
(b) il-konċentrazzjoni tal-provvista u t-tqegħid fis-suq tal-prodotti kkonċernati, u l-promozzjoni tan-negozjati kollettivi tal-kuntratti; dawk l-objettivi huma relatati mal-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-punti (a) u (c) tal-Artikolu 6(1);
Emenda 392 Proposta għal regolament Artikolu 59 – paragrafu 1 – punt c
(c) ir-riċerka u l-iżvilupp ta' metodi ta' produzzjoni sostenibbli, inkluż ir-reżiljenza għall-organiżmi ta' ħsara, ta' prattiki innovattivi u tekniki ta' produzzjoni li jsaħħu l-kompetittività ekonomika u l-iżviluppi tas-suq; dawk l-objettivi huma relatati mal-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-punti (a), (c) u (i) tal-Artikolu6(1);
(c) l-applikazzjoni, ir-riċerka u l-iżvilupp ta' metodi ta' produzzjoni sostenibbli, inklużi r-reżistenza għall-organiżmi ta' ħsara u għall-mard tal-annimali u r-reżiljenza għall-klima, id-diversità ġenetika, il-protezzjoni tal-ħamrija, it-titjib tal-bijosikurezza u t-tnaqqis ta' sustanzi antimikrobiċi, kif ukoll ta' prattiki innovattivi u tekniki ta' produzzjoni li jsaħħu l-kompetittività ekonomika fit-tul u l-iżviluppi tas-suq; dawk l-objettivi huma relatati mal-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-punti (a), (c), (d), (e), (f) u (i) tal-Artikolu 6(1);
Emenda 393 Proposta għal regolament Artikolu 59 – paragrafu 1 – punt d
(d) il-promozzjoni, l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' metodi ta' produzzjoni li jirrispettaw l-ambjent, l-istandards tal-benessri tal-annimali, prattiki ta' kultivazzjoni u tekniki ta' produzzjoni ambjentalment sani u reżiljenti għall-organiżmi ta' ħsara, l-użu u l-ġestjoni ambjentalment sani tal-prodotti sekondarji u tal-iskart, l-użu sostenibbli tar-riżorsi naturali b'mod partikolari l-protezzjoni tal-ilma, tal-ħamrija u riżorsi naturali oħra; dawk l-objettivi huma relatati mal-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-punti (e) u (f) tal-Artikolu 6(1);
(d) il-promozzjoni, l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' metodi ta' produzzjoni li jirrispettaw l-ambjent, l-istandards tal-benessri tal-annimali, prattiki ta' kultivazzjoni ambjentalment sani u reżiljenti għall-organiżmi ta' ħsara, it-tekniki ta' produzzjoni u l-metodi ta’ produzzjoni, ir-reżistenza għall-mard tal-annimali, l-użu u l-ġestjoni ambjentalment sani tal-prodotti sekondarji u tal-iskart, l-użu sostenibbli tar-riżorsi naturali b'mod partikolari l-protezzjoni tal-ilma, tal-ħamrija u riżorsi naturali oħra;it-tnaqqis tal-emissjonijiet u ż-żieda fl-effiċjenza enerġetika; dawk l-objettivi huma relatati mal-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-punti (e) u (f) tal-Artikolu 6(1);
Emenda 394 Proposta għal regolament Artikolu 59 – paragrafu 1 – punt e
(e) il-kontribuzzjoni għall-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima, kif stabbilit fil-punt (d) tal-Artikolu 6(1);
(e) il-kontribuzzjoni għall-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima, inklużi l-prevenzjoni u l-ġestjoni ta' mard tropikali u żoonotiku, kif stabbilit fil-punt (d) tal-Artikolu 6(1);
Emenda 395 Proposta għal regolament Artikolu 59 – paragrafu 1 – punt f
(f) it-tisħiħ tal-valur kummerċjali u tal-kwalità tal-prodotti, inkluż it-titjib tal-kwalità tal-prodotti u l-iżvilupp ta' prodotti b'Denominazzjoni tal-Oriġini Protetta, b'Indikazzjoni Ġeografika Protetta jew koperti bi skemi ta' kwalità nazzjonali; dawk l-objettivi huma relatati mal-objettiv speċifiku stabbilit fil-punti (b) tal-Artikolu 6(1);
(f) it-tisħiħ tal-valur kummerċjali u tal-kwalità tal-prodotti, inkluż it-titjib tal-kwalità tal-prodotti u s-segmentazzjoni tas-suq u l-iżvilupp ta' prodotti b'Denominazzjoni tal-Oriġini Protetta, b'Indikazzjoni Ġeografika Protetta jew koperti bi skemi ta' kwalità nazzjonali; dawk l-objettivi huma relatati mal-objettiv speċifiku stabbilit fil-punti (b) tal-Artikolu 6(1);
Emenda 396 Proposta għal regolament Artikolu 59 – paragrafu 1 – punt g
(g) il-promozzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti f'settur wieħed jew aktar minn dawk imsemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 40; dawk l-objettivi huma relatati mal-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 6(1);
(g) il-promozzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti f'settur wieħed jew aktar minn dawk imsemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 39; dawk l-objettivi huma relatati mal-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 6(1);
Emenda 397 Proposta għal regolament Artikolu 59 – paragrafu 1 – punt h
(h) il-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskju, bl-għan li jiġu evitati u indirizzati l-kriżijiet fis-swieq f'settur wieħed jew aktar minn dawk imsemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 39; dawk l-objettivi huma relatati mal-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 6(1);
(h) il-prevenzjoni u l-mitigazzjoni u l-ġestjoni tar-riskju, bl-għan li jiġu evitati u indirizzati l-kriżijiet fis-swieq f'settur wieħed jew aktar minn dawk imsemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 39; dawk l-objettivi huma relatati mal-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 6(1);
Emenda 398 Proposta għal regolament Artikolu 59 – paragrafu 1 – punt ha (ġdid)
(ha) il-prevenzjoni ta' attakki fuq it-trobbija tal-bhejjem minn speċijiet predatorji;
Emenda 399 Proposta għal regolament Artikolu 59 – paragrafu 1 – punt hb (ġdid)
(hb) il-kontribuzzjoni għall-istrateġija tal-Unjoni għall-promozzjoni tal-għelejjel tal-proteina, b'mod partikolari l-foraġġ u l-legumi.
Emendi 400 u 826cp Proposta għal regolament Artikolu 60 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1. Fir-rigward tal-objettivi msemmijin fil-punti (a) sa (g) tal-Artikolu 59, l-Istati Membri għandhom jagħżlu fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom tip ta' intervent wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:
1. Fir-rigward tal-objettivi msemmijin fil-punti (a) sa (fa) tal-Artikolu 56 u l-punti (a) sa (g) tal-Artikolu 59, l-Istati Membri għandhom jagħżlu fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom tip ta' intervent tnejn jew aktar minn dawn li ġejjin:
Emendi 401 u 826cp Proposta għal regolament Artikolu 60 – paragrafu 1 – punt a – punt i
(i) il-konservazzjoni tal-ħamrija u l-bini mill-ġdid tal-fertilità u l-istruttura tal-ħamrija, inkluż il-prevenzjoni tad-degradazzjoni tal-ħamrija u t-tisħiħ tas-sekwestru tal-karbonju fil-ħamrija u t-tnaqqis ta' kontaminanti fil-prodotti fertilizzanti;
Emenda 402 Proposta għal regolament Artikolu 60 – paragrafu 1 – punt a – punt ii
(ii) it-titjib tal-użu u l-ġestjoni tal-ilma, inkluż l-iffrankar u l-iskular tal-ilma;
(ii) it-titjib tal-użu u l-ġestjoni tajba tal-ilma, inkluż l-iffrankar u l-iskular tal-ilma, li jikkontribwixxu għal status tajjeb ta' baċiri tal-ilma;
Emenda 403 Proposta għal regolament Artikolu 60 – paragrafu 1 – punt a – punt iv
(iv) l-iffrankar tal-enerġija u ż-żieda fl-effiċjenza tal-enerġija;
(iv) l-iffrankar tal-enerġija u ż-żieda fl-effiċjenza tal-enerġija, inkluż l-użu ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli, bħall-użu sostenibbli ta' residwi agrikoli;
Emenda 404 Proposta għal regolament Artikolu 60 – paragrafu 1 – punt a – punt iva (ġdid)
(iva) it-tnaqqis ta' gassijiet li jniġġsu u gassijiet serra;
Emendi 405 u 826cp Proposta għal regolament Artikolu 60 – paragrafu 1 – punt a – punt v
(v) l-imballaġġ ekoloġiku;
(v) l-imballaġġ ekoloġiku u t-tnaqqis tal-iskart mill-imballaġġ;
Emendi 406 u 826cp Proposta għal regolament Artikolu 60 – paragrafu 1 – punt a – punt vi
(vi) is-saħħa u l-benessri tal-annimali;
(vi) il-bijosigurtà, il-protezzjoni tas-saħħa u l-benessri tal-annimali, inkluż il-ġestjoni sostenibbli u l-prevenzjoni ta' mard tropikali u żoonotiku;
Emenda 826cp Proposta għal regolament Artikolu 60 – paragrafu 1 – punt a – punt vii
(vii) it-tnaqqis tal-produzzjoni tal-iskart u t-titjib tal-użu u tal-ġestjoni tal-prodotti sekondarji u tal-iskart;
(vii) it-tnaqqis tal-produzzjoni ta' emissjonijiet u tal-produzzjoni tal-iskart u t-titjib tal-użu u l-ġestjoni tal-prodotti sekondarji u tal-iskart;
Emenda 407 Proposta għal regolament Artikolu 60 – paragrafu 1 – punt a – punt viia (ġdid)
(viia) il-prevenzjoni u l-ġestjoni ta' mard tropikali u żoonotiku;
Emendi 408 u 826cp Proposta għal regolament Artikolu 60 – paragrafu 1 – punt a – punt viii
(viii) it-titjib tar-reżiljenza għall-organiżmi ta' ħsara;
(viii) it-titjib tar-reżiljenza għall-organiżmi ta' ħsara permezz ta’ prattiki ta’ ġestjoni bil-promozzjoni tal-Ġestjoni Integrata tal-Organiżmi ta' Ħsara, inklużi prattiki xierqa ta' ġestjoni u kultivazzjoni, u l-ġlieda kontra l-mard tal-annimali;
Emendi 409 u 826cp Proposta għal regolament Artikolu 60 – paragrafu 1 – punt a – punt ix
(ix) it-tnaqqis tar-riskji u l-impatti tal-użu tal-pestiċidi;
(ix) it-tnaqqis sinifikanti tal-użu tal-pestiċidi u tad-dipendenza fuq l-użu tal-pestiċidi;
Emenda 826cp Proposta għal regolament Artikolu 60 – paragrafu 1 – punt a – punt ix a (ġdid)
(ixa) it-titjib tar-reżiljenza tal-mard tal-annimali u t-tnaqqis tal-użu tal-antibijotiċi;
Emenda 410 Proposta għal regolament Artikolu 60 – paragrafu 1 – punt a – punt x
(x) il-ħolqien u ż-żamma tal-ħabitats favorevoli għall-bijodiversità;
(x) il-ħolqien u ż-żamma tal-ħabitats favorevoli għall-bijodiversità, u l-promozzjoni ta' varjetajiet lokali;
Emenda 411 Proposta għal regolament Artikolu 60 – paragrafu 1 – punt a – punt xa (ġdid)
(xa) it-tnaqqis tal-użu ta' sustanzi antimikrobiċi;
Emenda 412 Proposta għal regolament Artikolu 60 – paragrafu 1 – punt a – punt xb (ġdid)
(xb) it-titjib tal-kundizzjonijiet għat-tkabbir, il-ħsad u l-konsenja tal-produzzjoni;
Emenda 413 Proposta għal regolament Artikolu 60 – paragrafu 1 – punt a – punt xc (ġdid)
(xc) l-azzjonijiet ta' monitoraġġ, għarfien u sorveljanza tas-suq;
Emenda 414 Proposta għal regolament Artikolu 60 – paragrafu 1 – punt a – punt xd (ġdid)
(xd) il-prevenzjoni ta' attakki fuq il-bhejjem minn speċijiet predatorji.
Emendi 415 u 826cp Proposta għal regolament Artikolu 60 – paragrafu 1 – punt b
(b) is-servizzi konsultattivi u l-assistenza teknika, b'mod partikolari fir-rigward tal-adattament għat-tibdil fil-klima u l-mitigazzjoni tiegħu;
(b) is-servizzi konsultattivi u l-assistenza teknika, b'mod partikolari fir-rigward tal-kwalità tal-produzzjoni, il-bijodiversità u l-ambjent,tal-mitigazzjoni u tal-adattament għat-tibdil fil-klima tiegħu, il-ġlieda kontra r-reżiljenza għall-organiżmi ta' ħsara u l-mard tal-annimali u t-titjib tagħha, kif ukoll it-tisħiħ tal-kwalità tal-prodott;
Emenda 826cp Proposta għal regolament Artikolu 60 – paragrafu 1 – punt c
(c) it-taħriġ inkluż l-ikkowċjar u l-iskambju tal-aħjar prattiki;
(c) it-taħriġ inkluż l-ikkowċjar u l-iskambju tal-aħjar prattiki b'mod partikolari dwar il-biedja organika, il-korsijiet ta' tfassil tal-permakultura, u l-prattiki ta' tisħiħ tal-karbonju;
Emenda 416 Proposta għal regolament Artikolu 60 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)
(da) il-produzzjoni integrata;
Emenda 417 Proposta għal regolament Artikolu 60 – paragrafu 1 – punt e
(e) l-azzjonijiet biex jiżdiedu s-sostenibbiltà u l-effiċjenza tat-trasport u tal-ħżin tal-prodotti ta' settur wieħed jew aktar minn dawk imsemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 40.
(e) l-azzjonijiet biex jiżdiedu s-sostenibbiltà u l-effiċjenza tat-trasport u tal-ħżin tal-prodotti ta' settur wieħed jew aktar minn dawk imsemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 39;
Emenda 418 Proposta għal regolament Artikolu 60 – paragrafu 1 – punt h
(h) l-implimentazzjoni ta' sistemi ta' traċċabbiltà u ċertifikazzjoni, b'mod partikolari l-monitoraġġ tal-kwalità tal-prodotti mibjugħa lill-konsumaturi finali.
(h) l-implimentazzjoni ta' sistemi ta' traċċabbiltà u ċertifikazzjoni tul il-katina tal-produzzjoni kollha, b'mod partikolari l-monitoraġġ tal-kwalità tal-prodotti mibjugħa lill-konsumaturi finali, inkluża t-traċċabbiltà tal-oriġini taż-żebbuġ u ż-żejt fid-diversi stadji tal-katina tal-produzzjoni, kif ukoll informazzjoni dwar il-metodi ta' produzzjoni;
Emenda 419 Proposta għal regolament Artikolu 60 – paragrafu 1 – punt ha (ġdid)
(ha) l-implimentazzjoni ta' protokolli fitosanitarji u veterinarji ta' pajjiżi terzi.
Emenda 420 Proposta għal regolament Artikolu 60 – paragrafu 2 – parti introduttorja
2. Fir-rigward tal-objettiv imsemmi fil-punt (h) tal-Artikolu 59, fil-Pjan Strateġiku tal-PAK tagħhom l-Istati Membri għandhom jagħżlu tip ta' intervent wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:
2. Fir-rigward tal-objettiv imsemmi fil-punt (f) tal-Artikolu 56 u fil-punt (h) tal-Artikolu 59, fil-Pjan Strateġiku tal-PAK tagħhom l-Istati Membri għandhom jagħżlu tip ta' intervent wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:
Emenda 421 Proposta għal regolament Artikolu 60 – paragrafu 2 – punt b
(b) l-investimenti f'assi tanġibbli u intanġibbli li jagħmlu l-ġestjoni tal-volumi mqiegħda fis-suq aktar effiċjenti;
(b) l-investimenti f'assi tanġibbli u intanġibbli li jagħmlu l-ġestjoni tal-volumi mqiegħda fis-suq aktar effiċjenti u l-aġġustament aħjar għall-provvista u d-domanda;
Emenda 422 Proposta għal regolament Artikolu 60 – paragrafu 2 – punt c
(c) il-ħżin kollettiv tal-prodotti magħmula mill-organizzazzjoni tal-produtturi jew mill-membri tal-organizzazzjoni tal-produtturi;
(c) il-ħżin kollettiv tal-prodotti magħmula mill-organizzazzjoni tal-produtturi jew mill-membri tal-organizzazzjoni tal-produtturi, kif ukoll it-trattament ta' prodotti biex jiġi ffaċilitat il-ħżin tagħhom;
Emendi 423 u 826cp Proposta għal regolament Artikolu 60 – paragrafu 2 – punt d
(d) it-tħawwil mill-ġdid ta' msaġar fejn meħtieġ wara li s-siġar jinqalgħu b'mod obbligatorju għal raġunijiet ta' saħħa jew fitosanitarji fuq istruzzjoni tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru jew għall-adattament għat-tibdil fil-klima;
(d) it-tħawwil mill-ġdid ta' msaġar jew imsaġar taż-żebbuġ fejn meħtieġ wara li s-siġar jinqalgħu b'mod obbligatorju għal raġunijiet ta' saħħa jew fitosanitarji fuq istruzzjoni tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru jew għall-adattament għat-tibdil fil-klima;
Emenda 424 Proposta għal regolament Artikolu 60 – paragrafu 2 – punt da (ġdid)
(da) l-appoġġ ta' miżuri għas-saħħa u l-benessri tal-annimali;
Emenda 425 Proposta għal regolament Artikolu 60 – paragrafu 2 – punt db (ġdid)
(db) ripopolazzjoni tal-bhejjem wara qtil obbligatorju għal raġunijiet ta' saħħa jew telf li jirriżulta minn diżastri naturali;
Emenda 426 Proposta għal regolament Artikolu 60 – paragrafu 2 – punt dc (ġdid)
(dc) it-titjib tar-riżorsi ġenetiċi;
Emenda 427 Proposta għal regolament Artikolu 60 – paragrafu 2 – punt dd (ġdid)
(dd) l-estensjoni tal-waqfa sanitarja obbligatorja f'azjendi li tirriżulta minn kriżijiet li ġejjin minn mard tal-annimali;
Emenda 826cp Proposta għal regolament Artikolu 60 – paragrafu 2 – punt h
(h) l-assigurazzjoni tal-ħsad u tal-produzzjoni li tikkontribwixxi għas-salvagwardja tal-introjti tal-produtturi meta jkun hemm telf bħala konsegwenza ta' diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi avversi, mard jew infestazzjonijiet mill-organiżmi ta' ħsara u fl-istess ħin tiżgura li l-benefiċjarji jieħdu l-miżuri meħtieġa ta' prevenzjoni tar-riskju.
h) l-assigurazzjoni tal-ħsad u tal-produzzjoni li tikkontribwixxi għas-salvagwardja tal-introjti tal-produtturi meta jkun hemm telf bħala konsegwenza ta' diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi avversi, mard jew infestazzjonijiet mill-organiżmi ta' ħsara u fl-istess ħin tiżgura li l-benefiċjarji kollha jieħdu l-miżuri meħtieġa ta' prevenzjoni tar-riskju. Ma għandha tingħata l-ebda assigurazzjoni sakemm il-produtturi ma jiħdux, b'mod attiv, miżuri biex jimminimizzaw ir-riskji tagħhom.
Emenda 428 Proposta għal regolament Artikolu 61 – paragrafu 7
7. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-interventi marbuta mal-objettiv imsemmi fil-punt (h) tal-Artikolu 59 ma jaqbżux terz min-nefqa totali taħt il-programmi operattivi tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew tal-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi.
7. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-interventi marbuta mal-objettiv imsemmi fil-punt (h) tal-Artikolu 59 ma jaqbżux 50 % tan-nefqa totali taħt il-programmi operattivi tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew tal-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi.
Emenda 429 Proposta għal regolament Artikolu 62 – titolu
Fondi operattivi
Fondi operattivi minn organizzazzjonijiet tal-produtturi
1a. Il-limitu ta' 50 % previst fil-paragrafu 1 għandu jiżdied għal 60 % għal organizzazzjonijiet tal-produtturi jew assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għall-ewwel ħames snin wara s-sena tar-rikonoxximent, u għal organizzazzjonijiet tal-produtturi li joperaw esklussivament f'żoni b'restrizzjonijiet naturali.
Emenda 431 Proposta għal regolament Artikolu 64 – paragrafu 1 – punt a
(a) impenji għall-ġestjoni ambjentali, klimatika u oħrajn;
(a) miżuri ta' sostenibbiltà agroambjentali, mitigazzjoni u adattament għat-tibdilfil-klima u impenji oħrajn relatati mal-ġestjoni;
Emenda 432 Proposta għal regolament Artikolu 64 – paragrafu 1 – punt e
(e) l-installazzjoni tal-bdiewa żgħażagħ u l-bidu tan-negozji rurali;
(e) l-installazzjoni ta' bdiewa żgħażagħ, bdiewa ġodda u l-biduu l-iżviluppta' negozji rurali sostenibbli;
Emenda 433 Proposta għal regolament Artikolu 64 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)
(ea) in-nisa fiż-żoni rurali;
Emenda 434 Proposta għal regolament Artikolu 64 – paragrafu 1 – punt h
(h) l-iskambju tal-għarfien u l-informazzjoni;
(h) l-iskambju tal-għarfien u l-informazzjoni; u
Emendi 435, 1123cp u 1165cp2 Proposta għal regolament Artikolu 64 – paragrafu 1 – punt ha (ġdid)
(ha) l-installazzjoni ta' teknoloġiji diġitali;
Emenda 1133 Proposta għal regolament Artikolu 65
Artikolu 65
Artikolu 65
Impenji għall-ġestjoni ambjentali, klimatika u oħrajn
Miżuri ta' sostenibbiltà agroambjentali, mitigazzjoni u adattament għat-tibdil fil-klima u impenji oħra ta' ġestjoni li huma ta' benefiċċju għall-ambjent
1. L-Istati Membri jistgħu jagħtu pagamenti għall-impenji għall-ġestjoni ambjentali, klimatika u oħrajn bil-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu u kif speċifikat aktar fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom.
1. L-Istati Membri jistgħu jagħtu pagamenti għall-prattiki agroambjentali sostenibbli, għall-mitigazzjoni u l-adattament klimatiku, inkluża l-ġestjoni tar-riskji naturali, għall-impenji ta' ġestjoni oħrajn, bħall-forestrija, il-protezzjoni u t-titjib tar-riżorsi ġenetiċi, u s-saħħa u l-benessri tal-annimali, bil-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu u kif speċifikat aktar fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom.
2. Fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom, l-Istati Membri għandhom jinkludu impenji agroambjentali klimatiċi.
2. Fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom, l-Istati Membri għandhom jinkludu impenji agroambjentali klimatiċi.
3. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu l-appoġġ taħt dan it-tip ta' interventi disponibbli fit-territorji tagħhom kollha, skont il-ħtiġijiet speċifiċi nazzjonali, reġjonali jew lokali tagħhom.
3. L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-appoġġ taħt dan it-tip ta' interventi disponibbli fit-territorji tagħhom kollha, skont il-ħtiġijiet speċifiċi nazzjonali, reġjonali jew lokali tagħhom. Dak l-appoġġ għandu jkun limitat għall-ammonti massimi stabbiliti fl-Anness IXaa.
4. L-Istati Membri għandhom jagħtu pagamenti biss lill-bdiewa u lil benefiċjarji oħra li, fuq bażi volontarja, jieħdu impenji ta' ġestjoni li jitqiesu ta' benefiċċju għall-kisba tal-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1).
4. L-Istati Membri għandhom jagħtu pagamenti biss lill-bdiewa, lil gruppi ta' bdiewa u lil maniġers tal-art oħra li, fuq bażi volontarja, jieħdu impenji ta' ġestjoni, bħall-protezzjoni xierqa ta' artijiet mistagħdra u ħamrija organika, li jitqiesu ta' benefiċċju għall-kisba tal-objettivi speċifiċi rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 6(1). Tista' tingħata prijorità lil skemi li jkunu speċifikament immirati lejn l-indirizzar ta' kundizzjonijiet u ħtiġijiet ambjentali lokali u li jikkontribwixxu, meta xieraq, biex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti fil-leġiżlazzjoni elenkata fl-Anness XI.
5. Taħt dan it-tip ta' interventi, l-Istati Membri għandhom jipprovdu biss pagamenti li jkopru l-impenji li:
5. Taħt dan it-tip ta' interventi, l-Istati Membri għandhom jipprovdu biss pagamenti li jkopru l-impenji li:
(a) imorru lil hinn mir-rekwiżiti statutorji ta' ġestjoni rilevanti u l-istandards ta' kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu I ta' dan it-Titolu;
(a) imorru lil hinn mir-rekwiżiti statutorji ta' ġestjoni rilevanti u l-istandards ta' kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu I ta' dan it-Titolu;
(b) imorru lil hinn mir-rekwiżiti minimi għall-użu tal-fertilizzanti u l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, il-benessri tal-annimali, kif ukoll kull rekwiżit obbligatorju stabbilit mill-liġi nazzjonali u mid-dritt tal-Unjoni;
(b) imorru lil hinn mir-rekwiżiti minimi rilevanti għall-użu tal-fertilizzanti u l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, il-benessri tal-annimali, il-prevenzjoni tar-reżistenza għall-antimikrobiċi, kif ukoll kull rekwiżit obbligatorju rilevanti stabbilit mil-liġi tal-Unjoni;
(c) imorru lil hinn mill-kundizzjonijiet stabbiliti għaż-żamma taż-żona agrikola skont il-punt (a) tal-Artikolu 4(1);
(c) imorru lil hinn mill-kundizzjonijiet stabbiliti għaż-żamma taż-żona agrikola skont il-punt (a) tal-Artikolu 4(1);
(d) huma differenti mill-impenji li fir-rigward tagħhom jingħataw il-pagamenti skont l-Artikolu 28.
(d) ikunu differenti minn jew komplementari mal-impenji li fir-rigward tagħhom jingħataw il-pagamenti skont l-Artikolu 28, filwaqt li jiżguraw li ma jkun hemm l-ebda finanzjament doppju.
6. L-Istati Membri għandhom jikkumpensaw lill-benefiċjarji għall-ispejjeż imġarrba u l-introjtu mitluf minħabba l-impenji meħuda. Fejn meħtieġ, dawn jistgħu jkopru ukoll l-ispejjeż tat-tranżazzjoni. Fil-każijiet debitament ġustifikati, l-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ bħala rata fissa jew bħala pagament ta' darba għal kull unità. Il-pagamenti għandhom jingħataw darba fis-sena.
6. L-Istati Membri għandhom jikkumpensaw lill-benefiċjarji għall-ispejjeż imġarrba u l-introjtu mitluf minħabba l-impenji meħuda. L-Istati Membri għandhom jipprovdu wkoll inċentiv finanzjarju lill-benefiċjarji u, meta meħtieġ, dawn jistgħu jkopru wkoll l-ispejjeż tat-tranżazzjoni. Fil-każijiet debitament ġustifikati, l-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ bħala rata fissa jew bħala pagament ta' darba għal kull unità, jew għal kull ettaru ta' erja tal-wiċċ jew għal kull unità oħra identifikata abbażi tan-natura tal-impenn. L-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ annwali għall-programmi diretti lejn azjenda agrikola sħiħa għat-trasformazzjoni olistika tas-sistemi tal-biedja lejn l-objettivi ta' dan il-paragrafu . Il-pagamenti għandhom jingħataw darba fis-sena.
6a. Il-livell ta' pagamenti għandu jvarja skont il-livell ta' ambizzjoni tas-sostenibbiltà ta' kull prattika jew sett ta' prattiki, abbażi ta' kriterji mhux diskriminatorji, sabiex jingħata inċentiv effettiv għall-parteċipazzjoni. L-Istati Membri jistgħu wkoll jiddifferenzjaw il-pagamenti skont in-natura tar-restrizzjonijiet li jaffettwaw l-attivitajiet agrikoli bħala riżultat tal-impenji meħuda, u skont is-sistemi differenti ta' biedja.
7. L-Istati Membri jistgħu jippromwovu u jappoġġaw l-iskemi kollettivi u l-iskemi ta' pagamenti bbażati fuq ir-riżultati sabiex iħeġġu lill-bdiewa jsaħħu b'mod sinifikanti l-kwalità tal-ambjent fuq skala akbar u b'mod li jista' jitkejjel.
7. L-Istati Membri jistgħu jippromwovu u jappoġġaw l-iskemi kollettivi volontarji, u taħlita ta' impenji għall-ġestjoni fl-għamla ta' skemi mmexxija fuq livell lokali, u l-iskemi ta' pagamenti bbażati fuq ir-riżultati, inkluż permezz ta' approċċ territorjali, sabiex iħeġġu lill-bdiewa u lil gruppi ta' bdiewa jsaħħu b'mod sinifikanti l-kwalità tal-ambjent fuq skala akbar u b'mod li jista' jitkejjel. Huma għandhom idaħħlu fis-seħħ il-mezzi kollha meħtieġa f'termini ta' pariri, taħriġ u trasferiment ta' għarfien biex jgħinu lill-bdiewa li jibdlu s-sistemi ta' produzzjoni tagħhom.
8. L-impenji għandhom jittieħdu għal perjodu ta' minn ħames sa seba' snin. Madankollu, fejn ikun meħtieġ biex jinkisbu jew jinżammu ċerti benefiċċji ambjentali mixtieqa, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu perjodu itwal fil-Pjan Strateġiku tal-PAK għal tipi ta' impenji partikolari, inkluż billi tiġi prevista l-estensjoni annwali tagħhom wara t-terminazzjoni tal-perjodu inizjali. F'każijiet eċċezzjonali u debitament ġustifikati, u għal impenji ġodda li jittieħdu eżatt wara l-impenn imwettaq fil-perjodu inizjali, l-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw perjodu iqsar fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom.
8. L-impenji għandhom normalment jittieħdu għal perjodu ta' minn ħames sa seba' snin. Madankollu, meta jkun meħtieġ biex jinkisbu jew jinżammu ċerti benefiċċji ambjentali mixtieqa, inkluż billi titqies in-natura tal-forestrija fit-tul, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu perjodu itwal fil-Pjan Strateġiku tal-PAK għal tipi ta' impenji partikolari, inkluż billi tiġi prevista l-estensjoni annwali tagħhom wara t-terminazzjoni tal-perjodu inizjali. F'każijiet eċċezzjonali u debitament ġustifikati, u għal impenji ġodda li jittieħdu eżatt wara l-impenn imwettaq fil-perjodu inizjali, l-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw perjodu iqsar fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom.
9. Meta l-appoġġ taħt dan it-tip ta' interventi jingħata lill-impenji agroambjentali klimatiċi, lill-impenji għall-konverżjoni jew għaż-żamma tal-prattiki u l-metodi tal-biedja organika kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 834/2007 u lis-servizzi ambjentali u klimatiċi tal-foresti, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu pagament għal kull ettaru.
9. Meta l-appoġġ taħt dan it-tip ta' interventi jingħata lill-impenji agroambjentali klimatiċi, inkluż lill-impenji għall-konverżjoni jew għaż-żamma tal-prattiki u l-metodi tal-biedja organika kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 834/2007, il-Ġestjoni Integrata tal-Pesti, il-protezzjoni tas-sistemi ta' agroforestrija, u lis-servizzi ambjentali u klimatiċi tal-foresti, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu pagament għal kull ettaru ta' erja tal-wiċċ jew għal kull unità oħra identifikata abbażi tan-natura tal-impenn.
10. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni li jkunu qed iwettqu operazzjonijiet taħt dan it-tip ta' interventi jkollhom aċċess għall-għarfien u għall-informazzjoni meħtieġa biex jiġu implimentati tali operazzjonijiet.
10. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni li jkunu qed iwettqu operazzjonijiet taħt dan it-tip ta' interventi jkollhom aċċess għall-għarfien rilevanti u l-informazzjoni meħtieġa biex jiġu implimentati tali operazzjonijiet, u li jkun disponibbli taħriġ xieraq għal dawk li jirrikjeduh, kif ukoll aċċess għall-għarfien espert sabiex jgħin lill-bdiewa li jimpenjaw ruħhom li jibdlu s-sistemi tal-produzzjoni tagħhom.
11. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-interventi skont dan l-Artikolu jkunu konsistenti ma' dawk mogħtija skont l-Artikolu 28.
11. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-interventi skont dan l-Artikolu jkunu konsistenti ma' dawk mogħtija skont l-Artikolu 28.
Emendi 448 u 1166cp1 Proposta għal regolament Artikolu 66 – paragrafu 1
1. L-Istati Membri jistgħu jagħtu pagamenti għar-restrizzjonijiet naturali jew restrizzjonijiet speċifiċi oħrajn taż-żona bil-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu u kif speċifikati aktar fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom bl-għan li jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 6(1).
1. L-Istati Membri jistgħu jagħtu pagamenti għar-restrizzjonijiet naturali jew għal restrizzjonijiet territorjali speċifiċi oħra, inkluż għal żoni muntanjużi u reġjuni insulari, bil-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu u kif speċifikati aktar fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom bl-għan li jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-objettivi speċifiċi rilevanti msemmija fl-Artikolu 6(1).
Emendi 449 u 1162cp2 Proposta għal regolament Artikolu 66 – paragrafu 2
2. Dawn il-pagamenti għandhom jingħataw lill-bdiewa ġenwini fir-rigward taż-żoni deżinjati skont l-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.
2. Dawn il-pagamenti għandhom jingħataw lill-bdiewa attivi fir-rigward taż-żoni deżinjati, skont l-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, kif ukoll fir-rigward ta' żoni affettwati mill-gwerra fir-Repubblika tal-Kroazja.
Emendi 450 u 1162cp2 Proposta għal regolament Artikolu 66 – paragrafu 2a (ġdid)
2a. Fil-każ ta' persuna ġuridika, jew grupp ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-Istati Membri jistgħu japplikaw l-appoġġ fil-livell tal-membri ta' dawk il-persuni jew gruppi ġuridiċi meta l-liġi nazzjonali tipprevedi li l-membri individwali jassumu d-drittijiet u l-obbligi komparabbli għal dawk ta' bdiewa individwali li jkollhom l-istatus ta' kap ta' azjenda, b'mod partikolari fir-rigward tal-istatus ekonomiku, soċjali u tat-tassazzjoni tagħhom, bil-kundizzjoni li jkunu kkontribwew għat-tisħiħ tal-istrutturi agrikoli tal-persuni jew gruppi ġuridiċi kkonċernati.
Emenda 451 Proposta għal regolament Artikolu 66 – paragrafu 3
3. L-Istati Membri jistgħu biss jagħtu pagamenti taħt dan it-tip ta' interventi sabiex jikkumpensaw lill-benefiċjarji għall-ispejjeż addizzjonali kollha jew parti minnhom u għall-introjtu mitluf relatati mar-restrizzjonijiet naturali jew ir-restrizzjonijiet speċifiċi oħrajn taż-żona kkonċernata.
3. L-Istati Membri jistgħu biss jagħtu pagamenti taħt dan it-tip ta' interventi sabiex jikkumpensaw lill-benefiċjarji għall-ispejjeż addizzjonali kollha jew parti minnhom u għall-introjtu mitluf relatati mar-restrizzjonijiet naturali jew ir-restrizzjonijiet speċifiċi oħrajn taż-żona kkonċernata. Dawn jistgħu jipprovdu wkoll inċentiv finanzjarju għall-benefiċjarji biex ikomplu l-biedja f'dawn iż-żoni. L-ammont ta' appoġġ jista' jiġi aġġustat biex titqies is-severità tal-limitazzjonijiet naturali li jaffettwaw l-attività agrikola u s-sistema agrikola. Il-pagamenti jistgħu wkoll, meta rilevanti, iqisu fatturi soċjoekonomiċi u ambjentali. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kalkoli jkunu adegwati, preċiżi u stabbiliti minn qabel abbażi ta' metodu ta' kalkolu ġust.
4. L-ispejjeż addizzjonali u l-introjtu mitluf kif imsemmi fil-paragrafu 3 għandhom jiġu kkalkulati fir-rigward tar-restrizzjonijiet naturali jew ir-restrizzjonijiet speċifiċi għaż-żona, bi tqabbil ma' żoni li mhumiex affettwati minn restrizzjonijiet naturali jew restrizzjonijiet oħra speċifiċi għaż-żona.
4. L-ispejjeż addizzjonali u l-introjtu mitluf kif imsemmi fil-paragrafu 3 għandhom jiġu kkalkulati fir-rigward tar-restrizzjonijiet naturali jew ir-restrizzjonijiet speċifiċi għaż-żona, bi tqabbil ma' żoni li mhumiex affettwati minn restrizzjonijiet naturali jew restrizzjonijiet oħra speċifiċi għaż-żona. L-ammont ta' pagamenti jista' jiġi aġġustat biex titqies is-severità tal-limitazzjonijiet li jaffettwaw l-attività agrikola tas-sistemi ta' produzzjoni differenti. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu soll ta' pagament minimu li taħtu ma jingħatawx pagamenti. Il-pagamenti li jingħataw jistgħu jqisu wkoll, fejn rilevanti, kriterji soċjoekonomiċi u ambjentali.
Emenda 452 Proposta għal regolament Artikolu 66 – paragrafu 5
5. Il-pagamenti għandhom jingħataw kull sena għal kull ettaru taż-żona.
5. Il-pagamenti għandhom jingħataw kull sena għal kull ettaru taż-żona u għandhom ikunu limitati għall-ammonti minimi u massimi stabbiliti fl-Anness IXaa.
Emenda 1124 Proposta għal regolament Artikolu 67
Artikolu 67
Artikolu 67
Żvantaġġi speċifiċi għaż-żona li jirriżultaw minn ċerti rekwiżiti obbligatorji
Żvantaġġi speċifiċi għaż-żona li jirriżultaw minn ċerti rekwiżiti obbligatorji
1. L-Istati Membri jistgħu jagħtu pagamenti għall-iżvantaġġi speċifiċi għaż-żona imposti minn rekwiżiti li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tad-Direttivi 92/43/KEE u 2009/147/KE jew id-Direttiva 2000/60/KE bil-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu u kif speċifikati aktar fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom bl-għan li jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1).
1. L-Istati Membri jistgħu jagħtu pagamenti għall-iżvantaġġi speċifiċi għaż-żona imposti minn rekwiżiti li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tad-Direttivi 92/43/KEE u 2009/147/KE jew id-Direttiva 2000/60/KE bil-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu u kif speċifikati aktar fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom bl-għan li jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi speċifiċi rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 6(1).
2. Dawn il-pagamenti jistgħu jingħataw lil-bdiewa, lid-detenturi tal-foresti u maniġers tal-art oħra fir-rigward taż-żoni bi żvantaġġi msemmija fil-paragrafu 1.
2. Dawn il-pagamenti jistgħu jingħataw lill-bdiewa, lil gruppi ta' bdiewa, lid-detenturi ta' foresti u lil gruppi ta' detenturi ta' foresti, sidien ta' foresti u gruppi ta' sidien ta' foresti. F'każijiet debitament ġustifikati jistgħu jingħataw ukoll lil maniġers tal-art oħra.
2a. Fil-każ ta' persuna ġuridika jew grupp ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-Istati Membri jistgħu japplikaw l-appoġġ fil-livell tal-membri ta' dawk il-persuni jew gruppi ġuridiċi fejn il-liġi nazzjonali tipprevedi li l-membri individwali jassumu drittijiet u obbligi komparabbli għal dawk ta' bdiewa individwali li jkollhom l-istatus ta' kap ta' azjenda, b'mod partikolari fir-rigward tal-istatus ekonomiku, soċjali u fiskali tagħhom, bil-kundizzjoni li jkunu kkontribwew għat-tisħiħ tal-istrutturi agrikoli tal-persuni jew il-gruppi ġuridiċi kkonċernati.
3. Meta jiddefinixxu ż-żoni bi żvantaġġi l-Istati Membri jistgħu jinkludu ż-żoni li ġejjin:
3. Meta jiddefinixxu ż-żoni bi żvantaġġi l-Istati Membri jistgħu jinkludu ż-żoni li ġejjin:
(a) żoni agrikoli u tal-foresti tan-Natura 2000 identifikati skont id-Direttivi 92/43/KEE u 2009/147/KE;
(a) żoni agrikoli u tal-foresti tan-Natura 2000 identifikati skont id-Direttivi 92/43/KEE u 2009/147/KE;
(b) żoni oħra delimitati ta' protezzjoni tan-natura b'restrizzjonijiet ambjentali applikabbli għall-biedja jew għall-foresti li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 10 tad-Direttiva 92/43/KEE, dment li dawn iż-żoni ma jaqbżux 5 % taż-żoni deżinjati tan-Natura 2000 koperti bil-kamp ta' applikazzjoni territorjali ta' kull Pjan Strateġiku tal-PAK;
(b) żoni oħra delimitati ta' protezzjoni tan-natura b'restrizzjonijiet ambjentali applikabbli għall-biedja jew għall-foresti li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 10 tad-Direttiva 92/43/KEE, dment li dawn iż-żoni ma jaqbżux 5 % taż-żoni deżinjati tan-Natura 2000 koperti bil-kamp ta' applikazzjoni territorjali ta' kull Pjan Strateġiku tal-PAK;
(c) żoni agrikoli inklużi fil-pjanijiet ta' ġestjoni tal-baċiri idrografiċi skont id-Direttiva 2000/60/KE.
(c) żoni agrikoli inklużi fil-pjanijiet ta' ġestjoni tal-baċiri idrografiċi skont id-Direttiva 2000/60/KE.
4. L-Istati Membri jistgħu biss jagħtu pagamenti taħt dan it-tip ta' interventi sabiex jikkumpensaw lill-benefiċjarji għall-ispejjeż addizzjonali kollha jew parti minnhom u għall-introjtu mitluf relatati mal-iżvantaġġi speċifiċi għaż-żona kkonċernata.
4. L-Istati Membri jistgħu biss jagħtu pagamenti taħt dan it-tip ta' interventi sabiex jikkumpensaw lill-benefiċjarji għall-ispejjeż addizzjonali kollha jew parti minnhom u għall-introjtu mitluf relatati mal-iżvantaġġi speċifiċi għaż-żona kkonċernata.
5. L-ispejjeż addizzjonali u l-introjtu mitluf kif imsemmi fil-paragrafu 4 għandhom jiġu ikkalkulati:
5. L-ispejjeż addizzjonali u l-introjtu mitluf kif imsemmi fil-paragrafu 4 għandhom jiġu kkalkulati:
(a) fir-rigward tar-restrizzjonijiet li jirriżultaw mid-Direttivi 92/43/KEE u 2009/147/KE, b'rabta mal-iżvantaġġi li jirriżultaw mir-rekwiżiti li jmorru lil hinn mill-istandards rilevanti ta' kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu 1 ta' dan it-Titolu ta' dan ir-Regolament kif ukoll il-kundizzjonijiet stabbiliti għaż-żamma taż-żona agrikola f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 4(1) ta' dan ir-Regolament;
(a) fir-rigward tar-restrizzjonijiet li jirriżultaw mid-Direttivi 92/43/KEE u 2009/147/KE, b'rabta mal-iżvantaġġi li jirriżultaw mir-rekwiżiti li jmorru lil hinn mill-istandards rilevanti ta' kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu 1 ta' dan it-Titolu ta' dan ir-Regolament kif ukoll il-kundizzjonijiet stabbiliti għaż-żamma taż-żona agrikola f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 4(1) ta' dan ir-Regolament;
(b) fir-rigward tar-restrizzjonijiet li jirriżultaw mid-Direttiva 2000/60/KE, b'rabta mal-iżvantaġġi li jirriżultaw mir-rekwiżiti li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti statutorji rilevanti ta' ġestjoni, għajr għall-SMR 2 kif imsemmi fl-Anness III, u mill-istandards ta' kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu I ta' dan it-Titolu kif ukoll il-kundizzjonijiet stabbiliti għaż-żamma taż-żona agrikola f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 4(1) ta' dan ir-Regolament.
(b) fir-rigward tar-restrizzjonijiet li jirriżultaw mid-Direttiva 2000/60/KE, b'rabta mal-iżvantaġġi li jirriżultaw mir-rekwiżiti li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti statutorji rilevanti ta' ġestjoni, għajr għall-SMR 1 kif imsemmi fl-Anness III, u mill-istandards ta' kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu I ta' dan it-Titolu kif ukoll il-kundizzjonijiet stabbiliti għaż-żamma taż-żona agrikola f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 4(1) ta' dan ir-Regolament.
6. Il-pagamenti għandhom jingħataw kull sena għal kull ettaru taż-żona.
6. Il-pagamenti għandhom jingħataw kull sena għal kull ettaru taż-żona u għandhom ikunu limitati għall-ammonti massimi stabbiliti fl-Anness IXaa.
Emenda 1139 Proposta għal regolament Artikolu 68
Artikolu 68 Investimenti
Artikolu 68 Investimenti
1. L-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ għall-investimenti bil-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu u kif speċifikat aktar fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom.
1. L-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ għall-investimenti bil-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu u kif speċifikat aktar fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom.
1a. Sabiex l-operazzjonijiet ta' investiment ikunu eliġibbli għall-appoġġ tal-FAEŻR, dawn għandhom ikunu preċeduti minn valutazzjoni tal-impatt ambjentali mistenni f'konformità mal-liġi speċifika għal dak it-tip ta' investiment fejn l-investiment x'aktarx li jkollu effetti negattivi fuq l-ambjent.
2. L-Istati Membri jistgħu biss jagħtu appoġġ taħt dan it-tip ta' interventi għall-investimenti tanġibbli u/jew intanġibbli, li jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6. L-appoġġ lis-settur tal-forestrija għandu jkun ibbażat fuq pjan ta' ġestjoni tal-foresti jew strument ekwivalenti.
2. L-Istati Membri jistgħu biss jagħtu appoġġ taħt dan it-tip ta' interventi għall-investimenti tanġibbli u/jew intanġibbli, inkluż fil-forma kollettiva, li jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi speċifiċi rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 6. L-appoġġ lis-settur tal-forestrija għandu jkun ibbażat fuq pjan ta' ġestjoni tal-foresti li jinkludi l-ħtieġa li jitħawlu speċijiet adattati għall-ekosistemi lokali, jew strument ekwivalenti fil-każ ta' azjendi li jaqbżu ċertu daqs li għandu jiġi ddeterminat mill-Istat Membru.
2a. L-Istati Membri għandhom jallokaw mill-inqas 30 % tal-appoġġ imsemmi f'dan l-Artikolu għal investimenti għal skopijiet relatati mal-ambjent u l-klima li jikkontribwixxu għall-objettivi msemmija fil-punti (d), (e) u (f) tal-Artikolu 6(1). L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu prijoritajiet għal dawk l-investimenti permezz ta' appoġġ ogħla, evalwazzjoni ta' punteġġ ogħla u kriterji oġġettivi oħra b'effett simili.
L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu wkoll prijorità għall-investimenti magħmula minn bdiewa żgħażagħ skont dan l-Artikolu.
3.
3.
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu lista ta' investimenti u kategoriji ta' nefqa mhux eliġibbli, inkluż mill-inqas dawn li ġejjin:
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu lista ta' investimenti u kategoriji ta' nefqa mhux eliġibbli, inkluż mill-inqas dawn li ġejjin:
(a) ix-xiri ta' drittijiet għall-produzzjoni agrikola;
(a) ix-xiri ta' drittijiet għall-produzzjoni agrikola;
(b) ix-xiri ta' intitolamenti għal pagament;
(b) ix-xiri ta' intitolamenti għal pagament;
(c) ix-xiri ta' art għajr ix-xiri tal-art għall-konservazzjoni ambjentali jew l-art mixtrija minn bdiewa żgħażagħ permezz tal-użu ta' strumenti finanzjarji;
(c) ix-xiri ta' art għajr ix-xiri tal-art għall-konservazzjoni ambjentali jew l-art mixtrija minn bdiewa żgħażagħ permezz tal-użu ta' strumenti finanzjarji;
(d) ix-xiri ta' annimali, pjanti annwali u t-tħawwil tagħhom għajr għall-iskop ta' restawr tal-potenzjal agrikolu jew forestali wara diżastru naturali u avvenimenti katastrofiċi;
(d) ix-xiri ta' annimali, ħlief dawk użati minflok magni għall-konservazzjoni tal-pajsaġġ u għall-protezzjoni minn predaturi kbar;
(da) ix-xiri ta' pjanti annwali u t-tħawwil tagħhom għajr għall-iskop ta' restawr tal-potenzjal agrikolu jew forestali wara diżastru naturali u avvenimenti katastrofiċi;
(e) ir-rata tal-imgħax fuq id-dejn, ħlief fir-rigward ta' għotjiet mogħtija fil-forma ta' sussidju għar-rata tal-imgħax jew sussidju għat-tariffa ta' garanzija;
(e) ir-rata tal-imgħax fuq id-dejn, ħlief fir-rigward ta' għotjiet mogħtija fil-forma ta' sussidju għar-rata tal-imgħax jew sussidju għat-tariffa ta' garanzija;
(f) l-investimenti fl-irrigazzjoni li ma jkunux konsistenti mal-kisba ta' status tajjeb tal-korpi tal-ilma, kif stabbilit fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2000/60/KE, inkluż l-espansjoni tal-irrigazzjoni li taffettwa l-korpi tal-ilma li l-istatus tagħhom ikun ġie definit bħala inqas minn tajjeb fil-pjan ta' ġestjoni tal-baċiri idrografiċi rilevanti.
(g) l-investimenti f'infrastrutturi kbar li ma jkunux parti mill-istrateġiji ta' żvilupp lokali;
(g) l-investimenti f'infrastrutturi kbar li ma jkunux parti mill-istrateġiji ta' żvilupp lokali; L-Istati Membri jistgħu jipprevedu wkoll derogi speċifiċi għal investimenti fil-broadband meta jiġu previsti kriterji ċari li jiżguraw il-komplementarjetà mal-appoġġ taħt strumenti oħra tal-Unjoni;
(h) l-investimenti fl-afforestazzjoni li ma jkunux konsistenti mal-objettivi klimatiċi u ambjentali f'konformità mal-prinċipji tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti, kif żviluppati fil-Linji Gwida Pan-Ewropej għall-Afforestazzjoni u għar-Riforestazzjoni.
(h) l-investimenti fl-afforestazzjoni li ma jkunux konsistenti mal-objettivi klimatiċi u ambjentali f'konformità mal-prinċipji tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti, kif żviluppati fil-Linji Gwida Pan-Ewropej għall-Afforestazzjoni u għar-Riforestazzjoni.
(ha) investimenti li ma jkunux konsistenti mal-leġiżlazzjoni dwar is-saħħa u l-benessri tal-annimali jew mad-Direttiva 91/676/KEE;
(hb) investimenti fil-produzzjoni tal-bijoenerġija li mhumiex konsistenti mal-kriterji ta' sostenibbiltà tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli.
Il-punti (a), (b), (d) u (g) tal-ewwel subparagrafu ma għandhomx japplikaw fejn jiġi provdut appoġġ permezz ta' strumenti finanzjarji.
Il-punti (a), (b), (d) u (g) tal-ewwel subparagrafu ma għandhomx japplikaw fejn jiġi provdut appoġġ permezz ta' strumenti finanzjarji.
B'deroga mill-punti (a) sa (h) tal-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu derogi f'reġjuni insulari, inklużi r-reġjuni ultraperiferiċi, biex jiġu indirizzati l-iżvantaġġi marbuta mal-insularità u l-pożizzjoni remota.
4.
4.
L-Istati Membri għandhom jillimitaw l-appoġġ għar-rata massima ta' 75 % tal-ispejjeż eliġibbli.
L-Istati Membri għandhom jillimitaw l-appoġġ għar-rata massima tal-ispejjeż eliġibbli stabbilita fl-Anness IXaa.
Ir-rata massima tal-appoġġ tista' tiġi miżjuda għall-investimenti li ġejjin:
Ir-rata massima tal-appoġġ tista' tiġi miżjuda għall-investimenti li ġejjin:
(a) investimenti għall-afforestazzjoni u mhux produttivi marbuta mal-objettivi speċifiċi relatati mal-ambjent u mal-klima stabbiliti fil-punti (d), (e) u (f) tal-Artikolu 6(1);
(a) afforestazzjoni, twaqqif ta' sistemi agroforestali u investimenti mhux produttivi, inkluża l-konsolidazzjoni tal-art, marbuta mal-objettivi speċifiċi relatati mal-ambjent u mal-klima stabbiliti fil-punti (d), (e) u (f) tal-Artikolu 6(1);
(c) investimenti fir-restawr tal-potenzjal agrikolu jew forestali wara diżastri naturali jew avvenimenti katastrofiċi u investimenti f'azzjonijiet preventivi xierqa fil-foresti u fl-ambjent rurali.
(c) investimenti fir-restawr tal-potenzjal agrikolu jew forestali li tkun saritlu ħsara wara nirien u diżastri naturali jew avvenimenti katastrofiċi oħra, inklużi maltempati, għargħar, organiżmi ta' ħsara u mard, kif ukoll ir-restawr tal-foresti permezz tat-tneħħija tal-mini, u investimenti f'azzjonijiet preventivi xierqa fil-foresti u fl-ambjent rurali, kif ukoll investimenti biex tinżamm is-saħħa tal-foresti;
(ca) investimenti f'tekniki u sistemi ta' produzzjoni innovattivi li jikkontribwixxu simultanjament għall-objettivi msemmija fil-punti (a), (b), (d), (e) u (f) tal-Artikolu 6(1);
(cb) l-investimenti fil-protezzjoni tal-merħliet kontra l-predaturi;
(cc) investimenti fir-reġjuni ultraperiferiċi u ż-żoni b'restrizzjonijiet naturali, inklużi r-reġjuni muntanjużi u insulari;
Emenda 475 Proposta għal regolament Artikolu 68a (ġdid)
Artikolu 68a
Investimenti fl-irrigazzjoni
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 68 ta' dan ir-Regolament, fil-każ ta' irrigazzjoni f'żoni ta' irrigazzjoni u skulati ġodda u eżistenti, l-investimenti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu biss għandhom jitqiesu bħala nefqa eliġibbli.
2. Pjan ta' ġestjoni tal-baċir ta' xmara, kif meħtieġ skont it-termini tad-Direttiva 2000/60/KE, kellu jkun innotifikat lill-Kummissjoni għaż-żona kollha li fiha se jsir l-investiment, kif ukoll fi kwalunkwe żona oħra fejn l-ambjent tagħha jista' jiġi affettwat mill-investiment. Il-miżuri li jidħlu fis-seħħ taħt il-pjan ta' ġestjoni tal-baċir tax-xmara skont l-Artikolu 11 ta' dik id-Direttiva u tar-rilevanza għas-settur agrikolu kellhom jiġu speċifikati fil-programm ta' miżuri rilevanti;
3. Ikun fis-seħħ l-użu ta' arloġġi tal-ilma li jippermetti l-kejl tal-użu tal-ilma fil-livell tal-investiment appoġġat jew ikollu jitpoġġa fil-prattika bħala parti mill-investiment.
4. Investiment f'titjib ta' installazzjoni ta' irrigazzjoni eżistenti jew f'element ta' infrastruttura ta' irrigazzjoni, għandu jkun eliġibbli biss jekk jiġi vvalutat ex ante li joffri ffrankar potenzjali fl-użu tal-ilma ta' minimu ta' bejn 5 % u 25 % skont il-parametri tekniċi tal-installazzjoni jew l-infrastruttura eżistenti.
Jekk l-investiment jaffettwa korpi ta' ilma ta' taħt l-art jew tal-wiċċ li l-istatus tagħhom ikun ġie identifikat bħala anqas minn tajjeb fil-pjan ta' ġestjoni rilevanti tal-baċir ta' xmara biss għal raġunijiet marbuta mal-kwantità tal-ilma:
(a) l-investiment għandu jiżgura tnaqqis effettiv fl-użu tal-ilma, fil-livell tal-investiment, li jammonta minn tal-anqas għal 50 % tal-iffrankar potenzjali tal-ilma li jkun sar possibbli permezz tal-investiment;
(b) fil-każ ta' investiment f'azjenda agrikola waħda, huwa għandu wkoll jirriżulta fi tnaqqis għall-użu totali ta' ilma mill-azjenda li jammonta minn tal-anqas għal 50 % tal-iffrankar potenzjali tal-ilma li jkun sar possibbli fil-livell tal-investiment. L-użu totali ta' ilma mill-azjenda għandu jinkludi l-ilma mibjugħ mill-azjenda.
L-ebda waħda mill-kundizzjonijiet fil-paragrafu 4 ma għandha tapplika għal investiment f'installazzjoni eżistenti li taffettwa biss l-effiċjenza enerġetika jew għal investiment fil-ħolqien ta' ġiebja jew għal investiment fl-użu ta' ilma rriċiklat li ma jaffettwax massa ta' ilma ta' taħt l-art jew ta' ilma tal-wiċċ.
5. Investiment li jirriżulta f'żieda netta taż-żona irrigata li taffettwa korp partikolari ta' ilma ta' taħt l-art jew tal-wiċċ għandu jkun eliġibbli biss jekk:
(a) fil-pjan ta' ġestjoni tal-baċir tax-xmara rilevanti, l-istatus tal-korp tal-ilma ma jkunx ġie identifikat li huwa anqas minn tajjeb biss minħabba raġunijiet marbuta mal-kwantità tal-ilma; u
(b) analiżi ambjentali ex ante turi li l-investiment ma jkun se jħalli l-ebda impatt negattiv sinifikanti fuq l-ambjent; tali analiżi tal-impatt ambjentali għandha titwettaq jew tkun approvata mill-awtorità kompetenti u tista' wkoll tirreferi għal gruppi ta' azjendi.
Iż-żoni mingħajr irrigazzjoni iżda li fihom kien hemm installazzjoni ta' irrigazzjoni attiva fil-passat, li jridu jiġu stabbiliti jew ġustifikati fil-programm, jistgħu jitqiesu bħala żoni b'irrigazzjoni għall-fini tad-determinazzjoni taż-żieda netta taż-żona b'irrigazzjoni.
6. Permezz ta' deroga mill-punt (a) tal-paragrafu 5, l-investimenti li jirriżultaw f'żieda netta taż-żona ta' irrigazzjoni jistgħu xorta jkunu eliġibbli jekk:
(a) l-investiment jiġi kkombinat ma' investiment f'installazzjoni ta' irrigazzjoni jew element ta' infrastruttura ta' irrigazzjoni eżistenti vvalutat ex ante li joffri ffrankar potenzjali tal-ilma ta' mill-anqas bejn 5 % u 25 % skont il-parametri tekniċi tal-installazzjoni jew infrastruttura eżistenti u
(b) l-investiment jiżgura tnaqqis effettiv fl-użu tal-ilma, fil-livell tal-investiment inġenerali, li jammonta għal tal-anqas 50 % tal-iffrankar potenzjali tal-ilma possibbli permezz tal-investiment fl-installazzjoni tal-irrigazzjoni jew l-element ta' infrastruttura eżistenti.
7. L-Istati Membri għandhom jillimitaw l-appoġġ għar-rata massima ta' 75 % tal-ispejjeż eliġibbli. Ir-rata massima ta' appoġġ tista' tiżdied għal investimenti fir-reġjuni ultraperiferiċi u ż-żoni b'restrizzjonijiet naturali, inklużi r-reġjuni muntanjużi u insulari.
Emenda 1168 Proposta għal regolament Artikolu 68b (ġdid)
Artikolu 68b
Installazzjoni ta' teknoloġiji diġitali
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 68 ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ favur l-installazzjoni ta' teknoloġiji diġitali f'żoni rurali skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu u kif speċifikat aktar fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom bl-għan li jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettiv trażversali stabbilit fl-Artikolu 5 u tal-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6.
2. L-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ taħt dan it-tip ta' interventi biex jgħinu l-installazzjoni ta' teknoloġiji diġitali biex jiġu appoġġati, inter alia, il-biedja ta' preċiżjoni, l-intrapriżi rurali tal-Irħula Intelliġenti kif ukoll l-iżvilupp ta' infrastrutturi tal-ICT fil-livell tal-azjendi agrikoli.
3. L-Istati Membri għandhom jillimitaw l-appoġġ għall-installazzjoni ta' teknoloġiji diġitali għar-rata massima ta' 30 % tal-ispejjeż eliġibbli.
Emenda 477 Proposta għal regolament Artikolu 69 – titolu
Installazzjoni tal-bdiewa żgħażagħ u l-bidu tan-negozji rurali
Installazzjoni ta' bdiewa żgħażagħ, bdiewa ġodda, bidu u żvilupp ta' negozji rurali sostenibbli
Emenda 478 Proposta għal regolament Artikolu 69 – paragrafu 1
1. L-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ għall-installazzjoni tal-bdiewa żgħażagħ u l-bidu tan-negozji rurali bil-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu u kif speċifikat aktar fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom bl-għan li jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6.
1. L-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ għall-installazzjoni tal-bdiewa żgħażagħ jew l-inkorporazzjoni tagħhom f'negozji agrikoli eżistenti, il-bdiewa ġodda, u l-bidu u l-iżvilupp tan-negozji rurali, inkluż għad-diversifikazzjoni tal-attivitajiet agrikoli, bil-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu u kif speċifikat aktar fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom bl-għan li jikkontribwixxu għall-ksib tal-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6. L-appoġġ skont dan l-Artikolu għandu jkun soġġett għall-preżentazzjoni ta' pjan ta' direzzjoni tan-negozju.
Emenda 479 Proposta għal regolament Artikolu 69 – paragrafu 2 – parti introduttorja
2. L-Istati Membri jistgħu biss jagħtu appoġġ taħt dan it-tip ta' interventi biex jgħinu:
2. L-Istati Membri jistgħu biss jagħtu appoġġ taħt dan l-Artikolu biex jgħinu biss:
Emenda 480 Proposta għal regolament Artikolu 69 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)
(aa) l-installazzjoni ta' bdiewa ġodda.
Emenda 481 Proposta għal regolament Artikolu 69 – paragrafu 2 – punt b
(b) fil-bidu tan-negozju rurali marbut mal-agrikoltura u l-forestrija jew fid-diversifikazzjoni tal-introjtu tal-unitajiet domestiċi agrikoli;
(b) fil-bidu u l-iżvilupp tan-negozju rurali marbut mal-agrikoltura, il-forestrija, il-bijoekonomija, l-ekonomija ċirkolari u l-agrituriżmu jew id-diversifikazzjoni tal-introjtu;
Emenda 482 Proposta għal regolament Artikolu 69 – paragrafu 2 – punt c
(c) fil-bidu tan-negozju ta' attivitajiet mhux agrikoli fiż-żoni rurali li jkunu parti minn strateġiji ta' żvilupp lokali.
(c) fil-bidu tan-negozju ta' attivitajiet mhux agrikoli fiż-żoni rurali li jkunu parti minn strateġiji ta' żvilupp lokali, min-naħa ta' bdiewa li jiddiversifikaw l-attivitajiet tagħhom, kif ukoll mikrointrapriżi u persuni fiżiċi minn żoni rurali.
2a. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu dispożizzjonijiet speċifiċi biex jiżguraw li bdiewa żgħażagħ u bdiewa ġodda li jingħaqdu ma' gruppi ta' bdiewa, organizzazzjonijiet ta' produtturi jew strutturi kooperattivi ma jitilfux l-għajnuna għall-istabbiliment. Tali dispożizzjonijiet għandhom jikkonformaw mal-prinċipju tal-proporzjonalità u jidentifikaw il-parteċipazzjoni tal-bdiewa żgħażagħ u tal-bdiewa ġodda fl-istruttura.
Emenda 484 Proposta għal regolament Artikolu 69 – paragrafu 4
4. L-Istati Membri għandhom jagħtu appoġġ fil-forma ta' somom f'daqqa. L-appoġġ għandu jkun limitat għall-ammont massimu ta' EUR 100 000 u jista' jkun kombinat ma' strumenti finanzjarji.
4. L-Istati Membri għandhom jagħtu appoġġ fil-forma ta' somom f'daqqa, li jistgħu jiġu differenzjati skont kriterji oġġettivi. L-appoġġ għandu jkun limitat għall-ammont massimu stabbilit fl-Anness IXaa u jista' jkun kombinat ma' strumenti finanzjarji.
4a. L-għajnuna skont dan l-Artikolu tista' titħallas f'ħafna pagamenti.
Emendi 486, 1152cp1 u 1063 Proposta għal regolament Artikolu 70 – paragrafu 1
1. L-Istati Membri għandhom jagħtu appoġġ għall-għodod għall-ġestjoni tar-riskju bil-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu u kif speċifikat aktar fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom.
1. L-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ għall-għodod għall-ġestjoni tar-riskju, filwaqt li jqisu l-ħtiġijiet tagħhom u l-analiżijiet SWOT, bil-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu u kif speċifikat aktar fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li din id-dispożizzjoni ma tkunx ta' detriment għall-għodod privati jew pubbliċi għall-ġestjoni tar-riskju.
Emenda 487 Proposta għal regolament Artikolu 70 – paragrafu 2
2. L-Istati Membri għandhom jagħtu appoġġ taħt dan it-tip ta' interventi sabiex jippromwovu l-għodod għall-ġestjoni tar-riskju, li jgħinu lill-bdiewa ġenwini jiġġestixxu r-riskji tal-produzzjoni u tal-introjtu marbuta mal-attività agrikola tagħhom li jmorru lil hinn mill-kontroll tagħhom u li jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6.
2. Appoġġ taħt dan it-tip ta' interventi jista' jingħata sabiex jippromwovu l-għodod għall-ġestjoni tar-riskju, li jgħinu lill-bdiewa attivi jiġġestixxu r-riskji tal-produzzjoni u tal-introjtu marbuta mal-attività agrikola tagħhom li jmorru lil hinn mill-kontroll tagħhom u li jikkontribwixxu għall-ksib tal-objettivi speċifiċi rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 6. Dawn l-istrumenti jistgħu jikkonsistu minn sistemi ta' ġestjoni ta' ħafna riskji.
Barra minn hekk, għandhom jiġu mħeġġa strateġiji għall-mitigazzjoni tar-riskju biex tiżdied ir-reżiljenza tal-azjendi agrikoli kontra r-riskji naturali u relatati mat-tibdil fil-klima u jitnaqqas l-esponiment għall-instabbiltà tal-introjtu.
Emendi 488, 1065 u 1152cp3 Proposta għal regolament Artikolu 70 – paragrafu 3 – punt a
(a) kontribuzzjonijiet finanzjarji bħala primjums għal skemi ta' assigurazzjoni;
(a) kontribuzzjonijiet finanzjarji għal primjums għal skemi ta' assigurazzjoni, billi jkopru telf ikkawżat minn avvenimenti klimatiċi avversi, diżastri naturali jew avvenimenti katastrofiċi, minn tifqigħ ta' mard tal-annimali jew tal-pjanti, minn inċident ambjentali, minn kontaminazzjoni ta' għelejjel organiċi, jew minn miżura adottata skont id-Direttiva 2000/29/KE biex jinqerdu jew jiġu kkontrollati organiżmi ta' ħsara jew marda tal-pjanti;
Emendi 489, 1067 u 1152cp4 Proposta għal regolament Artikolu 70 – paragrafu 3 – punt b
(b) kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-fondi mutwi, inkluża l-ispiża amministrattiva tal-istabbiliment, bil-ħsieb li jsir ħlas ta' kumpens finanzjarju lill-bdiewa għal telf ikkawżat minn avvenimenti klimatiċi avversi, diżastri naturali jew avvenimenti katastrofiċi, minn tifqigħ ta' mard tal-annimali jew tal-pjanti, minn inċident ambjentali, minn kontaminazzjoni ta' għelejjel organiċi, jew minn miżura adottata skont id-Direttiva 2000/29/KE biex jinqerdu jew jiġu kkontrollati organiżmi ta' ħsara jew marda tal-pjanti;
Emendi 490, 1068 u 1152cp5 Proposta għal regolament Artikolu 70 – paragrafu 3 – punt ba (ġdid)
(ba) kontribuzzjonijiet finanzjarji għal għodda ta' stabbilizzazzjoni tal-introjtu li tieħu l-forma ta' fond reċiproku u tipprovdi:
(i) kumpens għall-bdiewa tas-setturi kollha f'każ ta' tnaqqis qawwi fl-introjtu tagħhom;
(ii) kumpens għall-bdiewa ta' settur speċifiku fil-każ ta' tnaqqis qawwi fl-introjtu tagħhom;
Emendi 948 u 1270 Proposta għal regolament Artikolu 70 – paragrafu 3 – punt bb (ġdid)
(bb) kontribuzzjoni finanzjarja għall-mitigazzjoni tar-riskju bħall-protezzjoni tal-karatteristiċi tal-pajsaġġ u tal-ħamrija li jgħinu biex inaqqsu r-riskji bħan-nixfa, l-għargħar u l-inċendji.
Emendi 491 u 1152cp6 Proposta għal regolament Artikolu 70 – paragrafu 3a (ġdid)
3a. L-Istati Membri għandhom jillimitaw il-kontribuzzjonijiet finanzjarji għal fondi mutwi msemmija fil-punti (b) u (ba) tal-paragrafu 3 għall-elementi li ġejjin:
(a) l-ispejjeż amministrattivi għall-istabbiliment tal-fond mutwu, mifruxin fuq perjodu massimu ta' tliet snin b'mod rigressiv;
(b) l-ammonti mħallsa mill-fond mutwu bħala kumpens finanzjarju lill-bdiewa. Barra minn hekk, il-kontribuzzjoni finanzjarja tista' tkun marbuta mal-imgħax fuq is-self kummerċjali meħud mill-fond mutwu għall-finijiet tal-ħlas tal-kumpens finanzjarju lill-bdiewa f'każ ta' kriżi;
Emendi 492 u 1152cp7 Proposta għal regolament Artikolu 70 – paragrafu 4 – punt a
(a) it-tipi u l-kopertura tal-iskemi ta' assigurazzjoni u tal-fondi mutwi eliġibbli;
(a) it-tipi u l-kopertura tal-iskemi ta' assigurazzjoni u tal-fondi mutwi eliġibbli u l-għodod ta' stabbilizzazzjoni tal-introjtu;
Emendi 493, 1071, 1152cp8 u 1272 Proposta għal regolament Artikolu 70 – paragrafu 4 – punt b
(b) il-metodoloġija għall-kalkolu tat-telf u l-fatturi ta' attivazzjoni għall-kumpens;
(b) il-metodoloġija għall-kalkolu tat-telf u l-fatturi ta' attivazzjoni għall-kumpens, inkluż permezz ta' indiċijiet bijoloġiċi, klimatiċi jew ekonomiċi applikati fil-livell tal-azjenda, jew fil-livell lokali, reġjonali jew nazzjonali;
Emenda 1152cp9 Proposta għal regolament Artikolu 70 – paragrafu 5
5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-appoġġ jingħata biss biex jiġi kopert it-telf ta' mill-inqas 20 % tal-produzzjoni annwali medja jew tal-introjtu annwali medju tal-bidwi fil-perjodu preċedenti ta' tliet snin jew medja ta' tliet snin ibbażat fuq il-perjodu preċedenti ta' ħames snin esklużi l-ogħla entrata u dik l-aktar baxxa.
5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-appoġġ jingħata biss biex jiġi kopert: it-telf ta' mill-inqas 20 % tal-produzzjoni annwali medja tal-prodott ikkonċernat jew tal-introjtu annwali medju tal-bidwi fil-perjodu preċedenti ta' tliet snin jew medja ta' tliet snin ibbażat fuq il-perjodu preċedenti ta' ħames snin esklużi l-ogħla entrata u dik l-aktar baxxa. Għat-telf tal-produzzjoni, dan il-perjodu jista' jiġi pprorogat għal perjodu ta' erba' snin jew għal medja ibbażat fuq il-perjodu preċedenti ta' tmien snin, esklużi l-ogħla entrata u dik l-aktar baxxa.
Emendi 494, 1074 u 1152cp10 Proposta għal regolament Artikolu 70 – paragrafu 6
6. L-Istati Membri għandhom jillimitaw l-appoġġ għar-rata massima ta' 70 % tal-ispejjeż eliġibbli.
6. L-Istati Membri għandhom jillimitaw l-appoġġ għar-rata massima tal-ispejjeż eliġibbli stabbiliti fl-Anness IXaa.
Emendi 1152cp11 u 1276 Proposta għal regolament Artikolu 70 – paragrafu 7
7. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġi evitat il-kumpens żejjed b'konsegwenza tal-kombinazzjoni tal-interventi skont dan l-Artikolu ma' skemi għall-ġestjoni tar-riskju pubbliċi jew privati oħrajn.
7. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istrateġiji tal-mitigazzjoni tar-riskju jiġu implimentati biex tiżdied ir-reżiljenza tal-azjenda agrikola kontra r-riskji naturali u dawk relatati mat-tibdil fil-klima u jnaqqsu l-espożizzjoni għall-instabbiltà tal-introjtu. Barra minn hekk, għandhom jiżguraw li jiġi evitat il-kumpens żejjed b'konsegwenza tal-kombinazzjoni tal-interventi skont dan l-Artikolu ma' skemi għall-ġestjoni tar-riskju pubbliċi jew privati oħrajn.
Emendi 495, 1076 u 1152cp12 Proposta għal regolament Artikolu 70 – paragrafu 7a (ġdid)
7a. Kwalunkwe Stat Membru li jintroduċi skemi nazzjonali għall-ġestjoni tar-riskju, jew li diġà jkollu skemi bħal dawn qabel ...[id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], jista' juża l-istrumenti stabbiliti f'dan l-Artikolu biex ikopri kwalunkwe tip ta' riskju li ma jkunx kopert minn dawn l-iskemi.
Emenda 496 Proposta għal regolament Artikolu 71 – paragrafu 1
1. L-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ għall-kooperazzjoni bil-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu u kif speċifikat aktar fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom biex iħejju u jimplimentaw il-proġetti tal-Grupp Operattiv tas-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni għall-produttività u s-sostenibbiltà fil-qasam agrikolu kif imsemmi fl-Artikolu 114 u l-LEADER, imsejjaħ żvilupp lokali mmexxi mill-komunità fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni] u biex jippromwovu l-iskemi ta' kwalità, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew il-gruppi tal-produtturi jew forom oħra ta' kooperazzjoni.
1. L-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ għall-kooperazzjoni bil-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu u kif speċifikat aktar fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom biex iħejju u jimplimentaw il-proġetti tal-Grupp Operattiv tas-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni għall-produttività u s-sostenibbiltà fil-qasam agrikolu kif imsemmi fl-Artikolu 114 u l-LEADER, imsejjaħ żvilupp lokali mmexxi mill-komunità fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni] u biex jippromwovu l-iskemi ta' kwalità, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew il-gruppi tal-produtturi, jew forom oħra ta' kooperazzjoni inklużi dawk li l-prodotti tagħhom ikunu koperti mir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.
Emendi 497 u 1170cp2 Proposta għal regolament Artikolu 71 – paragrafu 2
2. L-Istati Membri jistgħu biss jagħtu appoġġ taħt dan it-tip ta' interventi biex jippromwovu forom ta' kooperazzjoni li tinvolvi mill-inqas żewġ entitajiet u li tikkontribwixxi għall-kisba tal-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6.
2. L-Istati Membri jistgħu biss jagħtu appoġġ taħt dan it-tip ta' interventi biex isostnu forom ta' kooperazzjoni eżistenti u jippromwovu forom ta' kooperazzjoni li tinvolvi mill-inqas żewġ entitajiet, li minnhom mill-inqas waħda tkun involuta fil-produzzjoni agrikola, u li tikkontribwixxi għall-ksib tal-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6.
Emendi 498 u 1170cp2 Proposta għal regolament Artikolu 71 – paragrafu 2a (ġdid)
2a. B'deroga mill-paragrafu 2, l-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ mill-FAEŻR lil Gruppi ta' Azzjoni Lokali li jimplimentaw strateġija ta' żvilupp lokali li tikkontribwixxi għall-ksib tal-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6.
Emendi 499 u 1170cp2 Proposta għal regolament Artikolu 71 – paragrafu 3
3. Taħt dan it-tip ta' interventi l-Istati Membri jistgħu jkopru l-ispejjeż relatati mal-aspetti kollha tal-kooperazzjoni.
3. Taħt dan it-tip ta' interventi l-Istati Membri jistgħu jkopru l-ispejjeż relatati mal-aspetti kollha meħtieġa tal-kooperazzjoni, inklużi spejjeż ta' ċertifikazzjoni relatati mal-parteċipazzjoni fi skema ta' kwalità tal-Unjoni.
Emendi 500 u 1170cp2 Proposta għal regolament Artikolu 71 – paragrafu 4 – subparagrafu 1a (ġdid)
L-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ maħsub biex jinkoraġġixxu skemi ta' kwalità, organizzazzjonijiet tal-produtturi jew gruppi ta' produtturi jew forom oħra ta' kooperazzjoni, fl-għamla ta' somma f'daqqa.
Emenda 1170cp3 Proposta għal regolament Artikolu 71 – paragrafu 7
7. Fil-każ ta' kooperazzjoni fil-kuntest tas-suċċessjoni tal-azjendi agrikoli, l-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ biss lill-bdiewa li jkunu laħqu l-età tal-pensjoni kif stabbilit fil-leġiżlazzjoni nazzjonali.
7. Fil-każ ta' kooperazzjoni fil-kuntest tas-suċċessjoni tal-azjendi agrikoli u bl-għan li jitħeġġeġ it-tiġdid interġenerazzjonali fil-livell tal-azjendi agrikoli, l-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ biss lill-bdiewa li ma jkunux aktar minn ħames snin 'il bogħod milli jilħqu l-età tal-pensjoni kif stabbilit fil-leġiżlazzjoni nazzjonali.
Emendi 501 u 830cp1 Proposta għal regolament Artikolu 71 – paragrafu 8
8. L-Istati Membri għandhom jillimitaw l-appoġġ għal massimu ta' seba' snin għajr għall-azzjonijiet ambjentali u klimatiċi kollettivi f'każijiet debitament ġustifikati biex jinkisbu l-objettivi speċifiċi relatati mal-ambjent u mal-klima msemmija fil-punti (d), (e) u (f) tal-Artikolu 6(1).
8. L-Istati Membri għandhom jillimitaw l-appoġġ għal massimu ta' seba' snin għajr għall-azzjonijiet ambjentali u klimatiċi kollettivi f'każijiet debitament ġustifikati biex jinkisbu l-objettivi speċifiċi relatati mal-ambjent u mal-klima msemmija fil-punti (d), (e) u (f) tal-Artikolu 6(1). L-Istati Membri ma għandhomx jappoġġaw interventi li jkollhom effetti negattivi għall-ambjent.
Emendi 502 u 1170cp4 Proposta għal regolament Artikolu 71 – paragrafu 8a (ġdid)
8a. Il-Gruppi ta' Azzjoni Lokali jistgħu jitolbu l-ħlas bil-quddiem mill-aġenziji tal-ħlas kompetenti jekk din il-possibbiltà tkun inkluża fil-pjan strateġiku. L-ammont tal-ħlas bil-quddiem ma jistax jaqbeż il-50 % tal-appoġġ pubbliku allokat għall-ispejjeż tal-funzjonament u l-animazzjoni.
8b. L-appoġġ għall-iskemi ta' kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel, inklużi azzjonijiet għall-informazzjoni u l-promozzjoni, u l-għajnuna għall-istabbiliment ta' gruppi u organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom ikunu limitati għall-ammont massimu stabbilit fl-Anness IXaa.
Emenda 830cp2 Proposta għal regolament Artikolu 71 – paragrafu 8 c (ġdid)
8c. L-Inizjattiva LEADER, deskritta bħala żvilupp lokali mmexxi mill-komunità msemmija fil-paragrafu 1, għandha tipprevedi l-involviment attiv u primarju tal-azjendi agrikoli u/jew tal-forestrija.
Emenda 504 Proposta għal regolament Artikolu 71a (ġdid)
Artikolu 71a
Subprogrammi tematiċi għal skemi ta' kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu subprogramm tematiku dwar l-iskemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel previsti mir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 li jikseb l-għanijiet speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1).
Emenda 505 Proposta għal regolament Artikolu 72 – paragrafu 1
1. L-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ għall-iskambju tal-għarfien agrikolu, forestali u tan-negozju rurali u l-informazzjoni dwarhom bil-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu u kif speċifikat aktar fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom.
1. L-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ għall-iskambju tal-għarfien u l-informazzjoni dwarhom fuq bażi individwali jew kollettiva bil-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu u kif speċifikat aktar fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom għall-agrikoltura, il-forestrija, inklużi l-agroforestrija, l-ambjent u l-protezzjoni tal-klima, in-negozju rurali, l-Irħula Intelliġenti u l-interventi tal-PAK.
Emenda 506 Proposta għal regolament Artikolu 72 – paragrafu 2
2. Taħt dan it-tip ta' interventi, l-Istati Membri jistgħu jkopru l-ispejjeż ta' kwalunkwe azzjoni rilevanti li tippromwovi l-innovazzjoni, l-aċċess għat-taħriġ u għall-pariri u l-iskambju u t-tixrid tal-għarfien u l-informazzjoni li jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6.
2. Taħt dan it-tip ta' interventi, l-Istati Membri u l-Unjoni għandhom ikopru l-ispejjeż ta' kwalunkwe azzjoni rilevanti li tippromwovi l-innovazzjoni, l-aċċess għat-taħriġ u għall-pariri, il-ħolqien ta' pjanijiet u studji, u l-iskambju u t-tixrid tal-għarfien u l-informazzjoni li jikkontribwixxu għall-ksib tal-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6.
B'deroga mill-ewwel subparagrafu, fil-każ tal-istabbiliment ta' servizzi konsultattivi għall-azjendi agrikoli, l-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ fil-forma ta' ammont fiss ta' massimu ta' EUR 200 000.
B'deroga mill-ewwel subparagrafu, fil-każ tal-istabbiliment ta' servizzi konsultattivi għall-azjendi agrikoli, l-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ sal-ammont massimu stabbilit fl-Anness IXaa.
Emenda 509 Proposta għal regolament Artikolu 72 – paragrafu 4
4. B'deroga mill-paragrafu 3, fir-reġjuni ultraperiferiċi u f'każijiet oħra debitament ġustifikati l-Istati Membri jistgħu japplikaw rata ogħla jew ammont ogħla minn dak stabbilit f'dak il-paragrafu sabiex jiksbu l-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6.
6a. L-appoġġ skont dan l-Artikolu ma jkoprix korsijiet ta' struzzjoni jew taħriġ li jkunu parti minn programmi ta' edukazzjoni normali jew sistemi ta' edukazzjoni sekondarja jew ogħla.
6 b. Il-korpi li jipprovdu servizzi ta' trasferiment tal-għarfien u informazzjoni għandhom ikunu mħarrġa sew f'termini ta' kwalifika tal-persunal u taħriġ biex iwettqu dak il-kompitu.
Emenda 512 Proposta għal regolament Artikolu 72a (ġdid)
Artikolu 72a
Miżuri favur in-nisa rurali
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw azzjonijiet speċifiċi ffukati fuq il-promozzjoni ta' inklużjoni akbar tan-nisa fl-ekonomija rurali, permezz ta' interventi f'konformità mar-regolament attwali bil-għan li jkun hemm kontribuzzjoni għall-objettivi msemmija fl-Artikolu 6(1).
2. L-Istati Membri jistgħu, fil-Pjanijiet Strateġiċi tagħhom tal-PAK, jagħtu appoġġ biex jippromwovu l-involviment tan-nisa, inter alia, fit-trasferiment tal-għarfien u l-azzjonijiet ta' informazzjoni, is-servizzi ta' konsulenza, l-investimenti f'assi fiżiċi, fil-bidu u l-iżvilupp ta' farm u negozju rurali, l-installazzjoni ta' teknoloġiji diġitali u l-kooperazzjoni.
Emenda 513 Proposta għal regolament Artikolu 72b (ġdid)
Artikolu 72b
Żvilupp tal-Istrateġija għall-Irħula Intelliġenti
1. Sabiex jiġu promossi d-diġitalizzazzjoni u l-innovazzjoni, jiġu faċilitati l-iżvilupp tan-negozju, l-inklużjoni soċjali u l-impjiegi fiż-żoni rurali, l-Istati Membri għandhom jiżviluppaw u jimplimentaw l-Istrateġija għall-Irħula Intelliġenti fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom, filwaqt li jqisu t-tipi ta' interventi stabbiliti fil-punti (a), (b), (d), (e), (g) u (h) tal-Artikolu 64 u l-elementi li jiżguraw il-modernizzazzjoni u l-istrateġiji kif stabbilit fl-Artikolu 102.
2. Minbarra t-tipi ta' interventi stabbiliti fil-paragrafu 1, l-Istati Membri jridu jieħdu ħsieb partikolari tal-miżuri, billi jindirizzaw il-kwistjonijiet li ġejjin fiż-żoni rurali:
(a) id-diġitalizzazzjoni tal-ekonomija rurali;
(b) l-agrikoltura ta' preċiżjoni;
(c) l-iżvilupp ta' pjattaformi diġitali;
(d) il-mobbiltà rurali;
(e) l-innovazzjoni soċjali;
(f) l-iżvilupp ta' sistemi intelliġenti tal-enerġija, grids u ħżin fil-livell lokali, kif ukoll l-appoġġ tal-iżvilupp tal-kooperattivi tal-enerġija;
3. L-Istati Membri għandhom jieħdu nota partikolari tal-koordinazzjoni bejn il-FAEŻR u Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej oħra, kif stabbilit fil-punt (iii) tal-Artikolu 98(d).
4. L-Istati Membri jistgħu jinkludu l-Istrateġija għall-Irħula Intelliġenti tagħhom fl-istrateġiji integrati ta' żvilupp lokali mmexxi mill-Komunità kif stabbilit fl-Artikolu 25(c) tar-Regolament (UE) 2018/xxxx [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni l-ġdid].
L-Awtorità ta' Ġestjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK, jew korpi intermedji deżinjati oħra, għandha tiddefinixxi l-kriterji ta' għażla għall-interventi li huma relatati mat-tipi ta' interventi li ġejjin: l-investimenti, l-installazzjoni tal-bdiewa żgħażagħ u l-bidu tan-negozju rurali, il-kooperazzjoni, l-iskambju tal-għarfien u l-informazzjoni, wara konsultazzjoni mal-Kumitat għall-Monitoraġġ imsemmi fl-Artikolu 111. Il-kriterji ta' għażla għandu jkollhom l-għan li jiżguraw it-trattament ugwali tal-applikanti, l-użu aħjar tar-riżorsi finanzjarji u l-immirar tal-appoġġ skont l-iskop tal-interventi.
L-Awtorità ta' Ġestjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK, jew, meta applikabbli, l-awtoritajiet tal-ġestjoni reġjonali, jew korpi intermedji deżinjati oħra, għandha tiddefinixxi l-kriterji ta' għażla għall-interventi li huma relatati mat-tipi ta' interventi li ġejjin: l-investimenti, l-installazzjoni ta' bdiewa żgħażagħ u bdiewa ġodda u l-bidu tan-negozju rurali, il-kooperazzjoni, l-iskambju tal-għarfien u l-informazzjoni, miżuri speċifiċi favur in-nisa rurali u l-installazzjoni ta' teknoloġiji diġitali, wara konsultazzjoni mal-Kumitat għall-Monitoraġġ imsemmi fl-Artikolu 111. Il-kriterji ta' għażla għandu jkollhom l-għan li jiżguraw it-trattament ugwali tal-applikanti, l-użu aħjar tar-riżorsi finanzjarji u l-immirar tal-appoġġ skont l-iskop tal-interventi.
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx il-kriterji ta' għażla għall-interventi ta' investiment li jimmiraw b'mod ċar l-iskopijiet ambjentali jew li jitwettqu b'rabta mal-attivitajiet ta' restawr.
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx il-kriterji ta' għażla għall-investiment b'rabta mal-attivitajiet ta' restawr wara avvenimenti katastrofiċi.
Emenda 516 Proposta għal regolament Artikolu 73 – paragrafu 4
4. Il-kriterji ta' għażla ma jistgħux jiġu definiti għall-operazzjonijiet li jkunu rċevew ċertifikazzjoni tas-Siġill ta' Eċċellenza taħt l-Orizzont 2020 jew Orizzont Ewropa jew ikunu ntgħażlu taħt il-Life +, bil-kundizzjoni li tali operazzjonijiet ikunu konsistenti mal-Pjan Strateġiku tal-PAK.
imħassar
Emenda 1173 Proposta għal regolament Artikolu 73 – paragrafu 5
5. L-operazzjonijiet ma għandhomx jintgħażlu għall-appoġġ meta jkunu tlestew fiżikament jew ikunu ġew implimentati bis-sħiħ qabel ma l-applikazzjoni għall-finanzjament taħt il-Pjan Strateġiku tal-PAK titressaq lill-Awtorità ta' Ġestjoni, irrispettivament minn jekk il-pagament relatata kollha jkunux saru.
5. L-operazzjonijiet ma għandhomx jintgħażlu għall-appoġġ meta jkunu tlestew fiżikament jew ikunu ġew implimentati bis-sħiħ qabel ma l-applikazzjoni għall-finanzjament taħt il-Pjan Strateġiku tal-PAK titressaq lill-Awtorità ta' Ġestjoni, irrispettivament minn jekk ikunux saru l-pagamenti relatata kollha.
Permezz ta' deroga mill-ewwel subparagrafu, l-operazzjonijiet relatati mal-indukrar bikri tal-popolamenti tan-nebbieta u l-indukrar ta' popolamenti żagħżugħa b'objettivi ekoloġiċi, protettivi u rikreattivi jistgħu jintgħażlu għall-appoġġ meta jkunu tlestew fiżikament qabel ma l-applikazzjoni għall-finanzjament tiġi ppreżentata lill-awtorità.
Tali operazzjonijiet m’ għandhomx jiġu meħtieġa jew m’għandhomx jitqiesu li għandhom effett ta' inċentiv, jekk
(i) l-iskema tal-għajnuna tistabbilixxi dritt għall-għajnuna f'konformità ma' kriterji oġġettivi u mingħajr l-eżerċizzju ulterjuri ta' diskrezzjoni mill-Istat Membru; kundizzjoni għall-għoti tal-għajnuna hija li l-baġit disponibbli għall-iskema ta' għajnuna ma jkunx ġie eżawrit;
(ii) l-iskema ta' għajnuna tkun ġiet adottata u tkun fis-seħħ qabel ma jiġġarrbu l-ispejjeż eliġibbli mill-benefiċjarju;
(iii) l-iskema ta' għajnuna tkopri biss tali siti fejn tkun ġiet stabbilita foresta ġdida skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali u l-istabbiliment ikun ġie nnotifikat lill-awtorità kompetenti; u
(iv) l-iskema ta' għajnuna tkopri biss tali miżuri li jkunu bbażati fuq pjan ta' ġestjoni tal-foresti jew strument ekwivalenti.
Meta l-bdiewa jintlaqtu minn kundizzjonijiet klimatiċi severi u/jew kriżi tas-suq, il-pagamenti skont il-punt (a) ta' dan il-paragrafu jistgħu jiġu ggarantiti kontra l-kapital operatorju.
5a. Meta fondi taħt dan l-Artikolu ma jintużawx jew jiġu rritornati mill-Istrument Finanzjarju, dawn għandhom jinżammu għall-użu fil-parti tal-Iżvilupp Rurali tal-Pjan Strateġiku tal-PAK.
Emenda 519 Proposta għal regolament Artikolu 75
[...]
imħassar
Emenda 520 Proposta għal regolament Artikolu 78 – paragrafu 1
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 138 biex tissupplimenta dan ir-Regolament b'rekwiżiti addizzjonali għal dawk stipulati f'dan il-Kapitolu dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti ta' appoġġ għat-tipi ta' interventi għall-iżvilupp rurali li ġejjin:
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 138 biex tissupplimenta l-Anness IXa dwar il-limiti minimi u massimi għall-pagamenti skont dan il-Kapitolu.
(a) l-impenji ta' ġestjoni kif imsemmi fl-Artikolu 65;
(b) l-investimenti kif imsemmi fl-Artikolu 68;
(c) il-kooperazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 71.
Emenda 521 Proposta għal regolament Artikolu 79 – titolu
Nefqa tal-FAEG u tal-FAEŻR
Allokazzjoni finanzjarja tal-FAEG u tal-FAEŻR
Emenda 522 Proposta għal regolament Artikolu 79 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1. Il-FAEG għandu jiffinanzja t-tipi ta' interventi relatati ma':
1. Il-pakkett finanzjarju għall-FAEG għall-perjodu 2021-2027 għandu jkun ta' EUR 286 143 miljun fi prezzijiet tal-2018 (EUR 322 511-il miljun fi prezzijiet attwali).
F'dan il-pakkett finanzjarju u minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu I tat-Titolu II tar-Regolament (UE) [HzR], il-FAEG għandu jiffinanzja t-tipi ta' interventi relatati ma':
Emenda 523 Proposta għal regolament Artikolu 79 – paragrafu 2
2. Il-FAEŻR għandu jiffinanzja t-tipi ta' interventi msemmija fil-Kapitolu IV tat-Titolu III.
2. Il-pakkett finanzjarju għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali għall-perjodu 2021-2027 għandu jkun ta' EUR 96 712-il miljun fi prezzijiet tal-2018 (EUR 109 000 miljun fi prezzijiet attwali).
Il-FAEŻR għandu jiffinanzja t-tipi ta' interventi msemmija fil-Kapitolu IV tat-Titolu III, assistenza teknika fuq inizjattiva tal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 112 u assistenza teknika fuq inizjattiva tal-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 83(2).
Emenda 524 Proposta għal regolament Artikolu 80 – paragrafu 1
1. In-nefqa għandha tkun eliġibbli għall-kontribuzzjoni mill-FAEG u mill-FAEŻR mill-1 ta' Jannar tas-sena ta' wara s-sena tal-approvazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK mill-Kummissjoni.
1. In-nefqa għandha tkun eliġibbli għall-kontribuzzjoni mill-FAEG u mill-FAEŻR wara l-approvazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK min-naħa tal-Kummissjoni.
In-nefqa li ssir eliġibbli bħala riżultat ta' emenda ta' Pjan Strateġiku tal-PAK għandha tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-FAEŻR mid-data tal-preżentazzjoni tat-talba għal emenda lill-Kummissjoni.
In-nefqa li ssir eliġibbli bħala riżultat ta' emenda ta' Pjan Strateġiku tal-PAK għandha tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-FAEŻR u mill-FAEG mid-data tal-preżentazzjoni tat-talba għal emenda lill-Kummissjoni.
B'deroga mill-Artikolu 73(5) u l-ewwel subparagrafu, fil-każijiet ta' miżuri ta' emerġenza minħabba diżastri naturali, avvenimenti katastrofiċi jew avvenimenti klimatiċi avversi jew bidla sinifikanti u f'daqqa fil-kundizzjonijiet soċjoekonomiċi tal-Istat Membru jew tar-reġjun, il-Pjan Strateġiku tal-PAK jista' jipprevedi li l-eliġibbiltà tan-nefqa ffinanzjata mill-FAEŻR relatata mal-emendi tal-Pjan tista' tibda mid-data li fiha jkun seħħ l-avveniment.
B'deroga mill-Artikolu 73(5) u l-ewwel subparagrafu, fil-każijiet ta' miżuri ta' emerġenza minħabba diżastri naturali, avvenimenti katastrofiċi, inklużi nirien, nixfa u għargħar, jew avvenimenti klimatiċi avversi, epidemiji jew bidla sinifikanti u f'daqqa fil-kundizzjonijiet soċjoekonomiċi tal-Istat Membru jew tar-reġjun, il-Pjan Strateġiku tal-PAK jista' jipprevedi li l-eliġibbiltà tan-nefqa ffinanzjata mill-FAEŻR relatata mal-emendi tal-Pjan tista' tibda mid-data li fiha jkun seħħ l-avveniment.
Emenda 527 Proposta għal regolament Artikolu 80 – paragrafu 3
3. In-nefqa għandha tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-FAEŻR jekk din tkun iġġarrbet minn benefiċjarju u tkun tħallset sal-31 ta' Diċembru [2029]. Barra minn hekk, in-nefqa għandha tkun eliġibbli biss għal kontribuzzjoni mill-FAEŻR jekk l-għajnuna rilevanti fil-fatt titħallas mill-aġenzija tal-pagamenti sal-31 ta' Diċembru [2029].
3. In-nefqa għandha tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-FAEŻR jekk din tkun iġġarrbet minn benefiċjarju u tkun tħallset sal-31 ta' Diċembru [2030]. Barra minn hekk, in-nefqa għandha tkun eliġibbli biss għal kontribuzzjoni mill-FAEŻR jekk l-għajnuna rilevanti fil-fatt titħallas mill-aġenzija tal-pagamenti sal-31 ta' Diċembru [2030].
Emenda 528 Proposta għal regolament Artikolu 82 – paragrafu 3
3. L-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għat-tipi ta' intervent fis-settur tal-ħops allokata lill-Ġermanja għandha tkun EUR 2 188 000 fis-sena.
3. L-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għat-tipi ta' intervent fis-settur tal-ħops allokata lill-Ġermanja għandha tkun EUR X fis-sena.
Emenda 529 Proposta għal regolament Artikolu 82 – paragrafu 4 – punt a
(a) EUR 10 666 000 kull sena għall-Greċja;
(a) EUR X kull sena għall-Greċja;
Emenda 530 Proposta għal regolament Artikolu 82 – paragrafu 4 – punt b
(b) EUR 554 000 kull sena għal Franza; u
(b) EUR X kull sena għal Franza; u
Emenda 531 Proposta għal regolament Artikolu 82 – paragrafu 4 – punt c
(c) EUR 34 590 000 kull sena għall-Italja.
(c) EUR X kull sena għall-Italja.
Emenda 532 Proposta għal regolament Artikolu 82 – paragrafu 7
7. Fl-2023, l-Istati Membri jistgħu jirrieżaminaw id-deċiżjonijiet tagħhom imsemmija fil-paragrafu 6 bħala parti minn talba għal emenda tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom, imsemmija fl-Artikolu 107.
7. Sentejn wara d-data ta' applikazzjoni tal-Pjanijiet Strateġiċi tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jirrieżaminaw id-deċiżjonijiet tagħhom imsemmija fil-paragrafu 6 bħala parti minn talba għal emenda tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom, imsemmija fl-Artikolu 107.
Emenda 533 Proposta għal regolament Artikolu 83 – paragrafu 1
1. L-ammont totali tal-appoġġ tal-Unjoni għat-tipi ta' interventi għall-iżvilupp rurali skont dan ir-Regolament għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2027 għandu jkun EUR 78 811 miljun fil-prezzijiet kurrenti skont il-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021 sa 202738.
1. L-ammont totali tal-appoġġ tal-Unjoni għat-tipi ta' interventi għall-iżvilupp rurali skont dan ir-Regolament għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2027 għandu jkun EUR 109 000 miljun fil-prezzijiet kurrenti skont il-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021 sa 202738.
__________________
__________________
38 Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat u lill-Kumitat tar-Reġjuni, COM(2018)0322 final.
38 Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat u lill-Kumitat tar-Reġjuni, COM(2018)0322 final.
Emenda 534 Proposta għal regolament Artikolu 85 – paragrafu 1
1. Il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK għandhom jistabbilixxu rata ta' kontribuzzjoni unika mill-FAEŻR applikabbli għall-interventi kollha.
1. Il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK għandhom jistabbilixxu kontribuzzjoni unika mill-FAEŻR biex tappoġġa interventi f'reġjuni li jikkorrispondu għal-livell 2 tal-klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika ("reġjuni ta' livell 2 NUTS") stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1059/2003.
1a. Ir-riżorsi mill-FAEŻR għandhom jiġu allokati fost it-tliet kategoriji tar-reġjuni tal-livell 2 ta' NUTS li ġejjin:
(a) ir-reġjuni inqas żviluppati, li l-PDG per capita tagħhom ikun ta' inqas minn 75 % tal-medja tal-PDG tal-UE-27 ("reġjuni inqas żviluppati");
(b) ir-reġjuni fi tranżizzjoni, li l-PDG per capita tagħhom ikun ta' bejn 75 % u 100 % tal-medja tal-PDG tal-UE-27 ("reġjuni fi tranżizzjoni");
(c) ir-reġjuni aktar żviluppati, li l-PDG per capita tagħhom ikun ta' aktar minn 100 % tal-medja tal-PDG tal-UE-27 ("reġjuni aktar żviluppati").
Il-klassifikazzjoni tar-reġjuni taħt waħda mit-tliet kategoriji ta' reġjuni għandha tkun determinata abbażi ta' kif il-PDG per capita ta' kull reġjun, imkejjel bl-istandards tal-kapaċità tal-akkwist u kkalkolat abbażi taċ-ċifri tal-Unjoni għall-perjodu 2014-2016, ikun relatat mal-medja tal-PDG tal-UE-27 għall-istess perjodu ta' referenza.
Emenda 536 Proposta għal regolament Artikolu 85 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt a
(a) 70 % tan-nefqa pubblika eliġibbli fir-reġjuni ultraperiferiċi u fil-Gżejjer Minuri tal-Eġew skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 229/2013;
(a) 85 % tan-nefqa pubblika eliġibbli fir-reġjuni ultraperiferiċi u fil-Gżejjer Minuri tal-Eġew skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 229/2013;
Emenda 537 Proposta għal regolament Artikolu 85 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt b
(b) 70 % tan-nefqa pubblika eliġibbli fir-reġjuni inqas żviluppati;
(b) 85 % tan-nefqa pubblika eliġibbli fir-reġjuni inqas żviluppati;
Emenda 538 Proposta għal regolament Artikolu 85 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt ba (ġdid)
(ba) 65 % għar-reġjuni fi tranżizzjoni;
Emenda 539 Proposta għal regolament Artikolu 85 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt c
(c) 65 % tan-nefqa eliġibbli għall-pagamenti taħt l-Artikolu 66;
(c) 75 % tan-nefqa eliġibbli għall-pagamenti taħt l-Artikolu 66;
Emenda 540 Proposta għal regolament Artikolu 85 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt d
Emenda 541 Proposta għal regolament Artikolu 85 – paragrafu 3 – punt a
(a) 80 % għall-impenji ta' ġestjoni msemmija fl-Artikolu 65 ta' dan ir-Regolament, għall-pagamenti skont l-Artikolu 67 ta' dan ir-Regolament, għall-investimenti mhux produttivi msemmija fl-Artikolu 68 ta' dan ir-Regolament, għall-appoġġ għas-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni skont l-Artikolu 71 ta' dan ir-Regolament u għal-LEADER, imsejjaħ żvilupp lokali mmexxi mill-komunità fl-Artikolu 25 tar-Regolament (EU) [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni];
(a) 90 % għall-impenji ta' ġestjoni msemmija fl-Artikolu 65 ta' dan ir-Regolament, għall-pagamenti skont l-Artikolu 67 ta' dan ir-Regolament, għall-investimenti msemmija fl-Artikolu 68 ta' dan ir-Regolament, li huma marbuta mal-afforestazzjoni u l-objettivi ambjentali u klimatiċi speċifiċi msemmija fil-punti (d), (e) u (f) tal-Artikolu 6(1) għal operazzjonijiet koperti fil-punt (a) tal-Artikolu 69(2), għall-appoġġ lis-Sħubija għall-Innovazzjoni skont l-Artikolu 71 ta' dan ir-Regolament u għal-LEADER, imsejjaħ żvilupp lokali mmexxi mill-komunità fl-Artikolu 25 tar-Regolament (EU) [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni], operazzjonijiet skont l-Artikolu 72, għal operazzjonijiet li huma appoġġati permezz ta' strumenti finanzjarji, għall-miżuri skont l-Artikolu 72a (ġdid) u għal żoni spopolati.
Emenda 542 Proposta għal regolament Artikolu 85 – paragrafu 3 – punt b
(b) 100 % għall-operazzjonijiet li qed jirċievu finanzjament minn fondi trasferiti lill-FAEŻR skont l-Artikoli 15 u 90 ta' dan ir-Regolament.
(b) 100 % għall-operazzjonijiet li jirċievu finanzjament minn fondi trasferiti lill-FAEŻR skont l-Artikolu 90 ta' dan ir-Regolament, meta dawk l-operazzjonijiet jindirizzaw objettivi ambjentali u relatati mal-klima speċifiċi msemmija fil-punti (d), (e) u (f) tal-Artikolu 6(1).
Emenda 1134 Proposta għal regolament Artikolu 86
Artikolu 86
Artikolu 86
Allokazzjonijiet finanzjarji minimi u massimi
Allokazzjonijiet finanzjarji minimi u massimi
1. Mill-inqas 5 % tal-kontribuzzjoni totali tal-FAEŻR lill-Pjan Strateġiku tal-PAK kif stabbilit fl-Anness IX għandu jkun riżervat lil-LEADER, imsejjaħ żvilupp lokali mmexxi mill-komunità fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni].
1. Mill-inqas 5 % tal-kontribuzzjoni totali tal-FAEŻR lill-Pjan Strateġiku tal-PAK kif stabbilit fl-Anness IX għandu jkun riżervat lil-LEADER, imsejjaħ żvilupp lokali mmexxi mill-komunità fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni].
2.
2.
Mill-inqas 30 % tal-kontribuzzjoni totali tal-FAEŻR lill-Pjan Strateġiku tal-PAK kif stabbilit fl-Anness IX għandu jkun riżervat għall-interventi li jindirizzaw l-objettivi speċifiċi relatati mal-ambjent u mal-klima stabbiliti fil-punti (d), (e) u (f) tal-Artikolu 6(1) ta' dan ir-Regolament, bl-eċċezzjoni tal-interventi bbażati fuq l-Artikolu 66.
Mill-inqas 35 % tal-kontribuzzjoni totali tal-FAEŻR lill-Pjan Strateġiku tal-PAK kif stabbilit fl-Anness IX għandu jkun riżervat għal interventi ta' kull tip li jindirizzaw l-objettivi speċifiċi relatati mal-ambjent u mal-klima stabbiliti fil-punti (d), (e), (f) u (i) tal-Artikolu 6(1) ta' dan ir-Regolament.
Jista' jitqies massimu ta' 40 % tal-pagamenti mogħtija skont l-Artikolu 66 għall-finijiet tal-kalkolu tal-kontribuzzjoni totali tal-FAEŻR imsemmija fl-ewwel subparagrafu.
L-ewwel subparagrafu ma japplikax għar-reġjuni ultraperiferiċi.
L-ewwel subparagrafu ma japplikax għar-reġjuni ultraperiferiċi.
2a. Mill-inqas 30 % tal-kontribuzzjoni totali tal-FAEŻR għall-Pjan Strateġiku tal-PAK kif stabbilit fl-Anness IX għandu jkun riżervat għal interventi skont l-Artikoli 68, 70, 71 u 72 li jindirizzaw l-objettivi speċifiċi li għandhom l-għan li jrawmu l-iżvilupp ta' settur agrikolu intelliġenti, reżiljenti u diversifikat kif definit fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 6(1) ta' dan ir-Regolament.
3.
3.
Massimu ta' 4 % tal-kontribuzzjoni totali tal-FAEŻR lill-Pjan Strateġiku tal-PAK kif stabbilit fl-Anness IX jista' jintuża biex jiffinanzja l-azzjonijiet tal-assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 112.
Massimu ta' 4 % tal-kontribuzzjoni totali tal-FAEŻR lill-Pjan Strateġiku tal-PAK kif stabbilit fl-Anness IX jista' jintuża biex jiffinanzja l-azzjonijiet tal-assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 112.
Il-kontribuzzjoni mill-FAEŻR tista' tiżdied sa 6 % għall-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK meta l-ammont totali ta' appoġġ tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali jkun sa EUR 90 miljun.
Il-kontribuzzjoni mill-FAEŻR tista' tiżdied sa 6 % għall-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK meta l-ammont totali ta' appoġġ tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali jkun sa EUR 90 miljun.
L-assistenza teknika għandha tiġi rimborżata bħala rata fissa skont l-Artikolu 125(1)(e) tar-Regolament (UE/Euratom .../...[ir-Regolament Finanzjarju l-ġdid] fil-qafas tal-pagamenti interim skont l-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) [ir-Regolament Orizzontali]. Din ir-rata fissa għandha tirrappreżenta l-perċentwal stabbilit fil-Pjan Strateġiku tal-PAK għall-assistenza teknika tan-nefqa totali ddikjarata.
L-assistenza teknika għandha tiġi rimborżata bħala rata fissa skont l-Artikolu 125(1)(e) tar-Regolament (UE/Euratom .../...[ir-Regolament Finanzjarju l-ġdid] fil-qafas tal-pagamenti interim skont l-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) [ir-Regolament Orizzontali]. Din ir-rata fissa għandha tirrappreżenta l-perċentwal stabbilit fil-Pjan Strateġiku tal-PAK għall-assistenza teknika tan-nefqa totali ddikjarata.
4. Għal kull Stat Membru l-ammont minimu stabbilit fl-Anness X għandu jkun riżervat għall-kontribut lejn l-objettiv speċifiku "Nattiraw il-bdiewa żgħażagħ u niffaċilitaw l-iżvilupp tan-negozju" stabbilit fil-punt (g) tal-Artikolu 6(1). Fuq il-bażi tal-analiżi tas-sitwazzjoni f'termini ta' qawwiet, dgħufijiet, opportunitajiet u theddid ("l-analiżi SWOT") u l-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet li jridu jiġu indirizzati, l-ammont għandu jintuża għat-tipi ta' interventi li ġejjin:
4. L-Istati Membri għandhom jirriżervaw mill-inqas l-ammonti stabbiliti fl-Anness X għall-appoġġ għall-introjtu komplementari għall-bdiewa żgħażagħ kif stabbilit fl-Artikolu 27.
(a) l-Appoġġ għall-Introjtu Komplementarju għall-Bdiewa Żgħażagħ kif stipulat fl-Artikolu 27;
4a. L-Istati Membri għandhom jirriżervaw mill-inqas 60 % tal-ammonti stabbiliti fl-Anness VII għal:
(a) appoġġ bażiku għall-introjtu għas-sostenibbiltà kif imsemmi fis-Subtaqsima 2 tal-Kapitolu II tat-Titolu III;
(b) pagament ridistributtiv kif imsemmi fis-Subtaqsima 3 tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu II tat-Titolu III;
(c) interventi ta' appoġġ akkoppjat għall-introjtu kif imsemmi fis-Subtaqsima 1 tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu II tat-Titolu III;
(d) tipi ta' intervent f'setturi oħra kif imsemmi fit-Taqsima 7 tal-Kapitolu III tat-Titolu III.
Permezz ta' deroga, fejn Stat Membru jagħmel użu mill-għażla prevista fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 90(1), mill-ammont riżervat skont l-ewwel paragrafu, huwa jista' jnaqqas l-ammont minimu li jkun stabbilixxa skont l-ewwel subparagrafu bl-ammont miżjud.
4b. Mill-inqas 6 % tal-ammonti stabbiliti fl-Anness VII għandu jkun riżervat għall-pagament ridistributtiv imsemmi fl-Artikolu 26.
4c. Mill-inqas 30 % tal-allokazzjonijiet totali stabbiliti fl-Anness VII għall-perjodu 2023-2027 għandu jkun riżervat għall-iskemi għall-klima, l-ambjent u l-benessri tal-annimali msemmija fl-Artikolu 28.
L-Istati Membri jistgħu jirriżervaw ammonti differenti għal kull sena kalendarja, li jkunu ogħla jew iktar baxxi mill-perċentwal iffissat mill-Istat Membru skont l-ewwel sentenza, dment li s-somma tal-ammonti annwali kollha tikkorrispondi għal tali perċentwal.
Permezz ta' deroga, fejn Stat Membru jagħmel użu mill-għażla prevista fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 90(1), mill-ammont riżervat skont l-Artikolu 28, huwa jista' jnaqqas l-ammont minimu li jkun stabbilixxa skont l-ewwel subparagrafu bl-ammont miżjud.
5. L-allokazzjonijiet finanzjarji indikattivi għall-interventi tal-appoġġ għall-introjtu akkoppjat imsemmija fis-Subtaqsima 1 tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu II tat-Titolu III, għandha tkun limitata għal massimu ta' 10 % tal-ammont stabbilit fl-Anness VII.
5. L-allokazzjonijiet finanzjarji indikattivi għall-interventi tal-appoġġ għall-introjtu akkoppjat imsemmija fis-Subtaqsima 1 tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu II tat-Titolu III, għandha tkun limitata għal massimu ta' 10 % tal-ammont stabbilit fl-Anness VII. L-Istati Membri jistgħu jittrasferixxu parti minnha biex iżidu l-allokazzjoni massima stabbilita fl-Artikolu 82(6) jekk din l-allokazzjoni ma tkunx biżżejjed biex tiffinanzja l-interventi koperti mit-Taqsima 7 tal-Kapitolu III tat-Titolu III.
B'deroga mill-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri li skont l-Artikolu 53(4) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 użaw aktar minn 13 % tal-limitu massimu nazzjonali annwali tagħhom stabbilit fl-Anness II ta' dak ir-Regolament għall-iskop ta' appoġġ akkoppjat volontarju, jistgħu jiddeċiedu li jużaw aktar minn 10 % tal-ammont stabbilit fl-Anness VII għall-iskop tal-appoġġ għall-introjtu akkoppjat. Il-perċentwali li jirriżulta ma għandux jaqbeż il-perċentwal approvat mill-Kummissjoni għall-appoġġ akkoppjat volontarju fir-rigward tas-sena tat-talba 2018.
B'deroga mill-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri li skont l-Artikolu 53(4) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 użaw aktar minn 13 % tal-limitu massimu nazzjonali annwali tagħhom stabbilit fl-Anness II ta' dak ir-Regolament għall-iskop ta' appoġġ akkoppjat volontarju, jistgħu jiddeċiedu li jużaw aktar minn 10 % tal-ammont stabbilit fl-Anness VII għall-iskop tal-appoġġ għall-introjtu akkoppjat. Il-perċentwali li jirriżulta ma għandux jaqbeż il-perċentwal approvat mill-Kummissjoni għall-appoġġ akkoppjat volontarju fir-rigward tas-sena tat-talba 2018.
Il-perċentwal imseemi fl-ewwel subparagrafu jista' jiġi miżjud b'massimu ta' 2 %, sakemm l-ammont li jikkorrispondi għall-perċentwali li jaqbeż l-10 % jiġi allokat għall-appoġġ għall-għelejjel tal-proteini taħt is-Subtaqsima 1 tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu II tat-Titolu III.
Il-perċentwal imsemmi fl-ewwel subparagrafu jista' jiġi miżjud b'massimu ta' 2 %, sakemm l-ammont li jikkorrispondi għall-perċentwali li jaqbeż l-10 % jiġi allokat għall-appoġġ għall-għelejjel tal-proteini taħt is-Subtaqsima 1 tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu II tat-Titolu III.
L-ammont inkluż fil-Pjan Strateġiku tal-PAK approvat li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-ewwel u t-tieni subparagrafi għandu jkun vinkolanti.
L-ammont inkluż fil-Pjan Strateġiku tal-PAK approvat li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-ewwel u t-tieni subparagrafi għandu jkun vinkolanti.
6. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) [ir-Regolament Orizzontali], l-ammont massimu li jista' jingħata fi Stat Membru qabel l-applikazzjoni tal-Artikolu 15 ta' dan ir-Regolament skont is-Subtaqsima 1 tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu II tat-Titolu III ta' dan ir-Regolament fir-rigward ta' sena kalendarja ma għandux jaqbeż l-ammonti stabbiliti fil-Pjan Strateġiku tal-PAK skont il-paragrafu 6.
6. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) [ir-Regolament Orizzontali], l-ammont massimu li jista' jingħata fi Stat Membru qabel l-applikazzjoni tal-Artikolu 15 ta' dan ir-Regolament skont is-Subtaqsima 1 tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu II tat-Titolu III ta' dan ir-Regolament fir-rigward ta' sena kalendarja ma għandux jaqbeż l-ammonti stabbiliti fil-Pjan Strateġiku tal-PAK skont il-paragrafu 5.
7. Fil-Pjan Strateġiku tal-PAK tagħhom l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jużaw ċertu sehem tal-allokazzjoni mill-FAEŻR bħala ingranaġġ għall-appoġġ u biex itejbu l-Proġetti Strateġiċi tan-Natura integrati kif definit fir-[Regolament LIFE] u biex jiffinanzjaw l-azzjonijiet fir-rigward tal-mobbiltà għat-tagħlim transnazzjonali tal-persuni fil-qasam tal-iżvilupp agrikolu u rurali b'attenzjoni fuq il-bdiewa żgħażagħ, skont ir-[Regolament Erasmus].
7. Fil-Pjan Strateġiku tal-PAK tagħhom l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jużaw ċertu sehem tal-allokazzjoni mill-FAEŻR bħala ingranaġġ għall-appoġġ u biex itejbu l-Proġetti Strateġiċi tan-Natura integrati kif definit fir-[Regolament LIFE] meta l-komunitajiet tal-bdiewa jkunu involuti u biex jiffinanzjaw l-azzjonijiet fir-rigward tal-mobbiltà għat-tagħlim transnazzjonali tal-persuni fil-qasam tal-iżvilupp agrikolu u rurali b'attenzjoni fuq il-bdiewa żgħażagħ, skont ir-[Regolament Erasmus], u fuq in-nisa rurali.
Emenda 1135 Proposta għal regolament Artikolu 87
Artikolu 87
Artikolu 87
It-traċċar tan-nefqa relatata mal-klima
It-traċċar tan-nefqa relatata mal-klima
1. Abbażi tal-informazzjoni provduta mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-kontribut tal-politika għall-objettivi tat-tibdil fil-klima bl-użu ta' metodoloġija sempliċi u komuni.
1. Abbażi tal-informazzjoni provduta mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-kontribut tal-politika għall-objettivi tat-tibdil fil-klima bl-użu ta' metodoloġija komuni rikonoxxuta internazzjonalment.
2. Il-kontribut lejn il-mira tan-nefqa għandu jiġi stmat permezz tal-applikazzjoni ta' piżijiet speċifiċi differenzjati fuq il-bażi ta' jekk l-appoġġ jagħmilx kontribut sinifikanti jew moderat lejn l-objettivi tat-tibdil fil-klima. Dawn il-piżijiet għandhom ikunu kif ġej: (a) 40 % għan-nefqa taħt l-Appoġġ għall-Introjtu Bażiku għas-Sostenibbiltà u l-Appoġġ għall-Introjtu Komplementari msemmija fit-Titolu III, il-Kapitolu II, it-Taqsima II, is-Subtaqsimiet 2 u 3;
(b) 100 % għan-nefqa taħt l-iskemi għall-klima u għall-ambjent imsemmija fit-Titolu III, il-Kapitolu II, it-Taqsima II, is-Subtaqsima 4;
(c) 100 % għan-nefqa għall-interventi msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 86(2);
(d) 40 % għan-nefqa għar-restrizzjonijiet naturali jew speċifiċi għaż-żona msemmija fl-Artikolu 66.
2a. Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa metodoloġija komuni bbażata fuq ix-xjenza u rikonoxxuta internazzjonalment għal traċċar aktar preċiż tan-nefqa fuq l-objettivi klimatiċi u ambjentali, inkluża l-bijodiversità, u tevalwa l-istima tal-kontribuzzjoni għat-tipi differenti ta' intervent, bħala parti mir-Rieżamita' Nofs it-Terminu msemmija fl-Artikolu 139a.
Il-perċentwal tal-varjazzjoni huwa l-perċentwal li bih l-ammont unitarju medju jew uniformi realizzat jista' jaqbeż l-ammont unitarju medju jew uniformi ppjanat imsemmi fil-Pjan Strateġiku tal-PAK.
Il-perċentwal tal-varjazzjoni huwa l-perċentwal li bih l-ammont unitarju medju jew indikattiv uniformi realizzat jista' jaqbeż l-ammont unitarju medju jew indikattiv uniformi ppjanat imsemmi fil-Pjan Strateġiku tal-PAK.
Għal kull intervent fil-forma ta' pagamenti diretti, l-ammont unitarju medju jew uniformi reali ma għandu qatt ikun inqas mill-ammont unitarju ppjanat sakemm l-output miksub ma jaqbiżx l-output ippjanat kif stabbiliti fil-Pjan Strateġiku tal-PAK.
Għal kull intervent fil-forma ta' pagamenti diretti, l-ammont unitarju medju jew indikattiv uniformi reali ma għandu qatt ikun inqas mill-ammont indikattiv unitarju ppjanat sakemm l-output miksub ma jaqbiżx l-output ippjanat kif stabbiliti fil-Pjan Strateġiku tal-PAK.
Meta jkunu ġew definiti ammonti unitarji differenti fi ħdan intervent, dan is-subparagrafu għandu japplika għal kull ammont unitarju uniformi jew medju ta' dak l-intervent.
Meta jkunu ġew definiti ammonti indikattivi unitarji differenti fi ħdan intervent, dan is-subparagrafu għandu japplika għal kull ammont unitarju indikattiv uniformi jew medju ta' dak l-intervent.
2a. L-Istati Membri jistgħu jallokaw mill-ġdid l-ammonti skont it-tipi ta' intervent.
Emenda 1136 Proposta għal regolament Artikolu 90
Artikolu 90
Artikolu 90
Flessibbiltà bejn l-allokazzjonijiet tal-pagamenti diretti u l-allokazzjonijiet mill-FAEŻR
Flessibbiltà bejn l-allokazzjonijiet tal-pagamenti diretti u l-allokazzjonijiet mill-FAEŻR
1. Bħala parti mill-proposta tagħhom għall-Pjan Strateġiku tal-PAK imsemmija fl-Artikolu 106(1), l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jittrasferixxu:
1. Bħala parti mill-proposta tagħhom għall-Pjan Strateġiku tal-PAK imsemmija fl-Artikolu 106(1), l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jittrasferixxu:
(a) sa 15 % tal-allokazzjoni tal-pagamenti diretti tal-Istati Membri stabbilita fl-Anness IV wara tnaqqis tal-allokazzjoni għall-qoton stabbiliti fl-Anness VI għas-snin kalendarji 2021 sa 2026 lill-allokazzjoni tal-Istat Membru għall-FAEŻR fis-snin finanzjarji 2022 – 2027; jew
(a) sa 12% tal-allokazzjoni totali tal-pagamenti diretti tal-Istati Membri stabbilita fl-Anness IV wara tnaqqis tal-allokazzjoni għall-qoton stabbiliti fl-Anness VI għas-snin kalendarji 2023 sa 2026 u trasferiti lill-allokazzjoni tal-Istat Membru għall-FAEŻR fis-snin finanzjarji 2024 – 2027, sakemm l-Istati Membri jużaw iż-żieda korrispondenti għal interventi agroambjentali msemmija fl-Artikolu 65 li l-benefiċjarji tagħhom ikunu l-bdiewa; jew
(b) sa 15 % tal-allokazzjoni għall-FAEŻR tal-Istat Membru fis-snin finanzjarji 2022 – 2027 lill-allokazzjoni tal-pagamenti diretti tal-Istat Membru stabbilita fl-Anness IV għas-snin kalendarji 2021 sa 2026.
(b) sa 5 % tal-allokazzjoni għall-FAEŻR tal-Istat Membru fis-snin finanzjarji 2024 – 2027 lill-allokazzjoni tal-pagamenti diretti tal-Istat Membru stabbilita fl-Anness IV għas-snin kalendarji 2023 sa 2026, dment li ż-żieda korrispondenti tkun allokata għal operazzjonijiet koperti mill-Artikolu 28.
Il-perċentwal ta' trasferiment mill-allokazzjoni tal-pagamenti diretti tal-Istat Membru lill-allokazzjoni tiegħu għall-FAEŻR imsemmi fl-ewwel subparagrafu jista' jiżdied bi:
B'deroga mill-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri li l-ammont medju nazzjonali tagħhom għal kull ettaru huwa inqas mill-medja tal-Unjoni, jistgħu jittrasferixxu sa 12 % tal-allokazzjonijiet tal-FAEŻR għall-allokazzjoni tagħhom għall-pagamenti diretti . Madankollu, it-trasferiment ma għandux ikun ogħla mill-ammont meħtieġ biex l-ammont medju nazzjonali tagħhom għal kull ettaru jinġieb f'konformità mal-medja tal-Unjoni. Għandu jiġi allokat kollu kemm hu għall-interventi msemmija fl-Artikolu 28 .
(a) sa 15 punti perċentwali dejjem jekk l-Istati Membri jużaw iż-żieda korrispondenti għall-interventi ffinanzjati mill-FAEŻR li jindirizzaw l-objettivi speċifiċi relatati mal-ambjent u mal-klima msemmija fil-punti (d), (e) u (f) tal-Artikolu 6(1);
(b) sa 2 punti perċentwali dejjem jekk l-Istati Membri jużaw iż-żieda korrispondenti skont il-punt (b) tal-Artikolu 86(4).
L-allokazzjonijiet għall-pagamenti diretti trasferiti skont il-paragrafu 1(a) ta' dan l-Artikolu jistgħu jitnaqqsu mis-sehem tal-kontribuzzjoni skont l-Artikolu 86 (4a) jew (4c) jew għal taħlita tat-tnejn.
2. Id-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jistabbilixxu l-perċentwal imsemmi fil-paragrafu 1, li jista' jvarja skont is-sena kalendarja.
2. Id-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jistabbilixxu l-perċentwal imsemmi fil-paragrafu 1, li jista' jvarja skont is-sena kalendarja.
3. Fl-2023, l-Istati Membri jistgħu jirrieżaminaw id-deċiżjonijiet tagħhom imsemmija fil-paragrafu 1 bħala parti minn talba għal emenda tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom, imsemmija fl-Artikolu 107.
3. Fl-2024, l-Istati Membri jistgħu jirrieżaminaw id-deċiżjonijiet tagħhom imsemmija fil-paragrafu 1 bħala parti minn talba għal emenda tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom, imsemmija fl-Artikolu 107.
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw id-deċiżjonijiet tagħhom imsemmija fil-paragrafu 1 flimkien mad-deċiżjoni tagħhom dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 15 u 26 lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2021.
Emenda 562 Proposta għal regolament Artikolu 91 – paragrafu 1
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK skont dan ir-Regolament biex jimplimentaw l-appoġġ mill-Unjoni ffinanzjat mill-FAEG u mill-FAEŻR għall-kisba tal-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6.
L-Istati Membri u, meta xieraq, f'kollaborazzjoni mar-reġjuni, għandhom jistabbilixxu l-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK skont dan ir-Regolament biex jimplimentaw l-appoġġ mill-Unjoni ffinanzjat mill-FAEG u mill-FAEŻR għall-ksib tal-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1).
Emenda 563 Proposta għal regolament Artikolu 91 – paragrafu 2
Fuq il-bażi tal-analiżi SWOT imsemmija fl-Artikolu 103(2) u valutazzjoni tal-ħtiġijiet imsemmija fl-Artikolu 96, fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu strateġija tal-intervent kif imsemmi fl-Artikolu 97 li fiha għandhom jiġu stabbiliti miri kwantitattivi u stadji importanti għall-kisba tal-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6. Il-miri għandhom jiġu definiti bl-użu ta' sett komuni ta' indikaturi tar-riżultati stabbilit fl-Anness I.
Fuq il-bażi tal-analiżi SWOT imsemmija fl-Artikolu 103(2) u tal-valutazzjoni tal-ħtiġijiet imsemmija fl-Artikolu 96, fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK l-Istati Membri u, meta xieraq, f'kollaborazzjoni mar-reġjuni, għandhom jistabbilixxu strateġija ta' intervent kif imsemmi fl-Artikolu 97 li fiha għandhom jiġu stabbiliti miri kwantitattivi u stadji importanti għall-ksib tal-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6. Il-miri għandhom jiġu definiti bl-użu ta' sett komuni ta' indikaturi tar-riżultati stabbilit fl-Anness I.
Emenda 564 Proposta għal regolament Artikolu 91 – paragrafu 4
Kull Pjan Strateġiku tal-PAK għandu jkopri l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2027.
Kull Pjan Strateġiku tal-PAK għandu jkopri l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2022 sal-31 ta' Diċembru 2027.
L-approvazzjoni tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK u l-implimentazzjoni tagħhom min-naħa tal-Istati Membri ma għandhom jikkawżaw l-ebda dewmien la fil-perjodu ta' applikazzjoni għall-għajnuna għall-benefiċjarji u lanqas fil-ħlas f'waqtu lill-benefiċjarji tal-għajnuna.
Emenda 832cp1 Proposta għal regolament Artikolu 92 – titolu
Aktar ambizzjoni fir-rigward tal-objettivi relatati mal-ambjent u mal-klima
Aktar ambizzjoni fir-rigward tal-objettivi relatati mal-ambjent, mal-klima u mat-trattament xieraq tal-annimali
Emenda 567 Proposta għal regolament Artikolu 92 – paragrafu 1
1. Permezz tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom u b'mod partikolari permezz tal-elementi tal-istrateġija tal-interventi msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 97(2), l-Istati Membri għandhom jimmiraw li jagħmlu kontribut ġenerali akbar għall-kisba tal-objettivi speċifiċi relatati mal-ambjent u mal-klima stipulati fil-punti (d), (e) u (f) tal-Artikolu 6(1) b'paragun mal-kontribut ġenerali li jkun sargħall-kisba tal-objettiv stipulat fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 110(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 permezz tal-appoġġ taħt il-FAEG u l-FAEŻR fil-perjodu mill-2014 sal-2020.
1. Permezz tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom u b'mod partikolari permezz tal-elementi tal-istrateġija tal-interventi msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 97(2), l-Istati Membri għandhom jimmiraw li jagħmlu kondiviżjoni ġenerali akbar tal-baġit allokatgħall-ksibtal-objettivi speċifiċi agroambjentali u klimatiċi stipulati fil-punti(d), (e) u (f) tal-Artikolu 6(1) b'paragun mas-sehem ġenerali tal-baġit allokatbiex jinkiseb l-objettiv stipulat fil-punt(b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 110(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 permezz tal-appoġġ taħt il-FAEG u l-FAEŻR fil-perjodu mill-2014 sal-2020.
Emenda 832cp4 Proposta għal regolament Article 92 – paragrafu 2
2. Fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom, l-Istati Membri għandhom jispjegaw, fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli, kif għandhom l-intenzjoni jiksbu l-kontribut ġenerali akbar stabbilit fil-paragrafu 1. Dik l-ispjegazzjoni għandha tkun ibbażata fuq informazzjoni rilevanti bħal pereżempju l-elementi msemmija fil-punti (a) sa (f) tal-Artikolu 95(1) u fil-punt (b) tal-Artikolu 95(2).
2. Fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom, l-Istati Membri għandhom jispjegaw, abbażi tal-aktar informazzjoni riċenti u affidabbli, l-impatt fuq l-ambjent u l-klima li biħsiebhom jiksbu fil-perjodu 2021-2027, u kif biħsiebhom jiksbu l-kontribut ġenerali akbar stabbilit fil-paragrafu 1, inkluż billi jiżguraw li l-objettivi tagħhom stabbiliti abbażi tal-indikaturi tal-impatt imsemmija fl-Anness I se jirrappreżentaw titjib tas-sitwazzjoni kurrenti. Dik l-ispjegazzjoni għandha tkun ibbażata fuq informazzjoni rilevanti bħal pereżempju fuq l-elementi msemmija fil-punti (a) sa (f) tal-Artikolu 95(1) u fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 95(2).
Emenda 1177 Proposta għal regolament Artikolu 92a (ġdid)
Artikolu 92a
Prevenzjoni fil-ġestjoni tar-riskju
Fil-pjanijiet strateġiċi tal-PAK tagħhom, l-Istati Membri għandhom jispjegaw, abbażi tal-informazzjoni disponibbli u l-analiżi SWOT, kif beħsiebhom jipprovdu soluzzjonijiet ta' ġestjoni tar-riskju suffiċjenti u rilevanti biex jgħinu lill-bdiewa jiffaċċjaw perikli klimatiċi, sanitarji u ekonomiċi. Is-soluzzjonijiet ta' ġestjoni tar-riskju msemmija f'dan l-Artikolu jistgħu jinkludu għodod għall-ġestjoni tar-riskju elenkati fl-Artikolu 70 jew kwalunkwe soluzzjoni nazzjonali preeżistenti ta' ġestjoni tar-riskju.
Emenda 569 Proposta għal regolament Artikolu 93 – paragrafu 1
Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi Pjan Strateġiku tal-PAK uniku għat-territorju kollu tiegħu.
Kull Stat Membru u, meta applikabbli, f'kollaborazzjoni mar-reġjuni, għandu jistabbilixxi Pjan Strateġiku tal-PAK uniku għat-territorju kollu tiegħu.
Emenda 570 Proposta għal regolament Artikolu 93 – paragrafu 2
Meta l-elementi tal-Pjan Strateġiku tal-PAK jiġu stabbiliti fil-livell reġjonali, l-Istat Membru għandu jiżgura l-koerenza u l-konsistenza mal-elementi tal-Pjan Strateġiku tal-PAK stabbilit fil-livell nazzjonali.
Meta l-elementi tal-Pjan Strateġiku tal-PAK jiġu stabbiliti u/jew implimentati fil-livell reġjonali permezz tal-Programmi ta' Intervent Reġjonali, l-Istat Membru għandu jiżgura l-koerenza u l-konsistenza mal-elementi tal-Pjan Strateġiku tal-PAK stabbilit fil-livell nazzjonali.
Emendi 571 u 734cp2 Proposta għal regolament Artikolu 94 – paragrafu 2
2. Il-korp tal-Istat Membru responsabbli għat-tfassil tal-Pjan Strateġiku tal-PAK għandu jiżgura li l-awtoritajiet kompetenti għall-ambjent u l-klima jkunu involuti effettivament fit-tfassil tal-aspetti ambjentali u klimatiċi tal-Pjan.
2. Il-korp tal-Istat Membru responsabbli għat-tfassil tal-Pjan Strateġiku tal-PAK għandu jiżgura li l-awtoritajiet pubbliċi kompetenti għall-ambjent u l-klima jkunu involuti bis-sħiħ fit-tfassil tal-aspetti ambjentali u klimatiċi tal-Pjan.
Emendi 572 u 734cp3 Proposta għal regolament Artikolu 94 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
Kull Stat Membru għandu jorganizza sħubija mal-awtoritajiet kompetenti reġjonali u lokali. Is-sħubija għandha tinkludi mill-inqas is-sħab li ġejjin:
Kull Stat Membru għandu jorganizza sħubija mal-awtoritajiet kompetenti reġjonali u lokali kif ukoll ma' sħab oħra. Is-sħubija għandha tinkludi mill-inqas is-sħab li ġejjin:
Emendi 573 u 734cp5 Proposta għal regolament Artikolu 94 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt b
(b) is-sħab ekonomiċi u soċjali;
(b) is-sħab ekonomiċi u soċjali, b'mod partikolari r-rappreżentanti tas-settur agrikolu, u inklużi l-Gruppi ta' Azzjoni Lokali fil-kuntest tal-programmi LEADER;
Emendi 574 u 734cp6 Proposta għal regolament Artikolu 94 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt c
(c) il-korpi rilevanti li jirrappreżentaw is-soċjetà ċivili u fejn rilevanti l-korpi responsabbli għall-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, id-drittijiet fundamentali, l-ugwaljanza bejn is-sessi u n-nondiskriminazzjoni.
(c) il-korpi rilevanti li jirrappreżentaw is-soċjetà ċivili relatati mal-objettivi kollha stabbiliti fl-Artikolu 5 u l-Artikolu 6(1) u, meta rilevanti, il-korpi responsabbli għall-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, id-drittijiet fundamentali, l-ugwaljanza bejn is-sessi u n-nondiskriminazzjoni.
Emendi 575 u 734cp7 Proposta għal regolament Artikolu 94 – paragrafu 3 – subparagrafu 2
L-Istati Membri għandhom jinvolvu lil dawk is-sħab fit-tħejjija tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK.
L-Istati Membri għandhom jinvolvu bis-sħiħ lil dawk is-sħab fit-tħejjija tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK.
Emendi 576 u 734cp9 Proposta għal regolament Artikolu 94 – paragrafu 4
4. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikooperaw sabiex jiżguraw koordinazzjoni effettiva fl-implimentazzjoni tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, filwaqt li jqisu l-prinċipji ta' proporzjonalità u ta' ġestjoni kondiviża.
4. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkooperaw sabiex jiżguraw koordinazzjoni effettiva fl-implimentazzjoni tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, b'kunsiderazzjoni tal-prinċipji ta' proporzjonalità, ġestjoni kondiviża u funzjonament tajjeb tas-suq uniku.
Emendai 577, 970 u 1312cp7 Proposta għal regolament Artikolu 94 – paragrafu 4a (ġdid)
4a. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta att delegat skont l-Artikolu 138 biex tistabbilixxi kodiċi ta' kondotta sabiex tappoġġa lill-Istati Membri fl-organizzazzjoni tas-sħubija msemmija fil-paragrafu 3. Il-kodiċi ta' kondotta għandu jistabbilixxi l-qafas li fih l-Istati Membri, skont il-liġi nazzjonali tagħhom u l-kompetenzi reġjonali, jridu jsegwu l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' sħubija.
Emenda 578 Proposta għal regolament Artikolu 95 – paragrafu 1 – punt e
(e) mira u pjanijiet finanzjarji;
(e) mira u pjanijiet finanzjarji, inklużi, meta xieraq, dawk dwar il-programmi ta' intervent reġjonali;
Emenda 579 Proposta għal regolament Artikolu 95 – paragrafu 2 – punt c
(c) l-Anness III dwar il-konsultazzjoni tas-sħab;
(c) l-Anness III dwar il-konsultazzjoni tas-sħab, sommarju tal-kummenti mressqa mill-awtoritajiet reġjonali u lokali kompetenti u s-sħab kif imsemmi fl-Artikolu 94(3);
Emenda 580 Proposta għal regolament Artikolu 95 – paragrafu 2 – punt d
(d) l-Anness IV dwar il-pagament speċifiku għall-għelejjel għall-qoton;
(d) l-Anness IV dwar il-pagament speċifiku għall-għelejjel għall-qoton, meta applikabbli;
Emenda 581 Proposta għal regolament Artikolu 95 – paragrafu 2 – punt e
(e) l-Anness V dwar il-finanzjament nazzjonali addizzjonali pprovdut fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK.
(e) l-Anness V dwar l-għajnuna mill-Istat għall-Pjan Strateġiku mhux eżentata mill-Artikoli 107, 108 u 109 tat-TFUE, skont l-Artikolu 131(4), u l-finanzjament nazzjonali addizzjonali pprovdut għal kull intervent ta' żvilupp fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK.
Emenda 582 Proposta għal regolament Artikolu 95 – paragrafu 2 – punt ea (ġdid)
(ea) l-Anness VI dwar l-iskemi għall-klima, l-ambjent u l-benessri tal-annimali kif imsemmi fl-Artikolu 28.
Emenda 583 Proposta għal regolament Artikolu 95 – paragrafu 2 – punt eb (ġdid)
(eb) l-Anness VII dwar il-Programmi ta' Intervent Reġjonali; u
Emenda 584 Proposta għal regolament Artikolu 95 – paragrafu 2 – punt ec (ġdid)
(ec) l-Anness VIII dwar l-elementi tal-Pjanijiet Strateġiċi li jikkontribwixxu biex tiżdied il-kompetittività.
Emenda 585 Proposta għal regolament Artikolu 96 – paragrafu 1 – punt b
(b) identifikazzjoni tal-ħtiġijiet għal kull objettiv speċifiku stabbilit fl-Artikolu 6 fuq il-bażi tal-evidenza mill-analiżi SWOT. Il-ħtiġijiet kollha għandhom jiġu deskritti, irrispettivament minn jekk humiex se jiġu indirizzati permezz tal-Pjan Strateġiku tal-PAK jew le;
(b) identifikazzjoni tal-ħtiġijiet għal kull objettiv speċifiku stabbilit fl-Artikolu 6, inkluż il-benessri tal-annimali, abbażi tal-evidenza mill-analiżi SWOT. Il-ħtiġijiet kollha għandhom jiġu deskritti, irrispettivament minn jekk humiex se jiġu indirizzati permezz tal-Pjan Strateġiku tal-PAK jew le;
Emenda 586 Proposta għal regolament Artikolu 96 – paragrafu 1 – punt d
(d) fejn applikabbli, analiżi tal-ħtiġijiet speċifiċi taż-żoni ġeografiċi vulnerabbli, bħal pereżempju r-reġjuni ultraperiferiċi;
(d) meta applikabbli, analiżi tal-ħtiġijiet speċifiċi taż-żoni ġeografiċi iżolati jew vulnerabbli, bħal pereżempju r-reġjuni ultraperiferiċi, ir-reġjuni muntanjużi u r-reġjuni insulari;
Emenda 587 Proposta għal regolament Artikolu 96 – paragrafu 1 – punt e
(e) il-prijoritizzazzjoni u l-klassifikazzjoni tal-ħtiġijiet, inkluż ġustifikazzjoni siewja tal-għażliet li jkunu saru u jekk rilevanti, għaliex ċerti ħtiġijiet identifikati ma jiġux indirizzati jew parzjalment indirizzati fil-Pjan Strateġiku tal-PAK.
(e) il-prijoritizzazzjoni u l-klassifikazzjoni tal-ħtiġijiet skont l-għażliet li jkunu saru u jekk rilevanti, ġustifikazzjoni tar-raġunijiet għaliex ċerti ħtiġijiet identifikati ma jkunux ġew indirizzati jew parzjalment indirizzati fil-Pjan Strateġiku tal-PAK;
Emenda 588 Proposta għal regolament Artikolu 96 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)
(ea) sommarju tal-oqsma fejn l-informazzjoni ta' referenza tkun nieqsa jew ma tkunx biżżejjed biex tingħata deskrizzjoni sħiħa tas-sitwazzjoni attwali fir-rigward tal-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6 u għall-finijiet tal-monitoraġġ ta' dawk l-objettivi.
Emenda 589 Proposta għal regolament Artikolu 96 – paragrafu 3
L-Istati Membri għandhom jużaw l-aktar data reċenti u affidabbli għal din il-valutazzjoni.
L-Istati Membri għandhom jużaw l-aktar data reċenti u affidabbli għal din il-valutazzjoni u għandhom jużaw data diżaggregata skont is-sess, meta rilevanti.
Emenda 590 Proposta għal regolament Artikolu 97 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)
(aa) spjegazzjoni tal-arkitettura soċjali u ekonomika tal-Pjan Strateġiku tal-PAK, li tiddeskrivi l-komplementarjetà u l-kundizzjonijiet bażiċi bejn l-interventi differenti mmirati lejn l-objettivi speċifiċi relatati mal-iżvilupp ekonomiku agrikolu u ż-żoni rurali definiti rispettivament fil-punti (a), (b), (c), (g), (h) u (i) tal-Artikolu 6(1);
Emenda 591 Proposta għal regolament Artikolu 97 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)
(ba) meta rilevanti, ħarsa ġenerali lejn kif il-Pjan Strateġiku tal-PAK ikun qed jindirizza l-ħtiġijiet ta' sistemi ta' biedja ta' Valur Naturali Għoli, inklużi aspetti relatati mal-vijabbiltà soċjoekonomika tagħhom.
Emenda 592 Proposta għal regolament Artikolu 97 – paragrafu 2 – punt c
(c) fir-rigward tal-objettiv speċifiku "nattiraw il-bdiewa żgħażagħ u niffaċilitaw l-iżvilupp tan-negozju" stabbilit fil-punt (g) tal-Artikolu 6(1), għandhom jiġu ppreżentati ħarsa ġenerali tal-interventi rilevanti tal-Pjan Strateġiku tal-PAK u l-kundizzjonijiet speċifiċi bħal pereżempju dawk speċifikati fl-Artikoli 22(4), 27, 69 u 71(7). B'mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jirreferu għall-Artikolu 86(5) meta jippreżentaw il-pjan finanzjarju fir-rigward tat-tipi ta' interventi msemmija fl-Artikoli 27 u 69. Il-ħarsa ġenerali għandha wkoll tispjega l-interazzjoni mal-istrumenti nazzjonali bil-ħsieb li tittejjeb il-konsistenza bejn l-azzjonijiet tal-Unjoni u nazzjonali f'dan il-qasam.
(c) fir-rigward tal-objettiv "nattiraw il-bdiewa żgħażagħ u niffaċilitaw l-iżvilupp tan-negozju" f'konformità mal-punt (g) tal-Artikolu 6(1), għandhom jiġu ppreżentati ħarsa ġenerali tal-interventi rilevanti tal-Pjan Strateġiku tal-PAK u l-kundizzjonijiet speċifiċi bħal pereżempju dawk speċifikati fl-Artikoli 22(4), 27, 69 u 71(7). B'mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jirreferu għall-Artikolu 86(5) meta jippreżentaw il-pjan finanzjarju fir-rigward tat-tipi ta' interventi msemmija fl-Artikoli 27 u 69. Il-ħarsa ġenerali għandha wkoll tispjega l-interazzjoni mal-istrumenti nazzjonali bil-ħsieb li tittejjeb il-konsistenza bejn l-azzjonijiet tal-Unjoni u nazzjonali f'dan il-qasam.
Emenda 593 Proposta għal regolament Artikolu 97 – paragrafu 2 – punt f
(f) deskrizzjoni tal-interazzjoni bejn l-interventi nazzjonali u reġjonali, inkluż id-distribuzzjoni tal-allokazzjoni finanzjarji għal kull intervent u għal kull fond.
(f) deskrizzjoni tal-interazzjoni bejn l-interventi nazzjonali u reġjonali, inkluża d-distribuzzjoni tal-allokazzjoni finanzjarji għal kull intervent u għal kull fond. u
Emenda 594 Proposta għal regolament Artikolu 97 – paragrafu 2 – punt fa (ġdid)
(fa) spjegazzjoni ta' kif il-Pjan Strateġiku tal-PAK huwa maħsub biex jikkontribwixxi għall-objettiv li jittejbu s-saħħa u l-benessri tal-annimali u titnaqqas ir-reżistenza għall-antimikrobiċi. L-Istati Membri għandhom, b'mod partikolari, jirreferu għat-tipi ta' interventi koperti mill-Artikoli 28 u 65.
Emenda 1112 Proposta għal regolament Artikolu 97 – paragrafu 2 – punt fb (ġdid)
(fb) spjegazzjoni ta' kif l-interventi għal kull objettiv speċifiku stabbilit fl-Artikolu 6(1) jikkontribwixxu għas-simplifikazzjoni għall-benefiċjarji finali u biex inaqqsu l-piż amministrattiv
Emenda 595 Proposta għal regolament Artikolu 98 – titolu
Elementi komuni f'bosta interventi
Elementi komuni f'bosta interventi fil-Pjanijiet Strateġiċi
Emenda 1113 Proposta għal regolament Artikolu 98 – paragrafu 1 – punt b – punt iia (ġdid)
(iia) deskrizzjoni tal-kontribuzzjoni ġenerali relatat mas-simplifikazzjoni u t-tnaqqis tal-piż amministrattiv u regolatorju għall-benefiċjarji finali.
Emenda 835 Proposta għal regolament Artikolu 98 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)
(ba) spjegazzjoni ta' kif il-Pjan Strateġiku tal-PAK se jappoġġa l-agrikoltura organika, sabiex tikkontribwixxi għall-allinjament tal-produzzjoni mad-domanda dejjem tikber għal prodotti agrikoli organiċi, kif stipulat fl-Artikolu 13a;
Emenda 596 Proposta għal regolament Artikolu 98 – paragrafu 1 – punt c
(c) deskrizzjoni tal-użu tal-"assistenza teknika" kif imsemmi fl-Artikoli 83(2), 86(3) u 112 u tan-netwerks tal-PAK kif imsemmi fl-Artikolu 113;
(c) deskrizzjoni tal-użu tal-"assistenza teknika" kif imsemmi fl-Artikoli 83(2), 86(3) u 112 u tan-netwerks tal-PAK kif imsemmi fl-Artikolu 113; u
Emenda 597 Proposta għal regolament Artikolu 99 – paragrafu 1 – punt c
(c) id-disinn speċifiku jew ir-rekwiżiti ta' dak l-intervent li jiżguraw kontribut effettiv lill-objettiv(i) speċifiku(speċifiċi) stabbiliti fl-Artikolu 6(1). Għall-interventi ambjentali u klimatiċi, l-artikolazzjoni mar-rekwiżiti tal-kundizzjonalità għandha turi li ma jkunx hemm duplikazzjoni tal-prattiki;
(c) id-disinn speċifiku jew ir-rekwiżiti ta' dak l-intervent li jiżguraw kontribut effettiv lill-objettiv(i) speċifiku(speċifiċi) rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 6(1). Għall-interventi ambjentali u klimatiċi, l-artikolazzjoni mar-rekwiżiti tal-kundizzjonalità għandha turi li ma jkunx hemm duplikazzjoni tal-prattiki;
Emenda 598 Proposta għal regolament Artikolu 99 – paragrafu 1 – punt d
(d) il-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà;
(d) il-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà f'konformità ma' dan ir-Regolament;
Emenda 599 Proposta għal regolament Artikolu 99 – paragrafu 1 – punt h
(h) l-allokazzjoni finanzjarja annwali li tirriżulta għall-intervent, kif imsemmi fl-Artikolu 88. Fejn applikabbli, għandu jiġi provdut tqassim tal-ammonti ppjanati għall-għotjiet u l-ammonti ppjanati għall-istrumenti finanzjarji;
(h) l-allokazzjoni finanzjarja annwali li tirriżulta għall-intervent, kif imsemmi fl-Artikolu 88. Fejn applikabbli, għandu jiġi provdut tqassim tal-ammonti ppjanati għall-għotjiet u l-ammonti ppjanati għall-istrumenti finanzjarji; u
Emenda 600 Proposta għal regolament Artikolu 99 – paragrafu 1 – punt i
(i) indikazzjoni ta' jekk l-intervent jaqax barra l-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 42 tat-TFUE u huwiex soġġett għall-valutazzjoni tal-għajnuna mill-Istat.
(i) indikazzjoni ta' jekk l-intervent jaqax barra l-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 42 tat-TFUE u huwiex soġġett għall-valutazzjoni tal-għajnuna mill-Istat skont l-indikazzjoni mogħtija mill-Kummissjoni Ewropea fil-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat.
Emenda 601 Proposta għal regolament Artikolu 100 – paragrafu 1
1. Il-pjan tal-mira msemmi fil-punt (e) tal-Artikolu 95(1) għandu jikkonsisti f'tabella rikapitulattiva li turi l-miri kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 97(1), li tindika t-tqassim fi stadji importanti annwali.
1. Il-pjan tal-mira msemmi fil-punt (e) tal-Artikolu 95(1) għandu jikkonsisti f'tabella rikapitulattiva li turi l-miri kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 97(1), li tindika t-tqassim fi stadji importanti annwali jew, meta xieraq, pluriennali u, meta meħtieġ, imqassma parzjalment skont ir-reġjuni.
Emenda 602 Proposta għal regolament Artikolu 100 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt e
(e) tqassim tal-allokazzjonijiet għat-tipi ta' interventi settorjali msemmijin fit-Taqsima VII tal-Kapitolu III tat-Titolu III, għal kull intervent u b'indikazzjoni tal-outputs ippjanati u l-ammont unitarju medju;
(e) tqassim tal-allokazzjonijiet għat-tipi ta' interventi settorjali msemmijin fil-Kapitolu III tat-Titolu III, għal kull intervent u b'indikazzjoni tal-outputs ippjanati u l-ammont unitarju medju;
Emenda 603 Proposta għal regolament Artikolu 100 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt f
(f) tqassim tal-allokazzjonijiet tal-Istati Membri għall-iżvilupp rurali wara t-trasferimenti lill-pagamenti diretti u minnhom kif speċifikat fil-punt (b), għal kull tip ta' interventi u għal kull intervent, inkluż it-totali għall-perjodu, filwaqt li tiġi indikata ukoll ir-rata ta' kontribuzzjoni applikabbli tal-FAEŻR, imqassma għal kull intervent u għall kull tip ta' reġjun fejn applikabbli. Fil-każ ta' trasferiment ta' fondi mill-pagamenti diretti, għandhom ikunu speċifikati l-intervent(i) jew parti mill-intervent iffinanzjat mit-trasferiment. Din it-tabella għandha wkoll tispeċifika l-outputs ippjanati għal kull intervent u l-ammonti unitarji medji jew uniformi, kif ukoll, fejn applikabbli, tqassim tal-ammonti ppjanati għall-għotjiet u l-ammonti ppjanati għall-istrumenti finanzjarji. Għandhom ukoll jiġu speċifikati l-ammonti għall-assistenza teknika;
(f) tqassim tal-allokazzjonijiet tal-Istati Membri għall-iżvilupp rurali wara t-trasferimenti lill-pagamenti diretti u minnhom kif speċifikat fil-punt (b), għal kull tip ta' interventi u għal kull intervent, inkluż it-totali għall-perjodu, filwaqt li tiġi indikata ukoll ir-rata ta' kontribuzzjoni applikabbli tal-FAEŻR, imqassma għal kull intervent u għall kull tip ta' reġjun fejn applikabbli. Fil-każ ta' trasferiment ta' fondi mill-pagamenti diretti, għandhom ikunu speċifikati l-intervent(i) jew parti mill-intervent iffinanzjat mit-trasferiment. Din it-tabella għandha wkoll tispeċifika l-outputs ippjanati għal kull intervent u l-ammonti unitarji medji jew uniformi, kif ukoll, fejn applikabbli, tqassim tal-ammonti ppjanati għall-għotjiet u l-ammonti ppjanati għall-istrumenti finanzjarji. Għandhom ukoll jiġu speċifikati l-ammonti għall-assistenza teknika; u
L-elementi msemmija f'dan il-paragrafu għandhom ikunu stabbilit għal kull sena.
L-elementi msemmija f'dan il-paragrafu għandhom ikunu stabbilit għal kull sena, meta meħtieġ, u jistgħu jinkludu, meta xieraq, tabelli reġjonali.
Emenda 605 Proposta għal regolament Artikolu 100a (ġdid)
Artikolu 100a
Programmi ta' Intervent Reġjonali
Kull Programm ta' Intervent Reġjonali għal żvilupp rurali għandu jinkludi, bħala minimu, it-taqsimiet li ġejjin:
(a) sommarju tal-analiżi SWOT;
(b) sommarju tal-valutazzjoni tal-ħtiġijiet;
(c) strateġija tal-interventi;
(d) deskrizzjoni operattiva tal-interventi ġestiti u implimentati fil-livell reġjonali b'mod konsistenti mal-Pjan Strateġiku nazzjonali kif stabbilit fl-Artikolu 99. B'mod aktar speċifiku, kull intervent speċifikat fl-istrateġija taħt il-punt c ta' dan l-Artikolu għandu jinkludi l-elementi li ġejjin:
(i) deskrizzjoni tal-intervent;
(ii) il-kundizzjonijiet ta' eliġibbiltà;
(iii) rata tal-għajnuna;
(iv) kalkolu tal-ammont tal-unità tal-għajnuna;
(v) il-pjan finanzjarju;
(vi) l-indikaturi tar-riżultat;
(vii) il-miri;
(viii) spjega dwar il-ksib tal-miri;
(e) il-pjan finanzjarju pluriennali; u
(f) deskrizzjoni tas-sistema ta' governanza u koordinazzjoni.
Emenda 606 Proposta għal regolament Artikolu 102 – paragrafu 1 – parti introduttorja
Id-deskrizzjoni tal-elementi li jiżguraw il-modernizzazzjoni tal-PAK imsemmija fil-punt (g) tal-Artikolu 95(1) għandha tenfasizza l-elementi tal-Pjan Strateġiku tal-PAK li jappoġġaw il-modernizzazzjoni tas-settur agrikolu u tal-KAP u għandha tinkludi b'mod partikolari:
Id-deskrizzjoni tal-elementi li jiżguraw il-modernizzazzjoni tal-PAK imsemmija fil-punt (g) tal-Artikolu 95(1) għandha tenfasizza l-elementi tal-Pjan Strateġiku tal-PAK li jappoġġaw il-modernizzazzjoni tas-settur agrikolu u tal-PAK biex jilqgħu għall-isfidi ġodda, inkluża t-tranżizzjoni lejn mudelli aktar sostenibbli, u għandha tinkludi b'mod partikolari:
Emenda 607 Proposta għal regolament Artikolu 102 – paragrafu 1 – punt a – parti introduttorja
(a) ħarsa ġenerali ta' kif il-Pjan Strateġiku tal-PAK se jikkontribwixxi għall-objettiv ġenerali trasversali relatat mat-trawwim u l-kondiviżjoni tal-għarfien, l-innovazzjoni u d-diġitalizzazzjoni u t-tħeġġiġ tal-użu tagħhom imsemmi fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 5, b'mod partikolari permezz ta':
(a) ħarsa ġenerali lejn kif il-Pjan Strateġiku tal-PAK se jikkontribwixxi għall-objettiv ġenerali trasversali relatat mat-trawwim u l-kondiviżjoni tal-għarfien, l-innovazzjoni u d-diġitalizzazzjoni f'żoni agrikoli u rurali, it-tħeġġiġ u l-promozzjoni tal-użu tagħhom imsemmi fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 5, b'mod partikolari permezz ta':
Emenda 836 Proposta għal regolament Artikolu 102 – paragrafu 1 – punt a – punt iia (ġdid)
(iia) koerenza mal-kisba tal-miri ta' żvilupp sostenibbli u mal-ftehimiet internazzjonali dwar il-klima.
Emenda 608 Proposta għal regolament Artikolu 102 – paragrafu 1 – punt b
(b) deskrizzjoni tal-istrateġija għall-iżvilupp tat-teknoloġiji diġitali fl-agrikoltura u fiż-żoni rurali u għall-użu ta' dawn it-teknoloġiji għat-titjib tal-effettività u l-effiċjenza tal-interventi tal-Pjan Strateġiku tal-PAK.
(b) deskrizzjoni tal-istrateġija għall-iżvilupp tat-teknoloġiji diġitali fl-agrikoltura u fiż-żoni rurali, l-Irħula Intelliġenti, u l-kundizzjonijiet tal-użu ta' dawn it-teknoloġiji, kundizzjonijiet li għandhom jinkludu informazzjoni lill-bdiewa dwar id-drittijiet tagħhom fir-rigward tal-protezzjoni u l-użu tad-data personali tagħhom, għat-titjib tal-effettività u l-effiċjenza tal-interventi tal-Pjan Strateġiku tal-PAK.
Emenda 609 Proposta għal regolament Artikolu 103 – paragrafu 2 – subparagrafu 3 – punt e
(e) fejn rilevanti, analiżi tal-aspetti territorjali, b'enfasi fuq dawk it-territorji speċifikament fil-mira ta' interventi;
(e) meta rilevanti, analiżi tal-aspetti territorjali, b'enfasi fuq dawk it-territorji speċifikament fil-mira ta' interventi, inklużi żoni agrikoli b'Valur Naturali Għoli;
Għall-objettiv speċifiku li jiġu attirati bdiewa żgħażagħ stabbilit fil-punt (g) tal-Artikolu 6(1), l-analiżi SWOT għandha tinkludi analiżi qasira tal-aċċess għall-art, għall-mobbiltà tal-art u għar-ristrutturar tal-art, tal-aċċess għall-finanzi u l-krediti u tal-aċċess għall-għarfien u għall-pariri.
Għall-objettiv speċifiku li jiġu attirati bdiewa żgħażagħ stabbilit fil-punt (g) tal-Artikolu 6(1), l-analiżi SWOT għandha tinkludi analiżi qasira tal-aċċess għall-art, għall-mobbiltà tal-art u għar-ristrutturar tal-art, tal-aċċess għall-finanzi u l-krediti u tal-aċċess għall-għarfien u għall-pariri, kif ukoll tal-kapaċità biex tlaħħaq mar-riskju.
Emenda 611 Proposta għal regolament Artikolu 103 – paragrafu 5 – punt a
(a) deskrizzjoni qasira tal-finanzjament nazzjonali addizzjonali li huwa provdut fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK, inkluż l-ammonti għal kull miżura u l-indikazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti skont dan ir-Regolament;
(a) deskrizzjoni qasira tal-finanzjament nazzjonali addizzjonali li huwa provdut fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK, inkluż l-ammonti għal kull intervent u indikazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti skont dan ir-Regolament;
5a. L-Anness VI tal-Pjan Strateġiku tal-PAK għandu jipprovdi deskrizzjoni tal-iskemi għall-klima, l-ambjent u l-benessri tal-annimali kif imsemmi fl-Artikolu 28.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 138 li jemendaw dan il-Kapitolu fir-rigward tal-kontenut tal-Pjan Strateġiku tal-PAK u l-Annessi tiegħu.
Emenda 616 Proposta għal regolament Artikolu 105 – titolu
Setgħat ta' implimentazzjoni għall-kontenut tal-Pjan Strateġiku tal-PAK
Setgħat ta' implimentazzjoni għall-forma tal-Pjan Strateġiku tal-PAK
Emenda 617 Proposta għal regolament Artikolu 105 – paragrafu 1
Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli għall-preżentazzjoni tal-elementi deskritti fl-Artikoli 96 sa 103 fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 139(2).
Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu forma standardizzata u r-regoli għall-preżentazzjoni tal-elementi deskritti fl-Artikoli 96 sa 103 fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 139(2).
Emenda 1153cp1 Proposta għal regolament Artikolu 106 – paragrafu 1
1. Kull Stat Membru għandu jippreżenta lill-Kummissjoni proposta għal Pjan Strateġiku tal-PAK, li jkun fiha l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 95 l-aktar tard fl-1 ta' Jannar 2020.
1. Kull Stat Membru għandu jippreżenta lill-Kummissjoni proposta għal Pjan Strateġiku tal-PAK, li jkun fiha l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 95 sa ... [sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. Il-Kummissjoni għandha tinkoraġġixxi lill-Istati Membri jaqsmu l-informazzjoni u l-aħjar prattiki ma' xulxin meta jkunu qegħdin ifasslu l-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom.
Emenda 619 Proposta għal regolament Artikolu 106 – paragrafu 2
2. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK proposti fuq il-bażi tal-kompletezza tal-pjanijiet, il-konsistenza u l-koerenza mal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, ma' dan ir-Regolament u mad-dispożizzjonijiet adottati skontu u skont ir-Regolament Orizzontali, il-kontribut effettiv tagħhom għall-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1), l-impatt fuq il-funzjonament xieraq tas-suq intern u d-distorsjoni tal-kompetizzjoni, il-livell ta' piż amministrattiv fuq il-benefiċjarji u l-amministrazzjoni. Il-valutazzjoni għandha tindirizza, b'mod partikolari, l-adegwatezza tal-istrateġija tal-Pjan Strateġiku tal-PAK, l-objettivi speċifiċi korrispondenti, il-miri, l-interventi u l-allokazzjoni tar-riżorsi baġitarji biex jiġu ssodisfati l-objettivi speċifiċi tal-Pjan Strateġiku tal-PAK permezz tas-sett ta' interventi propost fuq il-bażi tal-analiżi SWOT u l-evalwazzjoni ex ante.
2. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK proposti fuq il-bażi tal-kompletezza tal-pjanijiet, il-konsistenza u l-koerenza mal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, ma' dan ir-Regolament u mad-dispożizzjonijiet adottati skontu u skont ir-Regolament Orizzontali, il-kontribut effettiv tagħhom għall-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1), l-impatt fuq il-funzjonament xieraq tas-suq intern u d-distorsjoni tal-kompetizzjoni, il-livell ta' piż amministrattiv fuq il-benefiċjarji u l-amministrazzjoni. Il-valutazzjoni għandha tindirizza, b'mod partikolari, l-adegwatezza tal-istrateġija tal-Pjan Strateġiku tal-PAK, inkluża l-kwalità tal-informazzjoni użata, l-objettivi speċifiċi korrispondenti, il-miri, l-interventi u l-allokazzjoni tar-riżorsi baġitarji biex jiġu ssodisfati l-objettivi speċifiċi tal-Pjan Strateġiku tal-PAK permezz tas-sett ta' interventi propost fuq il-bażi tal-analiżi SWOT u l-evalwazzjoni ex ante.
L-approvazzjoni ta' kull Pjan Strateġiku tal-PAK għandha sseħħ mhux aktar tard minn tmien xhur wara s-sottomissjoni tiegħu mill-Istat Membru kkonċernat.
L-approvazzjoni ta' kull Pjan Strateġiku tal-PAK għandha sseħħ mhux aktar tard minn sitt xhur wara s-sottomissjoni tiegħu mill-Istat Membru kkonċernat.
Emendi 620, 1153cp3 u 1331 Proposta għal regolament Artikolu 106 – paragrafu 5 – subparagrafu 2
L-approvazzjoni ma għandhiex tkopri l-informazzjoni msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 101 u fl-Annessi I sa IV tal-Pjan Strateġiku tal-PAK imsemmija fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 95(2).
imħassar
Emenda 1153cp4 Proposta għal regolament Artikolu 106 – titolu
F'każijiet debitament ġustifikati, l-Istat Membru jista' jitlob lill-Kummissjoni biex tapprova Pjan Strateġiku tal-PAK li ma fihx l-elementi kollha. F'dak il-każ, l-Istat Membru kkonċernat għandu jindika l-partijiet tal-Pjan Strateġiku tal-PAK li huma nieqsa u jipprovdi miri indikattivi u pjanijiet finanzjarji kif imsemmi fl-Artikolu 100 għall-Pjan Strateġiku tal-PAK sħiħ sabiex juri l-konsistenza u l-koerenza ġenerali tal-Pjan. L-elementi nieqsa tal-Pjan Strateġiku tal-PAK għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni f'emenda tal-pjan skont l-Artikolu 107.
F'każijiet debitament ġustifikati, l-Istat Membru jista' jitlob lill-Kummissjoni biex tapprova Pjan Strateġiku tal-PAK li ma fihx l-elementi kollha. F'dak il-każ, l-Istat Membru kkonċernat għandu jindika l-partijiet tal-Pjan Strateġiku tal-PAK li huma nieqsa u jipprovdi miri indikattivi u pjanijiet finanzjarji kif imsemmi fl-Artikolu 100 għall-Pjan Strateġiku tal-PAK sħiħ sabiex juri l-konsistenza u l-koerenza ġenerali tal-Pjan. L-elementi nieqsa tal-Pjan Strateġiku tal-PAK għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni f'emenda tal-pjan skont l-Artikolu 107 fi żmien li ma għandux jaqbeż it-tliet xhur.Dawn għandhom ikunu koerenti u konsistenti mal-miri indikattivi u mal-pjanijiet finanzjarji pprovduti preċedentement mill-Istat Membru, mingħajr ebda devjazzjoni sinifikanti jew tnaqqis fl-ambizzjoni.
Emendi 621, 983, 1153cp5 u 1333 Proposta għal regolament Artikolu 106 – paragrafu 7a (ġdid)
7a. Il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport fil-qosor tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK nazzjonali fi żmien sitt xhur wara l-approvazzjoni tagħhom, akkumpanjati minn evalwazzjonijiet deskritti b'mod ċar sabiex tipprovdi informazzjoni dwar id-deċiżjonijiet meħuda mill-Istati Membri biex jindirizzaw l-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1).
7b. Il-Kummissjoni għandha tittraduċi bl-Ingliż il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK u tippubblikahom online b'tali mod li jiżgura l-pubbliċità u t-trasparenza fil-livell tal-Unjoni.
Emendi 623, 985 u 1153cp7 Proposta għal regolament Artikolu 106 – paragrafu 7c (ġdid)
7c. L-approvazzjoni tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK u l-implimentazzjoni tagħhom min-naħa tal-Istati Membri ma għandhom jikkawżaw l-ebda dewmien – la fil-perjodu ta' applikazzjoni għall-għajnuna għall-benefiċjarji u lanqas fil-ħlas f'waqtu tal-għajnuna – partikolarment fl-ewwel sena ta' implimentazzjoni.
Emenda 735cp1 Proposta għal regolament Artikolu 107 – paragrafu 1
1. L-Istati Membri jistgħu jippreżentaw lill-Kummissjoni talbiet biex jemendaw il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom.
1. L-Istati Membri jistgħu jippreżentaw lill-Kummissjoni talbiet biex jemendaw il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom, inkluż, fejn applikabbli, kwalunkwe emenda għall-programmi ta' intervent reġjonali, bi qbil mal-awtoritajiet ta' ġestjoni reġjonali.
Emendi 625 u 735cp2 Proposta għal regolament Artikolu 107 – paragrafu 2
2. It-talbiet għall-emendi tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK għandhom ikunu debitament iġġustifikati u għandhom b'mod partikolari jistabbilixxu l-impatt mistenni tal-bidliet fil-pjan fuq il-kisba tal-objettivi speċifiċi, imsemmija fl-Artikolu 6(1). Għandhom ikunu akkumpanjati bil-pjan emendat inkluż l-annessi aġġornati kif xieraq.
2. It-talbiet għall-emendi tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK għandhom jinkludu spjegazzjoni li tistabbilixxi l-impatt mistenni tal-bidliet fil-pjan fuq il-ksib tal-objettivi speċifiċi, imsemmija fl-Artikolu 6(1). Għandhom ikunu akkumpanjati bil-pjan emendat inkluż l-annessi aġġornati kif xieraq.
Emendi 626 u 735cp3 Proposta għal regolament Artikolu 107 – paragrafu 7
7. Talba għal emenda tal-Pjan Strateġiku tal-PAK tista' titressaq mhux aktar minn darba fis-sena kalendarja soġġett għal eċċezzjonijiet possibbli li jridu jiġu determinati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 109.
7. Talba għal emenda tal-Pjan Strateġiku tal-PAK tista' titressaq mhux aktar minn darba fis-sena kalendarja soġġett għal eċċezzjonijiet possibbli li jridu jiġu determinati f'dan ir-Regolament u mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 109.
Emendi 627 u 735cp4 Proposta għal regolament Artikolu 107 – paragrafu 8
8. Kull emenda tal-Pjan Strateġiku tal-PAK għandha tiġi approvata mill-Kummissjoni permezz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni mingħajr ma tiġi applikata l-proċedura ta' kumitat imseemija fl-Artikolu 139.
8. Kull emenda tal-Pjan Strateġiku tal-PAK għandha tiġi approvata mill-Kummissjoni permezz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni mingħajr ma tiġi applikata l-proċedura ta' kumitat imseemija fl-Artikolu 139. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jiġu infurmati kif xieraq.
Emendi 628 u 735cp5 Proposta għal regolament Artikolu 107 – paragrafu 9
9. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 80, il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK għandu jkollhom effetti legali biss wara l-approvazzjoni tagħhom mill-Kummissjoni.
9. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 80, il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK għandu jkollhom effetti legali biss wara l-approvazzjoni tagħhom mill-Kummissjoni u għandhom jiġu ppubblikati.
Emenda 1137 Proposta għal regolament Artikolu 107a (ġdid)
Artikolu 107a
Rieżami tal-Pjan Strateġiku tal-PAK
Sal-31 ta' Diċembru 2025, l-Istati Membri għandhom jirrieżaminaw il-Pjanijiet Strateġiċi tagħhom biex jiżguraw li l-Pjanijiet Strateġiċi jkunu allinjati mal-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni dwar il-klima u l-ambjent u jippreżentaw lill-Kummissjoni talbiet biex jemendaw il-Pjanijiet Strateġiċi tagħhom kif xieraq.
Emenda 629 Proposta għal regolament Artikolu 108 – paragrafu 2
Dan il-limitu ta' żmien ma għandux jinkludi l-perjodu li jibda mid-data wara d-data li fiha l-Kummissjoni tibgħat l-osservazzjonijiet tagħha jew talba għal dokumenti riveduti lill-Istat Membru u jispiċċa fid-data li fiha l-Istat Membru jwieġeb lill-Kummissjoni.
imħassar
Emenda 630 Proposta għal regolament Artikolu 109 – paragrafu 1 – punt c
(c) il-frekwenza li biha jridu jiġu sottomessi l-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK matul il-perjodu ta' pprogrammar, inkluż id-determinazzjoni ta' każijiet eċċezzjonali li għalihom l-għadd massimu ta' emendi msemmi fl-Artikolu 107(7) ma jgħoddx.
(c) il-frekwenza li biha jridu jiġu sottomessi emendi għall-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK matul il-perjodu ta' programmazzjoni tal-applikazzjoni tal-Pjanijiet Strateġiċi, inkluż id-determinazzjoni ta' każijiet eċċezzjonali li għalihom l-għadd massimu ta' emendi msemmi fl-Artikolu 107(7) ma jgħoddx.
1a. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu wkoll jistabbilixxu awtoritajiet reġjonali għall-implimentazzjoni u l-ġestjoni tal-interventi ffinanzjati mill-FAEŻR fil-qafas tal-Pjanijiet Strateġiċi nazzjonali tagħhom meta dawn l-interventi jkollhom kamp ta' applikazzjoni reġjonali. F'dan il-każ, l-Awtorità ta' Ġestjoni nazzjonali għandha taħtar korp nazzjonali ta' koordinazzjoni għall-FAEŻR li se jiżgura l-applikazzjoni uniformi tar-regoli tal-Unjoni, li tiżgura konsistenza mal-elementi tal-Pjan Strateġiku stabbiliti fil-livell nazzjonali, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 93.
Emenda 736 cp2 Proposta għal regolament Artikolu 110– paragrafu 2 – parti introduttorja
2. L-Awtorità ta' Ġestjoni għandha tkun responsabbli għall-ġestjoni u għall-implimentazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK b'mod effiċjenti, effettiv u korrett. B'mod partikolari għandha tiżgura li:
2. L-Awtorità ta' Ġestjoni għandha tkun responsabbli għall-ġestjoni u għall-implimentazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK b'mod effiċjenti, effettiv u korrett u, fejn xieraq, f'assoċjazzjoni mal-awtoritajiet ta' ġestjoni reġjonali għal programmi ta' intervent reġjonali. B'mod partikolari għandhom jiżguraw li:
Emendi 632 u 736cp3 Proposta għal regolament Artikolu 110 – paragrafu 2 – punt g
(g) ir-rapport dwar il-prestazzjoni annwali jitfassal, inkluż it-tabelli ta' monitoraġġ aggregati, u, wara l-konsultazzjoni mal-Kumitat ta' Monitoraġġ, jitressaq lill-Kummissjoni;
(g) ir-rapport dwar il-prestazzjoni tal-monitoraġġ jitfassal, inkluż it-tabelli ta' monitoraġġ aggregati, u, wara l-konsultazzjoni mal-Kumitat ta' Monitoraġġ, jitressaq lill-Kummissjoni;
Emendi 633 u 736cp4 Proposta għal regolament Artikolu 110 – paragrafu 2 – punt h
(h) jittieħdu azzjonijiet ta' segwitu rilevanti fuq l-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar ir-rapporti tal-prestazzjoni annwali;
(h) jittieħdu azzjonijiet ta' segwitu rilevanti fuq l-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar ir-rapporti tal-prestazzjoni;
Emenda 736cp5 Proposta għal regolament Artikolu 110– paragrafu 3
3. L-Istat Membru jew l-Awtorità ta' Ġestjoni jistgħu jaħtru korp intermedjarju wieħed jew aktar li jinkludi lill-awtoritajiet lokali, il-korpi għall-iżvilupp reġjonali jew l-organizzazzjonijiet mhux governattivi, biex iwettqu l-ġestjoni u l-implimentazzjoni tal-interventi tal-Pjan Strateġiku tal-PAK.
3. L-Istat Membru jew l-Awtorità ta' Ġestjoni jew, fejn xieraq, l-awtoritajiet ta' ġestjoni reġjonali jistgħu jaħtru korp intermedjarju wieħed jew aktar li jinkludi lill-awtoritajiet lokali, il-korpi għall-iżvilupp reġjonali jew l-organizzazzjonijiet mhux governattivi, biex iwettqu l-ġestjoni u l-implimentazzjoni tal-interventi tal-Pjan Strateġiku tal-PAK.
Emendi 634 u 736cp6 Proposta għal regolament Artikolu 110 – paragrafu 5 – subparagrafu 1
Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 138, li jissuplementaw dan ir-Regolament b'regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-rekwiżiti dwar l-informazzjoni, ir-reklamar u l-viżibbiltà msemmija fil-punti (j) u (k) tal-paragrafu 2.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 138, li jissuplementaw dan ir-Regolament b'regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-rekwiżiti dwar l-informazzjoni, ir-reklamar u l-viżibbiltà msemmija fil-punti (j) u (k) tal-paragrafu 2.
Emendi 635 u 736cp7 Proposta għal regolament Artikolu 110 – paragrafu 5 – subparagrafu 2
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 139(2).
imħassar
Emenda 636 Proposta għal regolament Artikolu 110a (ġdid)
Artikolu 110a
Korp ta' Medjazzjoni
Mingħajr preġudizzju għar-regoli nazzjonali dwar stħarriġ amministrattiv u ġudizzjarju, l-Istati Membri għandhom jaħtru Korp ta' Medjazzjoni funzjonalment indipendenti li jkun responsabbli mir-rieżami tad-deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet kompetenti. Dawk il-Korpi, fuq talba tal-benefiċjarji, għandhom jippruvaw jilħqu soluzzjonijiet miftiehma mill-partijiet ikkonċernati. Dawn għandhom jipprovdu l-għarfien espert u r-rappreżentanza meħtieġa tal-awtoritajiet u l-partijiet ikkonċernati.
L-Istat Membru għandu jwaqqaf kumitat biex jimmonitorja l-implimentazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK ("il-Kumitat ta' Monitoraġġ") qabel is-sottomissjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK.
L-Istat Membru għandu jwaqqaf kumitat nazzjonali biex jimmonitorja l-implimentazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK ("il-Kumitat ta' Monitoraġġ") u, meta applikabbli, Kumitati ta' Monitoraġġ reġjonali.
Kull Kumitat ta' Monitoraġġ għandu jadotta r-regoli tiegħu ta' proċedura.
Kull Kumitat ta' Monitoraġġ għandu jadotta r-regoli tiegħu ta' proċedura. Il-Kumitat ta' Monitoraġġ nazzjonali għandu jadotta r-regoli tiegħu stess f'kooperazzjoni mal-Kumitati ta' Monitoraġġ reġjonali.
Il-Kumitat ta' Monitoraġġ għandu jiltaqa' mill-inqas darba fis-sena u għandu jirrieżamina l-kwistjonijiet kollha li jaffettwaw il-progress tal-Pjan Strateġiku tal-PAK lejn il-kisba tal-miri tiegħu.
Il-Kumitat ta' Monitoraġġ għandu jiltaqa' mill-inqas darba fis-sena u għandu jirrieżamina l-kwistjonijiet kollha li jaffettwaw il-progress tal-Pjan Strateġiku tal-PAK lejn il-ksib tal-miri tiegħu skont il-kompetenza rispettiva.
L-Istat Membru għandu jippubblika r-regoli tal-proċeduri tal-Kumitat ta' Monitoraġġ u d-data u l-informazzjoni kollha kondiviża mal-Kumitat ta' Monitoraġġ biss.
L-Istat Membru għandu jippubblika r-regoli ta' proċedura u l-opinjonijiettal-Kumitati ta' Monitoraġġ u jibgħathom lill-Kummissjoni.
L-Istat Membru għandu jiddeċiedi dwar il-kompożizzjoni tal-Kumitat ta' Monitoraġġ u għandu jiżgura rappreżentanza bbilanċjata tal-awtoritajiet pubbliċi u l-korpi intermedjarji rilevanti u tar-rappreżentanti tas-sħab imsemmijin fl-Artikolu 94(3).
L-Istat Membru u, meta applikabbli, ir-reġjuni, għandhom jiddeċiedu dwar il-kompożizzjoni tal-Kumitati ta' Monitoraġġ fir-rigward tal-prevenzjoni tal-kunflitti ta' interess u għandhom jiżguraw rappreżentanza bbilanċjata tal-awtoritajiet pubbliċi u l-korpi intermedjarji rilevanti u tar-rappreżentanti tas-sħab imsemmijin fl-Artikolu 94(3) li jkunu rilevanti għall-implimentazzjoni tal-objettivi kollha tal-Artikolu 6(1).
4a. Il-Kumitati ta' Monitoraġġ jistgħu jitolbu informazzjoni u analiżi relatati ma' interventi speċifiċi mingħand in-netwerk nazzjonali tal-PAK.
Emenda 651 Proposta għal regolament Artikolu 113 – paragrafu 1
1. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi Netwerk nazzjonali tal-Politika Agrikola Komuni (netwerk nazzjonali tal-PAK) għan-netwerking tal-organizzazzjonijiet u l-amministrazzjonijiet, tal-konsulenti, tar-riċerkaturi u atturi oħra tal-innovazzjoni fil-qasam tal-agrikoltura u l-iżvilupp rurali fil-livell nazzjonali l-aktar tard 12-il xahar wara l-approvazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK mill-Kummissjoni.
1. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi Netwerk nazzjonali tal-Politika Agrikola Komuni (netwerk nazzjonali tal-PAK) għan-netwerking tal-organizzazzjonijiet, ir-rappreżentanti tas-setturi agrikoli u l-amministrazzjonijiet, tal-konsulenti, tar-riċerkaturi, atturi oħra tal-innovazzjoni u atturi oħra fil-qasam tal-agrikoltura u l-iżvilupp rurali fil-livell nazzjonali l-aktar tard 12-ilxahar wara l-approvazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK mill-Kummissjoni. In-netwerk nazzjonali tal-PAK għandu jibni fuq l-istrutturi ta' netwerking li diġà jeżistu fl-Istati Membri.
Emenda 652 Proposta għal regolament Artikolu 113 – paragrafu 4 – punt j
(j) fil-każ tan-netwerks nazzjonali tal-PAK, il-parteċipazzjoni fl-attivitajiet tan-netwerk Ewropew tal-PAK u l-kontribuzzjoni għalihom.
(j) fil-każ tan-netwerks nazzjonali tal-PAK, il-parteċipazzjoni fl-attivitajiet tan-netwerk Ewropew tal-PAK u l-kontribuzzjoni mogħtija lilhom;
Emenda 653 Proposta għal regolament Artikolu 113 – paragrafu 4 – punt ja (ġdid)
(ja) fil-każ tan-netwerk Ewropew tal-PAK, il-parteċipazzjoni fl-attivitajiet tan-netwerks nazzjonali u l-kontribut mogħti lilhom;
Emenda 654 Proposta għal regolament Artikolu 113 – paragrafu 4 – punt jb (ġdid)
(jb) jipprovdu l-informazzjoni mitluba mill-kumitati ta' monitoraġġ imsemmija fl-Artikolu 111.
Emenda 655 Proposta għal regolament Artikolu 114 – paragrafu 2
2. L-għan tal-EIP għandu jkun li jistimola l-innovazzjoni u jtejjeb l-iskambju tal-għarfien.
2. L-għan tal-EIP għandu jkun li jistimola innovazzjoni sostenibbli u jtejjeb l-iskambju tal-għarfien.
Emenda 656 Proposta għal regolament Artikolu 114 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt c
(c) tippromwovi t-traspożizzjoni iżjed mgħaġġla u iżjed mifruxa ta' soluzzjonijiet innovattivi fil-prattika; u
(c) tippromwovi traspożizzjoni iżjed mgħaġġla u iżjed mifruxa ta' soluzzjonijiet innovattivi fil-prattika, inklużi skambji minn bidwi għal ieħor; u
Emenda 657 Proposta għal regolament Artikolu 114 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt d
(d) tinforma lill-komunità xjentifika dwar il-ħtiġijiet ta' riċerka dwar il-prattiki tal-biedja;
(d) tinforma lill-komunità xjentifika dwar il-ħtiġijiet ta' riċerka dwar il-prattiki tal-biedja u l-bdiewa.
Emenda 658 Proposta għal regolament Artikolu 114 – paragrafu 4 – subparagrafu 2 – parti introduttorja
Il-Gruppi Operattivi tal-EIP għandhom jiffurmaw parti mill-EIP. Huma għandhom iħejju pjan għal proġetti innovattivi li jridu jiġu żviluppati, ittestjati, adattati jew implimentati u għandu jkun bbażat fuq il-mudell ta' innovazzjoni interattiv li għandu l-prinċipji ewlenin li ġejjin:
Il-Gruppi Operattivi tal-EIP għandhom jiġu ffurmati biex iservu l-EIP, u jistgħu jiġu ffurmati, inter alia, minn organizzazzjonijiet tal-produtturi u interprofessjonali, u jistgħu jiġu ffurmati minn membri minn Stati Membri differenti. Huma għandhom iħejju pjan għal proġetti innovattivi li jridu jiġu żviluppati, ittestjati, adattati jew implimentati u għandu jkun bbażat fuq il-mudell ta' innovazzjoni interattiv li għandu l-prinċipji ewlenin li ġejjin:
Emenda 659 Proposta għal regolament Artikolu 114 – paragrafu 4 – subparagrafu 2 – punt a
(a) jiżviluppa soluzzjonijiet innovattivi li jiffukaw fuq il-ħtiġijiet tal-bdiewa jew tal-forestiera filwaqt li jindirizza l-interazzjonijiet fil-katina tal-provvista kollha fejn ikun utli,
(a) l-iżvilupp ta' soluzzjonijiet innovattivi li jiffukaw fuq il-ħtiġijiet tal-bdiewa jew tal-forestiera filwaqt li jindirizza l-interazzjonijiet fil-katina tal-provvista kollha meta jkun utli, kif ukoll billi jitqiesu l-interessi tal-konsumaturi;
L-innovazzjoni prevista tista' tkun ibbażata fuq prattiki ġodda iżda wkoll dawk tradizzjonali f'kuntest ġeografiku jew ambjentali ġdid.
L-innovazzjoni prevista tista' tkun ibbażata fuq prattiki ġodda iżda wkoll dawk tradizzjonali u agroekoloġiċi f'kuntest ġeografiku jew ambjentali ġdid.
Il-Gruppi Operattivi għandhom ixerrdu l-pjanijiet u r-riżultati tal-proġett tagħhom, b'mod partikolari permezz tan-netwerk tal-PAK.
Il-Gruppi Operattivi għandhom ixerrdu l-pjanijiet u r-riżultati tal-proġett tagħhom, b'mod partikolari permezz tan-netwerk tal-PAK, u għandhom ikunu jistgħu jkollhom membri minn aktar minn Stat Membru wieħed.
Emenda 662 Proposta għal regolament Artikolu 115 – paragrafu 2 – punt a
(a) sett ta' indikaturi komuni tal-kuntest, tal-output, tar-riżultati u tal-impatti, inkluż dawk imsemmija fl-Artikolu 7 li se jintużaw bħala l-bażi għall-rappurtar tal-monitoraġġ, tal-evalwazzjoni u tal-prestazzjoni annwali;
(a) sett ta' indikaturi komuni tal-kuntest, tal-output, tar-riżultati u tal-impatti kif imsemmija fl-Artikolu 7 li se jintużaw bħala l-bażi għall-rappurtar tal-monitoraġġ, tal-evalwazzjoni u tal-prestazzjoni;
Emenda 663 Proposta għal regolament Artikolu 115 – paragrafu 2 – punt b
(b) il-miri u l-istadji importanti annwali stabbiliti b'rabta mal-objettiv speċifiku rilevanti bl-użu tal-indikaturi tar-riżultati;
(b) il-miri u l-istadji importanti annwali jew, meta jkun rilevanti, pluriennali, stabbiliti b'rabta mal-objettiv speċifiku rilevanti bl-użu tal-indikaturi tar-riżultati;
Emenda 664 Proposta għal regolament Artikolu 115 – paragrafu 3
3. Il-qafas ta' prestazzjoni għandu jkopri:
3. Il-qafas ta' prestazzjoni għandu jkopri l-kontenut tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK inklużi, meta xieraq, il-programmi ta' intervent reġjonali.
(a) il-kontenut tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK;
(b) il-miżuri tas-suq u interventi oħrajn previsti fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013.
Emenda 665 Proposta għal regolament Artikolu 116 – paragrafu 1 – punt a
(a) jivvaluta l-impatt, l-effettività, l-effiċjenza, ir-rilevanza, il-koerenza u l-valur miżjud tal-Unjoni tal-PAK;
(a) jivvaluta l-impatt, l-effettività, l-effiċjenza, ir-rilevanza, il-koerenza u l-valur miżjud tal-Unjoni tal-PAK kif ukoll is-simplifikazzjoni għall-benefiċjarji;
Emenda 666 Proposta għal regolament Artikolu 116 – paragrafu 1 – punt e
(e) jappoġġa proċess ta' tagħlim komuni relatat mal-monitoraġġ u l-evalwazzjoni.
(e) jappoġġa proċess ta' tagħlim komuni relatat mal-monitoraġġ u l-evalwazzjoni, billi jqis l-oqsma fejn id-data ta' referenza tkun nieqsa jew insuffiċjenti u li għalihom ikun jista' jiġi żviluppat indikaturi aktar rilevanti u preċiżi.
Emenda 667 Proposta għal regolament Artikolu 117 – paragrafu 1
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema elettronika ta' informazzjoni li fiha għandhom jirreġistraw u jżommu l-informazzjoni ewlenija dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK li hija meħtieġa għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni, b'mod partikolari dwar kull intervent magħżul għall-finanzjament, kif ukoll dwar l-interventi mwettqa, inkluż informazzjoni dwar kull benefiċjarju u operazzjoni.
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema elettronika ta' informazzjoni, jużaw waħda li diġà teżisti, li fiha għandhom jirreġistraw u jżommu l-informazzjoni ewlenija dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK li hija meħtieġa għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni, b'mod partikolari dwar kull intervent magħżul għall-finanzjament, kif ukoll dwar l-interventi mwettqa, inkluż informazzjoni dwar kull benefiċjarju u operazzjoni.
Emenda 668 Proposta għal regolament Artikolu 118 – paragrafu 1
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-benefiċjarji tal-appoġġ taħt l-interventi tal-Pjan Strateġiku tal-PAK u l-gruppi ta' azzjoni lokali għandhom jimpenjaw ruħhom li jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa lill-Awtorità ta' Ġestjoni jew korpi oħra delegati biex iwettqu funzjonijiet f'isimha, għall-finijiet tal-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-benefiċjarji tal-appoġġ taħt l-interventi tal-Pjan Strateġiku tal-PAK u l-gruppi ta' azzjoni lokali għandhom jimpenjaw ruħhom li jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa lill-Awtorità ta' Ġestjoni, jew lil Awtoritajiet ta' Ġestjoni reġjonali jew korpi oħra delegati biex iwettqu funzjonijiet f'isimha, għall-finijiet tal-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK.
Emenda 669 Proposta għal regolament Artikolu 118 – paragrafu 2
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li huma stabbiliti sorsi ta' data komprensiva, kompluta, f'waqtha u affidabbli biex ikun jista' jsir segwitu effettiv tal-progress tal-politika lejn l-objettivi bl-użu tal-indikaturi tal-output, tar-riżultati u tal-impatt.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li huma stabbiliti sorsi ta' data komprensiva, f'waqtha u affidabbli, inklużi bażijiet tad-data, biex ikun jista' jsir segwitu effettiv tal-progress tal-politika lejn l-objettivi bl-użu tal-indikaturi tal-output, tar-riżultati u tal-impatt.
Emenda 670 Proposta għal regolament Artikolu 119 – paragrafu 1
L-Awtorità ta' Ġestjoni u l-Kumitat ta' Monitoraġġ għandhom jimmonitorajaw l-implimentazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK u l-progress li jkun sar lejn il-kisba tal-miri tal-Pjan Strateġiku tal-PAK fuq il-bażi tal-indikaturi tal-output u tar-riżultati.
L-Awtorità ta' Ġestjoni kif ukoll il-Kumitat ta' Monitoraġġ għandhom jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK u l-progress li jkun sar lejn il-ksib tal-miri tal-Pjan Strateġiku tal-PAK fuq il-bażi tal-indikaturi tal-output u tar-riżultati, f'kollaborazzjoni, meta applikabbli, ma' Awtoritajiet ta' Ġestjoni reġjonali u Kumitati ta' Monitoraġġ reġjonali.
Emenda 671 Proposta għal regolament Artikolu 120 – titolu
Setgħat ta' implimentazzjoni għall-qafas ta' prestazzjoni
Setgħat ta' delegazzjoni għall-qafas ta' prestazzjoni
Emenda 672 Proposta għal regolament Artikolu 120 – paragrafu 1
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni dwar il-kontenut tal-qafas ta' prestazzjoni. It-tali atti għandhom jinkludu l-lista ta' indikaturi tal-kuntest, indikaturi oħra meħtieġa għall-monitoraġġ u għall-evalwazzjoni xierqa tal-politika, il-metodi għall-kalkolu tal-indikaturi u d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-garanzija tal-preċiżjoni u tal-affidabbiltà tad-data miġbura mill-Istati Membri. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 139(2).
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi tiddetermina l-kontenut tal-qafas ta' prestazzjoni. It-tali atti għandhom jinkludu l-lista ta' indikaturi tal-kuntest, indikaturi oħra meħtieġa għall-monitoraġġ u għall-evalwazzjoni xierqa tal-politika, il-metodi għall-kalkolu tal-indikaturi u d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-garanzija tal-preċiżjoni u tal-affidabbiltà tad-data miġbura mill-Istati Membri. Dawn l-atti delegati għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu 138.
Emenda 673 Proposta għal regolament Artikolu 121 – titolu
Rapporti annwali dwar il-prestazzjoni
Rapporti dwar il-prestazzjoni
Emenda 674 Proposta għal regolament Artikolu 121 – paragrafu 1
1. Sal-15 ta' Frar 2023 u l-15 ta' Frar ta' kull sena sussegwenti sal-2030, din l-aħħar sena inkluża, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw rapport annwali dwar il-prestazzjoni lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK fis-sena finanzjarja preċedenti. Ir-rapport sottomess fl-2023 għandu jkopri s-snin finanzjarji 2021 u 2022. Għall-pagamenti diretti kif imsemmi fil-Kapitolu II tat-Titolu III, ir-rapport għandu jkopri s-sena finanzjarja 2022 biss.
1. L-Istati Membri għandhom jippreżentaw rapporti dwar il-prestazzjoni lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) [HzR].
Emenda 675 Proposta għal regolament Artikolu 121 – paragrafu 2
2. L-aħħar rapport annwali dwar il-prestazzjoni, li jrid jiġi sottomess sal-15 ta' Frar 2030, għandu jinkludi sommarju tal-evalwazzjonijiet imwettqa matul il-perjodu ta' implimentazzjoni.
2. L-aħħar rapport dwar il-prestazzjoni li jrid jiġi sottomess għandu jinkludi sommarju tal-evalwazzjonijiet imwettqa matul il-perjodu ta' implimentazzjoni.
Emenda 676 Proposta għal regolament Artikolu 121 – paragrafu 3
3. Sabiex ikun ammissibbli, ir-rapport annwali dwar il-prestazzjoni għandu jkun fih l-informazzjoni kollha meħtieġa fil-paragrafi 4, 5 u 6. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru fi żmien 15-il jum mid-data tal-irċevuta tar-rapport annwali dwar il-prestazzjoni jekk mhuwiex ammissibbli, u jekk tonqos milli tagħmel dan, għandu jitqies bħala ammissibbli.
3. Sabiex ikun ammissibbli, ir-rapport dwar il-prestazzjoni għandu jkun fih l-informazzjoni kollha meħtieġa fil-paragrafi 4, 5 u 6. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru fi żmien 15-il jum mid-data tal-irċevuta tar-rapport dwar il-prestazzjoni jekk mhuwiex ammissibbli, u jekk tonqos milli tagħmel dan, għandu jitqies bħala ammissibbli.
Ir-rapporti annwali dwar il-prestazzjoni għandhom jagħtu informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK b'referenza għad-data finanzjarja, l-indikaturi tal-output u tar-riżultati u skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 118. Għandhom ukoll jinkludu informazzjoni dwar l-outputs imwettqa, in-nefqa mwettqa, ir-riżultati mwettqa u d-distanza għall-miri rispettivi.
Ir-rapporti dwar il-prestazzjoni għandhom jagħtu informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK b'referenza għad-data finanzjarja, l-indikaturi tal-output u tar-riżultati u skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 118. Għandhom ukoll jinkludu informazzjoni dwar l-outputs imwettqa, in-nefqa mwettqa, ir-riżultati mwettqa u d-distanza għall-miri rispettivi.
Għat-tipi ta' interventi li mhumiex soġġetti għall-Artikolu 89 ta' dan ir-Regolament, u meta l-proporzjon tal-output imwettaq u n-nefqa mwettqa jiddevja b'50 % mill-proporzjon tal-output u n-nefqa annwali ppjanati, l-Istat Membru għandu jippreżenta ġustifikazzjoni għal din id-devjazzjoni.
imħassar
Emenda 679 Proposta għal regolament Artikolu 121 – paragrafu 5
5. Id-data trażmessa għandha tkun relatata mal-valuri miksuba għall-indikaturi għall-interventi implimentati parzjalment u bis-sħiħ. Għandhom ukoll jagħtu sinteżi dwar l-istat ta' implimentazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK imwettqa matul is-sena finanzjarja preċedenti, kwalunkwe kwistjoni li taffettwa l-prestazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK, b'mod partikolari fir-rigward tad-devjazzjonijiet mill-istadji importanti, filwaqt li jagħtu r-raġunijiet u, fejn rilevanti, jiddeskrivu l-miżuri li ttieħdu.
5. Id-data trażmessa għandha tkun relatata mal-valuri miksuba għall-indikaturi għall-interventi implimentati parzjalment u bis-sħiħ. Għandhom ukoll jagħtu sinteżi dwar l-istat ta' implimentazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK imwettqa, kwalunkwe kwistjoni li taffettwa l-prestazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK, b'mod partikolari fir-rigward tad-devjazzjonijiet mill-istadji importanti, filwaqt li jagħtu r-raġunijiet u, meta rilevanti, jiddeskrivu l-miżuri li ttieħdu.
Emenda 680 Proposta għal regolament Artikolu 121 – paragrafu 7
7. Il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami annwali tal-prestazzjoni u approvazzjoni annwali tal-prestazzjoni msemmija fl-Artikolu [52] tar-Regolament (UE) [ir-Regolament Orizzontali] fuq il-bażi tal-informazzjoni provduta fir-rapporti annwali dwar il-prestazzjoni.
Fir-rieżami annwali tal-prestazzjoni, il-Kummissjoni tista' tagħmel osservazzjonijiet dwar ir-rapporti annwali dwar il-prestazzjoni fi żmien xahar mis-sottomissjoni tagħhom. Meta l-Kummissjoni ma tipprovdix osservazzjonijiet fi żmien din l-iskadenza, ir-rapporti għandhom jitqiesu li huma aċċettati.
Il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami tal-prestazzjoni bbażat fuq l-informazzjoni pprovduta fir-rapporti tal-prestazzjoni u tista' tagħmel osservazzjonijiet fi żmien massimu ta' xahar mis-sottomissjoni kompluta tagħhom. Meta l-Kummissjoni ma tipprovdix osservazzjonijiet fi żmien din l-iskadenza, ir-rapporti għandhom jitqiesu li huma aċċettati.
Emenda 682 Proposta għal regolament Artikolu 121 – paragrafu 9
9. Meta l-valur irrapportat ta' indikatur tar-riżultati wieħed jew aktar juri diskrepanza ta' aktar minn 25 % mit-tragward rispettiv għas-sena ta' rappurtar ikkonċernata, il-Kummissjoni tista' titlob lill-Istat Membru biex jissottometti pjan ta' azzjoni skont l-Artikolu 39(1) tar-Regolament (UE) [ir-Regolament Orizzontali], filwaqt li jiddeskrivi l-azzjonijiet ta' rimedju maħsuba u l-iskeda ta' żmien mistennija.
9. Meta l-valur irrapportat ta' indikatur tar-riżultati wieħed jew aktar juri diskrepanza ta' aktar minn 25 % mit-tragward rispettiv għas-sena ta' rappurtar ikkonċernata, l-Istati Membri għandhom jissottomettu ġustifikazzjoni għal din id-diskrepanza. Meta jkun meħtieġ, il-Kummissjoni tista' titlob lill-Istat Membru biex jissottometti pjan ta' azzjoni li għandu jiġi stabbilit b'konsultazzjoni mal-Kummissjoni skont l-Artikolu 39(1) tar-Regolament (UE) [ir-Regolament Orizzontali], filwaqt li jiddeskrivi l-azzjonijiet ta' rimedju maħsuba u l-iskeda ta' żmien mistennija għall-eżekuzzjoni tiegħu.
Emenda 683 Proposta għal regolament Artikolu 121 – paragrafu 10
10. Ir-rapporti annwali dwar il-prestazzjoni, kif ukoll sommarju tal-kontenut tagħhom għaċ-ċittadini, għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.
10. Għandu jitħejja sommarju tal-kontenut tar-rapporti dwar il-prestazzjoni għaċ-ċittadini, u dan għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.
Emenda 684 Proposta għal regolament Artikolu 121 – paragrafu 11
11. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw regoli għall-preżentazzjoni tal-kontenut tar-rapport annwali dwar il-prestazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 139(2).
11. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw regoli għall-preżentazzjoni tal-kontenut tar-rapport dwar il-prestazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 139(2).
Emenda 685 Proposta għal regolament Artikolu 122 – titolu
Laqgħat ta' rieżami annwali
Laqgħat ta' rieżami
Emenda 686 Proposta għal regolament Artikolu 122 – paragrafu 1
1. Kull sena l-Istati Membri għandhom jorganizzaw laqgħa ta' rieżami mal-Kummissjoni, li għandu jkollha presidenza konġunta jew tiġi ppreseduta mill-Kummissjoni, li ssir mhux qabel xahrejn wara s-sottomissjoni tar-rapport annwali dwar il-prestazzjoni.
1. Kull sena l-Istati Membri għandhom jorganizzaw laqgħa ta' rieżami mal-Kummissjoni, li għandu jkollha presidenza konġunta jew tiġi ppreseduta mill-Kummissjoni, li ssir mhux qabel xahrejn wara s-sottomissjoni tar-rapport dwar il-prestazzjoni.
Emenda 687 Proposta għal regolament Artikolu 122 – paragrafu 2
2. Il-laqgħa ta' rieżami annwali għandu jkollha l-għan li teżamina l-prestazzjoni ta' kull pjan, inkluż il-progress li jkun sar lejn il-kisba tal-miri stabbiliti, kwalunkwe kwistjoni li taffettwa l-prestazzjoni u l-azzjonijiet fl-imgħoddi u futuri li jridu jittieħdu biex jindirizzawhom.
2. Il-laqgħa ta' rieżami għandu jkollha l-għan li teżamina l-prestazzjoni ta' kull pjan, inkluż il-progress li jkun sar biex jinkisbu l-miri stabbiliti, kwalunkwe kwistjoni li taffettwa l-prestazzjoni u l-azzjonijiet fl-imgħoddi u futuri li jridu jittieħdu biex jindirizzawhom. Dawk il-laqgħat għandhom jintużaw biex jeżaminaw l-impatt, meta jkun fattibbli.
Emenda 688 Proposta għal regolament Artikolu 123
Artikolu 123
imħassar
Bonus għall-prestazzjoni
1. Jista' jiġi attribwit bonus lill-Istati Membri fis-sena 2026 biex tiġi ppremjata l-prestazzjoni sodisfaċenti fir-rigward tal-miri ambjentali u klimatiċi sakemm l-Istat Membru kkonċernat ikun ssodisfa l-kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 124(1).
2. Il-bonus għall-prestazzjoni għandu jkun ugwali għal 5 % tal-ammont għal kull Stat Membru għas-sena finanzjarja 2027 kif stabbilit fl-Anness IX.
Ir-riżorsi trasferiti bejn il-FAEG u l-FAEŻR skont l-Artikoli 15 u 90 huma esklużi fil-kalkolu tal-bonus għall-prestazzjoni.
Emenda 689 Proposta għal regolament Artikolu 124
Artikolu 124
imħassar
Attribuzzjoni tal-bonus għall-prestazzjoni
1. Abbażi tar-rieżami tal-prestazzjoni tas-sena 2026, il-bonus għall-prestazzjoni miżmum mill-allokazzjoni ta' Stat Membru skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 123 għandu jiġi attribwit lil dan l-Istat Membru jekk l-indikaturi tar-riżultati applikati għall-objettivi speċifiċi relatati mal-ambjent u mal-klima stabbiliti fil-punti (d), (e) u (f) tal-Artikolu 6(1) fil-Pjan Strateġiku tal-PAK tiegħu jkunu kisbu mill-inqas 90 % tal-valur immirat tagħhom għas-sena 2025.
2. Fi żmien xahrejn mill-wasla tar-rapport annwali dwar il-prestazzjoni fis-sena 2026, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni mingħajr ma tapplika l-proċedura ta' Kumitat imsemmi fl-Artikolu 139 biex tiddeċiedi għal kull Stat Membru jekk il-Pjanijiet Strateġiċi rispettivi jkunux kisbu l-valuri mmirati msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.
3. Meta l-valuri fil-mira msemmija fil-paragrafu 1 jintlaħqu, l-ammont tal-bonus għall-prestazzjoni għandu jingħata mill-Kummissjoni lill-Istati Membri kkonċernati u jitqies li jkun allokat definittivament għas-sena finanzjarja 2027 abbażi tad-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 2.
4. Meta l-valuri fil-mira msemmija fil-paragrafu 1 ma jintlaħqux, l-impenji għas-sena finanzjarja 2027 li jirrigwardaw l-ammont tal-bonus għall-prestazzjoni tal-Istati Membri kkonċernati ma għandux jingħata mill-Kummissjoni.
5. Meta jiġi attribwit il-bonus għall-prestazzjoni, il-Kummissjoni tista' tqis il-każijiet ta' force majeure u l-kriżijiet soċjoekonomiċi serji li jimpedixxu l-kisba tal-istadji importanti rilevanti.
6. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-arranġamenti dettaljati biex ikun żgurat approċċ konsistenti għad-determinazzjoni tal-attribuzzjoni tal-bonus għall-prestazzjoni lill-Istati Membri. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 139(2).
Emenda 690 Proposta għal regolament Artikolu 125 – paragrafu 1
1. L-Istati Membri għandhom iwettqu evalwazzjonijiet ex ante biex itejbu l-kwalità tat-tfassil tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom.
1. L-Istati Membri, u meta jkun applikabbli, ir-reġjuni, għandhom iwettqu evalwazzjonijiet ex ante biex itejbu l-kwalità tat-tfassil tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom.
Emenda 691 Proposta għal regolament Artikolu 125 – paragrafu 1 – punt g
(g) kemm huma addattati l-proċeduri għall-monitoraġġ tal-Pjan Strateġiku tal-PAK u għall-ġbir tad-data meħtieġa biex jitwettqu l-evalwazzjonijiet;
(g) kemm huma adatti l-proċeduri għall-monitoraġġ tal-Pjan Strateġiku tal-PAK u għall-ġbir tad-data, inkluża d-data diżaggregata skont is-sessi, meta xieraq, meħtieġa biex jitwettqu l-evalwazzjonijiet;
Emenda 692 Proposta għal regolament Artikolu 126 – paragrafu 1
1. L-Istati Membri għandhom iwettqu evalwazzjonijiet tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK biex tittejjeb il-kwalità tat-tfassil u tal-implimentazzjoni tal-pjanijiet, kif ukoll biex jiġu vvalutati l-effettività, l-effiċjenza, ir-rilevanza, il-koerenza, il-valur miżjud tal-Unjoni u l-impatt tagħhom b'rabta mal-kontribut tagħhom lill-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-PAK stabbiliti fl-Artikoli 5 u 6(1).
1. L-Istati Membri, u meta applikabbli, mar-reġjuni, għandhom iwettqu evalwazzjonijiet tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK biex tittejjeb il-kwalità tat-tfassil u tal-implimentazzjoni tal-pjanijiet, kif ukoll biex jiġu vvalutati l-effettività, l-effiċjenza, ir-rilevanza, il-koerenza, il-valur miżjud tal-Unjoni u l-impatt tagħhom b'rabta mal-kontribut tagħhom lill-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-PAK stabbiliti fl-Artikoli 5 u 6(1).
Emenda 693 Proposta għal regolament Artikolu 126 – paragrafu 2
2. L-Istati Membri għandhom jafdaw l-evalwazzjonijiet lil esperti funzjonalment indipendenti.
2. L-Istati Membri, u meta applikabbli, ir-reġjuni, għandhom jafdaw l-evalwazzjonijiet lil esperti funzjonalment indipendenti.
Emenda 694 Proposta għal regolament Artikolu 126 – paragrafu 3
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li hemm fis-seħħ proċeduri biex tiġi prodotta u miġbura d-data meħtieġa għall-evalwazzjonijiet.
3. L-Istati Membri, u meta applikabbli, ir-reġjuni, għandhom jiżguraw li hemm fis-seħħ proċeduri biex tiġi prodotta u miġbura d-data meħtieġa għall-evalwazzjonijiet.
Emenda 695 Proposta għal regolament Artikolu 126 – paragrafu 4
4. L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għall-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-interventi tal-Pjan Strateġiku tal-PAK biex jinkisbu l-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1).
4. L-Istati Membri, u meta applikabbli, ir-reġjuni, għandhom ikunu responsabbli għall-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-interventi tal-Pjan Strateġiku tal-PAK biex jinkisbu l-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1).
Emenda 696 Proposta għal regolament Artikolu 126 – paragrafu 5
5. L-Istati Membri għandhom ifasslu pjan ta' evalwazzjoni li jipprovdi indikazzjonijiet dwar l-attivitajiet ta' evalwazzjoni maħsuba matul il-perjodu ta' implimentazzjoni.
5. L-Istati Membri, u meta applikabbli, ir-reġjuni, għandhom ifasslu pjan ta' evalwazzjoni li jipprovdi indikazzjonijiet dwar l-attivitajiet ta' evalwazzjoni maħsuba matul il-perjodu ta' implimentazzjoni.
Emenda 697 Proposta għal regolament Artikolu 126 – paragrafu 6
6. L-Istati Membri għandhom jissottomettu l-pjan ta' evalwazzjoni lill-Kumitat ta' Monitoraġġ l-aktar tard sena wara l-adozzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK.
6. L-Istati Membri, u meta applikabbli, ir-reġjuni, għandhom jissottomettu l-pjan ta' evalwazzjoni lill-Kumitat ta' Monitoraġġ l-aktar tard sena wara l-adozzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK.
Emendi 987 u 1335 Proposta għal regolament Artikolu 127 – paragrafu 1a (ġdid)
1a. Hekk kif il-pjanijiet strateġiċi nazzjonali tal-PAK jiġu approvati, il-Kummissjoni se tikkummissjona valutazzjoni indipendenti tal-impatt mistenni aggregat tagħhom. Jekk din l-analiżi tiżvela sforz konġunt insuffiċjenti fir-rigward tal-ambizzjoni tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, il-Kummissjoni se tieħu azzjoni xierqa, li tista' tinvolvi li l-Istati Membri jintalbu jimmodifikaw il-pjanijiet strateġiċi tal-PAK jew iressqu emendi għal dan ir-regolament.
Emendi 988 u 1336 Proposta għal regolament Artikolu 127 – paragrafu 2
2. Il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni interim biex teżamina l-effettività, l-effiċjenza, ir-rilevanza, il-koerenza u l-valur miżjud tal-Unjoni tal-FAEG u tal-FAEŻR sa tmiem it-tielet sena wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, filwaqt li tqis l-indikaturi stabbiliti fl-Anness I. Il-Kummissjoni tista' tuża l-informazzjoni rilevanti kollha diġà disponibbli skont l-Artikolu [128] tar-[Regolament Finanzjarju l-Ġdid].
2. Il-Kummissjoni għandha twettaq u tippubblika evalwazzjoni interim biex teżamina l-effettività, l-effiċjenza, ir-rilevanza, il-koerenza u l-valur miżjud tal-Unjoni tal-FAEG u tal-FAEŻR sa tmiem it-tielet sena wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, filwaqt li tqis l-indikaturi stabbiliti fl-Anness I. Il-Kummissjoni tista' tuża l-informazzjoni rilevanti kollha diġà disponibbli skont l-Artikolu [128] tar-[Regolament Finanzjarju l-Ġdid]. Jekk l-evalwazzjoni interim tiżvela sforz konġunt insuffiċjenti fir-rigward tal-ambizzjoni tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-leġiżlazzjoni ambjentali u klimatika tal-Unjoni, il-Kummissjoni Ewropea għandha toħroġ rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri biex jiżguraw il-kisba tal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-leġiżlazzjoni elenkata fl-Anness XI. Fir-rapport annwali tagħhom dwar il-prestazzjoni, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif ir-rakkomandazzjonijiet ġew ikkunsidrati jew ir-raġunament għaliex ma indirizzawx ir-rakkomandazzjonijiet jew parti minnhom.
4a. Fir-rapporti ta' evalwazzjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha tqis l-indikaturi elenkati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament, kif ukoll fatturi esterni għall-PAK li kellhom impatt fuq il-prestazzjoni milħuqa.
Emenda 699 Proposta għal regolament Artikolu 129 – paragrafu 2
2. Id-data meħtieġa għall-indikaturi tal-kuntest u tal-impatt għandha tiġu primarjament minn sorsi ta' data stabbiliti, bħan-Netwerk tad-Data tal-Kontabbiltà Agrikola u l-Eurostat. Meta d-data għal dawn l-indikaturi ma tkunx disponibbli jew ma tkunx kompluta, il-lakuni għandhom jiġu indirizzati fil-kuntest tal-Programm Ewropew tal-Istatistika stabbilit skont ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill40, il-qafas legali li jirregola n-Netwerk ta' Informazzjoni tal-Kontabbiltà Agrikola jew permezz ta' ftehimiet formali ma' fornituri oħra ta' data bħaċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka u tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent.
2. Id-data meħtieġa għall-indikaturi tal-kuntest u tal-impatt għandha tiġi primarjament minn sorsi ta' data stabbiliti, bħan-Netwerk tad-Data tal-Kontabbiltà Agrikola u l-Eurostat. Meta d-data għal dawn l-indikaturi ma tkunx disponibbli jew ma tkunx kompluta, il-Kummissjoni għandha ssib soluzzjonijiet għal-lakuni fil-kuntest tal-Programm Ewropew tal-Istatistika stabbilit skont ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill40, il-qafas legali li jirregola n-Netwerk ta' Informazzjoni tal-Kontabbiltà Agrikola jew permezz ta' ftehimiet formali ma' fornituri oħra ta' data bħaċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka u tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent.
__________________
__________________
40 Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta' data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).
40 Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta' data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).
2a. L-Istati Membri għandhom itejbu l-kwalità u l-frekwenzża tal-ġbir tad-data għall-miri agrikoli ewlenin previsti taħt il-Patt Ekoloġiku Ewropew, li jikkorrispondu għall-indikaturi tal-impatt u l-kuntest I.10, I.15, I.18, I.19, I.20, I.26, I.27, u C.32. Dik id-data għandha tiġi ppubblikata u pprovduta lill-Kummissjoni fil-ħin, biex tivvaluta l-effettività tal-PAK u tippermetti l-monitoraġġ tal-progress lejn l-objettivi fil-livell tal-Unjoni.
Emenda 700 Proposta għal regolament Artikolu 129 – paragrafu 3
3. Ir-reġistri amministrattivi eżistenti bħall-SIAK, l-LPIS, ir-reġistri tal-annimali u tad-dwieli għandhom jinżammu. L-SIAK u l-LPIS għandhom jiġu żviluppati aktar biex jissodisfaw aħjar il-ħtiġijiet statistiċi tal-PAK. Id-data mir-reġistri amministrattivi għandha tintuża kemm jista' jkun għall-finijiet statistiċi, b'kooperazzjoni mal-awtoritajiet tal-istatistika fl-Istati Membri u mal-Eurostat.
3. Ir-reġistri amministrattivi aġġornati eżistenti bħas-SIAK, l-LPIS, ir-reġistri tal-annimali u tad-dwieli għandhom jinżammu. Is-SIAK u l-LPIS għandhom jiġu żviluppati aktar biex jissodisfaw aħjar il-ħtiġijiet statistiċi tal-PAK. Id-data mir-reġistri amministrattivi għandha tintuża kemm jista' jkun għall-finijiet statistiċi, b'kooperazzjoni mal-awtoritajiet tal-istatistika fl-Istati Membri u mal-Eurostat.
Emenda 701 Proposta għal regolament Artikolu 129 – paragrafu 4
4. Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw regoli dwar l-informazzjoni li għandha tintbagħat mill-Istati Membri, b'kont meħud tal-ħtieġa li jiġi evitat kwalunkwe piż amministrattiv mhux meħtieġ, kif ukoll regoli dwar il-ħtiġijiet ta' data u s-sinerġiji bejn is-sorsi ta' data potenzjali. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 139(2).
imħassar
Emenda 702 Proposta għal regolament Artikolu 130 – paragrafu 1
Meta jingħata appoġġ skont it-Titolu III ta' dan ir-Regolament għal forom ta' kooperazzjoni bejn l-intrapriżi, dan għandu jingħata biss lil dawk il-forom ta' kooperazzjoni li jikkonformaw mar-regoli ta' kompetizzjoni kif japplikaw bis-saħħa tal-Artikoli 206 sa 209 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.
Meta jingħata appoġġ skont it-Titolu III ta' dan ir-Regolament għal forom ta' ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki miftiehma bejn l-intrapriżi, dan għandu jingħata biss lil dawk il-forom ta' ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki miftiehma li jikkonformaw mar-regoli ta' kompetizzjoni kif japplikaw bis-saħħa tal-Artikoli 206 sa 209 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.
Emendi 1092, 1146 u 1179 Proposta għal regolament Artikolu 132a (ġdid)
Artikolu 132 a
Għajnuna Nazzjonali Tranżitorja
1. L-Istati Membri jistgħu jkomplu jagħtu għajnuna nazzjonali tranżitorja lill-bdiewa fi kwalunkwe settur awtorizzat mill-Kummissjoni f'konformtià mal-Artikolu 132(7) jew l-Artikolu 133a(5) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 fl-2013.
2. L-ammont totali ta' għajnuna nazzjonali tranżitorja li tista' tingħata lill-bdiewa għandha tkun limitata għal 50 % ta' kull pakkett finanzjarju speċifiku għas-settur kif awtorizzat mill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 132(7) jew l-Artikolu 133a(5) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 fl-2013.
3. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, abbażi ta' kriterji oġġettivi u fil-limitu stabbilit fil-paragrafu 2, dwar l-ammonti tal-għajnuna nazzjonali tranżitorja li għandha tingħata.
4. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jadattaw il-perjodu ta' referenza għall-iskemi ta' għajnuna nazzjonali tranżitorji diżakkoppjati. Il-perjodu ta' referenza adattat ma jistax ikun aktar tard mill-1 ta' Ġunju 2018.
Emenda 703 Proposta għal regolament Artikolu 133 – paragrafu 1
L-Artikoli 107, 108 u 109 tat-TFUE ma għandhomx japplikaw għall-miżuri fiskali nazzjonali fejn l-Istati Membri jiddeċiedu li jiddevjaw mir-regoli fiskali ġenerali billi jippermettu li l-bażi tat-taxxa fuq l-introjtu applikata għall-bdiewa tiġi kkalkolata fuq il-bażi ta' perjodu pluriennali.
Bil-għan li jiġu limitati l-effetti tal-varjabbiltà tal-introjtu, billi l-bdiewa jiġu mħeġġa jfaddlu matul is-snin tajba sabiex ikunu jistgħu jaffaċċjaw is-snin ħżiena, l-Artikoli 107, 108 u 109 tat-TFUE ma għandhomx japplikaw għall-miżuri fiskali nazzjonali fejn l-Istati Membri jiddeċiedu li jiddevjaw mir-regoli fiskali ġenerali billi jippermettu li l-bażi tat-taxxa fuq l-introjtu applikata għall-bdiewa tiġi kkalkolata fuq il-bażi ta' perjodu pluriennali, fosthom permezz tar-riport ta' parti mill-bażi tat-taxxa, anki permezz tad-differiment ta' parti mill-bażi tat-taxxa, jew billi tiġi permessa l-esklużjoni ta' ammonti mdaħħla f'kont iddedikat għat-tfaddil agrikolu.
Emenda 1097, 1125 u 1180 Proposta għal regolament Artikolu 134a (ġdid)
Artikolu 134a
Mekkaniżmu tal-ilmenti għall-bdiewa u għall-SMEs
1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi mekkaniżmu li bis-saħħa tiegħu l-bdiewa jew l-SMEs ikunu jistgħu jressqu lmenti direttament lill-Kummissjoni fil-każijiet li ġejjin:
— ħtif tal-art jew theddid gravi ta' dan,
— imġiba ħażina gravi tal-awtoritajiet nazzjonali,
— trattament irregolari jew mhux imparzjali fis-sejħiet għal offerti jew fid-distribuzzjoni tas-sussidji,
— pressjonijiet jew intimidazzjonijiet minn strutturi kriminali, kriminalità organizzata jew strutturi oligarkiċi,
— ksur gravi tad-drittijiet fundamentali tagħhom.
2. Il-Kummissjoni għandha toħloq punt ta' kuntatt fil-Kummissjoni fejn tali lmenti jistgħu jiġu indirizzati.
3. Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa u tagħmel trasparenti l-proċedura għat-tressiq tal-ilmenti u l-kriterji ta' evalwazzjoni.
4. Il-Kummissjoni għandha tiggarantixxi protezzjoni adegwata għall-persuni u għall-kumpaniji wara li jkunu ressqu lment.
5. Il-Kummissjoni għandha tiddetermina jekk għandhiex tittratta l-informazzjoni li waslitilha permezz ta' dan il-mekkaniżmu direttament fl-awditjar tagħhom jew tibgħatha direttament għand il-Prosekutur Pubbliku Ewropew jew l-OLAF.
Emenda 704 Proposta għal regolament Artikolu 135 – paragrafu 1
1. Għall-pagamenti diretti mogħtija fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni skont il-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) Nru 228/2013, il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 3(2), il-punti (a), (b) u (d) tal-Artikolu 4(1), it-Taqsima 2 tal-Kapitolu I tat-Titolu III, l-Artikolu 16 u t-Titolu IX biss ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw. Il-punti (a), (b) u (d) tal-Artikolu 4(1), it-Taqsima 2 tal-Kapitolu I tat-Titolu III, l-Artikolu 16 u t-Titolu IX għandhom japplikaw mingħajr l-ebda obbligi relatati mal-Pjan Strateġiku tal-PAK.
1. Għall-pagamenti diretti mogħtija fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni skont il-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) Nru 228/2013, il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 3, il-punti (a), (b) u (d) tal-Artikolu 4(1), it-Taqsima 2 tal-Kapitolu I tat-Titolu III, l-Artikolu 16 u t-Titolu IX biss ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw. Il-punti (a), (b) u (d) tal-Artikolu 4(1), it-Taqsima 2 tal-Kapitolu I tat-Titolu III, l-Artikolu 16 u t-Titolu IX għandhom japplikaw mingħajr l-ebda obbligi relatati mal-Pjan Strateġiku tal-PAK.
Emenda 705 Proposta għal regolament Artikolu 135 – paragrafu 2
2. Għall-pagamenti diretti mogħtija fil-Gżejjer Minuri tal-Eġew skont il-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) Nru 229/2013, il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 3(2), l-Artikolu 4, it-Taqsima 2 tal-Kapitolu I tat-Titolu III, it-Taqsimiet 1 u 2 tal-Kapitolu II tat-Titolu III u t-Titolu IX biss ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw. L-Artikolu 4, it-Taqsima 2 tal-Kapitolu I tat-Titolu III, it-Taqsimiet 1 u 2 tal-Kapitolu II tat-Titolu III u t-Titolu IX għandhom japplikaw mingħajr l-ebda obbligi relatati mal-Pjan Strateġiku tal-PAK.
2. Għall-pagamenti diretti mogħtija fil-Gżejjer Minuri tal-Eġew skont il-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) Nru 229/2013, il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 3, l-Artikolu 4, it-Taqsima 2 tal-Kapitolu I tat-Titolu III, it-Taqsimiet 1 u 2 tal-Kapitolu II tat-Titolu III u t-Titolu IX biss ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw. L-Artikolu 4, it-Taqsima 2 tal-Kapitolu I tat-Titolu III, it-Taqsimiet 1 u 2 tal-Kapitolu II tat-Titolu III u t-Titolu IX għandhom japplikaw mingħajr l-ebda obbligi relatati mal-Pjan Strateġiku tal-PAK.
Emenda 706 Proposta għal regolament Artikolu 138 – paragrafu 2
2. Is-setgħa li jiġu adottati l-atti delegati msemmija fl-Artikoli 4, 7, 12, 15, 23, 28, 32, 35, 36, 37, 41, 50,78, 81, 104 u 141 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' seba' snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' seba' snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal dik l-estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
2. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikoli 4, 7, 11, 12, 28, 32, 35, 36, 37, 41, 50,78, 81, 83, 94, 110, 120 u 141 hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien mhux determinat mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Emenda 707 Proposta għal regolament Artikolu 138 – paragrafu 3
3. Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikoli 4, 7, 12, 15, 23, 28, 32, 35, 36, 37, 41, 50, 78, 81, F u 141 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li diġà jkun fis-seħħ.
3. Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikoli 4, 7, 11, 12, 28, 32, 35, 36, 37, 41, 50, 78, 81, 83, 94, 110, 120 u 141 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li diġà jkun fis-seħħ.
Emenda 708 Proposta għal regolament Artikolu 138 – paragrafu 6
6. Att delegat adottat skont l-Artikoli 4, 7, 12, 15, 23, 28, 32, 35, 36, 37, 41, 50, 78, 81, 104 u 141 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu esprimew xi oġġezzjoni f'perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li ma għandhomx oġġezzjonijiet. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
6. Att delegat adottat skont l-Artikoli 4, 7, 11, 12, 28, 32, 35, 36, 37, 41, 50, 78, 81, 83, 94, 110, 120 u 141 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Emenda 1138 Proposta għal regolament Artikolu 139a (ġdid)
Artikolu 139a
Rieżami ta' nofs it-terminu
1. Sat-30 ta' Ġunju 2025, il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami ta' nofs it-terminu tal-PAK u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bil-għan li jiġi evalwat l-operat tal-mudell ta' implimentazzjoni l-ġdid mill-Istati Membri, biex jiġu aġġustati l-ponderazzjonijiet għall-intraċċar tal-klima skont il-metodoloġija l-ġdida msemmija fl-Artikolu 87(3), u fejn xieraq, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposti leġiżlattivi.
2. Bil-għan li jiġi żgurat li l-Pjanijiet Strateġiċi tal-Istati Membri jkunu allinjati mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-klima u l-ambjent, ir-rieżami ta' nofs it-terminu msemmi fil-paragrafu 1 għandu jqis il-leġiżlazzjoni rilevanti li tkun fis-seħħ dak iż-żmien.
Regolament (UE) Nru 1305/2013 huwa mħassar b'effett mill-1 ta' Jannar 2021.
Regolament (UE) Nru 1305/2013 huwa mħassar b'effett mill-1 ta' Jannar 2022.
Madankollu, mingħajr preġudizzju għall-Annessi IX u IXa ta' dan ir-Regolament, ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013, għandu jibqa' applikabbli sal-31 ta' Diċembru 2022 għal:
(a) operazzjonijiet implimentati skont programmi ta' żvilupp rurali approvati mill-Kummissjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013, u
(b) programmi ta' żvilupp rurali approvati skont l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 qabel l-1 ta' Jannar 2022.
Madankollu, dan għandu jkompli japplika fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna marbuta mas-snin ta' talba li jibdew qabel l-1 ta' Jannar 2021.
Madankollu, dan għandu jkompli japplika fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna marbuta mas-snin ta' talba li jibdew qabel l-1 ta' Jannar 2022.
L-Artikoli 17 u 19 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, kif ukoll l-Anness I ta' dak ir-Regolament fejn rilevanti għall-Kroazja, għandhom ikomplu japplikaw sal-31 ta' Diċembru 2021.
L-Artikoli 17 u 19 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, kif ukoll l-Anness I ta' dak ir-Regolament fejn rilevanti għall-Kroazja, għandhom ikomplu japplikaw sal-31 ta' Diċembru 2022.
Emenda 714 Proposta għal regolament Artikolu 141 – paragrafu 1
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 138 li jissuplimentaw dan ir-Regolament b'miżuri li jipproteġu kwalunkwe dritt miksub u l-aspettattivi leġittimi tal-benefiċjarji sal-limitu meħtieġ għat-tranżizzjoni mill-arranġementi previsti fir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013 għal dawk stabbiliti f'dan ir-Regolament. Dawk ir-regoli tranżizzjonali għandhom b'mod partikolari jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li taħthom l-appoġġ approvat mill-Kummissjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 jista' jiġi integrat fl-appoġġ previst skont dan ir-Regolament, inkluż għal assistenza teknika u għall-evalwazzjonijiet ex post.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 138 li jissupplimentaw dan ir-Regolament b'miżuri li jipproteġu kwalunkwe dritt miksub u l-aspettattivi leġittimi tal-benefiċjarji sal-limitu meħtieġ għat-tranżizzjoni mill-arranġamenti previsti fir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013, (UE) Nru 1307/2013 u (UE) Nru 1308/2013 għal dawk stabbiliti f'dan ir-Regolament. Dawk ir-regoli tranżizzjonali għandhom b'mod partikolari jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li taħthom l-appoġġ approvat mill-Kummissjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013, ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 u r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jista' jiġi integrat fl-appoġġ previst skont dan ir-Regolament, inkluż għal assistenza teknika u għall-evalwazzjonijiet ex post.
Emenda 715 Proposta għal regolament Artikolu 141a (ġdid)
Artikolu 141a
Rapporti
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tippreżenta, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2025, rapport dwar l-impatt li l-PAK kellha fuq ir-reġjuni insulari minbarra dawk imsemmija fl-Artikolu 135. Dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposti għall-emenda tal-pjanijiet strateġiċi biex iqisu l-karatteristiċi partikolari ta' dawk l-oqsma u biex itejbu r-riżultati mistennija f'konformità mal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 6(1).
Emenda 1154 Proposta għal regolament Anness I
Test propost mill-Kummissjoni
ANNESS I
INDIKATURI TAL-IMPATT, TAR-RIŻULTAT U TAL-OUTPUT SKONT L-ARTIKOLU 7
Objettivi u l-indikaturi tal-impatt rispettivi tagħhom.*
It-tipi ġenerali tal-interventi tagħhom u l-indikaturi tal-output tagħhom.*
Objettiv trasversali tal-UE: Modernizzazzjoni
Indikatur
Indikaturi tar-riżultati
(abbażi biss tal-interventi appoġġati mill-PAK)
Sistemi tal-Għarfien u tal-Innovazzjoni Agrikoli (AKIS)
Indikaturi tal-output
It-tkattir tal-għarfien, tal-innovazzjoni u tad-diġitalizzazzjoni fl-agrikoltura u fiż-żoni rurali u t-tħeġġiġ tal-użu tagħhom
I.1 Il-kondiviżjoni tal-għarfien u tal-innovazzjoni: Is-sehem mill-baġit tal-PAK għall-kondiviżjoni tal-għarfien u tal-innovazzjoni
R.1 It-titjib tal-prestazzjoni permezz tal-għarfien u tal-innovazzjoni: Is-sehem tal-bdiewa li jirċievu appoġġ għal pariri, taħriġ, skambju ta' għarfien, jew il-parteċipazzjoni fi gruppi operattivi biex itejbu l-prestazzjoni ekonomika, ambjentali, klimatika u tal-effiċjenza tar-riżorsi.
Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni għall-għarfien u l-innovazzjoni fil-qasam agrikolu (EIP)**
O.1 Għadd ta' gruppi operattivi tal-EIP
R.2 Kollegament tas-sistemi tal-pariri u tal-għarfien: għadd ta' konsulenti integrati fl-AKIS (imqabbel mal-għadd totali ta' bdiewa)
O.2 Għadd ta' konsulenti li jistabbilixxu jew jipparteċipaw fi gruppi operattivi tal-EIP
R.3 Id-diġitalizzazzjoni tal-agrikoltura: Is-sehem ta' bdiewa li jibbenefikaw minn appoġġ għal teknoloġija agrikola ta' preċiżjoni permezz tal-PAK
Objettivi speċifiċi tal-UE
Indikaturi tal-impatt
Indikaturi tar-riżultati
(abbażi biss tal-interventi appoġġati mill-PAK)
Tip ġenerali tal-intervent
Indikaturi tal-output (għal kull intervent)
L-appoġġ għall-introjtu vijabbli tal-azjendi agrikoli u r-reżiljenza tagħhom fl-Unjoni kollha biex tissaħħaħ is-sigurtà tal-ikel
I.2 Tnaqqis tal-inugwaljanzi fl-introjtu: L-evoluzzjoni tal-introjtu agrikolu meta mqabbel mal-ekonomija ġenerali
R.4 Kollegament tal-appoġġ għall-introjtu mal-istandards u l-prattika tajba: Is-sehem tal-erja agrikola użata kopert mill-appoġġ għall-introjtu u soġġett għal kundizzjonalità
R.7 Tisħiħ tal-appoġġ għall-azjendi agrikoli f'żoni bi ħtiġijiet speċifiċi: Perċentwal tal-appoġġ addizzjonali għal kull ettaru f'żoni bi ħtiġijiet akbar (imqabbla mal-medja)
O.6 L-għadd ta' ettari soġġett għal aktar appoġġ għall-introjtu għall-bdiewa żgħażagħ
O.7 L-għadd ta' benefiċjarji soġġett għal aktar appoġġ għall-introjtu għall-bdiewa żgħażagħ
Tisħiħ tal-orjentazzjoni tas-suq u żieda fil-kompetittività inkluż permezz ta' aktar enfasi fuq ir-riċerka, it-teknoloġija u d-diġitalizzazzjoni
I.6 Żieda fil-produttività tal-azjendi agrikoli: Produttività totali tal-fatturi
R.8 Immirar tal-azjendi agrikoli f'setturi fid-diffikultà: Is-sehem ta' bdiewa li jibbenefikaw minn appoġġ akkoppjat għat-titjib tal-kompetittività, tas-sostenibbiltà jew tal-kwalità
Għodod għall-ġestjoni tar-riskju
O.8 Għadd ta' bdiewa koperti minn strumenti appoġġati għall-ġestjoni tar-riskju
I.7 Sfruttament tal-potenzjal tal-kummerċ agroalimentari: L-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet tal-kummerċ agroalimentari
R.9 Modernizzazzjoni tal-azjendi agrikoli: Is-sehem tal-bdiewa li jirċievu appoġġ ta' investiment biex jirristrutturaw u jimmodernizzaw, inkluż biex tittejjeb l-effiċjenza tar-riżorsi
Appoġġ akkoppjat
O.9 L-għadd ta' ettari li jibbenefika minn appoġġ akkoppjat
R.10 Organizzazzjoni aħjar tal-katina tal-provvista: Is-sehem tal-bdiewa li jipparteċipaw fi Gruppi tal-Produtturi, Organizzazzjonijiet tal-Produtturi, swieq lokali, ċirkwiti tal-katina tal-provvista qasira u skemi tal-kwalità
O.10 L-għadd ta' ettari li jibbenefika minn appoġġ akkoppjat
R.11 Konċentrazzjoni tal-provvista: Is-sehem tal-valur tal-produzzjoni kummerċjalizzata minn Organizzazzjonijiet tal-Produtturi bi programmi operattivi
Pagamenti għal restrizzjonijiet naturali u restrizzjonijiet speċifiċi oħrajn tar-reġjun
O.11 L-għadd ta' ettari li jirċievu pagament supplimentari ta' żona b'restrizzjonijiet naturali (3 kategoriji)
Kontribut għall-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima, kif ukoll għall-enerġija sostenibbli
I.12 Żieda tal-enerġija sostenibbli fl-agrikoltura: Produzzjoni ta' enerġija rinnovabbli mill-agrikoltura u l-forestrija
R.13 Tnaqqis tal-emissjonijiet fis-settur tal-bhejjem: Is-sehem ta' unitajiet ta' bhejjem li għandhom appoġġ biex inaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra u/jew l-ammonijaka, inkluż il-ġestjoni tad-demel
R.14 Il-ħżin tal-karbonju fil-ħamrija u l-bijomassa: Is-sehem tal-art agrikola b'impenji biex tnaqqas l-emissjonijiet, iżżomm u/jew ittejjeb il-ħżin tal-karbonju (bur permanenti, art agrikola fit-torbiera, fil-foresti, eċċ)
R.15 Enerġija ekoloġika mill-agrikoltura u l-forestrija: Investimenti fil-kapaċità tal-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli, inkluż dik b'bażi bijoloġika (MW)
O.16 L-għadd ta' unitajiet ta' bhejjem koperti b'appoġġ għal miżuri tal-benessri tal-annimali, tas-saħħa jew ta' bijosigurtà ikbar
1.16 Tnaqqis tat-tnixxija tan-nutrijenti: In-nitrati fl-ilma ta' taħt l-art - Il-perċentwal tal-istazzjonijiet tal-ilma ta' taħt l-art b'konċentrazzjoni ta' nitroġenu ogħla minn 50 mg/l skont id-Direttiva dwar in-Nitrati
R.21 Ġestjoni sostenibbli tan-nutrijenti: Is-sehem ta' art agrikola b'impenji biex ittejjeb il-ġestjoni tan-nutrijenti
O.17 L-għadd ta' proġetti li jappoġġaw ir-riżorsi ġenetiċi
I.17 Tnaqqis tal-pressjoni fuq ir-riżorsi tal-ilma: L-Indiċi Aġġornat tal-Konsum tal-Ilma (Water Exploitation Index Plus, WEI+)
R.22 Użu sostenibbli tal-ilma: Is-sehem ta' art irrigata b'impenji biex jittejjeb il-bilanċ tal-ilma