Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2018/0217(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0199/2019

Testi mressqa :

A8-0199/2019

Dibattiti :

PV 20/10/2020 - 5
CRE 20/10/2020 - 5
PV 23/11/2021 - 2
CRE 23/11/2021 - 2

Votazzjonijiet :

PV 20/10/2020 - 21
PV 23/10/2020 - 3
PV 23/10/2020 - 11
PV 23/11/2021 - 6

Testi adottati :

P9_TA(2020)0288
P9_TA(2021)0457

Testi adottati
PDF 413kWORD 148k
Il-Ġimgħa, 23 ta' Ottubru 2020 - Brussell
Il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni ***I
P9_TA(2020)0288A8-0199/2019

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2020 dwar il-proposta (1)għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 (COM(2018)0393 – C8-0247/2018 – 2018/0217(COD))(2)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 284
Proposta għal regolament
Premessa 1
(1)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni intitolata "Il-Ġejjieni tal-Ikel u tal-Biedja" tad-29 ta' Novembru 2017 ikkonkludiet li jenħtieġ li l-Politika Agrikola Komuni (minn hawn 'il quddiem imsejħa "il-PAK") tibqa' żżid ir-rispons tagħha għall-isfidi u l-opportunitajiet tal-ġejjieni billi tagħti spinta lill-impjiegi, lit-tkabbir u lill-investiment, billi titħabat kontra t-tibdil fil-klima u tadatta għalih u billi toħroġ ir-riċerka u l-innovazzjoni mil-laboratorji u tħaddimhom fl-għelieqi u fis-swieq. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-PAK tindirizza t-tħassib taċ-ċittadini b'rabta mal-produzzjoni agrikola sostenibbli.
(1)  Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni intitolata "Il-Ġejjieni tal-Ikel u tal-Biedja" tad-29 ta' Novembru 2017 ikkonkludiet li jenħtieġ li l-Politika Agrikola Komuni (minn hawn 'il quddiem imsejħa "il-PAK") tibqa' żżid ir-rispons tagħha għall-isfidi u l-opportunitajiet tal-ġejjieni billi tagħti spinta lill-impjiegi u lill-investiment, iżżid l-istandards tax-xogħol, billi titħabat kontra t-tibdil fil-klima u tadatta għalih, tadattahom u tittrasferixxi r-riċerka u l-innovazzjoni mil-laboratorji għall-għelieqi u s-swieq. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-PAK tindirizza t-tħassib taċ-ċittadini b'rabta mal-produzzjoni agrikola sostenibbli u l-iżvilupp rurali.
Emenda 2
Proposta għal Regolament
Premessa 1a (ġdida)
(1a)  Huwa meħtieġ li s-settur agrikolu ma jbatix il-konsegwenzi finanzjarji ta' deċiżjonijiet politiċi, bħall-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, jew il-finanzjament ta' politiki ġodda tal-Unjoni. Jenħtieġ li titqies ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Mejju 2018 dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 u r-riżorsi proprji (2018/2714(RSP)), fejn il-Parlament Ewropew iddeplora l-fatt li l-proposta tal-Kummissjoni tat-2 ta' Mejju 2018 dwar il-QFP għall-2021-2027 wasslet għal tnaqqis ta' 15 % fil-livell tal-PAK, u ddikjara li l-Parlament Ewropew kien partikolarment kontra kwalunkwe tnaqqis radikali li jħalli impatt negattiv fuq l-istess natura u objettivi tal-PAK. Qajjem dubju wkoll, f'dan il-kuntest, dwar il-proposta li jitnaqqas il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali b'aktar minn 25 %.
Emenda 3
Proposta għal Regolament
Premessa 1b (ġdida)
(1b)  Il-PAK għandha rwol fundamentali fl-Unjoni b'pagamenti diretti u fondi tat-tieni pilastru għal bdiewa li jikkontribwixxu b'mod sinifikanti mhux biss għas-sigurtà tal-ikel, iżda anke għall-investiment u l-impjiegi f'żoni rurali. It-tnaqqis kbir previst għall-PAK mhuwiex aċċettabbli. Għal din ir-raġuni, il-PAK jenħtieġ li tiffoka fuq l-attivitajiet ewlenin tagħha u l-finanzjament allokat għall-PAK 2021-2027 għall-UE-27 jenħtieġ li jinżamm tal-anqas fil-livell tal-baġit tal-2014-2020 filwaqt li jiġi bbaġitjat l-ammont inizjali għar-riżerva għall-kriżijiet fis-settur agrikolu.
Emenda 4
Proposta għal Regolament
Premessa 1c (ġdida)
(1c)  F'konformità mal-Artikolu 208 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), l-implimentazzjoni tal-PAK jenħtieġ li tqis l-objettivi tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp, inkluż fost l-oħrajn, l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-kisba tal-obbligi tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima tal-Unjoni skont il-Ftehim ta' Pariġi.
Emenda 5
Proposta għal Regolament
Premessa 3
(3)  Jenħtieġ li l-mudell tal-implimentazzjoni tal-PAK ibbażat fuq il-konformità jiġi aġġustat biex ikun żgurat li jkun hemm iktar enfasi fuq ir-riżultati u fuq il-prestazzjoni. Għalhekk, jenħtieġ li l-Unjoni tistabbilixxi l-għanijiet bażiċi tal-politika, it-tipi ta' intervent u r-rekwiżiti bażiċi tal-Unjoni, filwaqt li l-Istati Membri jerfgħu responsabbiltà akbar u jkunu iktar responsabbli biex jilħqu dawk l-għanijiet. Minħabba f'hekk, hemm bżonn li tiġi żgurata iktar sussidjarjetà sabiex jitqiesu aħjar il-kundizzjonijiet u l-ħtiġijiet lokali. B'hekk jenħtieġ li, fil-kuntest tal-mudell il-ġdid tal-implimentazzjoni, l-Istati Membri jkunu responsabbli biex ifasslu l-interventi tagħhom tal-PAK skont ir-rekwiżiti bażiċi tal-Unjoni sabiex isaħħu kemm jista' jkun il-kontribut tagħhom lejn l-għanijiet tal-PAK tal-Unjoni u sabiex ifasslu u jistabbilixxu l-qafas ta' konformità u ta' kontroll li japplika għall-benefiċjarji.
(3)  Jenħtieġ li l-mudell tal-implimentazzjoni tal-PAK ibbażat fuq il-konformità jiġi aġġustat biex ikun żgurat li jkun hemm iktar enfasi fuq ir-riżultati u fuq il-prestazzjoni. Għalhekk, jenħtieġ li l-Unjoni tistabbilixxi l-għanijiet bażiċi tal-politika, it-tipi ta' intervent u r-rekwiżiti bażiċi tal-Unjoni, filwaqt li l-Istati Membri jerfgħu responsabbiltà akbar u jkunu iktar responsabbli biex jilħqu dawk l-għanijiet. Minħabba f'hekk, hemm bżonn li tiġi żgurata iktar sussidjarjetà u flessibbiltà sabiex jitqiesu aħjar il-kundizzjonijiet u l-ħtiġijiet lokali. B'hekk jenħtieġ li, fil-kuntest tal-mudell il-ġdid tal-implimentazzjoni, l-Istati Membri jkunu responsabbli biex ifasslu l-interventi tagħhom tal-PAK skont il-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom u r-rekwiżiti bażiċi tal-Unjoni sabiex isaħħu kemm jista' jkun il-kontribut tagħhom lejn l-għanijiet tal-PAK tal-Unjoni. L-Istati Membri jenħtieġ li jfasslu u jistabbilixxu wkoll il-qafas ta' kontroll li japplika għall-benefiċjarji biex ikomplu jiżguraw konformità tal-interventi tal-pjanijiet strateġiċi tal-PAK mad-dritt applikabbli tal-Unjoni. Ir-rekwiżiti bażiċi tal-Unjoni, inklużi kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajba (KAAT) u rekwiżiti statutorji ta' ġestjoni (SMRs) jiżguraw approċċ komuni u kundizzjonijiet ekwi bejn l-Istati Membri.
Emenda 6
Proposta għal Regolament
Premessa 5
(5)  Jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE, Euratom)/ tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [ir-Regolament Finanzjarju l-ġdid]12, b'mod partikolari dawk li jirregolaw il-ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri, il-funzjoni tal-korpi akkreditati u l-prinċipji tal-baġit, japplikaw għall-interventi u għall-miżuri stabbiliti f'dan ir-Regolament.
(5)  Jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [ir-Regolament Finanzjarju l-ġdid]12 , b'mod partikolari dawk li jirregolaw il-ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri, il-funzjoni tal-korpi akkreditati u l-prinċipji tal-baġit, japplikaw għall-interventi u għall-miżuri stabbiliti f'dan ir-Regolament.
__________________
__________________
12 Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru [ir-Regolament Finanzjarju l-ġdid].
12 Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012. (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
Emenda 7
Proposta għal Regolament
Premessa 5a (ġdida)
(5a)  Parti mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) …/…[ir-Regolament CPR1a] jenħtieġ li tapplika għal dan ir-Regolament.
__________________
1a [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni]
Emenda 8
Proposta għal Regolament
Premessa 5b (ġdida)
(5b)   Jenħtieġ li l-Istati Membri joqogħdu lura milli jżidu regoli li jikkumplikaw l-użu tal-FAEG u tal-FAEŻR għall-benefiċjarji.
Emenda 9
Proposta għal Regolament
Premessa 9
(9)  Jeħtieġ jiġi previst l-akkreditament tal-aġenziji tal-pagamenti u tal-korpi ta' koordinazzjoni min-naħa tal-Istati Membri u l-istabbiliment ta' proċeduri għall-kisba tad-dikjarazzjonijiet ta' ġestjoni u tar-rapporti annwali dwar il-prestazzjoni, kif ukoll għall-kisba taċ-ċertifikazzjoni tas-sistemi ta' ġestjoni u ta' monitoraġġ u tas-sistemi tar-rappurtar u taċ-ċertifikazzjoni tal-kontijiet annwali min-naħa ta' korpi indipendenti. Barra minn hekk, sabiex tiġi żgurata t-trasparenza tas-sistema ta' verifiki li jridu jitwettqu fil-livell nazzjonali, b'mod partikolari b'rabta mal-proċeduri ta' awtorizzazzjoni, ta' validazzjoni u ta' pagament, u sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv u tal-awditjar tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri f'każijiet meta jkun hemm bżonn tiġi akkreditata kull aġenzija individwali tal-pagamenti, jenħtieġ li l-għadd ta' awtoritajiet u ta' korpi li lilhom jiġu ddelegati dawk ir-responsabbiltajiet ikun limitat filwaqt li jitħarsu d-dispożizzjonijiet kostituzzjonali ta' kull Stat Membru.
(9)  Jeħtieġ jiġi previst l-akkreditament tal-aġenziji tal-pagamenti u tal-korpi ta' koordinazzjoni min-naħa tal-Istati Membri u l-istabbiliment ta' proċeduri għall-kisba tad-dikjarazzjonijiet ta' ġestjoni, tar-rapport ta' approvazzjoni annwali u tar-rapporti annwali dwar il-prestazzjoni, kif ukoll għall-kisba taċ-ċertifikazzjoni tas-sistemi ta' ġestjoni u ta' monitoraġġ u tas-sistemi tar-rappurtar u taċ-ċertifikazzjoni tal-kontijiet annwali min-naħa ta' korpi indipendenti. Barra minn hekk, sabiex tiġi żgurata t-trasparenza tas-sistema ta' verifiki li jridu jitwettqu fil-livell nazzjonali, b'mod partikolari b'rabta mal-proċeduri ta' awtorizzazzjoni, ta' validazzjoni u ta' pagament, u sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv u tal-awditjar tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri f'każijiet meta jkun hemm bżonn tiġi akkreditata kull aġenzija individwali tal-pagamenti, jenħtieġ li l-għadd ta' awtoritajiet u ta' korpi li lilhom jiġu ddelegati dawk ir-responsabbiltajiet ikun limitat filwaqt li jitħarsu d-dispożizzjonijiet kostituzzjonali ta' kull Stat Membru. L-aġenziji tal-pagamenti jenħtieġ li jiżviluppaw ir-rwol tagħhom bħala konsulenti għall-bdiewa u jagħmlu sforzi lejn is-simplifikazzjoni tal-proċeduri għal benefiċjarji filwaqt li tiġi żgurata l-konformità mal-istandards fil-livell tal-Unjoni.
Emenda 10
Proposta għal Regolament
Premessa 10
(10)  Meta Stat Membru jakkredita iktar minn aġenzija waħda tal-pagamenti, jenħtieġ li jaħtar korp pubbliku uniku ta' koordinazzjoni biex jiżgura l-konsistenza fil-ġestjoni tal-Fondi, biex jipprevedi kollegament bejn il-Kummissjoni u d-diversi aġenziji tal-pagamenti akkreditati u biex jiżgura li l-informazzjoni li l-Kummissjoni titlob dwar il-ħidma ta' diversi aġenziji tal-pagamenti tingħata minnufih. Jenħtieġ li l-korp ta' koordinazzjoni jieħu wkoll azzjoni biex isolvi n-nuqqasijiet ta' natura komuni li jkunu nstabu fil-livell nazzjonali u jikkoordina t-tali azzjonijiet, u li dan iżomm lill-Kummissjoni infurmata dwar is-segwitu tagħhom.
(10)  Meta Stat Membru jakkredita iktar minn aġenzija waħda tal-pagamenti, jenħtieġ li jaħtar korp pubbliku uniku ta' koordinazzjoni biex jiżgura l-konsistenza fil-ġestjoni tal-Fondi, biex jipprevedi kollegament bejn il-Kummissjoni u d-diversi aġenziji tal-pagamenti akkreditati u biex jiżgura li l-informazzjoni li l-Kummissjoni titlob dwar il-ħidma ta' diversi aġenziji tal-pagamenti tingħata minnufih. Jenħtieġ li l-korp ta' koordinazzjoni jieħu wkoll azzjoni biex isolvi n-nuqqasijiet ta' natura komuni li jkunu nstabu fil-livell nazzjonali jew reġjonali u jikkoordina t-tali azzjonijiet, u li dan iżomm lill-Kummissjoni infurmata dwar is-segwitu tagħhom.
Emenda 265
Proposta għal Regolament
Premessa 11
(11)  Fil-mudell il-ġdid tal-implimentazzjoni, l-involviment tal-aġenziji tal-pagamenti li l-Istati Membri jkunu akkreditaw huwa prerekwiżit importanti biex ikun żgurat b'mod raġonevoli li l-għanijiet u l-miri stabbiliti fil-Pjanijiet Strateġiċi rilevanti tal-PAK jintlaħqu bl-interventi ffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni. Għalhekk jenħtieġ li f'dan ir-Regolament jiġi stipulat b'mod espliċitu li hija biss in-nefqa li jagħmlu l-aġenziji tal-pagamenti akkreditati li tista' tiġi rrimborżata mill-baġit tal-Unjoni. Barra minn hekk, jenħtieġ li n-nefqa ffinanzjata mill-Unjoni għall-interventi li jissemmew fir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK ikollha output korrispondenti u tkun tikkonforma mar-rekwiżiti bażiċi tal-Unjoni u mas-sistemi ta' governanza.
(11)  Fil-mudell il-ġdid tal-implimentazzjoni, l-involviment tal-aġenziji tal-pagamenti li l-Istati Membri jkunu akkreditaw huwa prerekwiżit importanti biex ikun żgurat b'mod raġonevoli li l-għanijiet u l-miri stabbiliti fil-Pjanijiet Strateġiċi rilevanti tal-PAK jintlaħqu bl-interventi ffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni. Għalhekk jenħtieġ li f'dan ir-Regolament jiġi stipulat b'mod espliċitu li hija biss in-nefqa li jagħmlu l-aġenziji tal-pagamenti akkreditati li tista' tiġi rrimborżata mill-baġit tal-Unjoni. Barra minn hekk, jenħtieġ li n-nefqa ffinanzjata mill-Unjoni għall-interventi li jissemmew fir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK tkun tikkonforma mar-rekwiżiti bażiċi applikabbli tal-Unjoni u mas-sistemi ta' governanza, inklużi l-obbligi tal-Istati Membri fir-rigward tal-protezzjoni effettiva tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u għar-rappurtar tal-prestazzjoni.
Emenda 12
Proposta għal Regolament
Premessa 14
(14)  Sabiex ikun żgurat li l-ammonti għall-finanzjament tal-PAK ikunu konformi mal-limiti massimi annwali, jenħtieġ li jinżamm il-mekkaniżmu ta' dixxiplina finanzjarja li bih il-livell ta' appoġġ dirett jiġi aġġustat. Madankollu, jenħtieġ li jitneħħa l-limitu ta' EUR 2000. Jenħtieġ li tinżamm riżerva għall-agrikoltura sabiex is-settur agrikolu jiġi appoġġat f'każ ta' żviluppi tas-suq jew kriżijiet ewlenin li jolqtu lill-produzzjoni jew lid-distribuzzjoni agrikola. L-Artikolu 12(2)(d) tar-Regolament (UE, Euratom) [ir-Regolament Finanzjarju l-ġdid] jipprevedi li l-approprjazzjonijiet mhux impenjati jistgħu jiġu riportati għas-sena finanzjarja ta' wara biss. Sabiex tiġi ssimplifikata b'mod sinifikanti l-implimentazzjoni għall-benefiċjarji u għall-amministrazzjonijiet nazzjonali, jenħtieġ li jintuża mekkaniżmu ta' riportament li juża kull ammont tar-riżerva għall-kriżijiet fis-settur agrikolu li se tiġi stabbilita fl-2020 li ma jkunx intuża. Għal dan il-għan, hemm bżonn ta' deroga mill-Artikolu 12(2)(d) li tippermetti li l-approprjazzjonijiet mhux impenjati tar-riżerva għall-agrikoltura jiġu riportati mingħajr limitu taż-żmien biex jiffinanzjaw lil din ir-riżerva fis-sena jew fis-snin finanzjarji ta' wara. Barra minn hekk, għas-sena finanzjarja tal-2020, hemm bżonn ta' deroga oħra minħabba li jenħtieġ li l-ammont kollu tar-riżerva li ma jkunx intuża u li jkun disponibbli fi tmiem l-2020 jiġi riportat għall-2021 għal-linja korrispondenti tar-riżerva l-ġdida għall-agrikoltura mingħajr ma jerġa' jiddaħħal fil-linji baġitarji li jkopru l-interventi fil-forma ta' pagamenti diretti fil-kuntest tal-Pjan Strateġiku tal-PAK.
(14)  Sabiex ikun żgurat li l-ammonti għall-finanzjament tal-PAK ikunu konformi mal-limiti massimi annwali, jenħtieġ li jinżamm il-mekkaniżmu ta' dixxiplina finanzjarja li bih il-livell ta' appoġġ dirett jiġi aġġustat.
Emenda 13
Proposta għal Regolament
Premessa 14a (ġdida)
(14a)  Ir-riżerva għall-kriżijiet eżistenti jenħtieġ li tiġi riveduta u msaħħa biex ikun appoġġjat l-istabbiliment ta' riżerva għall-kriżijiet fis-settur agrikolu tal-UE, għodda aktar effettiva u flessibbli li jenħtieġ li tipprovdi appoġġ supplimentari għas-settur agrikolu fil-każ ta' żviluppi tas-suq u biex l-Unjoni tkun tista' twieġeb aħjar għal kriżijiet kbar li jaffettwaw il-produzzjoni jew id-distribuzzjoni agrikola. Għal dak il-għan u sabiex ikun permess l-iżvilupp ta' qafas sod li jippermetti lill-bdiewa jimmaniġġjaw ir-riskji b'mod xieraq, l-approprjazzjonijiet tar-riżerva għall-kriżijiet fis-settur agrikolu tal-UE jenħtieġ li jiġu mmobilizzati għall-finanzjament tal-miżuri tal-istabbilizzazzjoni tas-suq u l-miżuri eċċezzjonali msemmija fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013, kif ukoll għall-miżuri li jippermettu s-sostituzzjoni tal-għodod għall-istabbilizzazzjoni tal-introjtu mdaħħla fis-seħħ mill-Istati Membri skont l-Artikolu 70 tar-Regolament (UE) ... / ... [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK] u magħmula disponibbli għall-bdiewa fil-każ ta' tnaqqis qawwi fl-introjtu agrikolu lil hinn minn livell limitu għal kull settur definit minn qabel mill-Kummissjoni li fir-rigward tiegħu jenħtieġ li tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati.
Emenda 14
Proposta għal Regolament
Premessa 14b (ġdida)
(14b)  Ir-riżerva għall-kriżijiet fis-settur agrikolu tal-UE jenħtieġ li tiġi stabbilita fil-baġit tal-PAK u l-ammont inizjali tagħha jenħtieġ li jiġi stabbilit fl-2021 bħala żieda għall-baġits tal-FAEĠ u tal-FAEŻR. L-Artikolu 12(2)(d) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 jipprevedi li l-approprjazzjonijiet mhux impenjati jistgħu jiġu riportati għas-sena finanzjarja ta' wara biss. Għal dan il-għan, hemm bżonn ta' deroga minn dak il-punt li tippermetti li l-approprjazzjonijiet mhux impenjati tar-riżerva għall-agrikoltura jiġu riportati mingħajr limitu taż-żmien biex jiffinanzjaw lil din ir-riżerva għall-agrikoltura fis-sena jew fis-snin finanzjarji ta' wara, filwaqt li tippermetti l-akkumulu ta' approprjazzjonijiet għar-riżerva għall-kriżijiet fis-settur agrikolu tal-UE minn sena għal oħra, matul il-perjodu ta' programmazzjoni.
Emenda 15
Proposta għal Regolament
Premessa 15
(15)  Sabiex jiġi evitat li l-amministrazzjonijiet nazzjonali u l-bdiewa jkollhom piż amministrattiv eċċessiv, jenħtieġ li jiġi previst li r-rimborż tal-ammonti li jkunu ġew riportati mis-sena finanzjarja ta' qabel b'rabta mad-dixxiplina finanzjarja applikata ma jsirx meta d-dixxiplina finanzjarja tiġi applikata għal sena oħra sussegwenti (is-sena N+1) jew meta l-ammont kollu tal-approprjazzjonijiet mhux impenjati jkun jirrappreżenta inqas minn 0,2 % tal-limitu massimu annwali tal-FAEG.
(15)  Sabiex jiġi evitat li l-amministrazzjonijiet nazzjonali u l-bdiewa jkollhom piż amministrattiv eċċessiv, biex il-proċeduri jiġu ssimplifikati kemm jista' jkun u biex tiġi llimitata l-kumplessità ta' forom ta' pagamenti, jenħtieġ li jiġi previst li r-rimborż tal-ammonti li jkunu ġew riportati mis-sena finanzjarja ta' qabel b'rabta mad-dixxiplina finanzjarja applikata ma jsirx meta d-dixxiplina finanzjarja tiġi applikata għal sena oħra sussegwenti (is-sena N+1) jew meta l-ammont kollu tal-approprjazzjonijiet mhux impenjati jkun jirrappreżenta inqas minn 0,2 % tal-limitu massimu annwali tal-FAEG.
Emenda 16
Proposta għal Regolament
Premessa 16a (ġdida)
(16a)  L-ugwalizzazzjoni tal-livell tal-pagamenti diretti fost l-Istati Membri hija essenzjali sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni fis-suq intern. Hemm il-ħtieġa urġenti li ssir distribuzzjoni ġusta tal-pagamenti diretti bejn l-Istati Membri.
Emenda 17
Proposta għal Regolament
Premessa 21
(21)  Sabiex il-Kummissjoni tingħata l-mezzi biex, b'mod partikolari, tkun tista' tamministra s-swieq agrikoli, tiffaċilita l-monitoraġġ tan-nefqa agrikola u timmonitorja r-riżorsi agrikoli fuq perjodu medju taż-żmien u fit-tul, jenħtieġ li jiġi previst l-użu tas-sistema agrometeoroloġika u l-akkwist tad-data mis-satelliti u t-titjib ta' din id-data.
(21)  Sabiex il-Kummissjoni tingħata l-mezzi biex, b'mod partikolari, tkun tista' tamministra s-swieq agrikoli, tiffaċilita l-monitoraġġ tan-nefqa agrikola, tivvaluta u tipprovdi għajnuna f'waqtha f'każ ta' diżastri naturali u timmonitorja r-riżorsi agrikoli meħtieġa għall-produzzjoni fuq perjodu medju taż-żmien u fit-tul, jenħtieġ li jiġi previst l-użu tas-sistema agrometeoroloġika u l-akkwist tad-data mis-satelliti u t-titjib ta' din id-data.
Emenda 18
Proposta għal Regolament
Premessa 21a (ġdida)
(21a)   Il-monitoraġġ tas-swieq agrikoli mill-Kummissjoni jenħtieġ li jkun estiż għall-monitoraġġ tal-flussi kummerċjali lejn u minn pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp f'setturi li ġew identifikati bħala sensittivi mill-pajjiżi sħab, sabiex jiġi żgurat li l-eżiti kummerċjali tas-settur agroalimentari relatati mal-PAK ikunu koerenti mal-impenn tal-Unjoni għal Koerenza tal-Politika għall-Iżvilupp.
Emenda 266
Proposta għal regolament
Premessa 25
(25)  Skont l-istruttura u l-karatteristiċi ewlenin tal-mudell il-ġdid tal-implimentazzjoni tal-PAK, jenħtieġ li l-eliġibbiltà tal-pagamenti li l-Istati Membri jagħmlu għall-finanzjament tal-Unjoni ma tkunx tiddependi iktar fuq il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti lill-benefiċjarji individwali. Minflok, għat-tipi ta' interventi li jissemmew fir-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK], jenħtieġ li l-pagamenti tal-Istati Membri jkunu eliġibbli jekk ikun hemm output li jikkorrispondi magħhom u jekk ikunu konformi mar-rekwiżiti bażiċi tal-Unjoni applikabbli.
(25)  Skont l-istruttura u l-karatteristiċi ewlenin tal-mudell tal-implimentazzjoni tal-PAK, jenħtieġ li l-eliġibbiltà tal-pagamenti li l-Istati Membri jagħmlu għall-finanzjament tal-Unjoni tkun tiddependi mil-legalità u r-regolarità tal-pagamenti lill-benefiċjarji individwali. Madankollu, għat-tipi ta' interventi li jissemmew fir-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK], jenħtieġ li l-pagamenti tal-Istati Membri jkunu eliġibbli biss jekk ikunu konformi mar-rekwiżiti tal-Unjoni applikabbli u jekk hemmx konformità mar-regoli dwar is-sistemi ta' governanza applikabbli, inklużi l-obbligi tar-rappurtar tal-prestazzjoni tal-Istati Membri. Jenħtieġ li l-fokus il-ġdid tal-PAK fuq mudell orjentat lejn ir-riżultati ma jneħħix l-obbligi tal-Istati Membri li jivverifikaw il-legalità u r-regolarità tan-nefqa sabiex tkun żgurata l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni.
Emenda 267
Proposta għal regolament
Premessa 28
(28)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jibagħtu l-kontijiet annwali u rapport annwali dwar il-prestazzjoni b'rabta mal-implimentazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK lill-Kummissjoni sal-15 ta' Frar tas-sena N+1. Meta ma jintbagħtux dawn id-dokumenti u b'hekk il-Kummissjoni ma tkunx tista' tapprova l-kontijiet tal-aġenzija tal-pagamenti kkonċernata jew ma tkunx tista' tiċċekkja l-eliġibbiltà tan-nefqa mal-outputs irrappurtati, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa tissospendi l-pagamenti ta' kull xahar u tinterrompi r-rimborżi ta' kull tliet xhur sa ma tirċievi d-dokumenti pendenti.
(28)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jibagħtu l-kontijiet annwali, sommarju tal-awditu u d-dikjarazzjoni ta' ġestjoni lill-Kummissjoni sal-15 ta' Frar kull sena. Fir-rigward tar-rapport dwar il-prestazzjoni b'rabta mal-implimentazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK, l-Istati Membri jenħtieġ li jibagħtu l-ewwel rapport tal-prestazzjoni tagħhom fit-tieni sena kalendarja wara d-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u kull sena wara. Għall-fini tal-monitoraġġ annwali tal-prestazzjoni u r-rieżami dwar il-prestazzjoni pluriennali, ir-rapport tal-prestazzjoni jenħtieġ li jirrifletti l-operazzjonijiet imwettqa u l-progress li jkun sar fil-kisba tal-objettivi kif stabbilit fil-Pjan Strateġiku Nazzjonali tal-PAK u jkun fih informazzjoni dwar l-outputs u n-nefqa li jkunu twettqu kull sena, informazzjoni dwar ir-riżultati li jkunu nkisbu u d-distanza fir-rigward tal-miri rispettivi kull sentejn, u, fejn fattibbli, rappurtar dwar l-impatti bl-użu tad-data msemmija fl-Artikolu 129 tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK]. Meta ma jintbagħtux dawn id-dokumenti u b'hekk il-Kummissjoni ma tkunx tista' tapprova l-kontijiet tal-aġenzija tal-pagamenti kkonċernata jew ma tkunx tista' tiċċekkja l-eliġibbiltà tan-nefqa, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa tissospendi l-pagamenti ta' kull xahar u tinterrompi r-rimborżi ta' kull tliet xhur sa ma tirċievi d-dokumenti pendenti.
Emenda 268
Proposta għal regolament
Premessa 29
(29)  Jenħtieġ li tiddaħħal forma ġdida ta' sospensjoni tal-pagamenti għal sitwazzjonijiet fejn ikun hemm outputs li jkunu baxxi ħafna b'mod mhux normali. Meta l-outputs irrappurtati jkunu baxxi ħafna b'mod mhux normali meta mqabblin man-nefqa ddikjarata, u meta l-Istati Membri ma jkunux jistgħu jagħtu raġunijiet tajbin u li jinftehmu għal din is-sitwazzjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li, minbarra li tnaqqas in-nefqa għas-sena finanzjarja N-1, tissospendi wkoll in-nefqa futura marbuta mal-intervent li għalih l-output kien baxx ħafna b'mod mhux normali. Jenħtieġ li t-tali sospensjonijiet jiġu kkonfermati fid-deċiżjoni annwali dwar l-approvazzjoni tal-prestazzjoni.
(29)  Jenħtieġ li jiddaħħal monitoraġġ tal-prestazzjoni annwali għal sitwazzjonijiet fejn ikun hemm outputs li jkunu baxxi ħafna b'mod mhux normali. Meta l-outputs irrappurtati jkunu baxxi ħafna b'mod mhux normali meta mqabblin man-nefqa ddikjarata, u meta l-Istati Membri ma jkunux jistgħu jagħtu raġunijiet tajbin u li jinftehmu għal din is-sitwazzjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li titlob mill-Istat Membru kkonċernat valutazzjoni tal-kwistjonijiet li jaffettwaw l-implimentazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK u jfassal u jimplimenta l-azzjonijiet ta' rimedju addizzjonali marbuta mal-intervent li għalih l-output kien baxx ħafna b'mod mhux normali għas-sena finanzjarja ta' wara.
Emenda 269
Proposta għal regolament
Premessa 30
(30)  F'dak li għandu x'jaqsam mal-monitoraġġ pluriennali tal-prestazzjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha wkoll is-setgħa tissospendi l-pagamenti. Għalhekk, f'każijiet ta' dewmien fil-progress lejn il-miri stabbiliti fil-Pjan Strateġiku nazzjonali tal-PAK, jew f'każijiet fejn ma jkunx sar biżżejjed progress biex dawn jintlaħqu, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa titlob, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, lill-Istat Membru kkonċernat jieħu l-azzjonijiet meħtieġa ta' rimedju skont pjan ta' azzjoni li jrid jiġi stabbilit b'konsultazzjoni magħha u li jkun fih indikaturi ċari dwar il-progress. Meta l-Istat Membru jonqos milli jibgħat il-pjan ta' azzjoni jew milli jimplimentah, jew meta jkun ċar li l-pjan ta' azzjoni ma jkunx biżżejjed biex titranġa s-sitwazzjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha s-setgħa tissospendi, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, il-pagamenti interim jew il-pagamenti ta' kull xahar.
(30)  Minħabba t-tranżizzjoni meħtieġa għal mudell tal-prestazzjoni orjentat lejn ir-riżultati, ir-rapputat tal-prestazzjoni dwar ir-riżultati li jkunu nkisbu u d-distanza għall-miri rispettivi jenħtieġ li jiġi sottomess għall-ewwel darba sal-15 ta' April tat-tieni sena kalendarja wara d-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u r-rieżami tal-prestazzjoni pluriennali jenħtieġ li jitwettaq mill-Kummissjoni kull sentejn. Għalhekk, f'każijiet ta' dewmien fil-progress lejn il-miri stabbiliti fil-Pjan Strateġiku nazzjonali tal-PAK, jew f'każijiet fejn ma jkunx sar biżżejjed progress biex dawn jintlaħqu, u fejn l-Istat Membru ma jistax jipprovdi raġunijiet debitament ġustifikati jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa titlob lill-Istat Membru kkonċernat jippreżenta pjan ta' azzjoni li jrid jiġi stabbilit b'konsultazzjoni magħha. Il-pjan ta' azzjoni jenħtieġ li jiddeskrivi l-azzjonijiet ta' rimedju meħtieġa u l-perjodu ta' żmien mistenni għat-twettiq tiegħu. Meta l-Istat Membru jonqos milli jibgħat il-pjan ta' azzjoni jew milli jimplimentah, jew meta jsir evidenti li l-pjan ta' azzjoni b'mod ċar ma jkunx biżżejjed biex titranġa s-sitwazzjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha s-setgħa tissospendi, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, il-pagamenti interim jew il-pagamenti ta' kull xahar.
Emenda 270
Proposta għal regolament
Premessa 30a (ġdida)
(30a)  Meta s-sitwazzjoni ma tiġix rimedjata sat-tmiem is-sitt xahar wara d-deċiżjoni mill-Kummissjoni li tissospendi l-pagamenti fil-qafas tar-rieżami tal-prestazzjoni pluriennali, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħa li tnaqqas b'mod definittiv l-ammont sospiż għall-Istat Membru kkonċernat. L-ammonti mnaqqsa b'mod definittiv għandhom jiġu allokati mill-ġdid biex jiġu ppremjati l-Istati Membri bi prestazzjoni sodisfaċenti fir-rigward tal-objettivi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK].
Emenda 23
Proposta għal Regolament
Premessa 39
(39)  Sabiex tiġi stabbilita r-rabta finanzjarja bejn l-aġenziji tal-pagamenti akkreditati u l-baġit tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tapprova l-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti ta' kull sena fil-kuntest tal-approvazzjoni finanzjarja annwali. Jenħtieġ li d-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet tkun limitata għall-kompletezza, għall-preċiżjoni u għall-veraċità tal-kontijiet u li din ma tkunx tkopri l-konformità tan-nefqa mal-liġi tal-Unjoni.
(39)  Sabiex tiġi stabbilita r-rabta finanzjarja bejn l-aġenziji tal-pagamenti akkreditati u l-baġit tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tapprova l-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti ta' kull sena fil-kuntest tal-approvazzjoni annwali. Jenħtieġ li d-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet tkun limitata għall-kompletezza, għall-preċiżjoni u għall-veraċità tal-kontijiet u li din ma tkunx tkopri l-konformità tan-nefqa mal-liġi tal-Unjoni.
Emenda 271
Proposta għal regolament
Premessa 40
(40)  F'konformità mal-mudell il-ġdid tal-implimentazzjoni, jenħtieġ li tiġi stabbilita proċedura ta' approvazzjoni annwali tal-prestazzjoni sabiex tiġi ċċekkjata l-eliġibbiltà tan-nefqa b'rabta mal-outputs irrappurtati. Sabiex jiġu indirizzati s-sitwazzjonijiet fejn ma jkunx hemm outputs irrappurtati li jikkorrispondu man-nefqa ddikjarata u l-Istati Membri ma jkunux jistgħu jiġġustifikaw dan, jenħtieġ li jiġi implimentat mekkaniżmu ta' tnaqqis tal-pagamenti.
imħassar
Emenda 25
Proposta għal Regolament
Premessa 42
(42)  Sabiex jiġu ssalvagwardjati l-interessi finanzjarji tal-baġit tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jimplimentaw sistemi biex huma jkunu ssodisfati li l-interventi ffinanzjati mill-Fondi jitwettqu verament u jiġu eżegwiti tajjeb, filwaqt li jżommu l-qafas robust attwali għal ġestjoni finanzjarja tajba. Skont ir-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill15, ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2988/9516, ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/9617 u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/193918 , l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jenħtieġ li jiġu protetti permezz ta' miżuri proporzjonati, inkluż il-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta' irregolaritajiet, inkluż ta' frodi, l-irkupru ta' Fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b'mod mhux korrett u, fejn xieraq, l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet amministrattivi. Barra minn hekk, skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (l-OLAF) jista' jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (l-UPPE) jista' jinvestiga u jressaq każijiet ta' frodi u reati kriminali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill19. Skont ir-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi Fondi tal-Unjoni trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-UPPE u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (il-QEA) u tiżgura li kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni tal-Fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti. Sabiex l-OLAF ikun jista' jeżerċita s-setgħat tiegħu u jiżgura analiżi effiċjenti tal-każijiet ta' irregolarità, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom fis-seħħ is-sistemi li jippermettulhom jibagħtu rapporti lill-Kummissjoni dwar l-irregolaritajiet u l-każijiet l-oħrajn ta' nuqqas ta' konformità mal-kundizzjonijiet li l-Istati Membri jistabbilixxu fil-Pjan Strateġiku tal-PAK li jkunu ġew innotati, fosthom il-frodi, u dwar is-segwitu tagħhom, kif ukoll dwar is-segwitu tal-investigazzjonijiet tal-OLAF. Sabiex jiżguraw li l-ilmenti marbutin mal-Fondi jiġu eżaminati b'mod effettiv, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom fis-seħħ l-arranġamenti meħtieġa għal dan.
(42)  Sabiex jiġu ssalvagwardjati l-interessi finanzjarji tal-baġit tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jimplimentaw sistemi biex huma jkunu ssodisfati li l-interventi ffinanzjati mill-Fondi jitwettqu verament u jiġu eżegwiti tajjeb, filwaqt li jżommu l-qafas robust attwali għal ġestjoni finanzjarja tajba. Skont ir-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill15, ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/9516 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/9617, u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/193918 , l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jenħtieġ li jiġu protetti permezz ta' miżuri proporzjonati, inkluż il-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta' irregolaritajiet, inkluż ta' frodi, l-irkupru ta' Fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b'mod mhux korrett u, fejn xieraq, l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet amministrattivi. Barra minn hekk, skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (l-OLAF) jista' jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. F'konformità mar-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (l-UPPE) jista' jinvestiga u jippreżenta każijiet ta' frodi u reati kriminali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill19. Skont ir-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi Fondi tal-Unjoni trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-UPPE u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (il-QEA) u tiżgura li kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni tal-Fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti. Sabiex l-OLAF ikun jista' jeżerċita s-setgħat tiegħu u jiżgura analiżi effiċjenti tal-każijiet ta' irregolarità, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom fis-seħħ is-sistemi li jippermettulhom jibagħtu rapporti lill-Kummissjoni dwar l-irregolaritajiet u l-każijiet l-oħrajn ta' nuqqas ta' konformità mal-kundizzjonijiet li l-Istati Membri jistabbilixxu fil-Pjan Strateġiku tal-PAK li jkunu ġew innotati, fosthom il-frodi, u dwar is-segwitu tagħhom, kif ukoll dwar is-segwitu tal-investigazzjonijiet tal-OLAF. Sabiex jiżguraw li l-ilmenti marbutin mal-Fondi jiġu eżaminati b'mod effettiv, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom fis-seħħ l-arranġamenti meħtieġa għal dan.
__________________
__________________
15 Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).
15 Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).
16 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1).
16 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1).
17 Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).
17 Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).
18 Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ("l-UPPE") (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).
18 Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ("l-UPPE") (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).
19 Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p.29).
19 Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).
Emenda 26
Proposta għal Regolament
Premessa 46a (ġdida)
(46a)   Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi bejn il-benefiċjarji fi Stati Membri differenti, jenħtieġ li jiġu introdotti ċerti regoli ġenerali dwar il-kontrolli u l-penali fil-livell tal-Unjoni.
Emenda 215
Proposta għal regolament
Premessa 46b (ġdida)
(46b)  Sabiex jiġu żgurati obbligu ta' rendikont u trasparenza akbar rigward l-appoġġ mill-FAEŻR u l-FAEG, jenħtieġ li tinġabar informazzjoni addizzjonali dwar strutturi ta' sjieda mill-Istati Membri permezz tas-Sistema Integrata ta' Amministrazzjoni u Kontroll. Biex jiġu ffaċilitati l-monitoraġġ tal-konċentrazzjoni tal-art u tal-istrutturi ta' sjieda u l-investigazzjoni ta' kunflitti ta' interess potenzjali, korruzzjoni, u mġiba frawdolenti, il-benefiċjarji jenħtieġ li, fejn applikabbli, jindikaw l-identità tal-impriża jew impriżi prinċipali tagħhom. Jenħtieġ li l-applikanti jiġu megħjuna sabiex jiġi mminimizzat il-piż amministrattiv, eż. permezz ta’ formoli tal-applikazzjoni mimlija minn qabel u aċċess għal data xierqa.
Emenda 27
Proposta għal Regolament
Premessa 47
(47)  Jenħtieġ li jinżammu l-elementi eżistenti ewlenin tas-sistema integrata u, b'mod partikolari, id-dispożizzjonijiet dwar sistema għall-identifikazzjoni tal-bċejjeċ tar-raba', dwar sistema għall-applikazzjonijiet ġeospazjali u sistema għall-applikazzjonijiet ibbażati fuq l-annimali, dwar sistema għall-identifikazzjoni u għar-reġistrazzjoni tal-intitolamenti għall-pagamenti, dwar sistema għar-reġistrazzjoni tal-identità tal-benefiċjarji u dwar sistema ta' kontroll u penali. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jużaw il-prodotti tad-data jew tal-informazzjoni pprovduti mill-programm Copernicus, minbarra t-teknoloġiji tal-informazzjoni bħall-GALILEO u l-EGNOS, sabiex ikun żgurat li fl-Unjoni kollha jkun hemm data komprensiva u komparabbli biex tkun tista' tiġi mmonitorjata l-politika agroambjentali u klimatika u biex ikun jista' jissaħħaħ l-użu tad-data u tal-informazzjoni ħielsa u miftuħa kollha maqbuda mis-satelliti Sentinels ta' Copernicus u mis-servizzi ta' dan il-programm. Għal dan il-għan, jenħtieġ li s-sistema integrata tkun tinkludi wkoll sistema ta' monitoraġġ tal-erja.
(47)  Jenħtieġ li l-elementi eżistenti ewlenin tas-sistema integrata jinkludu s-sistema ta' twissija bikrija u, b'mod partikolari, id-dispożizzjonijiet dwar sistema għall-identifikazzjoni tal-bċejjeċ tar-raba', dwar sistema għall-applikazzjonijiet ġeospazjali u sistema għall-applikazzjonijiet ibbażati fuq l-annimali, dwar sistema għall-identifikazzjoni u għar-reġistrazzjoni tal-intitolamenti għall-pagamenti, dwar sistema għar-reġistrazzjoni tal-identità tal-benefiċjarji u dwar sistema ta' kontroll u penali, jinżammu f'livell xieraq, filwaqt li jitqiesu kif xieraq il-proporzjonalità u l-ħtieġa li ma jitqegħdux piżijiet amministrattivi mhux xierqa fuq il-bdiewa u l-korpi amministrattivi. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jużaw il-prodotti tad-data jew tal-informazzjoni pprovduti mill-programm Copernicus, minbarra t-teknoloġiji tal-informazzjoni bħall-GALILEO u l-EGNOS, sabiex ikun żgurat li fl-Unjoni kollha jkun hemm data komprensiva u komparabbli biex tkun tista' tiġi mmonitorjata l-politika agroambjentali u klimatika u biex ikun jista' jissaħħaħ l-użu tad-data u tal-informazzjoni ħielsa u miftuħa kollha maqbuda mis-satelliti Sentinels ta' Copernicus u mis-servizzi ta' dan il-programm. Għal dan il-għan, jenħtieġ li s-sistema integrata tkun tinkludi wkoll sistema ta' monitoraġġ tal-erja li tista' tillimita l-każijiet fejn ikunu meħtieġa spezzjonijiet tal-azjendi agrikoli u tnaqqas il-piż amministrattiv fuq il-bdiewa.
Emenda 28
Proposta għal Regolament
Premessa 48
(48)  Bħala parti mis-sistemi ta' governanza li jenħtieġ li jkunu fis-seħħ biex tiġi implimentata l-PAK, jenħtieġ li s-sistema integrata tiżgura li d-data aggregata pprovduta bħala parti mir-rappurtar annwali dwar il-prestazzjoni tkun affidabbli u tkun tista' tiġi vverifikata. Minħabba l-importanza ta' sistema integrata li taħdem sew, jeħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti tal-kwalità. Jenħtieġ li l-Istati Membri jwettqu valutazzjoni annwali tal-kwalità tas-sistema għall-identifikazzjoni tal-bċejjeċ tar-raba', tas-sistema għall-applikazzjonijiet ġeospazjali u tas-sistema ta' monitoraġġ tal-erja. Jenħtieġ li l-Istati Membri jittrattaw ukoll kull nuqqas u, jekk jintalbu jagħmlu dan mill-Kummissjoni, jistabbilixxu pjan ta' azzjoni.
(48)  Bħala parti mis-sistemi ta' governanza li jenħtieġ li jkunu fis-seħħ biex tiġi implimentata l-PAK, jenħtieġ li s-sistema integrata tiżgura li d-data aggregata pprovduta bħala parti mir-rappurtar tkun affidabbli u tkun tista' tiġi vverifikata. Minħabba l-importanza ta' sistema integrata li taħdem sew, jeħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti tal-kwalità. Jenħtieġ li l-Istati Membri jwettqu valutazzjoni annwali tal-kwalità tas-sistema għall-identifikazzjoni tal-bċejjeċ tar-raba', tas-sistema għall-applikazzjonijiet ġeospazjali u tas-sistema ta' monitoraġġ tal-erja. Jenħtieġ li l-Istati Membri jittrattaw ukoll kull nuqqas u, jekk jintalbu jagħmlu dan mill-Kummissjoni, jistabbilixxu pjan ta' azzjoni.
Emenda 299
Proposta għal regolament
Premessa 49
(49)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata "Il-Ġejjieni tal-Ikel u tal-Biedja" stabbiliet bħala orjentament strateġiku għall-PAK fil-ġejjieni t-tisħiħ tal-kura ambjentali u tal-azzjoni klimatika u l-kontribut biex jintlaħqu l-għanijiet ambjentali u klimatiċi tal-Unjoni. B'hekk, għall-finijiet ambjentali u klimatiċi, sar hemm bżonn li tiġi skambjata d-data tas-sistema ta' identifikazzjoni tal-bċejjeċ tar-raba' u data oħra tas-sistema integrata ta' amministrazzjoni u kontroll fil-livell nazzjonali u f'dak tal-Unjoni. Għalhekk jenħtieġ li jiġi previst li d-data li tinġabar permezz tas-sistema integrata li tkun rilevanti għall-finijiet ambjentali u klimatiċi tinqasam bejn l-awtoritajiet pubbliċi tal-Istati Membri u mal-istituzzjonijiet u mal-korpi tal-Unjoni. Sabiex tiżdied l-effiċjenza fl-użu tad-data li l-awtoritajiet pubbliċi differenti jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom biex joħolqu l-istatistika Ewropea, jenħtieġ li jiġi previst ukoll li, għall-finijiet tal-istatistika, id-data mis-sistema integrata trid titqiegħed għad-dispożizzjoni ta' korpi li ma jiffurmawx parti mis-Sistema Ewropea tal-Istatistika.
(49)  Il-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar "Il-Ġejjieni tal-Ikel u tal-Biedja", il-"Patt Ekoloġiku Ewropew", l-"Istrateġija Mill-Għalqa sal-Platt – għal sistema tal-ikel sana u li ma tagħmilx ħsara lill-ambjent" u l-"Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030" stabbilew bħala orjentament strateġiku għall-PAK fil-ġejjieni t-tisħiħ tal-kura ambjentali u tal-azzjoni klimatika u l-kontribut biex jintlaħqu l-għanijiet u l-miri ambjentali u klimatiċi tal-Unjoni. B'hekk, għall-finijiet ambjentali u klimatiċi, sar hemm bżonn li tiġi skambjata d-data tas-sistema ta' identifikazzjoni tal-bċejjeċ tar-raba' u data oħra tas-sistema integrata ta' amministrazzjoni u kontroll fil-livell nazzjonali u f'dak tal-Unjoni. Għalhekk jenħtieġ li jiġi previst li d-data li tinġabar permezz tas-sistema integrata li tkun rilevanti għall-finijiet ambjentali u klimatiċi tinqasam bejn l-awtoritajiet pubbliċi tal-Istati Membri u mal-istituzzjonijiet u mal-korpi tal-Unjoni. Sabiex tiżdied l-effiċjenza fl-użu tad-data li l-awtoritajiet pubbliċi differenti jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom biex joħolqu l-istatistika Ewropea, jenħtieġ li jiġi previst ukoll li, għall-finijiet tal-istatistika, id-data mis-sistema integrata trid titqiegħed għad-dispożizzjoni ta' korpi li ma jiffurmawx parti mis-Sistema Ewropea tal-Istatistika.
Emendi 209 u 285
Proposta għal regolament
Premessa 49a (ġdida)
(49a)  Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Mejju 2020 intitolata "Strateġija "Mill-Għalqa sal-Platt" għal sistema tal-ikel ġusta, tajba għas-saħħa u favur l-ambjent" tirrimarka dwar l-importanza li jiġi żgurat ir-rispett tal-prinċipji ewlenin stabbiliti fil-Pilastru Ewropew tad-Drittjiet Soċjali (EPSR). Il-kunsiderazzjonijiet tal-protezzjoni soċjali u tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-akkomodazzjoni tal-ħaddiema, kif ukoll il-protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza, se jkollhom rwol ewlieni fil-bini ta' sistemi tal-ikel sostenibbli, ġusti u b'saħħithom. Il-PAK jenħtieġ li tkun waħda mill-għodod biex jintlaħqu l-objettivi tal-EPSR..
Emenda 29
Proposta għal Regolament
Premessa 53
(53)  Filwaqt li titqies l-istruttura internazzjonali tal-kummerċ agrikolu u fl-interess tal-funzjonament tajjeb tas-suq intern, jeħtieġ li tiġi organizzata l-kooperazzjoni fost l-Istati Membri. Jeħtieġ li tiġi stabbilita wkoll sistema ċentralizzata ta' dokumentazzjoni fil-livell tal-Unjoni dwar l-impriżi li jkunu stabbiliti f'pajjiżi terzi u li jirċievu jew li jagħmlu l-pagamenti.
(53)  Filwaqt li titqies l-istruttura internazzjonali tal-kummerċ agrikolu u fl-interess tal-funzjonament tajjeb tas-suq intern u r-rispett tal-obbligi tal-Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp tal-Unjoni, jeħtieġ li tiġi organizzata l-kooperazzjoni fost l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi. Jeħtieġ li tiġi stabbilita wkoll sistema ċentralizzata ta' dokumentazzjoni fil-livell tal-Unjoni dwar l-impriżi li jkunu stabbiliti f'pajjiżi terzi u li jirċievu jew li jagħmlu l-pagamenti. Tali sistema jenħtieġ li tikkontribwixxi wkoll għall-identifikazzjoni tal-inkoerenzi bejn l-implimentazzjoni tal-PAK u l-objettivi tal-politiki esterni tal-Unjoni. Dan jikkontribwixxi għall-monitoraġġ li jintlaħqu l-objettivi tal-PAK kif previst fir-Regolament (UE) Nru .../... [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK], billi jippermetti l-evalwazzjoni tal-impatt tal-impriżi stabbiliti f'pajjiżi terzi fuq l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-objettivi ta' żvilupp tal-Unjoni, kif previst fl-Artikolu 208 tat-TFUE.
Emendi 210 u 286
Proposta għal regolament
Premessa 55
(55)  Il-kundizzjonalità hija element importanti tal-PAK, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mal-elementi ambjentali u klimatiċi tagħha, iżda wkoll b'rabta mas-saħħa pubblika u mal-kwistjonijiet marbutin mal-annimali. Dan ifisser li jenħtieġ li jitwettqu kontrolli u li jiġu applikati penali meta jkun hemm bżonn sabiex tkun żgurata l-effettività tas-sistema ta' kundizzjonalità. Sabiex ikun hemm kundizzjonijiet ekwi bejn il-benefiċjarji fi Stati Membri differenti, jenħtieġ li jiddaħħlu ċerti regoli ġenerali dwar il-kontrolli u l-penali marbutin mal-kundizzjonalità fil-livell tal-Unjoni.
(55)  Il-kundizzjonalità hija element importanti tal-PAK, li tiżgura li l-pagamenti jippromwovu livell għoli ta' sostenibbiltà u jiżguraw kundizzjonijiet ekwi għall-bdiewa fl-Istati Membri u bejniethom, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mal-elementi soċjali, ambjentali u klimatiċi tagħha, iżda wkoll b'rabta mas-saħħa pubblika u l-benesseri tal-annimali. Dan ifisser li jenħtieġ li jitwettqu kontrolli u li jiġu applikati penali meta jkun hemm bżonn sabiex tkun żgurata l-effettività tas-sistema ta' kundizzjonalità. Sabiex ikunu żgurati dawn il-kundizzjonijiet ekwi bejn il-benefiċjarji fi Stati Membri differenti, jenħtieġ li jiddaħħlu ċerti regoli ġenerali dwar il-kundizzjonalità u l-kontrolli u l-penali marbutin man-nuqqas ta' konformità fil-livell tal-Unjoni.
Emenda 31
Proposta għal Regolament
Premessa 57
(57)  Filwaqt li jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jistabbilixxu d-dettalji tal-penali, jenħtieġ li dawk il-penali jkunu proporzjonati, effettivi u dissważivi u jkunu mingħajr preġudizzju għal penali oħrajn stabbiliti skont il-liġi nazzjonali jew skont il-liġi tal-Unjoni. Sabiex ikun żgurat approċċ effettiv u koerenti min-naħa tal-Istati Membri, jeħtieġ li tiġi prevista rata minima ta' penali fil-livell tal-Unjoni għan-nuqqas ta' konformità li jseħħ għall-ewwel darba minħabba negliġenza, filwaqt li l-okkorrenza mill-ġdid jenħtieġ li twassal għal perċentwal ogħla u l-intenzjonalità tista' twassal għall-esklużjoni totali mill-pagament. Sabiex ikun żgurat li l-penali jkunu proporzjonati, meta n-nuqqas ta' konformità jkun ta' natura minuri u jseħħ għall-ewwel darba, jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew idaħħlu sistema ta' twissija bikrija.
(57)  Filwaqt li jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jistabbilixxu d-dettalji tal-penali, jenħtieġ li dawk il-penali jkunu proporzjonati, effettivi u dissważivi u jkunu mingħajr preġudizzju għal penali oħrajn stabbiliti skont il-liġi nazzjonali jew skont il-liġi tal-Unjoni. Sabiex ikun żgurat approċċ effettiv u koerenti min-naħa tal-Istati Membri, jeħtieġ li jiġu previsti rati minimi ta' penali fil-livell tal-Unjoni. Dawn ir-rati jenħtieġ li japplikaw għal każijiet ta' nuqqas ta' konformità li jseħħu għall-ewwel darba minħabba negliġenza, filwaqt li l-okkorrenza mill-ġdid jenħtieġ li twassal għal perċentwal ogħla u jenħtieġ li l-intenzjonalità twassal potenzjalment għall-esklużjoni totali mill-pagament. Sabiex ikun żgurat li l-penali jkunu proporzjonati, meta n-nuqqas ta' konformità jkun ta' natura minuri u jseħħ għall-ewwel darba, jenħtieġ li l-Istati Membri jdaħħlu sistema ta' twissija bikrija, filwaqt li jinnotifikaw lill-benefiċjarju dwar l-obbligu li jieħu miżuri korrettivi u jippermettulu jirrimedja n-nuqqas ta' konformità. Jenħtieġ li ma tiġi imposta l-ebda penali amministrattiva fil-każijiet ta' nuqqas ta' konformità minħabba forza maġġuri, negliġenza sempliċi jew minħabba żbalji ovvji rikonoxxuti mill-awtorità kompetenti jew awtorità oħra.
Emenda 216
Proposta għal regolament
Premessa 66a (ġdida)
(66a)  Wara talbiet mill-Parlament Ewropew1a biex ikun hemm aktar trasparenza dwar id-distribuzzjoni tal-art agrikola u l-konċentrazzjoni tal-art li tħalli impatt fuq l-aċċess tal-bdiewa għall-art, u l-opinjonijiet tal-Ombudsman Ewropew1b u l-Qorti tal-Awdituri dwar il-ħtieġa li jinxteħet aktar dawl fuq strutturi ta' sjieda marbuta mal-benefiċjarji tal-PAK, fil-kuntest tal-possibbiltà ta' frodi u użu ħażin tal-fondi tal-Unjoni, u minħabba li l-istatistika disponibbli1c tipprovdi stampa limitata tas-sjieda u l-kontroll tal-azjendi agrikoli, u sabiex jiġi ffaċilitat il-monitoraġġ mill-awtoritajiet pubbliċi tal-ħtif tal-art u l-konċentrazzjoni tal-art u biex jiġu żgurati obbligu ta' rendikont u trasparenza akbar dwar l-appoġġ mill-FAEŻR u l-FAEG, jenħtieġ għalhekk li l-informazzjoni dwar l-istrutturi ta' sjieda tkun disponibbli wkoll għall-pubbliku. Il-lista tal-benefiċjarji tal-fondi tal-PAK, ippubblikata ex post mill-Istat Membru, jenħtieġ li, fejn applikabbli, tippermetti wkoll l-identifikazzjoni tal-impriżi prinċipali. Din tikkontribwixxi b'mod sinifikanti għall-monitoraġġ tal-istrutturi ta' sjieda u tiffaċilita l-investigazzjoni ta' kunflitti ta' interess potenzjali, korruzzjoni, u mġiba frawdolenti.
__________________
1a Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta’ Marzu 2017 dwar is-sitwazzjoni attwali tal-konċentrazzjoni tal-art agrikola fl-UE: kif niffaċilitaw l-aċċess għall-art għall-bdiewa (Testi adottati, P8_TA(2017)0197).
1b Id-Deċiżjoni tal-Ombudsman Ewropew fil-każ 1782/2019/EWM.
1c Ir-Regolament (UE) 2018/1091 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar l-istatistika integrata tal-azjendi agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1166/2008 u (UE) Nru 1337/2011 (ĠU L 200, 7.8.2018, p. 1).
Emenda 32
Proposta għal Regolament
Premessa 71
(71)  Il-pubblikazzjoni tat-tali informazzjoni flimkien mal-informazzjoni ġenerali prevista f'dan ir-Regolament ittejjeb it-trasparenza b'rabta mal-użu tal-Fondi tal-Unjoni fil-PAK, u b'hekk tikkontribwixxi għall-viżibbiltà ta' dik il-politika u għal fehim aħjar tagħha. Dan jippermetti liċ-ċittadini jieħdu sehem iktar mill-qrib fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet u jiggarantixxi li l-amministrazzjoni tkun tgawdi minn iktar leġittimità u tkun iktar effettiva u iktar responsabbli fil-konfront taċ-ċittadini. Dan jagħti wkoll liċ-ċittadini eżempji konkreti tal-forniment ta' "beni pubbliċi" permezz tal-biedja, u b'hekk isostni l-leġittimità tal-għajnuna mill-istat għas-settur agrikolu.
(71)  Il-pubblikazzjoni tat-tali informazzjoni flimkien mal-informazzjoni ġenerali prevista f'dan ir-Regolament ittejjeb it-trasparenza b'rabta mal-użu tal-Fondi tal-Unjoni fil-PAK, u b'hekk tikkontribwixxi għall-viżibbiltà ta' dik il-politika u għal fehim aħjar tagħha. Dan jippermetti liċ-ċittadini jieħdu sehem iktar mill-qrib fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet u jiggarantixxi li l-amministrazzjoni tkun tgawdi minn iktar leġittimità u tkun iktar effettiva u iktar responsabbli fil-konfront taċ-ċittadini. Dan jagħti wkoll liċ-ċittadini eżempji konkreti tal-forniment ta' "beni pubbliċi" permezz tal-biedja, u b'hekk isostni l-leġittimità tal-Unjoni u tal-għajnuna mill-istat għas-settur agrikolu.
Emenda 272
Proposta għal regolament
Artikolu 2
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a)  "irregolarità" tfisser irregolarità skont it-tifsira tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95;
(a)  "irregolarità" tfisser irregolarità skont it-tifsira tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95;
(b)  "sistemi ta' governanza" tfisser il-korpi ta' governanza li jissemmew fil-Kapitolu II tat-Titolu II ta' dan ir-Regolament u r-rekwiżiti bażiċi tal-Unjoni stabbiliti f'dan ir-Regolament u fir-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK], fosthom is-sistema tar-rappurtar stabbilita għall-għanijiet tar-rapport annwali dwar il-prestazzjoni li jissemma fl-Artikolu 121 tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK];
(b)  "sistemi ta' governanza" tfisser il-korpi ta' governanza li jissemmew fil-Kapitolu II tat-Titolu II ta' dan ir-Regolament u r-rekwiżiti bażiċi tal-Unjoni stabbiliti f'dan ir-Regolament u fir-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK], fosthom l-obbligi tal-Istati Membri fir-rigward tal-protezzjoni effettiva tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 57 ta' dan ir-Regolament u s-sistema tar-rappurtar stabbilita għall-għanijiet tal-monitoraġġ annwali tal-prestazzjoni li jissemma fl-Artikolu 38a ta' dan ir-Regolament u r-rieżami tal-prestazzjoni multiannwali li jissemma fl-Artikolu 121 tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK];
(c)  "rekwiżiti bażiċi tal-Unjoni" tfisser ir-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK] u f'dan ir-Regolament.
(c)  "rekwiżiti bażiċi tal-Unjoni" tfisser ir-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK] u f'dan ir-Regolament, fir-Regolament (UE) 2018/1046 (ir-Regolament Finanzjarju) u fid-Direttiva 2014/24/UE (id-Direttiva dwar l-Akkwist Pubbliku);
(ca)  "rekwiżiti tal-Unjoni" tfisser ir-rekwiżiti bażiċi tal-Unjoni u r-regoli dwar l-eliġibbiltà li jirriżultaw mir-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK] li hemm fil-pjan strateġiku tal-PAK tal-Istat Membru;
(cb)  "indikatur tal-output" tfisser indikatur tal-output kif iddefinit fil-punt 12 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament CPR];
(cc)  "indikatur tar-riżultat" tfisser indikatur tar-riżultat kif definit fil-punt 13 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament CPR];
(cd)  "defiċjenza serja" tfisser defiċjenza serja kif definita fil-punt 30 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament CPR];
(ce)  "korp intermedjarju" tfisser korp intermedjarju kif definit fil-punt 7 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament CPR];
(cf)  "pjan ta' azzjoni" tfisser pjan ta' azzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 39(1) u l-Artikolu 40(1) ta' dan ir-Regolament.
Emenda 39
Proposta għal Regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt -a (ġdid)
(-a)  il-mewt tal-benefiċjarju;
Emenda 40
Proposta għal Regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt a
(a)  diżastru naturali kbir li jolqot serjament lill-azjenda;
(a)  diżastru naturali jew avveniment meteoroloġiku li jolqot serjament lill-azjenda;
Emenda 41
Proposta għal Regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)
(aa)  l-inkapaċità professjonali fit-tul tal-benefiċjarju;
Emenda 42
Proposta għal Regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ab (ġdid)
(ab)  iċ-ċirkostanzi tas-suq li jolqtu serjament lill-azjenda;
Emenda 43
Proposta għal Regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt b
(b)  il-qerda aċċidentali tal-bini tal-bhejjem fl-azjenda;
(b)  il-qerda tal-bini tal-bhejjem fl-azjenda;
Emenda 44
Proposta għal Regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt c
(c)  marda epiżootika jew marda tal-pjanti li tolqot lill-bhejjem kollha jew lill-għelejjel kollha tal-benefiċjarju jew lil parti minnhom rispettivament;
(c)  marda epiżootika, marda tal-pjanti jew tifqigħa tal-organiżmi ta' ħsara tal-pjanti li tolqot lill-bhejjem kollha jew lill-għelejjel kollha tal-benefiċjarju jew lil parti minnhom rispettivament;
Emenda 45
Proposta għal Regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1a (ġdid)
L-Istati Membri jistgħu japplikaw il-punt (a) tal-ewwel paragrafu għal grupp ta' azjendi agrikoli milquta mill-istess diżastru naturali jew avveniment meteoroloġiku.
Emenda 46
Proposta għal Regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1
L-FAEŻR għandu jiġi implimentat permezz tal-ġestjoni kondiviża bejn l-Istati Membri u l-Unjoni. Huwa għandu jiffinanzja l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-interventi għall-iżvilupp rurali fil-kuntest tal-Pjan Strateġiku tal-PAK li jissemmew fil-Kapitolu 4 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK].
Il-FAEŻR għandu jiġi implimentat permezz tal-ġestjoni kondiviża bejn l-Istati Membri u l-Unjoni. Huwa għandu jiffinanzja l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-interventi għall-iżvilupp rurali fil-kuntest tal-Pjan Strateġiku tal-PAK li jissemmew fil-Kapitolu 4 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK] u l-azzjonijiet fi ħdan l-Artikolu 112 ta' dak ir-Regolament.
Emenda 47
Proposta għal Regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – parti introduttorja
Fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew f'isimha, kull Fond jista' jiffinanzja b'mod dirett l-attivitajiet ta' tħejjija, l-attivitajiet ta' monitoraġġ, l-attivitajiet amministrattivi u l-attivitajiet ta' appoġġ tekniku, u l-evalwazzjoni, l-awditjar u l-ispezzjoni meħtieġa biex tiġi implimentata l-PAK. Dawn għandhom jinkludu, b'mod partikolari, l-affarijiet li ġejjin:
Fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew f'isimha, kull Fond jista' jiffinanzja b'mod dirett iż-żieda fl-attivitajiet ta' tħejjija, l-attivitajiet ta' monitoraġġ, l-attivitajiet amministrattivi u l-attivitajiet ta' appoġġ tekniku, u l-evalwazzjoni, l-awditjar u l-ispezzjoni meħtieġa biex tiġi implimentata l-PAK. Il-kontribuzzjoni tal-FAEŻR imsemmija fl-Artikolu 86(3) tar-Regolament (UE) .../... [Ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK] għandha tqis iż-żieda fil-bini tal-kapaċità amministrattiva fir-rigward tal-governanza ġdida u s-sistemi ta' kontroll fl-Istati Membri. Dawn għandhom jinkludu, b'mod partikolari, l-affarijiet li ġejjin:
Emenda 48
Proposta għal Regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt f
(f)  l-istudji dwar il-PAK u l-evalwazzjoni tal-miżuri ffinanzjati mill-Fondi, fosthom it-titjib tal-metodi ta' evalwazzjoni u l-iskambju tal-informazzjoni dwar il-prattiki fil-kuntest tal-PAK, kif ukoll l-istudji li jsiru flimkien mal-Bank Ewropew tal-Investiment (il-BEI);
(f)  l-istudji dwar il-PAK u l-evalwazzjoni tal-miżuri ffinanzjati mill-Fondi, fosthom it-titjib tal-metodi ta' evalwazzjoni u l-iskambju tal-informazzjoni dwar l-aħjar prattiki fil-kuntest tal-PAK u l-konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kif ukoll l-istudji li jsiru flimkien mal-Bank Ewropew tal-Investiment (il-BEI);
Emenda 49
Proposta għal Regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt h
(h)  il-kontribuzzjoni għall-miżuri marbutin mat-tixrid tal-informazzjoni, mas-sensibilizzazzjoni, mal-promozzjoni tal-kooperazzjoni u mal-iskambju tal-esperjenzi fil-livell tal-Unjoni, li jittieħdu fil-kuntest tal-interventi għall-iżvilupp rurali, fosthom in-netwerking tal-partijiet ikkonċernati;
(h)  il-kontribuzzjoni għall-miżuri marbutin mat-tixrid tal-informazzjoni, mas-sensibilizzazzjoni, mal-promozzjoni tal-kooperazzjoni u mal-iskambju tal-esperjenzi mal-partijiet ikkonċernati rilevanti fil-livell tal-Unjoni, li jittieħdu fil-kuntest tal-interventi għall-iżvilupp rurali, fosthom in-netwerking tal-partijiet ikkonċernati;
Emenda 50
Proposta għal Regolament
Artikolu 7a (ġdid)
Artikolu 7a
Awtorità kompetenti
1.  L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità fuq livell ministerjali li tkun responsabbli għall-affarijiet li ġejjin:
(a)  għall-ħruġ, għar-rieżami u għall-irtirar tal-akkreditament tal-aġenziji tal-pagamenti msemmija fl-Artikolu 9(2);
(b)  għall-ħruġ, għar-reviżjoni u għall-irtirar tal-akkreditament tal-korp ta' koordinazzjoni msemmi fl-Artikolu 10;
(c)  għall-ħatra u r-revoka tal-korp taċ-ċertifikazzjoni tiegħu imsemmi fl-Artikolu 11;
(d)  għat-twettiq tal-kompiti li huma assenjati lill-awtorità kompetenti skont dan il-Kapitolu, filwaqt li jitqies il-prinċipju tal-proporzjonalità.
2.  Abbażi ta' eżami tal-kriterji li l-Kummissjoni għandha tadotta b'mod konformi mal-Artikolu 12(1), l-awtorità kompetenti għandha, permezz ta' att formali, tiddeċiedi:
(a)  dwar il-ħruġ jew, wara reviżjoni, l-irtirar tal-akkreditament tal-aġenzija tal-pagamenti u l-korp ta' koordinazzjoni;
(b)  dwar il-ħatra u r-revoka tal-korp taċ-ċertifikazzjoni tiegħu;
L-awtorità kompetenti għandha tinforma mingħajr dewmien lill-Kummissjoni bl-akkreditament jew il-ħatra tal-aġenziji tal-pagamenti , il-korp ta' koordinazzjoni u l-korp taċ-ċertifikazzjoni, u dwar l-irtirar u r-revoka tagħhom.
Il-Kummissjoni għandha tippromwovi l-iskambju tal-aħjar prattiki fir-rigward tat-tħaddim ta' sistemi ta' governanza bejn l-Istati Membri.
Emenda 273/rev
Proposta għal regolament
Artikolu 8
Aġenziji tal-pagamenti u korpi ta' koordinazzjoni
Aġenziji tal-pagamenti
1.  L-aġenziji tal-pagamenti għandhom ikunu dipartimenti jew korpi tal-Istati Membri li jkunu responsabbli għall-ġestjoni u għall-kontroll tan-nefqa msemmija fl-Artikolu 5(2) u fl-Artikolu 6.
1.  L-aġenziji tal-pagamenti għandhom ikunu dipartimenti jew korpi tal-Istati Membri u, jekk applikabbli, ta' reġjuni li jkunu responsabbli għall-ġestjoni u għall-kontroll tan-nefqa msemmija fl-Artikolu 5(2) u fl-Artikolu 6.
Ħlief għat-twettiq tal-pagamenti, l-eżekuzzjoni ta' dawk il-kompiti tista' tiġi ddelegata.
Ħlief għat-twettiq tal-pagamenti, l-eżekuzzjoni ta' dawk il-kompiti tista' tiġi ddelegata.
2.  L-Istati Membri għandhom jakkreditaw bħala aġenziji tal-pagamenti lil dipartimenti jew korpi li jkollhom organizzazzjoni amministrattiva u sistema ta' kontroll intern li jkunu jipprovdu biżżejjed garanziji li l-pagamenti jkunu legali, regolari u kkontabilizzati kif xieraq. Għal dan il-għan, l-aġenziji tal-pagamenti għandhom jikkonformaw mal-kundizzjonijiet minimi għall-akkreditament f'dak li għandu x'jaqsam mal-ambjent intern, mal-attivitajiet ta' kontroll, mal-informazzjoni u mal-komunikazzjoni u mal-monitoraġġ stabbiliti mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 10(1)(a).
2.  L-Istati Membri għandhom jakkreditaw bħala aġenziji tal-pagamenti lil dipartimenti jew korpi li jkollhom organizzazzjoni amministrattiva u sistema ta' kontroll intern li jkunu jipprovdu biżżejjed garanziji li l-pagamenti jkunu legali, regolari u kkontabilizzati kif xieraq. Għal dan il-għan, l-aġenziji tal-pagamenti għandhom jikkonformaw mal-kundizzjonijiet minimi għall-akkreditament f'dak li għandu x'jaqsam mal-ambjent intern, mal-attivitajiet ta' kontroll, mal-informazzjoni u mal-komunikazzjoni u mal-monitoraġġ stabbiliti mill-Kummissjoni skont il-punt (a) tal-Artikolu 12a(1).
Kull Stat Membru għandu jillimita l-għadd ta' aġenziji tal-pagamenti tiegħu kif ġej:
Filwaqt li jqis id-dispożizzjonijiet kostituzzjonali tiegħu, kull Stat Membru għandu jillimita l-għadd ta' aġenziji tal-pagamenti akkreditati tiegħu kif ġej:
(a)  għal aġenzija waħda fil-livell nazzjonali jew, meta jkun japplika, għal aġenzija waħda għal kull reġjun; u
(a)  għal aġenzija waħda fil-livell nazzjonali jew, meta jkun japplika, għal aġenzija waħda għal kull reġjun; u
(b)  għal aġenzija waħda għall-ġestjoni tan-nefqa kemm tal-FAEG kif ukoll tal-FAEŻR.
(b)  għal aġenzija waħda għall-ġestjoni tan-nefqa kemm tal-FAEG kif ukoll tal-FAEŻR, fejn jeżistu biss aġenziji fil-livell nazzjonali.
Madankollu, meta l-aġenziji tal-pagamenti jkunu stabbiliti fil-livell reġjonali, l-Istati Membri għandhom jakkreditaw ukoll aġenzija tal-pagamenti fil-livell nazzjonali għall-iskemi tal-għajnuna li, min-natura tagħhom, ikollhom jiġu amministrati fil-livell nazzjonali, jew inkella għandhom jgħaddu l-ġestjoni ta' dawn l-iskemi lill-aġenziji tal-pagamenti reġjonali tagħhom.
Madankollu, meta l-aġenziji tal-pagamenti jkunu stabbiliti fil-livell reġjonali, l-Istati Membri għandhom jakkreditaw ukoll aġenzija tal-pagamenti fil-livell nazzjonali għall-iskemi tal-għajnuna li, min-natura tagħhom, ikollhom jiġu amministrati fil-livell nazzjonali, jew inkella għandhom jgħaddu l-ġestjoni ta' dawn l-iskemi lill-aġenziji tal-pagamenti reġjonali tagħhom.
L-akkreditament tal-aġenziji tal-pagamenti għall-perjodu 2014-2020 għandu jiġi riportat għall-perjodu ta' programmazzjoni 2021-2027, sakemm ikunu infurmaw lill-awtorità kompetenti li huma konformi mal-kriterji tal-akkreditament, u sakemm reviżjoni mwettqa skont il-punt (a) tal-Artikolu 7a(2) ma turix li dan mhuwiex il-każ.
L-aġenziji tal-pagamenti li jkun ilhom tal-inqas tliet snin ma jamministraw in-nefqa tal-FAEG jew tal-FAEŻR għandhom jitilfu l-akkreditament tagħhom.
L-aġenziji tal-pagamenti li jkun ilhom tal-inqas tliet snin ma jamministraw in-nefqa tal-FAEG jew tal-FAEŻR għandhom jitilfu l-akkreditament tagħhom.
L-Istati Membri ma għandhom jaħtru l-ebda aġenzija addizzjonali ġdida tal-pagamenti wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
L-Istati Membri jistgħu jaħtru aġenziji addizzjonali tal-pagamenti wara ... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], dment li:
(a)  l-għadd ta' aġenziji tal-pagamenti akkreditati ma jiżdiedx b'rabta mas-sitwazzjoni fil-31 ta' Diċembru 2019; jew
(b)  l-aġenziji tal-pagamenti ġodda jintgħażlu skont riorganizzazzjoni amministrattiva fl-Istat Membru kkonċernat.
3.  Għall-finijiet tal-Artikolu 63(5) u (6) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/… [ir-Regolament Finanzjarju l-ġdid] (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "ir-Regolament Finanzjarju"), sal-15 ta' Frar tas-sena ta' wara s-sena finanzjarja kkonċernata, il-persuna responsabbli għall-aġenzija tal-pagamenti akkreditata għandha tħejji d-dokumenti li ġejjin u tibgħathom lill-Kummissjoni:
3.  Għall-finijiet tal-Artikolu 63(5) u (6) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 [ir-Regolament Finanzjarju l-ġdid] (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "ir-Regolament Finanzjarju"), sal-15 ta' Frar tas-sena ta' wara s-sena finanzjarja kkonċernata, il-persuna responsabbli għall-aġenzija tal-pagamenti akkreditata għandha tħejji d-dokumenti li ġejjin u tibgħathom lill-Kummissjoni:
(a)  il-kontijiet annwali tan-nefqa li tkun iġġarrbet huma u jitwettqu l-kompiti fdati lill-aġenzija tal-pagamenti akkreditata tagħha, kif previst fl-Artikolu 63(5)(a) tar-Regolament Finanzjarju, flimkien mal-informazzjoni meħtieġa għall-approvazzjoni tagħhom skont l-Artikolu 51;
(a)  il-kontijiet annwali tan-nefqa li tkun iġġarrbet huma u jitwettqu l-kompiti fdati lill-aġenzija tal-pagamenti akkreditata tagħha, kif previst fil-punt (a) tal-Artikolu 63(5) tar-Regolament Finanzjarju, flimkien mal-informazzjoni meħtieġa għall-approvazzjoni tagħhom skont l-Artikolu 51;
(b)  ir-rapport annwali dwar il-prestazzjoni msemmi fl-Artikolu 52(1) li juri li n-nefqa saret skont l-Artikolu 35;
(b)  sommarju annwali tar-rapporti finali ta' awditu u tal-kontrolli imwettqa, inklużi l-eżiti tagħhom u analiżi tan-natura u l-estent tal-iżbalji u d-dgħufijiet identifikati fis-sistemi permezz tal-awditi u l-kontrolli, kif ukoll l-azzjonijiet korrettivi meħuda jew ippjanati, kif previst fil-punt (b) tal-Artikolu 63(5) tar-Regolament Finanzjarju;
(c)  dikjarazzjoni ta' ġestjoni, kif previst fl-Artikolu 63(6) tar-Regolament Finanzjarju, dwar l-affarijiet li ġejjin:
(c)  dikjarazzjoni ta' ġestjoni, kif previst fl-Artikolu 63(6) tar-Regolament Finanzjarju, dwar l-affarijiet li ġejjin:
(i)  il-fatt li l-informazzjoni tkun ġiet ippreżentata kif suppost u tkun kompluta u preċiża, kif previst fl-Artikolu 63(6)(a) tar-Regolament Finanzjarju;
(i)  il-fatt li l-informazzjoni tkun ġiet ippreżentata kif suppost u tkun kompluta u preċiża, kif previst fil-punt (a) tal-Artikolu 63(6) tar-Regolament Finanzjarju;
(ii)  il-funzjonament tajjeb tas-sistemi ta' governanza li jkunu ddaħħlu fis-seħħ, li jagħtu l-garanziji meħtieġa b'rabta mal-outputs irrappurtati fir-rapport annwali dwar il-prestazzjoni, kif previst fl-Artikolu 63(6)(b) u (c) tar-Regolament Finanzjarju;
(ii)  il-funzjonament tajjeb tas-sistemi ta' kontroll intern li jkunu ddaħħlu fis-seħħ f'konformità mar-rekwiżiti bażiċi tal-Unjoni, li jagħtu, kif previst fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 63(6) tar-Regolament Finanzjarju, il-garanziji meħtieġa li n-nefqa saret f'konformità mal-Artikolu 35 ta' dan ir-Regolament.
(iii)   analiżi tan-natura tal-iżbalji u tan-nuqqasijiet li ġew identifikati fis-sistemi permezz tal-awditi u tal-kontrolli, u tal-estent tagħhom, kif ukoll l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu jew li se jittieħdu b'rabta magħhom, kif previst fl-Artikolu 63(5)(b) tar-Regolament Finanzjarju.
B'mod eċċezzjonali, il-Kummissjoni tista' testendi l-iskadenza tal-15 ta' Frar imsemmija fl-ewwel subparagrafu sal-1 ta' Marzu meta l-Istat Membru kkonċernat jitlob dan, kif previst fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 63(7) tar-Regolament Finanzjarju.
B'mod eċċezzjonali, il-Kummissjoni tista' testendi l-iskadenza tal-15 ta' Frar imsemmija fl-ewwel subparagrafu sal-1 ta' Marzu meta l-Istat Membru kkonċernat jitlob dan, kif previst fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 63(7) tar-Regolament Finanzjarju.
3a.  Għall-finijiet tal-monitoraġġ annwali tal-prestazzjoni msemmi fl-Artikolu 38a u r-rieżami tal-prestazzjoni pluriennali msemmi fl-Artikolu 121 tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK], il-persuna responsabbli għall--aġenzija tal-pagamenti akkreditata għandha, sal-15 ta' Frar tas-sena ta' wara s-sena finanzjarja kkonċernata, tħejji rapport tal-prestazzjoni u tipprovdih lill-Kummissjoni.
Ir-rapport għandu jirrifletti l-operazzjonijiet imwettqa u l-progress li jkun sar lejn il-kisba tal-objettivi kif stabbiliti fil-Pjan Strateġiku Nazzjonali tal-PAK u jkun fih informazzjoni dwar l-outputs u n-nefqa li jkunu twettqu kull sena, informazzjoni dwar ir-riżultati li jkunu nkisbu u d-distanza fir-rigward tal-miri rispettivi kull sentejn, u, fejn fattibbli, rappurtar dwar l-impatti bl-użu tad-data msemmija fl-Artikolu 129 tar-Regolament (UE).../... [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK].
Ir-rapport tal-prestazzjoni għandu jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni għall-ewwel darba sa ...[sentejn wara d-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament] u mbagħad kull sena sussegwenti sa u inkluż l-2030. L-ewwel rapport tal-prestazzjoni għandu jkopri l-ewwel sentejn finanzjarji wara ... [is-sena tad-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament]. Minn dawk il-pagamenti diretti msemmija fil-Kapitolu II tat-Titolu III tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK], ir-rapport tal-prestazzjoni għandu jkopri biss is-sena finanzjarja ...[sena wara dik tad-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament].
4.   Meta jkun hemm iktar minn aġenzija waħda tal-pagamenti akkreditata, l-Istat Membru għandu jaħtar korp pubbliku ta' koordinazzjoni u għandu jassenjalu l-kompiti li ġejjin:
(a)  li jiġbor l-informazzjoni li għandha tintbagħat lill-Kummissjoni u li jibgħat dik l-informazzjoni lill-Kummissjoni;
(b)  li jibgħat ir-rapport annwali dwar il-prestazzjoni msemmi fl-Artikolu 52(1);
(c)  li jieħu azzjonijiet biex jissolva kull nuqqas ta' natura komuni jew jikkoordina t-tali azzjonijiet, u li jżomm lill-Kummissjoni infurmata dwar kull segwitu għal dan;
(d)  li jippromwovi l-applikazzjoni armonizzata tar-regoli tal-Unjoni u jiżgura dan.F'dak li għandu x'jaqsam mal-ipproċessar tal-informazzjoni finanzjarja msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, il-korp ta' koordinazzjoni jrid jiġi akkreditat b'mod speċifiku mill-Istati Membri.
Ir-rapport annwali dwar il-prestazzjoni li l-korp ta' koordinazzjoni jipprovdi għandu jkun kopert mill-kamp ta' applikazzjoni tal-opinjoni msemmija fl-Artikolu 11(1) u, meta jintbagħat, għandu jintbagħat flimkien ma' dikjarazzjoni ta' ġestjoni li tkun tkoprih kollu.
5.  Meta aġenzija tal-pagamenti akkreditata ma tkunx tissodisfa xi wieħed mill-kriterji ta' akkreditament li jissemmew fil-paragrafu 2 jew iktar, jew ma jkunx għadha tissodisfahom, l-Istat Membru, li jaġixxi fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba tal-Kummissjoni, għandu jirtira dak l-akkreditament sakemm l-aġenzija tal-pagamenti ma tagħmilx it-tibdiliet meħtieġa f'perjodu li għandha tistabbilih l-awtorità kompetenti skont kemm tkun gravi l-problema.
5.  Meta aġenzija tal-pagamenti akkreditata ma tkunx tissodisfa xi wieħed mill-kriterji ta' akkreditament li jissemmew fil-paragrafu 2 jew iktar, jew ma jkunx għadha tissodisfahom, l-Istat Membru, li jaġixxi fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba tal-Kummissjoni, għandu jirtira dak l-akkreditament sakemm l-aġenzija tal-pagamenti ma tagħmilx it-tibdiliet meħtieġa f'perjodu li għandha tistabbilih l-awtorità kompetenti skont kemm tkun gravi l-problema.
6.  L-aġenziji tal-pagamenti għandhom jamministraw u jiżguraw il-kontroll tal-ħidmiet marbutin mal-intervent pubbliku li għalihom ikunu responsabbli u għandhom iżommu r-responsabbiltà ġenerali f'dak il-qasam.
6.  L-aġenziji tal-pagamenti għandhom jiġġestixxu u jiżguraw il-kontroll tal-operazzjonijiet konnessi ma’ intervent pubbliku li għalihom ikunu responsabbli u għandhom iżommu r-responsabbiltà globali f'dak il-qasam.
Meta jingħata appoġġ permezz ta' strument finanzjarju implimentat mill-BEI jew minn istituzzjoni finanzjarja internazzjonali oħra li fiha Stat Membru jkun azzjonist, l-aġenzija tal-pagamenti għandha sserraħ fuq ir-rapport ta' kontroll li jappoġġa l-applikazzjonijiet għall-pagamenti li jkun bagħat il-BEI jew li tkun bagħtet l-istituzzjoni internazzjonali l-oħra.
Meta jingħata appoġġ permezz ta' strument finanzjarju implimentat mill-BEI jew minn istituzzjoni finanzjarja internazzjonali oħra li fiha Stat Membru jkun azzjonist, l-aġenzija tal-pagamenti għandha sserraħ fuq ir-rapport ta' kontroll li jappoġġa l-applikazzjonijiet għall-pagamenti li jkun bagħat il-BEI jew li tkun bagħtet l-istituzzjoni internazzjonali l-oħra.
Emenda 63
Proposta għal Regolament
Artikolu 9
Artikolu 9
imħassar
Awtorità kompetenti
1.  L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità fuq livell ministerjali li tkun responsabbli għall-affarijiet li ġejjin:
(a)  għall-ħruġ, għar-reviżjoni u għall-irtirar tal-akkreditament tal-aġenziji tal-pagamenti msemmi fl-Artikolu 8(2);
(b)  għall-akkreditament tal-korp ta' koordinazzjoni msemmi fl-Artikolu 8(4);
(c)  għall-ħatra tal-korp taċ-ċertifikazzjoni msemmi fl-Artikolu 11;
(d)  għat-twettiq tal-kompiti assenjati lill-awtorità kompetenti skont dan il-Kapitolu.
2.  Permezz ta' att formali, l-awtorità kompetenti għandha tiddeċiedi li toħroġ akkreditament għall-aġenzija tal-pagamenti u għall-korp ta' koordinazzjoni jew li tirtirah wara reviżjoni, abbażi ta' eżami tal-kriterji ta' akkreditament li l-Kummissjoni għandha tadotta skont l-Artikolu 10(1)(a). L-awtorità kompetenti għandha tavża lill-Kummissjoni dwar l-akkreditamenti u l-irtirar tagħhom mingħajr dewmien.
Emenda 222
Proposta għal regolament
Artikolu 10a (ġdid)
Artikolu 10a
Korpi ta' koordinazzjoni
1.  Meta jkun hemm aktar minn aġenzija waħda tal-pagamenti akkreditata, l-Istat Membru għandu jaħtar korp pubbliku ta' koordinazzjoni u għandu jassenjalu l-kompiti li ġejjin:
(a)  li jiġbor id-dokumenti, id-data u l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-Kummissjoni u li jibgħat dik l-informazzjoni lill-Kummissjoni;
(b)  li jieħu azzjonijiet biex jissolva kull nuqqas ta' natura komuni jew jikkoordina t-tali azzjonijiet, u li jżomm lill-Kummissjoni infurmata b'dan kif ukoll dwar kull segwitu għal dan;
(c)  li jiżgura l-applikazzjoni armonizzata tar-regoli tal-Unjoni.
Fir-rigward tal-ipproċessar tal-informazzjoni ta' natura finanzjarja msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, il-korp ta' koordinazzjoni għandu jkun soġġett għal akkreditazzjoni speċifika mill-Istat Membru.
Id-dokumenti, id-data u l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(3) u (3a) ippreżentati mill-aġenziji tal-pagamenti u li għandhom jiġu pprovduti mill-korp ta' koordinazzjoni għandhom ikunu koperti mill-kamp ta' applikazzjoni tal-opinjoni tal-korp ta' ċertifikazzjoni msemmi fl-Artikolu 11(1) u għandhom jintbagħtu flimkien ma' dikjarazzjoni ta' ġestjoni li tkun tkopri dawk id-dokumenti kollha.
Emenda 274
Proposta għal regolament
Artikolu 11
1.  Il-korp taċ-ċertifikazzjoni għandu jkun korp tal-awditjar pubbliku jew privat li l-Istat Membru jaħtar għal perjodu minimu ta' tliet snin, mingħajr preġudizzju għal-liġi nazzjonali. Meta dan ikun korp tal-awditjar privat, u meta l-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni li tkun tapplika tkun teħtieġ dan, l-Istat Membru għandu jagħżlu permezz ta' proċedura ta' sejħa pubblika għall-offerti.
1.  Il-korp taċ-ċertifikazzjoni għandu jkun korp tal-awditjar pubbliku jew privat li l-Istat Membru jaħtar għal perjodu minimu ta' tliet snin, mingħajr preġudizzju għal-liġi nazzjonali. Meta dan ikun korp tal-awditjar privat, u meta l-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni li tkun tapplika tkun teħtieġ dan, l-Istat Membru għandu jagħżlu permezz ta' proċedura ta' sejħa pubblika għall-offerti.
Madankollu, Stat Membru li jagħżel aktar minn korp ta' ċertifikazzjoni wieħed għandu jaħtar ukoll korp ta' ċertifikazzjoni pubbliku fil-livell nazzjonali biex ikun responsabbli għall-koordinazzjoni.
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 63(7) tar-Regolament Finanzjarju, il-korp taċ-ċertifikazzjoni għandu jagħti opinjoni, li jħejjiha skont l-istandards tal-awditjar aċċettati internazzjonalment, li għandha tistabbilixxi l-affarijiet li ġejjin:
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 63(7) tar-Regolament Finanzjarju, il-korp taċ-ċertifikazzjoni għandu jagħti opinjoni, li jħejjiha skont l-istandards tal-awditjar aċċettati internazzjonalment, li għandha tistabbilixxi l-affarijiet li ġejjin:
(a)  il-kontijiet jagħtu stampa vera u ġusta;
(a)  il-kontijiet jagħtu stampa vera u ġusta;
(b)  jekk is-sistemi ta' governanza li l-Istati Membri jkunu daħħlu fis-seħħ ikunux qed jaħdmu tajjeb jew le;
(b)  jekk is-sistemi ta' governanza li l-Istati Membri jkunu daħħlu fis-seħħ ikunux qed jaħdmu tajjeb jew le;
(c)  jekk ir-rappurtar dwar il-prestazzjoni b'rabta mal-indikaturi tal-outputs għall-għanijiet tal-approvazzjoni annwali tal-prestazzjoni msemmija fl-Artikolu 52u r-rappurtar dwar il-prestazzjoni b'rabta mal-indikaturi tar-riżultati għall-monitoraġġ pluriennali tal-prestazzjoni msemmi fl-Artikolu 115 tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK], li juru li tħares l-Artikolu 35 ta' dan ir-Regolament, ikunux korretti jew le
(c)  jekk ir-rappurtar dwar il-prestazzjoni għall-fini tal-monitoraġġ annwali tal-prestazzjoni msemmi fl-Artikolu 38a u r-rieżami pluriennali tal-prestazzjoni msemmi fl-Artikolu 121 tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK], li jirrifletti l-operazzjonijiet imwettqa u l-progress li sar lejn il-kisba tal-objettivi, kif stabbilit fil-Pjan Strateġiku Nazzjonali tal-PAK, ikunux korretti jew le;
(d)  jekk in-nefqa għall-miżuri stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 li għalihom il-Kummissjoni ntalbet għal rimborż tkunx legali u regolari jew le.
(d)  jekk in-nefqa għall-miżuri stabbiliti fir-Regolamenti (UE) .../... [Ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK], (UE) Nru 1308/2013,(UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 229/2013 u (UE) Nru 1144/2014 li għalihom il-Kummissjoni ntalbet għal rimborż tkunx legali u regolari jew le u turix li kien hemm konformità mal-Artikolu 35 ta' dan ir-Regolament.
F'dik l-opinjoni, għandu jintqal ukoll jekk l-eżami jqajjimx dubji dwar id-dikjarazzjonijiet li saru fid-dikjarazzjoni ta' ġestjoni msemmija fl-Artikolu 8(3)(c).
F'dik l-opinjoni, għandu jintqal ukoll jekk l-eżami jqajjimx dubji dwar id-dikjarazzjonijiet li saru fid-dikjarazzjoni ta' ġestjoni msemmija fl-Artikolu 8(3)(c).
Meta jingħata appoġġ permezz ta' strument finanzjarju implimentat mill-BEI jew minn istituzzjoni finanzjarja internazzjonali oħra li fiha Stat Membru jkun azzjonist, il-korp taċ-ċertifikazzjoni għandu jserraħ fuq ir-rapport annwali tal-awditjar li l-awdituri esterni ta' dawk l-istituzzjonijiet ikunu ħejjew.
Meta jingħata appoġġ permezz ta' strument finanzjarju implimentat mill-BEI jew minn istituzzjoni finanzjarja internazzjonali oħra li fiha Stat Membru jkun azzjonist, il-korp taċ-ċertifikazzjoni għandu jserraħ fuq ir-rapport annwali tal-awditjar li l-awdituri esterni ta' dawk l-istituzzjonijiet ikunu ħejjew.
2.  Il-korp taċ-ċertifikazzjoni għandu jkollu l-għarfien espert tekniku meħtieġ. Huwa għandu jaħdem b'mod indipendenti mill-aġenzija tal-pagamenti u mill-korp ta' koordinazzjoni kkonċernati, kif ukoll mill-awtorità li tkun akkreditat lil dik l-aġenzija u lill-korpi li jkunu responsabbli għall-implimentazzjoni u għall-monitoraġġ tal-PAK.
2.  Il-korp taċ-ċertifikazzjoni għandu jkollu l-għarfien espert tekniku meħtieġ, f'termini kemm tal-ġestjoni finanzjarja kif ukoll b'rabta mal-valutazzjoni tal-kisba tal-miri maħsuba tal-interventi. Id-data u l-informazzjoni kollha użati biex il-korpi taċ-ċertifikazzjoni jipprovdu assigurazzjoni li jkunu qed jintlaħqu l-miri, kif ukoll dawk sottostanti għas-suppożizzjonijiet magħmula, għandhom isiru disponibbli b'mod trasparenti. Huwa għandu jaħdem b'mod indipendenti mill-aġenzija tal-pagamenti u mill-korp ta' koordinazzjoni kkonċernati, kif ukoll mill-awtorità li tkun akkreditat lil dik l-aġenzija u lill-korpi li jkunu responsabbli għall-implimentazzjoni u għall-monitoraġġ tal-PAK.
3.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu r-regoli dwar il-kompiti tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni, fosthom il-verifiki li jridu jitwettqu u l-korpi li jridu jsirulhom dawk il-verifiki, u r-regoli dwar iċ-ċertifikati u r-rapporti li dawk il-korpi jridu jħejju, kif ukoll dwar id-dokumenti li jridu jintbagħtu magħhom.
L-atti ta' implimentazzjoni għandhom jistabbilixxu wkoll l-affarijiet li ġejjin:
(a)  il-prinċipji tal-awditjar li fuqhom jissejsu l-opinjonijiet tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni, fosthom valutazzjoni tar-riskji, il-kontrolli interni u l-livell tal-provi tal-awditjar li huwa meħtieġ;
(b)  il-metodi tal-awditjar li l-korpi taċ-ċertifikazzjoni jridu jużaw biex jagħtu l-opinjonijiet tagħhom, filwaqt li jqisu l-istandards internazzjonali dwar l-awditjar.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 101(3).
3a.  Ladarba l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jkunu ħatru l-korpi taċ-ċertifikazzjoni msemmija f'dan l-Artikolu u jkunu għarrfu lill-Kummissjoni b'dan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lista komprensiva ta' dawn il-korpi kollha lill-Parlament Ewropew, sa mhux aktar tard minn sena wara ... [id-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament] u t-tieni darba mhux aktar tard minn erba' snin wara.
Emenda 74
Proposta għal Regolament
Artikolu 12 – paragrafu 1
1.  Il-limitu massimu annwali għan-nefqa tal-FAEG għandu jkun magħmul mill-ammonti massimi stabbiliti għalih fir-Regolament (UE, Euratom) [COM(2018) 0322].
1.  Il-limitu massimu annwali għan-nefqa tal-FAEG għandu jkun magħmul mill-ammonti massimi stabbiliti għalih fir-Regolament (UE, Euratom) [COM(2018) 0322] li jiffissa l-limiti għall-Istati Membri.
Emenda 75
Proposta għal Regolament
Artikolu 12 a (ġdid)
Artikolu 12a
Setgħat tal-Kummissjoni
1.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 100 li jissupplimentaw dan ir-Regolament b'regoli dwar:
(a)  il-kundizzjonijiet minimi għall-akkreditament tal-aġenziji tal-pagamenti msemmija fl-Artikolu 9(2) u tal-korpi ta' koordinazzjoni msemmija fl-Artikolu 10(4); u
(b)  l-obbligi tal-aġenziji tal-pagamenti b'rabta mal-intervent pubbliku u r-regoli dwar il-kontenut tal-responsabbiltajiet ta' ġestjoni u ta' kontroll tagħhom;
(c)  il-proċeduri għall-ħruġ, għall-irtirar u għar-reviżjoni tal-akkreditament tal-aġenziji tal-pagamenti u tal-korpi ta' koordinazzjoni u għall-ħatra u r-revoka ta' korpi taċ-ċertifikazzjoni tiegħu, kif ukoll il-proċeduri għas-superviżjoni tal-akkreditament tal-aġenziji tal-pagamenti, filwaqt li jitqies il-prinċipju ta’ proporzjonalità;
(d)  il-ħidma u l-verifiki li fuqhom hija bbażata d-dikjarazzjoni tal-ġestjoni tal-aġenziji tal-pagamenti, imsemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 9(3);
(e)  il-funzjonament tal-korp ta' koordinazzjoni u n-notifika tal-informazzjoni lill-Kummissjoni stabbilit fl-Artikolu 10(4).
2.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati b'mod konformi mal-Artikolu 100 li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu r-regoli dwar il-kompiti tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni, fosthom il-verifiki li jridu jitwettqu u l-korpi li jridu jsirulhom dawk il-verifiki, u dwar iċ-ċertifikati u r-rapporti li dawk il-korpi jridu jħejju, kif ukoll dwar id-dokumenti li jridu jintbagħtu magħhom.
Dawk l-atti delegati għandhom jistabbilixxu wkoll:
(a)  il-prinċipji tal-awditjar li fuqhom jissejsu l-opinjonijiet tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni, fosthom valutazzjoni tar-riskji, il-kontrolli interni u l-livell tal-provi tal-awditjar li huwa meħtieġ; u
(b)  il-metodi tal-awditjar li l-korpi taċ-ċertifikazzjoni jridu jużaw biex jagħtu l-opinjonijiet tagħhom, filwaqt li jqisu l-istandards internazzjonali dwar l-awditjar, li jistgħu jinkludu l-possibbiltà ta' monitoraġġ tal-verifiki fuq il-post tal-aġenziji tal-pagamenti.
Emenda 76
Proposta għal Regolament
Artikolu 14 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
Fil-bidu ta' kull sena għandha tiġi stabbilita riżerva fl-FAEG li tkun maħsuba biex tipprovdi appoġġ addizzjonali għas-settur agrikolu għall-finijiet tal-ġestjoni jew tal-istabbilizzazzjoni tas-suq jew f'każ ta' kriżijiet li jolqtu lill-produzzjoni jew lid-distribuzzjoni agrikola (minn hawn 'il quddiem imsejħa "ir-riżerva għall-agrikoltura").
Għandha tiġi stabbilita riżerva għall-kriżijiet fis-settur agrikolu tal-UE ("ir-riżerva") fi ħdan il-baġit tal-PAK biex tipprovdi appoġġ addizzjonali għas-settur agrikolu għall-finijiet tal-ġestjoni jew tal-istabbilizzazzjoni tas-suq u biex twieġeb fil-pront f'każ ta' kriżijiet li jolqtu lill-produzzjoni jew lid-distribuzzjoni agrikola.
Emenda 77
Proposta għal Regolament
Artikolu 14 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
L-approprjazzjonijiet għar-riżerva għall-agrikoltura għandhom jiddaħħlu direttament fil-baġit tal-Unjoni.
L-approprjazzjonijiet għar-riżerva għandhom jiddaħħlu direttament fil-baġit tal-Unjoni u jintużaw, għas-sena finanzjarja jew għas-snin finanzjarji li għalihom huma meħtieġ appoġġ addizzjonali, sabiex jiġu ffinanzjati l-miżuri li ġejjin:
(a)  miżuri biex jiġu stabbilizzati s-swieq agrikoli skont l-Artikoli 8 sa 21 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;
(b)  miżuri eċċezzjonali skont il-Kapitolu I, Parti V tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;
(c)  miżuri li jikkomplementaw l-għodod tal-istabbilizzazzjoni tal-introjtu msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE .../... [ir-Regolament dwar il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK] fil-każ li kriżi tas-suq isseħħ b'livell ogħla minn limitu minimu definit minn qabel għal kull settur.
Emenda 78
Proposta għal Regolament
Artikolu 14 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 a (ġdid)
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b'mod konformi mal-Artikolu 100 sabiex jissupplimentaw dan l-Artikolu billi tiddefinixxi l-livelli limiti speċifiċi għas-settur meħtieġa biex jiġu xkattati l-miżuri biex jiġu adottati l-għodod tal-istabbilizzazzjoni tal-introjtu kif imsemmi fil-punt c tat-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.
Emendi 79 u 242
Proposta għal Regolament
Artikolu 14 – paragrafu 1 – subparagrafu 3
Il-fondi tar-riżerva għall-agrikoltura għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-miżuri li jittieħdu skont l-Artikoli 8 sa 21 u l-Artikoli 219, 220 u 221 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għas-sena jew għas-snin li għalihom ikun hemm bżonn jingħata l-appoġġ addizzjonali.
imħassar
Emenda 80
Proposta għal Regolament
Artikolu 14 – paragrafu 2 – subparagrafu -1 (ġdid)
Fl-2021, għandu jiġi stabbilit ammont inizjali ta' EUR 400 000 000 fi prezzijiet attwali flimkien mal-baġits tal-FAEG u tal-FAEŻR.
Emenda 81
Proposta għal Regolament
Artikolu 14 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
Ir-riżerva għall-agrikoltura għandha tkun ta' mill-inqas EUR 400 miljun fi prezzijiet kurrenti fil-bidu ta' kull sena matul il-perjodu mill-2021 sal-2027. Meta dan ikun xieraq minħabba l-iżviluppi tas-suq jew il-prospetti tul is-sena attwali jew għas-sena ta' wara, il-Kummissjoni tista' taġġusta l-ammont tar-riżerva għall-agrikoltura matul is-sena filwaqt li tqis l-approprjazzjonijiet disponibbli fil-kuntest tal-FAEG.
Fil-bidu ta' kull sena matul il-perjodu mill-2021 sal-2027, l-ammont tar-riżerva għall-kriżi fis-settur agrikolu tal-UE għandu jkun tal-anqas ugwali għall-ammont inizjali allokat fl-2021 bil-potenzjal ta' żidiet matul dan il-perjodu sa limitu massimu ta' EUR 1 500 000 000 fi prezzijiet attwali, mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet meħuda mill-awtorità baġitarja.
L-ammont tar-riżerva għall-kriżi fis-settur agrikolu tal-UE għandu jiġi aġġustat permezz tal-proċedura baġitarja annwali jew tul is-sena meta dan ikun xieraq minħabba l-iżviluppi tal-kriżi jew il-prospetti rigward is-sena attwali jew is-snin ta' wara u filwaqt li jitqies id-dħul disponibbli assenjat lill-FAEG jew lill-marġnijiet disponibbli taħt is-sottolimitu tal-FAEG.
Emendi 82 u 244
Proposta għal Regolament
Artikolu 14 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)
F'każ li dawn l-approprjazzjonijiet disponibbli ma jkunux biżżejjed, tista' tintuża d-dixxiplina finanzjarja biex tiffinanzja r-riżerva sa l-ammont inizjali msemmi fl-ewwel subparagrafu.
Emenda 83
Proposta għal Regolament
Artikolu 14 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
B'deroga mill-Artikolu 12(2)(d) tar-Regolament Finanzjarju, l-approprjazzjonijiet mhux impenjati tar-riżerva għall-agrikoltura għandhom jiġu riportati mingħajr limitu taż-żmien biex jiffinanzjaw lil din ir-riżerva fis-snin finanzjarji ta' wara.
B'deroga mill-Artikolu 12(2)(d) tar-Regolament Finanzjarju, l-approprjazzjonijiet mhux impenjati tar-riżerva għandhom jiġu riportati mingħajr limitu taż-żmien biex jiffinanzjaw lil din ir-riżerva fis-snin finanzjarji ta' wara.
Emendi 84 u 247
Proposta għal Regolament
Artikolu 14 – paragrafu 2 – subparagrafu 3
Barra minn hekk, b'deroga mill-Artikolu 12(2)(d) tar-Regolament Finanzjarju, l-ammont kollu tar-riżerva għall-kriżijiet li ma jkunx intuża u li jkun disponibbli fi tmiem l-2020 għandu jiġi riportat għall-2021 mingħajr ma jerġa' jiddaħħal fil-linji baġitarji li jkopru l-azzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 5(2)(c) u għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-finanzjament tar-riżerva għall-agrikoltura.
imħassar
Emenda 85
Proposta għal Regolament
Artikolu 15 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi rata ta' aġġustament għall-interventi fil-forma ta' pagamenti diretti msemmijin fl-Artikolu 5(2)(c) ta' dan ir-Regolament u għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-miżuri speċifiċi msemmija fl-Artikolu 5(2)(f) ta' dan ir-Regolament u mogħtija skont il-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) Nru 228/2013 u l-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) Nru 229/2013 (minn hawn 'il quddiem imsejħa "ir-rata ta' aġġustament"), meta l-previżjonijiet għall-finanzjament tal-interventi u tal-miżuri ffinanzjati skont dak is-sottolimitu għal sena finanzjarja partikolari jkunu juru li jkunu se jinqabżu l-limiti massimi annwali applikabbli.
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi rata ta' aġġustament għall-interventi fil-forma ta' pagamenti diretti msemmijin fl-Artikolu 5(2)(c) ta' dan ir-Regolament (minn hawn 'il quddiem imsejħa "ir-rata ta' aġġustament"), meta l-previżjonijiet għall-finanzjament tal-interventi u tal-miżuri ffinanzjati skont dak is-sottolimitu għal sena finanzjarja partikolari jkunu juru li jkunu se jinqabżu l-limiti massimi annwali applikabbli.
Emenda 86
Proposta għal Regolament
Artikolu 15 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)
Ir-rata ta' aġġustament iddeterminata skont dan l-Artikolu għandha tapplika biss għall-pagamenti diretti li jkunu ta' aktar minn EUR 2 000 li għandhom jingħataw lill-benefiċjarji fis-sena kalendarja korrispondenti.
Emenda 87
Proposta għal Regolament
Artikolu 19 – paragrafu 6
6.  Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-pagamenti jew it-tnaqqis supplimentari li jaġġustaw il-pagamenti li jkunu saru skont il-paragrafu 3 mingħajr ma tapplika l-proċedura msemmija fl-Artikolu 101.
6.  Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-pagamenti jew it-tnaqqis supplimentari li jaġġustaw il-pagamenti li jkunu saru skont il-paragrafu 3 filwaqt li tapplika l-proċedura msemmija fl-Artikolu 101.
Emenda 88
Proposta għal Regolament
Artikolu 22 – paragrafu 2
Skont l-Artikolu 7(b), il-Kummissjoni għandha tgħaddi, mingħajr ħlas, dik id-data mis-satelliti lill-awtoritajiet kompetenti għas-sistema ta' monitoraġġ tal-erja jew lill-fornituri tas-servizzi li dawk il-korpi jkunu awtorizzaw biex jirrappreżentawhom.
Skont l-Artikolu 7(b), il-Kummissjoni għandha tgħaddi, mingħajr ħlas, dik id-data mis-satelliti lill-awtoritajiet kompetenti għas-sistema ta' monitoraġġ u ta' kontroll tal-erja jew lill-fornituri tas-servizzi li dawk il-korpi jkunu awtorizzaw biex jirrappreżentawhom.
Emenda 89
Proposta għal Regolament
Artikolu 22 – paragrafu 4
Il-Kummissjoni tista' tqabbad lil entitajiet speċjalizzati jwettqu kompiti marbutin mat-tekniki jew mal-metodi ta' ħidma b'rabta mas-sistema ta' monitoraġġ tal-erja msemmija fl-Artikolu 64(1)(c).
Il-Kummissjoni tista' tqabbad lil entitajiet speċjalizzati jwettqu kompiti marbutin mat-tekniki jew mal-metodi ta' ħidma b'rabta mas-sistema ta' monitoraġġ u ta' kontroll tal-erja msemmija fl-Artikolu 64(1)(c).
Emenda 90
Proposta għal Regolament
Artikolu 23 – paragrafu 1 – punt b
(b)  tiżgura l-monitoraġġ agroekonomiku u agroambjentali u klimatiku tal-użu tar-raba' u tat-tibdil fl-użu tar-raba', fosthom tal-agroforestrija, u l-monitoraġġ tal-kundizzjoni tal-għelejjel sabiex ikunu jistgħu jsiru stimi, b'mod partikolari dwar ir-rendimenti, dwar il-produzzjoni agrikola u dwar l-impatti ta' ċirkustanzi eċċezzjonali fuq l-agrikoltura;
(b)  tiżgura l-monitoraġġ agroekonomiku u agroambjentali u klimatiku tal-użu tar-raba' u tat-tibdil fl-użu tar-raba', fosthom tal-agroforestrija, u l-monitoraġġ tal-kundizzjoni tal-ħamrija, tal-ilma, tal-għelejjel u ta' veġetazzjoni oħra sabiex ikunu jistgħu jsiru stimi, b'mod partikolari dwar ir-rendimenti, dwar il-produzzjoni agrikola u dwar l-impatti ta' ċirkostanzi eċċezzjonali fuq l-agrikoltura, u valutazzjoni tar-reżiljenza tas-sistemi agrikoli kontra t-tibdil fil-klima u l-progress lejn l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli rilevanti;
Emenda 91
Proposta għal Regolament
Artikolu 23 – paragrafu 1 – punt d
(d)  tikkontribwixxi għat-trasparenza fis-swieq dinjin;
(d)  tikkontribwixxi għal miżuri speċifiċi li jżidu t-trasparenza fis-swieq dinjin inkluż il-monitoraġġ tas-suq filwaqt li jitqiesu l-objettivi u l-impenji tal-Unjoni inklużi dawk għall-Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp.
Emenda 92
Proposta għal Regolament
Artikolu 23 – paragrafu 2
Skont l-Artikolu 7(c), il-Kummissjoni għandha tiffinanzja l-azzjonijiet marbutin mal-ġbir jew max-xiri tad-data li hija meħtieġa biex tiġi implimentata l-PAK u biex din tiġi mmonitorjata, fosthom id-data mis-satelliti, id-data ġeospazjali u d-data meteoroloġika, il-ħolqien ta' infrastruttura tad-data spazjali u ta' sit web, it-twettiq ta' studji speċifiċi dwar il-kundizzjonijiet klimatiċi, it-telerilevament użat biex jgħin fil-monitoraġġ tas-saħħa tal-ħamrija u tat-tibdil fl-użu tar-raba' u l-aġġornament tal-mudelli agrometeoroloġiċi u ekonometriċi. Meta jkun hemm bżonn, dawk l-azzjonijiet għandhom jitwettqu b'kollaborazzjoni mal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, maċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka u ma' laboratorji u korpi nazzjonali jew bl-involviment tas-settur privat.
Skont l-Artikolu 7, il-Kummissjoni għandha tiffinanzja l-azzjonijiet marbutin mal-ġbir jew max-xiri tad-data li hija meħtieġa biex jiġu implimentati u mmonitorjati l-PAK u l-effetti tagħha, fosthom id-data mis-satelliti, id-data ġeospazjali u d-data meteoroloġika, il-ħolqien ta' infrastruttura tad-data spazjali u ta' sit web, it-twettiq ta' studji speċifiċi dwar il-kundizzjonijiet klimatiċi, it-telerilevament użat biex jgħin fil-monitoraġġ tas-saħħa tal-ħamrija u tat-tibdil fl-użu tar-raba' u l-aġġornament tal-mudelli agrometeoroloġiċi u ekonometriċi. Meta jkun hemm bżonn, dawk l-azzjonijiet għandhom jitwettqu b'kollaborazzjoni mal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, maċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka, mal-Eurostat, u ma' laboratorji u korpi nazzjonali jew bl-involviment tas-settur privat, filwaqt li jkunu żgurati l-imparzjalità, it-trasparenza u d-disponibbiltà bla ħlas tal-informazzjoni sal-punt l-aktar possibbli.
Emenda 93
Proposta għal Regolament
Artikolu 29 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt a
(a)  fl-2021: 1 % tal-ammont tal-appoġġ mill-FAEŻR previst għall-perjodu kollu li matulu jdum għaddej il-Pjan Strateġiku tal-PAK.
(a)  fl-2021: 1,5 % tal-ammont tal-appoġġ mill-FAEŻR previst għall-perjodu kollu li matulu jdum għaddej il-Pjan Strateġiku tal-PAK.
Emenda 94
Proposta għal Regolament
Artikolu 29 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt b
(b)  fl-2022: 1 % tal-ammont tal-appoġġ mill-FAEŻR previst għall-perjodu kollu li matulu jdum għaddej il-Pjan Strateġiku tal-PAK.
(b)  fl-2022: 1,5 % tal-ammont tal-appoġġ mill-FAEŻR previst għall-perjodu kollu li matulu jdum għaddej il-Pjan Strateġiku tal-PAK.
Emenda 95
Proposta għal Regolament
Artikolu 29 – paragrafu 3
3.  Ma għandu jsir jew jiġi rkuprat l-ebda pagament addizzjonali ta' prefinanzjament meta jkun seħħ trasferiment lejn l-FAEŻR jew minnu skont l-Artikolu 90 tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK].
3.  Jista' jsir jew jiġi rkuprat l-ebda pagament addizzjonali ta' prefinanzjament meta jkun seħħ trasferiment lejn l-FAEŻR jew minnu skont l-Artikolu 90 tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK].
Emenda 96
Proposta għal Regolament
Artikolu 29 – paragrafu 4
4.  L-imgħax li joħroġ mill-prefinanzjament għandu jintuża għall-Pjan Strateġiku tal-PAK ikkonċernat u għandu jitnaqqas mill-ammont tan-nefqa pubblika indikata fid-dikjarazzjoni finali tan-nefqa.
4.  L-imgħax li joħroġ mill-prefinanzjament għandu jintuża għall-Pjan Strateġiku tal-PAK jew għall-Programm ta' Intervent Reġjonali kkonċernat u għandu jitnaqqas mill-ammont tan-nefqa pubblika indikata fid-dikjarazzjoni finali tan-nefqa.
Emenda 97
Proposta għal Regolament
Artikolu 30 – paragrafu 1
1.  Għandhom isiru pagamenti interim għal kull Pjan Strateġiku tal-PAK. Dawn għandhom jiġu kkalkulati billi tiġi applikata r-rata ta' kontribuzzjoni għal kull tip ta' intervent għan-nefqa pubblika li ssir u li jkollha x'taqsam miegħu kif imsemmi fl-Artikolu 85 tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK].
1.  Għandhom isiru pagamenti interim għal kull Pjan Strateġiku tal-PAK jew, fejn xieraq, għal kull Programm ta' Intervent Reġjonali. Dawn għandhom jiġu kkalkulati billi tiġi applikata r-rata ta' kofinanzjament għal kull tip ta' intervent għan-nefqa pubblika li ssir u li jkollha x'taqsam miegħu kif imsemmi fl-Artikolu 85 tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK].
Emenda 98
Proposta għal Regolament
Artikolu 30 – paragrafu 4 – punt a
(a)  l-ammont inkluż fl-ewwel dikjarazzjoni tan-nefqa jrid ikun tħallas qabel lill-istrument finanzjarju u jista' jkun sa 25 % tal-ammont kollu tal-kontribuzzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK li tkun ġiet allokata għall-istrumenti finanzjarji skont il-ftehim ta' finanzjament rilevanti;
(a)  l-ammont inkluż fl-ewwel dikjarazzjoni tan-nefqa jrid ikun tħallas qabel lill-istrument finanzjarju u jista' jkun sa 25 % tal-ammont kollu tal-kofinanzjament tal-Pjan Strateġiku tal-PAK li jkun ġie allokat għall-istrumenti finanzjarji skont il-ftehim ta' finanzjament rilevanti;
Emenda 99
Proposta għal Regolament
Artikolu 31 – paragrafu 1
1.  Wara li tirċievi l-aħħar rapport annwali dwar il-prestazzjoni b'rabta mal-implimentazzjoni ta' Pjan Strateġiku tal-PAK, il-Kummissjoni għandha tħallas il-bilanċ, dejjem jekk ikun hemm ir-riżorsi disponibbli, abbażi tal-pjan finanzjarju li jkun fis-seħħ fil-livell tat-tipi ta' interventi tal-FAEŻR, tal-kontijiet annwali tal-aħħar sena ta' eżekuzzjoni tal-Pjan Strateġiku rilevanti tal-PAK u tad-deċiżjonijiet dwar l-approvazzjoni li jikkorrispondu magħhom. Dawk il-kontijiet għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-aħħar data ta' eliġibbiltà tan-nefqa prevista fl-Artikolu 80(3) tar-Regolament (UE) Nru …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK] u għandhom ikopru n-nefqa li l-aġenzija tal-pagamenti tkun għamlet sal-aħħar data ta' eliġibbiltà tan-nefqa.
1.  Wara li tirċievi l-aħħar rapport annwali ta' approvazzjoni b'rabta mal-implimentazzjoni ta' Pjan Strateġiku tal-PAK, il-Kummissjoni għandha tħallas il-bilanċ abbażi tal-pjan finanzjarju li jkun fis-seħħ fil-livell tat-tipi ta' interventi tal-FAEŻR, tal-kontijiet annwali tal-aħħar sena ta' eżekuzzjoni tal-Pjan Strateġiku rilevanti tal-PAK u tad-deċiżjonijiet dwar l-approvazzjoni li jikkorrispondu magħhom. Dawk il-kontijiet għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-aħħar data ta' eliġibbiltà tan-nefqa prevista fl-Artikolu 80(3) tar-Regolament (UE) Nru …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK] u għandhom ikopru n-nefqa li l-aġenzija tal-pagamenti tkun għamlet sal-aħħar data ta' eliġibbiltà tan-nefqa.
Emenda 100
Proposta għal Regolament
Artikolu 31 – paragrafu 3
3.  Jekk, sal-limitu taż-żmien stabbilit fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni jkun għadha ma rċevietx l-aħħar rapport annwali dwar il-prestazzjoni u d-dokumenti meħtieġa għall-approvazzjoni tal-kontijiet tal-aħħar sena ta' eżekuzzjoni tal-Pjan, il-bilanċ għandu jiġi diżimpenjat b'mod awtomatiku skont l-Artikolu 32.
3.  Jekk, sal-limitu taż-żmien stabbilit fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni jkun għadha ma rċevietx l-aħħar rapport annwali ta' approvazzjoni u d-dokumenti meħtieġa għall-approvazzjoni tal-kontijiet tal-aħħar sena ta' eżekuzzjoni tal-Pjan, il-bilanċ għandu jiġi diżimpenjat b'mod awtomatiku skont l-Artikolu 32.
Emenda 101
Proposta għal Regolament
Artikolu 32 – paragrafu 1
1.  Il-Kummissjoni għandha tiddiżimpenja b'mod awtomatiku kull parti minn impenn baġitarju għall-interventi għall-iżvilupp rurali fil-kuntest ta' Pjan Strateġiku tal-PAK li ma tkunx intużat għall-prefinanzjament jew biex isiru l-pagamenti interim jew li dwarha ma tkun intbagħtitilha l-ebda dikjarazzjoni tan-nefqa li tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 30(3) b'rabta man-nefqa magħmula sal-31 ta' Diċembru tat-tieni sena wara dik tal-impenn baġitarju.
1.  Il-Kummissjoni għandha tiddiżimpenja b'mod awtomatiku kull parti minn impenn baġitarju għall-interventi għall-iżvilupp rurali fil-kuntest ta' Pjan Strateġiku tal-PAK li ma tkunx intużat għall-prefinanzjament jew biex isiru l-pagamenti interim jew li dwarha ma tkun intbagħtitilha l-ebda dikjarazzjoni tan-nefqa li tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 30(3) b'rabta man-nefqa magħmula sal-31 ta' Diċembru tat-tielet sena wara dik tal-impenn baġitarju.
Emenda 102
Proposta għal Regolament
Artikolu 32 – paragrafu 3
3.  F'każ li jkun hemm proċedimenti legali jew appell amministrattiv li jkollhom effett sospensiv, il-perjodu għad-diżimpenn awtomatiku msemmi fil-paragrafu 1 u fil-paragrafu 2 għandu jiġi interrott, għall-ammont marbut mal-ħidmiet ikkonċernati, għall-perjodu li matulu jdumu għaddejjin dawk il-proċedimenti jew dak l-appell amministrattiv, dejjem jekk il-Kummissjoni tirċievi notifika motivata mingħand l-Istat Membru dwar dan sal-31 ta' Jannar tas-sena N+3.
3.  F'każ li jkun hemm proċedimenti legali jew appell amministrattiv li jkollhom effett sospensiv, il-perjodu għad-diżimpenn awtomatiku msemmi fil-paragrafu 1 u fil-paragrafu 2 għandu jiġi interrott, għall-ammont marbut mal-ħidmiet ikkonċernati, għall-perjodu li matulu jdumu għaddejjin dawk il-proċedimenti jew dak l-appell amministrattiv, dejjem jekk il-Kummissjoni tirċievi notifika motivata mingħand l-Istat Membru dwar dan sal-31 ta' Jannar tas-sena N+4.
Emenda 103
Proposta għal Regolament
Artikolu 32 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt a
(a)  dik il-parti tal-impenji baġitarji li dwarha tkun saret dikjarazzjoni tan-nefqa iżda li r-rimborż tagħha jkun tnaqqas jew ikun ġie sospiż mill-Kummissjoni fil-31 ta' Diċembru tas-sena N+2;
(a)  dik il-parti tal-impenji baġitarji li dwarha tkun saret dikjarazzjoni tan-nefqa iżda li r-rimborż tagħha jkun tnaqqas jew ikun ġie sospiż mill-Kummissjoni fil-31 ta' Diċembru tas-sena N+3;
Emenda 104
Proposta għal Regolament
Artikolu 34 – paragrafu 2 – parti introduttorja
Fil-kuntest tal-FAEŻR, ħidma partikolari tista' tirċievi forom differenti ta' appoġġ mill-Pjan Strateġiku tal-PAK u minn Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej ("Fondi SIE") oħrajn jew minn strumenti oħrajn tal-Unjoni biss jekk l-ammont kollu tal-għajnuna mogħtija permezz tal-forom differenti ta' appoġġ, meħud f'daqqa, ma jaqbiżx l-ogħla intensità tal-għajnuna jew l-ogħla ammont tal-għajnuna li japplika għal dak it-tip ta' intervent kif imsemmi fit-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK]. Fit-tali każijiet, l-Istati Membri ma għandhomx jiddikjaraw in-nefqa lill-Kummissjoni għall-affarijiet li ġejjin:
Fil-kuntest tal-FAEŻR, ħidma partikolari tista' tirċievi forom differenti ta' appoġġ mill-Pjan Strateġiku tal-PAK u minn Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej ("Fondi SIE") oħrajn jew minn strumenti oħrajn tal-Unjoni biss jekk l-ammont kollu tal-għajnuna mogħtija permezz tal-forom differenti ta' appoġġ, meħud f'daqqa, ma jaqbiżx l-ogħla intensità tal-għajnuna jew l-ogħla ammont tal-għajnuna li japplika għal dak it-tip ta' intervent kif imsemmi fit-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK]. Fit-tali każijiet, in-nefqa m'għandhiex tiġi ddikjarata għall-ebda wieħed minn dawn:
Emenda 275
Proposta għal regolament
Artikolu 35
In-nefqa msemmija fl-Artikolu 5(2) u fl-Artikolu 6 tista' tiġi ffinanzjata mill-Unjoni biss jekk:
In-nefqa għall-miżuri stabbiliti fir-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013, (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 229/2013 u (UE) Nru 1144/2014 tista' tiġi ffinanzjata mill-Unjoni biss jekk:
(a)  tkun saret minn aġenziji tal-pagamenti akkreditati;
(a)  tkun saret minn aġenziji tal-pagamenti akkreditatin; u
(b)  tkun saret skont ir-regoli tal-Unjoni applikabbli; jew
(b)  tkun saret skont ir-regoli tal-Unjoni applikabbli.
(c)   għat-tipi ta' interventi li jissemmew fir-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK],
(i)  tkun taqbel ma' output irrappurtat li jkun jikkorrispondi magħha; u
(ii)  tkun saret skont is-sistemi ta' governanza applikabbli, li ma jkoprux il-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà għall-benefiċjarji individwali stabbiliti fil-Pjanijiet Strateġiċi nazzjonali tal-PAK.
Il-punt (c)(i) tal-ewwel paragrafu ma għandux japplika għall-pagamenti bil-quddiem li jsiru lill-benefiċjarji għat-tipi ta' interventi li jissemmew fir-Regolament (UE) Nru …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK].
In-nefqa għall-miżuri stabbiliti fir-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK] tista' tiġi ffinanzjata mill-Unjoni biss jekk:
(a)  tkun saret minn aġenziji tal-pagamenti akkreditati;
(b)  tkun saret skont ir-rekwiżiti tal-Unjoni applikabbli; u
(c)  tkun saret skont is-sistemi ta' governanza applikabbli, fosthom l-obbligi tal-Istati Membri rigward il-protezzjoni effikaċi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 57 ta' dan ir-Regolament u s-sistema tar-rappurtar stabbilita għall-finijiet tar-rapport dwar il-prestazzjoni msemmi fl-Artikolu 121 tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK].
Emenda 109
Proposta għal Regolament
Artikolu 37 – paragrafu 2
2.  Meta, abbażi tad-dikjarazzjonijiet tan-nefqa jew tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 88, il-Kummissjoni tistabbilixxi li ma tħarsux l-iskadenzi għall-pagamenti msemmijin fl-Artikolu 36, l-Istat Membru għandu jingħata ċ-ċans jibgħat il-kummenti tiegħu fi żmien perjodu li ma għandux ikun ta' inqas minn 30 jum. Meta l-Istat Membru jonqos milli jibgħat il-kummenti tiegħu f'dak il-perjodu jew meta l-Kummissjoni tqis li t-tweġiba tiegħu ma kinitx sodisfaċenti, hija tista' tnaqqas il-pagamenti interim jew il-pagamenti ta' kull xahar lill-Istat Membru kkonċernat fil-qafas tal-atti ta' implimentazzjoni dwar il-pagamenti ta' kull xahar imsemmijin fl-Artikolu 19(3) jew fil-qafas tal-pagamenti interim imsemmijin fl-Artikolu 30.
2.  Meta, abbażi tad-dikjarazzjonijiet tan-nefqa jew tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 88, il-Kummissjoni tistabbilixxi li ma tħarsux l-iskadenzi għall-pagamenti msemmijin fl-Artikolu 36, l-Istat Membru għandu jingħata ċ-ċans jibgħat il-kummenti tiegħu fi żmien perjodu li ma għandux ikun ta' inqas minn 30 jum. Meta l-Istat Membru jonqos milli jibgħat il-kummenti tiegħu f'dak il-perjodu jew meta l-Kummissjoni tikkonkludi li jidher biċ-ċar li l-kummenti mogħtija mhumiex biżżejjed, hija tista' tnaqqas il-pagamenti interim jew il-pagamenti ta' kull xahar lill-Istat Membru kkonċernat fil-qafas tal-atti ta' implimentazzjoni dwar il-pagamenti ta' kull xahar imsemmijin fl-Artikolu 19(3) jew fil-qafas tal-pagamenti interim imsemmijin fl-Artikolu 30. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li kwalunkwe tnaqqis ma jirriżultax f'aktar dewmien jew diffikultajiet għall-benefiċjarji finali fl-Istat Membru kkonċernat.
Emenda 110
Proposta għal Regolament
Artikolu 37 – paragrafu 3
3.  It-tnaqqis li jsir skont dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 51.
3.  It-tnaqqis li jsir skont dan l-Artikolu għandu jiġi applikat f'konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità u għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 51.
Emenda 276
Proposta għal regolament
Artikolu 38
1.  Meta l-Istati Membri ma jibagħtux id-dokumenti msemmijin fl-Artikolu 8(3) u fl-Artikolu 11(1) sal-iskadenzi, kif previst fl-Artikolu 8(3), il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jissospendu l-ammont totali tal-pagamenti ta' kull xahar imsemmijin fl-Artikolu 19(3). Il-Kummissjoni għandha tirrimborża l-ammonti sospiżi meta tirċievi d-dokumenti neqsin mingħand l-Istat Membru kkonċernat, dejjem jekk ma tirċevihomx iktar minn sitt xhur wara l-iskadenza.
1.  Meta l-Istati Membri ma jibagħtux id-dokumenti u d-data msemmijin fl-Artikolu 8 u fl-Artikolu 11(1) qabel l-iskadenzi, kif previst fl-Artikolu 8, u, fejn applikabbli, fl-Artikolu 129(1) tar-Regolament (UE) Nru …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK], il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jissospendu l-ammont totali tal-pagamenti ta' kull xahar imsemmijin fl-Artikolu 19(3). Il-Kummissjoni għandha tirrimborża l-ammonti sospiżi meta tirċievi d-dokumenti neqsin mingħand l-Istat Membru kkonċernat, dejjem jekk ma tirċevihomx iktar minn sitt xhur wara l-iskadenza.
F'dak li għandu x'jaqsam mal-pagamenti interim imsemmijin fl-Artikolu 30, id-dikjarazzjonijiet tan-nefqa għandhom jitqiesu li mhumiex ammissibbli skont il-paragrafu 6 ta' dak l-Artikolu.
F'dak li għandu x'jaqsam mal-pagamenti interim imsemmijin fl-Artikolu 30, id-dikjarazzjonijiet tan-nefqa għandhom jitqiesu li mhumiex ammissibbli skont il-paragrafu 6 ta' dak l-Artikolu.
2.   Meta, fil-kuntest tal-approvazzjoni annwali tal-prestazzjoni msemmija fl-Artikolu 52, il-Kummissjoni tistabbilixxi li jkun hemm differenza ta' aktar minn 50 % bejn in-nefqa ddikjarata u l-ammont li jikkorrispondi mal-output rilevanti rrappurtat u l-Istat Membru ma jkunx jista' jiġġustifika dan kif dovut, hija tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jissospendu l-pagamenti ta' kull xahar imsemmija fl-Artikolu 19(3) jew il-pagamenti interim imsemmija fl-Artikolu 30.
Is-sospensjoni għandha ssir fuq in-nefqa rilevanti għall-interventi li jkun sarilhom it-tnaqqis imsemmi fl-Artikolu 52(2) u l-ammont li jrid jiġi sospiż ma għandux jaqbeż il-perċentwal li jikkorrispondi mat-tnaqqis li jkun sar skont l-Artikolu 52(2). Il-Kummissjoni għandha tirrimborża l-ammonti sospiżi lill-Istati Membri jew tnaqqashom b'mod permanenti permezz tal-att ta' implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 52.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 100 li jissupplimentaw dan ir-Regolament b'regoli dwar ir-rata ta' sospensjoni tal-pagamenti.
3.  L-atti ta' implimentazzjoni previsti f'dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 101(2).
3.  L-atti ta' implimentazzjoni previsti f'dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 101(2).
Qabel ma tadotta dawk l-atti ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istat Membru kkonċernat li hija jkun beħsiebha tagħmel dan u għandha tagħtih iċ-ċans jibgħat il-kummenti tiegħu fi żmien perjodu li ma għandux ikun ta' inqas minn 30 jum.
Qabel ma tadotta dawk l-atti ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istat Membru kkonċernat li hija jkun beħsiebha tagħmel dan u għandha tagħtih iċ-ċans jibgħat il-kummenti tiegħu fi żmien perjodu li ma għandux ikun ta' inqas minn 30 jum.
L-atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-pagamenti ta' kull xahar imsemmijin fl-Artikolu 19(3) jew il-pagamenti interim imsemmijin fl-Artikolu 30 għandhom iqisu l-atti ta' implimentazzjoni adottati skont dan il-paragrafu.
L-atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-pagamenti ta' kull xahar imsemmijin fl-Artikolu 19(3) jew il-pagamenti interim imsemmijin fl-Artikolu 30 għandhom iqisu l-atti ta' implimentazzjoni adottati skont dan il-paragrafu.
Emenda 277
Proposta għal regolament
Artikolu 38a (ġdid)
Artikolu 38a
Monitoraġġ annwali tal-prestazzjoni
1.  Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-operazzjonijiet imwettqa taħt l-interventi msemmija fir-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK] u tivvaluta l-korrispondenza bejn l-output u n-nefqa mwettqa rrappurtati fir-rapport dwar il-prestazzjoni minn ...[sentejn wara d-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament] u kull sena wara.
2.  Meta, fil-kuntest tal-monitoraġġ annwali tal-prestazzjoni msemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni tistabbilixxi li jkun hemm differenza ta' aktar minn 35 % bejn in-nefqa ddikjarata u l-ammont li jikkorrispondi mal-output rilevanti rrappurtat, l-Istat Membru għandu jissottometti ġustifikazzjonijiet lill-Kummissjoni qabel il-laqgħa ta' rieżami msemmija fl-Artikolu 122 ta' dak ir-Regolament.
Meta l-Istat Membru kkonċernat ma jkunx jista' jipprovdi raġunijiet debitament ġustifikati għad-differenza, il-Kummissjoni għandha titlob mill-Istat Membru kkonċernat valutazzjoni tal-kwistjonijiet li jaffettwaw l-implimentazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK, b'mod partikolari fir-rigward ta' devjazzjonijiet futuri potenzjali mill-istadji importanti rilevanti fil-futur u diffikultajiet prevedibbli fil-kisba tal-miri rilevanti għall-indikaturi tar-riżultati fil-kuntest tar-rieżami pluriennali tal-prestazzjoni msemmi fl-Artikolu 121 tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK], u, fejn rilevanti, tiddeskrivi l-miżuri li diġà ttieħdu u li għandhom jittieħdu.
Fejn neċessarju, il-Kummissjoni tista' tagħti twissija bikrija matul il-laqgħa ta' rieżami u titlob lill-Istat Membru jfassal u jimplimenta azzjonijiet ta' rimedju addizzjonali għas-sena finanzjarja ta' wara.
3.  Sa mhux aktar tard mill-15 ta' Marzu … [sentejn wara d-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament] u kull sena sussegwenti, il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew rapport ta' sommarju dwar il-monitoraġġ annwali tal-prestazzjoni mwettaq fis-sena kalendarja ta' qabel, inklużi t-twissijiet bikrijin mogħtija.
Emenda 278
Proposta għal regolament
Artikolu 39
Sospensjoni tal-pagamenti b'rabta mal-monitoraġġ pluriennali tal-prestazzjoni
Sospensjoni u tnaqqis tal-pagamenti b'rabta mar-rieżami pluriennali tal-prestazzjoni
1.  F'każ ta' dewmien fil-progress lejn il-miri stabbiliti fil-Pjan Strateġiku nazzjonali tal-PAK u mmonitorjati skont l-Artikoli 115 u 116 tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK], jew f'każ fejn ma jkunx sar biżżejjed progress biex dawn jintlaħqu, il-Kummissjoni tista' titlob lill-Istat Membru kkonċernat jimplimenta l-azzjonijiet meħtieġa ta' rimedju skont pjan ta' azzjoni li jkun fih indikaturi ċari dwar il-progress u li jrid jiġi stabbilit b'konsultazzjoni magħha.
1.  Il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami pluriennali tal-prestazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 121 tar-Regolament (UE) .../... [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK] ibbażat fuq l-informazzjoni pprovduta fir-rapporti dwar il-prestazzjoni minn ...[sentejn wara d-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament] u kull sentejn wara.
Fil-każ ta' dewmien fil-progress lejn l-istadji importanti għall-indikaturi tar-riżultati, u fejn il-valur irrappurtat ta' indikatur tar-riżultati wieħed jew aktar, stabbiliti fil-Pjan Strateġiku nazzjonali tal-PAK u mmonitorjati skont l-Artikoli 115 u 116 tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK], jew f'każ fejn ma jkunx sar biżżejjed progress biex dawn jintlaħqu, jiżvela distakk ta' aktar minn 25 % għas-sena ta' rappurtar ikkonċernata, l-Istat Membru kkonċernat għandu jippreżenta ġustifikazzjoni għal dan id-distakk qabel il-laqgħa ta' rieżami msemmija fl-Artikolu 122 ta' dak ir-Regolament.
Meta l-Istat Membru kkonċernat ma jkunx jista' jippreżenta ġustifikazzjoni għal dan id-distakk, matul il-laqgħa ta' rieżami, il-Kummissjoni tista' titlob lill-Istat Membru kkonċernat ifassal u jistabbilixxi pjan ta' azzjoni u jimplimenta dan il-pjan ta' azzjoni b'konsultazzjoni magħha.
L-Istat Membru kkonċernat għandu jippreżenta lill-Kummissjoni, fi żmien tliet xhur wara t-talba tal-Kummissjoni, il-pjan ta' azzjoni msemmi fit-tieni subparagrafu, inklużi l-azzjonijiet ta' rimedju meħtieġa u l-iskeda ta' żmien mistennija għat-twettiq tiegħu. Dak il-pjan ta' azzjoni għandu jidentifika b'mod ċar l-interventi relatati mal-indikaturi tar-riżultati li għalihom ġie identifikat id-distakk.
Fi żmien perjodu ta' 30 jum, il-Kummissjoni għandha jew tinnotifika lill-Istat Membru kkonċernat bil-miktub li taċċetta l-pjan ta' azzjoni jew tibgħat talba lill-Istat Membru kkonċernat għal emendi fih. L-Istat Membru kkonċernat għandu jikkonforma mal-pjan ta' azzjoni u jirrispetta l-iskeda ta' żmien mistennija għat-twettiq tiegħu kif aċċettata mill-Kummissjoni.
Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu iktar regoli dwar l-elementi tal-pjanijiet ta' azzjoni u l-proċedura biex dawn jiġu stabbiliti. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 101(3).
Għall-fini li jiġu stabbiliti l-pjanijiet ta' azzjoni msemmija f'dan il-paragrafu, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati b'mod konformi mal-Artikolu 100, li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu iktar regoli dwar l-elementi ta' dawk il-pjanijiet ta' azzjoni, inkluż b'mod partikolari, definizzjoni tal-indikaturi ta' progress u l-proċedura biex jiġu stabbiliti dawk il-pjanijiet ta’ azzjoni.
2.  Meta l-Istat Membru jonqos milli jibgħat il-pjan ta' azzjoni msemmi fil-paragrafu 1 jew milli jimplimentah, jew meta jkun ċar li dak il-pjan ta' azzjoni ma jkunx biżżejjed biex titranġa s-sitwazzjoni, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jissospendu l-pagamenti ta' kull xahar imsemmijin fl-Artikolu 19(3) jew il-pagamenti interim imsemmijin fl-Artikolu 30.
2.  Meta l-Istat Membru kkonċernat jonqos milli jibgħat il-pjan ta' azzjoni msemmi fil-paragrafu 1 jew jimplimentah, jew meta jkun ċar li l-pjan ta' azzjoni ppreżentat mill-Istat Membru ma jkunx biżżejjed biex titranġa s-sitwazzjoni, il-Kummissjoni tista', wara li tikkonsulta lill-Istat Membru kkonċernat u tagħtih l-opportunità li jwieġeb fi żmien 30 jum, tadotta atti ta' implimentazzjoni li jissospendu l-pagamenti ta' kull xahar imsemmijin fl-Artikolu 19(3) jew il-pagamenti interim imsemmijin fl-Artikolu 30.
Meta l-Istat Membru kkonċernat iwieġeb u jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu u l-Kummissjoni tqis li dawk l-osservazzjonijiet mhumiex biżżejjed, il-Kummissjoni għandha, fejn neċessarju u mhux aktar tard minn meta jiġi adottat l-att ta' implimentazzjoni, tipprovdi ġustifikazzjoni dwar għaliex l-osservazzjonijiet ippreżentati ma kinux biżżejjed. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 101(2).
Il-Kummissjoni għandha tqis il-perjodu ta' żmien indikat għat-twettiq tal-pjan ta' azzjoni qabel ma tinbeda kwalunkwe proċedura ta' sospensjoni skont dan l-Artikolu. Il-Kummissjoni għandha tqis ukoll każijiet ta' force majeure u kriżi serja, li setgħu jipprevjenu lill-Istat Membru milli jimplimenta kif xieraq il-pjan ta' azzjoni tiegħu inkluż il-kisba tal-istadji importanti kkonċernati.
Is-sospensjoni għandha ssir fuq in-nefqa rilevanti marbuta mal-interventi li kellu jkopri dak il-pjan ta' azzjoni, skont il-prinċipju tal-proporzjonalità. Il-Kummissjoni għandha tirrimborża l-ammonti sospiżi meta, abbażi tar-rieżami tal-prestazzjoni msemmi fl-Artikolu 121 tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK], ikun sar progress sodisfaċenti lejn l-ilħiq tal-miri. Jekk is-sitwazzjoni ma titranġax sa meta jingħalaq il-Pjan Strateġiku nazzjonali tal-PAK, il-Kummissjoni tista' tadotta att ta' implimentazzjoni li jnaqqas b'mod definittiv l-ammont sospiż għall-Istat Membru kkonċernat.
Is-sospensjoni għandha ssir fuq in-nefqa rilevanti marbuta mal-interventi li kellu jkopri dak il-pjan ta' azzjoni, skont il-prinċipju tal-proporzjonalità. Il-Kummissjoni għandha tirrimborża l-ammonti sospiżi meta, abbażi tar-rieżami tal-prestazzjoni msemmi fl-Artikolu 121 tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK], ikun sar progress sodisfaċenti lejn l-ilħiq tal-miri għall-indikaturi tar-riżultati u l-valur irrappurtat tal-indikaturi tar-riżultati.
Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, "progress sodisfaċenti" tfisser li l-Istat Membru kkonċernat implimenta l-pjan ta' azzjoni, u l-istadji importanti milħuqa u l-valur irrappurtat tal-indikaturi tar-riżultati kkonċernati jikkostitwixxu distakk ta' inqas minn 25 % għas-sena ta' rappurtar ikkonċernata.
L-Istat Membru kkonċernat jista' jinnotifika lill-Kummissjoni b'mod volontarju bit-tmexxija 'l quddiem tal-pjan ta' azzjoni matul is-sena baġitarja sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tivvaluta l-progress li jkun sar fl-ilħuq tal-istadji importanti. Jekk Stat Membru jkun jista' juri li d-distakk, li wassal għas-sospensjoni, ikun tnaqqas għal inqas minn 25 % matul is-sena baġitarja, l-ammonti sospiżi għandhom jiġu rimborżati.
Jekk is-sitwazzjoni ma titranġax sa tmiem is-sitt xahar wara s-sospensjoni, il-Kummissjoni tista' tadotta att ta' implimentazzjoni li jnaqqas b'mod definittiv l-ammont sospiż għall-Istat Membru kkonċernat. L-ammonti mnaqqsa b'mod definittiv għandhom jiġu allokati mill-ġdid għall-Istati Membri biex tiġi ppremjata l-prestazzjoni sodisfaċenti kif imsemmi fl-Artikolu 39a.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 100 li jissupplimentaw dan ir-Regolament b'regoli dwar ir-rata ta' sospensjoni tal-pagamenti u t-tul ta' żmien tat-tali sospensjoni u l-kundizzjoni għar-rimborż jew għat-tnaqqis ta' dawk l-ammonti f'dak li għandu x'jaqsam mal-monitoraġġ pluriennali tal-prestazzjoni.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 100 li jissupplimentaw dan ir-Regolament b'regoli dwar ir-rata ta' sospensjoni tal-pagamenti u t-tul ta' żmien tat-tali sospensjoni u l-kundizzjoni għar-rimborż jew għat-tnaqqis ta' dawk l-ammonti f'dak li għandu x'jaqsam mar-rieżami pluriennali tal-prestazzjoni.
3.  L-atti ta' implimentazzjoni previsti fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 101(2).
3.  L-atti ta' implimentazzjoni previsti fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 101(2).
Qabel ma tadotta dawk l-atti ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istat Membru kkonċernat li hija jkun beħsiebha tagħmel dan u għandha titolbu jwieġeb għal dan fi żmien perjodu li ma għandux ikun ta' inqas minn 30 jum.
Qabel ma tadotta dawk l-atti ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istat Membru kkonċernat li hija jkun beħsiebha tagħmel dan u għandha titolbu jwieġeb għal dan fi żmien perjodu li ma għandux ikun ta' inqas minn 30 jum.
Emenda 279
Proposta għal regolament
Artikolu 39a (ġdid)
Artikolu 39a
Distribuzzjoni mill-ġdid tal-finanzi li jirriżultaw minn tnaqqis tal-pagamenti b'rabta mar-rieżami pluriennali tal-prestazzjoni
1.  Il-fondi li jirriżultaw minn tnaqqis skont l-Artikolu 39(3) ta’ dan ir-Regolament għandhom jitpoġġew f'riżerva tal-prestazzjoni u jintużaw biex jippremjaw lill-Istati Membri meta prestazzjoni tkun sodisfaċenti fir-rigward tal-objettivi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK] u speċifikati aktar fil-Pjan Strateġiku tal-PAK tagħhom.
2.  Dawn il-fondi jistgħu jiġu attribwiti lill-Istati Membri fi tmiem il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK sabiex tiġi ppremjata l-prestazzjoni sodisfaċenti sakemm l-Istat Membru kkonċernat ikun issodisfa l-kundizzjoni stabbilita fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.
3.  Abbażi tal-aħħar rieżami pluriennali tal-prestazzjoni, il-fondi għandhom jiġu attribwiti biss lill-Istati Membri li jkunu kisbu mill-inqas 90 % tal-valur fil-mira tagħhom fir-rigward tal-indikaturi tar-riżultati applikati għall-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE).../... [ Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK] u kif stabbilit fil-Pjan Strateġiku tal-PAK tagħhom.
Fi żmien xahrejn mill-wasla tal-aħħar rapport dwar il-prestazzjoni msemmi fl-Artikolu 121(2) tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK], il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni mingħajr ma tapplika l-proċedura ta' kumitat imsemmija fl-Artikolu 101 biex tiddeċiedi għal kull Stat Membru jekk il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK rispettivi jkunux kisbu l-valuri fil-mira msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.
4.  Meta l-valuri fil-mira msemmija fil-paragrafu 3 jintlaħqu, għandu jiġi kkalkulat u mogħti ammont mill-Kummissjoni lill-Istat(i) Membru/Membri kkonċernat(i) u jitqies li jkun allokat definittivament għas-sena finanzjarja ta' wara t-tmiem tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK abbażi tad-deċiżjoni msemmija fl-istess paragrafu. Meta jiġu attribwiti l-fondi, il-Kummissjoni tista' tqis il-każijiet ta' force majeure u l-kriżijiet soċjoekonomiċi serji li jimpedixxu l-kisba tal-istadji importanti rilevanti.
Emenda 224
Proposta għal regolament
Artikolu 40
1.  F'każ ta' nuqqasijiet serji fil-funzjonament tas-sistemi ta' governanza, il-Kummissjoni tista' titlob lill-Istat Membru kkonċernat jimplimenta l-azzjonijiet meħtieġa ta' rimedju skont pjan ta' azzjoni li jkun fih indikaturi ċari dwar il-progress u li jrid jiġi stabbilit b'konsultazzjoni magħha.
1.  Fejn jinstabu u jiġu indikati nuqqasijiet serji fil-funzjonament tas-sistemi ta' governanza fid-dikjarazzjoni ta' ġestjoni ta' aġenzija tal-pagamenti, fl-opinjoni tal-korp ta' ċertifikazzjoni jew waqt il-verifiki tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 47, il-Kummissjoni għandha titlob lill-Istat Membru kkonċernat biex iwieġeb u jipprovdi kummenti dwar is-sejbiet fi żmien xahrejn wara t-talba sabiex tiġi evalwata l-ħtieġa ta' azzjonijiet ta' rimedju u, fejn meħtieġ, pjan ta' azzjoni. Wara l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Kummissjoni għandha, fejn meħtieġ, titlob lill-Istat Membru kkonċernat jimplimenta l-azzjonijiet meħtieġa ta' rimedju skont pjan ta' azzjoni li jkun fih indikaturi ċari dwar il-progress u li għandu jiġi stabbilit b'konsultazzjoni magħha.
L-Istat Membru kkonċernat għandu, fi żmien tliet xhur wara t-talba tal-Kummissjoni, jippreżenta lill-Kummissjoni l-pjan ta' azzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu, inklużi l-azzjonijiet ta' rimedju meħtieġa u l-perjodu ta' żmien mistenni għat-twettiq tiegħu. Il-Kummissjoni għandha jew tinnotifika lill-Istat Membru kkonċernat bil-miktub li taċċetta l-pjan ta' azzjoni jew għandha tibgħat lill-Istat Membru kkonċernat talba għal modifiki. L-Istat Membru kkonċernat għandu jikkonforma mal-pjan ta' azzjoni u jirrispetta l-perjodu ta' żmien mistenni għat-twettiq tiegħu kif aċċettat mill-Kummissjoni.
Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu iktar regoli dwar l-elementi tal-pjanijiet ta' azzjoni u l-proċedura biex dawn jiġu stabbiliti. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 101(3).
Il-Kummissjoni tista' tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 100, li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu iktar regoli dwar l-elementi tal-pjanijiet ta' azzjoni msemmija f'dan il-paragrafu u l-proċedura biex dawn jiġu stabbiliti.
2.  Meta l-Istat Membru jonqos milli jibgħat il-pjan ta' azzjoni msemmi fil-paragrafu 1 jew milli jimplimentah, jew meta jkun ċar li dak il-pjan ta' azzjoni ma jkunx biżżejjed biex titranġa s-sitwazzjoni, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jissospendu l-pagamenti ta' kull xahar imsemmijin fl-Artikolu 19(3) jew il-pagamenti interim imsemmijin fl-Artikolu 30.
2.  Meta l-Istat Membru jonqos milli jibgħat il-pjan ta' azzjoni msemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jew milli jimplimentah, jew meta jkun ċar li dak il-pjan ta' azzjoni ma jkunx biżżejjed biex titranġa s-sitwazzjoni jew jekk ma ġiex applikat skont it-talba bil-miktub tal-Kummissjoni kif imsemmi f'dak il-paragrafu, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jissospendu l-pagamenti ta' kull xahar imsemmijin fl-Artikolu 19(3) jew il-pagamenti interim imsemmijin fl-Artikolu 30. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 101(2).
Is-sospensjoni għandha ssir fuq in-nefqa rilevanti li l-Istat Membru jkun għamel fl-oqsma fejn ikun hemm in-nuqqasijiet, skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, u għandha tkun għal perjodu li jrid jiġi stabbilit fl-atti ta' implimentazzjoni msemmijin fl-ewwel subparagrafu u li ma għandux ikun ta' iktar minn tnax-il xahar. Jekk jibqgħu jintlaħqu l-kundizzjonijiet għas-sospensjoni, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jtawlu dak il-perjodu għal perjodi oħrajn li b'kollox ma jkunux ta' iktar minn tnax-il xahar. L-ammonti sospiżi għandhom jitqiesu meta jiġu adottati l-atti ta' implimentazzjoni msemmijin fl-Artikolu 53.
Is-sospensjoni għandha ssir fuq in-nefqa rilevanti li l-Istat Membru jkun għamel fl-oqsma fejn ikun hemm in-nuqqasijiet, skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, u għandha tkun għal perjodu li jrid jiġi stabbilit fl-atti ta' implimentazzjoni msemmijin fl-ewwel subparagrafu u li ma għandux ikun ta' iktar minn tnax-il xahar. Jekk jibqgħu jintlaħqu l-kundizzjonijiet għas-sospensjoni, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jtawlu dak il-perjodu għal perjodi oħrajn li b'kollox ma jkunux ta' iktar minn tnax-il xahar. L-ammonti sospiżi għandhom jitqiesu meta jiġu adottati l-atti ta' implimentazzjoni msemmijin fl-Artikolu 53.
3.  L-atti ta' implimentazzjoni previsti f'dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 101(2).
Qabel ma tadotta l-atti ta' implimentazzjoni msemmijin fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istat Membru kkonċernat li hija jkun beħsiebha tagħmel dan u għandha titolbu jwieġeb għal dan fi żmien perjodu li ma għandux ikun ta' inqas minn 30 jum.
3.  Qabel ma tadotta l-atti ta' implimentazzjoni msemmijin fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istat Membru kkonċernat li hija jkun beħsiebha tagħmel dan u għandha titolbu jwieġeb għal dan fi żmien perjodu li ma għandux ikun ta' inqas minn 30 jum. Fejn l-Istat Membru kkonċernat wieġeb u ppreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu u l-Kummissjoni kkunsidrat dawk l-osservazzjonijiet insuffiċjenti, il-Kummissjoni għandha, fejn meħtieġ u mhux aktar tard minn meta l-att ta' implimentazzjoni jiġi adottat, tipprovdi ġustifikazzjoni għaliex l-osservazzjonijiet ippreżentati ma kinux biżżejjed.
L-atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-pagamenti ta' kull xahar imsemmijin fl-Artikolu 19(3) jew il-pagamenti interim imsemmijin fl-Artikolu 30 għandhom iqisu l-atti ta' implimentazzjoni adottati skont l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu.
L-atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-pagamenti ta' kull xahar imsemmijin fl-Artikolu 19(3) jew il-pagamenti interim imsemmijin fl-Artikolu 30 għandhom iqisu l-atti delegati adottati skont it-tielet subparagrafu tal-paragrafu 1.
Emenda 121
Proposta għal Regolament
Artikolu 42 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – punt a
(a)  jagħmlu pagamenti bil-quddiem, fil-każ tal-interventi fil-forma ta' pagamenti diretti, li jkunu jkopru sa 50 % ta' dawk l-interventi qabel l-1 ta' Diċembru iżda mhux qabel is-16 ta' Ottubru;
(a)  jagħmlu pagamenti bil-quddiem, fil-każ tal-interventi fil-forma ta' pagamenti diretti, li jkunu jkopru sa 50 % ta' dawk l-interventi qabel l-1 ta' Diċembru iżda mhux qabel is-16 ta' Ottubru u għall-miżuri msemmija fil-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) Nru 228/2013 u fil-Kapitolu V tar-Regolament (UE) Nru 229/2013 rispettivament;
Emenda 122
Proposta għal Regolament
Artikolu 42 – paragrafu 3
3.  L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jagħmlu pagamenti bil-quddiem li jkunu jkopru sa 50 % tal-interventi msemmijin fl-Artikoli 68 u 71 tar-Regolament (UE) Nru …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK].
3.  L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jagħmlu pagamenti bil-quddiem li jkunu jkopru sa 50 % tal-interventi msemmijin fl-Artikoli 68 u 71 u l-Kapitolu III tat-Titolu III tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK] kif ukoll fit-Taqsima I tal-Kapitolu II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.
Emenda 123
Proposta għal Regolament
Artikolu 43 – paragrafu 2
2.  Is-somom imsemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jitħallsu lill-baġit tal-Unjoni u, f'każ li jintużaw mill-ġdid, għandhom jintużaw biss biex jiffinanzjaw in-nefqa tal-FAEG jew tal-FAEŻR.
2.  Is-somom imsemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jitħallsu lill-baġit tal-Unjoni u, f'każ li jintużaw mill-ġdid, għandhom jintużaw biss biex jiffinanzjaw in-nefqa tal-FAEG jew tal-FAEŻR, rispettivament, u għandhom fil-parti l-kbira jiffinanzjaw ir-riżerva agrikola stabbilita skont il-FAEG, fi ħdan il-limiti stabbiliti fl-Artikolu 14.
Emenda 124
Proposta għal Regolament
Artikolu 44 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
L-għoti ta' informazzjoni ffinanzjat skont l-Artikolu 7(e) għandu jkollu l-għan, b'mod partikolari, li jgħin fit-tifsir, fl-implimentazzjoni u fl-iżvilupp tal-PAK u li jżid l-għarfien tal-pubbliku dwar il-kontenut u l-għanijiet tagħha, li jerġa' jrawwem il-kunfidenza tal-konsumaturi wara l-kriżijiet permezz ta' kampanji tal-informazzjoni, li jinforma lill-bdiewa u lil partijiet oħrajn attivi f'żoni rurali dwar il-PAK u li jippromwovi l-mudell Ewropew tal-agrikoltura u jgħin liċ-ċittadini jifhmuh.
L-għoti ta' informazzjoni ffinanzjat skont l-Artikolu 7(e) għandu jkollu l-għan, b'mod partikolari, li jgħin fit-tifsir, fl-implimentazzjoni u fl-iżvilupp tal-PAK u li jżid l-għarfien tal-pubbliku dwar il-kontenut u l-għanijiet tagħha inkluża l-interazzjoni tagħha mal-klima, l-ambjent, il-benessri tal-annimali u l-iżvilupp. Dan bil-għan li ċ-ċittadini jiġu infurmati dwar l-isfidi ffaċċjati fl-agrikoltura u l-ikel, biex jiġu infurmati l-bdiewa u l-konsumaturi, biex tiġi restawrata l-fiduċja tal-konsumaturi wara l-kriżijiet permezz ta' kampanji tal-informazzjoni, biex jiġu infurmati l-bdiewa u partijiet oħrajn attivi f'żoni rurali dwar il-PAK u biex jiġi promoss mudell ta' Unjoni aktar sostenibbli tal-agrikoltura kif ukoll biex jgħin liċ-ċittadini jifhmuh.
Emenda 125
Proposta għal Regolament
Artikolu 44 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
Permezz tiegħu għandha tingħata informazzjoni koerenti, oġġettiva u komprensiva kemm fl-Unjoni kif ukoll 'il barra minnha.
Permezz tiegħu għandha tingħata informazzjoni koerenti, imparzjali, ibbażata fuq l-evidenza, oġġettiva u komprensiva kemm fl-Unjoni kif ukoll 'il barra minnha permezz ta' pjan ta' komunikazzjoni.
Emenda 126
Proposta għal Regolament
Artikolu 45 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 100 biex tissupplimenta dan ir-Regolament b'rabta mal-kundizzjonijiet li bihom iridu jiġu kkumpensati ċerta tip ta' nefqa u ċertu tip ta' dħul fil-kuntest tal-Fondi.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 100 biex tissupplimenta dan ir-Regolament b'rabta mal-kundizzjonijiet relatati mad-dettalji tad-dikjarazzjonijiet tan-nefqa li bihom iridu jiġu kkumpensati ċerta tip ta' nefqa u ċertu tip ta' dħul fil-kuntest tal-Fondi.
Emenda 127
Proposta għal Regolament
Artikolu 46 – paragrafu 1
Għall-finijiet tal-Artikolu 127 tar-Regolament Finanzjarju, ix-xogħol tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni msemmijin fl-Artikolu 11 ta' dan ir-Regolament għandu jservi ta' garanzija għall-Kummissjoni, sakemm hija ma tkunx avżat lill-Istati Membri li ma tistax toqgħod fuq ix-xogħol tal-korp taċ-ċertifikazzjoni għal sena finanzjarja partikolari, u dan ix-xogħol għandha tqisu fil-valutazzjoni tar-riskju tagħha dwar il-ħtieġa li tagħmel awditi fl-Istat Membru kkonċernat
Għall-finijiet tal-Artikolu 127 tar-Regolament Finanzjarju, ix-xogħol tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni msemmijin fl-Artikolu 11 ta' dan ir-Regolament għandu jservi ta' garanzija għall-Kummissjoni, u dan ix-xogħol għandha tqisu fil-valutazzjoni tar-riskju tagħha dwar il-ħtieġa li tagħmel awditi fl-Istat Membru kkonċernat, sakemm ma tkunx ġiet infurmata li l-Istat Membru ma jistax jistrieħ fuq dan ix-xogħol.
Emenda 282
Proposta għal regolament
Artikolu 47
1.  Mingħajr preġudizzju għall-verifiki li l-Istati Membri jagħmlu skont il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali jew skont l-Artikolu 287 tat-Trattat, jew għal kull verifika li tiġi organizzata skont l-Artikolu 322 tat-Trattat jew abbażi tar-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96, il-Kummissjoni tista' torganizza verifiki fl-Istati Membri sabiex tivverifika, b'mod partikolari, l-affarijiet li ġejjin:
1.  Mingħajr preġudizzju għall-verifiki li l-Istati Membri jagħmlu skont il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali jew skont l-Artikolu 287 tat-Trattat, jew għal kull verifika li tiġi organizzata skont l-Artikolu 322 tat-Trattat jew abbażi tar-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 jew għall-Artikolu 127 tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni tista' torganizza verifiki fl-Istati Membri sabiex tivverifika l-affarijiet li ġejjin:
(a)  il-konformità tal-prattiki amministrattivi mar-regoli tal-Unjoni;
(a)  il-konformità tal-prattiki amministrattivi mar-regoli tal-Unjoni;
(b)  jekk hemmx output li jikkorrispondi man-nefqa li tidħol fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 5(2) u tal-Artikolu 6 u li tikkorrispondi mal-interventi msemmijin fir-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK], kif irrappurtat fir-rapport annwali dwar il-prestazzjoni;
(b)  jekk l-operazzjonijiet li jidħlu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 5(2) u tal-Artikolu 6 u li jikkorrispondu mal-interventi msemmijin fir-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK] twettqux f'konformità mar-rekwiżiti tal-Unjoni u ġewx ivverifikati sabiex tiġi żgurata konformità ma' dawk ir-rekwiżiti;
(ba)  jekk l-operazzjonijiet l-oħra li jidħlu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikoli 5(2) u 6 ġewx imwettqa u ivverifikati skont id-dritt tal-Unjoni;
(c)  jekk ix-xogħol tal-korp taċ-ċertifikazzjoni jsirx skont l-Artikolu 11 u għall-finijiet tat-Taqsima 2 ta' dan il-Kapitolu jew le;
(c)  jekk ix-xogħol tal-korp taċ-ċertifikazzjoni jsirx skont l-Artikolu 11 u għall-finijiet tat-Taqsima 2 ta' dan il-Kapitolu jew le;
(d)  jekk aġenzija tal-pagamenti tkunx konformi mal-kriterji ta' akkreditament stabbiliti fl-Artikolu 8(2) u jekk l-Istat Membru japplikax l-Artikolu 8(5) sewwa jew le.
(d)  jekk aġenzija tal-pagamenti tkunx konformi mal-kriterji ta' akkreditament stabbiliti fl-Artikolu 8(2) u jekk l-Istat Membru japplikax l-Artikolu 8(5) sewwa jew le;
(da)  jekk il-pjanijiet ta' azzjoni msemmija fl-Artikoli 39 u 40 humiex implimentati b'mod korrett.
Jekk il-Kummissjoni ma tkunx tista' toqgħod fuq ix-xogħol tal-korp taċ-ċertifikazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 46, fil-każ ta' nuqqasijiet serji identifikati fis-sistema ta' governanza, ġestjoni u kontroll tal-Istat Membru jew biex tiżgura li l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jkunu protetti skont l-Artikolu 57 ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tista' twettaq monitoraġġ estiż, inkluż verifiki fuq il-post sakemm jippersistu n-nuqqasijiet serji fis-sistema ta' governanza.
Il-persuni li l-Kummissjoni tkun awtorizzat biex jagħmlu l-verifiki f'isimha jew l-aġenti tal-Kummissjoni li jkunu qed jaġixxu fl-ambitu tas-setgħat li jkunu ngħatawlhom għandu jkollhom aċċess għall-kotba u għad-dokumenti l-oħrajn kollha li jkollhom x'jaqsmu man-nefqa ffinanzjata mill-FAEG jew mill-FAEŻR, fosthom id-dokumenti u l-metadata li jkunu tħejjew fuq medium elettroniku jew li jkunu waslu u ġew irreġistrati fuq it-tali medium.
Il-persuni li l-Kummissjoni tkun awtorizzat biex jagħmlu l-verifiki f'isimha jew l-aġenti tal-Kummissjoni li jkunu qed jaġixxu fl-ambitu tas-setgħat li jkunu ngħatawlhom għandu jkollhom aċċess għall-kotba u għad-dokumenti l-oħrajn kollha li jkollhom x'jaqsmu man-nefqa ffinanzjata mill-FAEG jew mill-FAEŻR, fosthom id-dokumenti u l-metadata li jkunu tħejjew fuq medium elettroniku jew li jkunu waslu u ġew irreġistrati fuq it-tali medium.
Is-setgħat għat-twettiq tal-verifiki ma għandhomx jaffettwaw l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jirriżervaw ċerti atti għall-aġenti li jinħatru b'mod speċifiku għal dan il-għan mil-liġi nazzjonali. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u tar-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, il-persuni li l-Kummissjoni tkun awtorizzat biex jaġixxu f'isimha ma għandhomx jieħdu sehem, fost l-oħrajn, fiż-żjajjar fid-djar jew fl-interrogatorji formali tal-persuni li jsiru abbażi tal-liġi tal-Istat Membru kkonċernat. Madankollu, huma għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni li tinkiseb b'dan il-mod.
Is-setgħat għat-twettiq tal-verifiki ma għandhomx jaffettwaw l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jirriżervaw ċerti atti għall-aġenti li jinħatru b'mod speċifiku għal dan il-għan mil-liġi nazzjonali. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u tar-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, il-persuni li l-Kummissjoni tkun awtorizzat biex jaġixxu f'isimha ma għandhomx jieħdu sehem, fost l-oħrajn, fiż-żjajjar fid-djar jew fl-interrogatorji formali tal-persuni li jsiru abbażi tal-liġi tal-Istat Membru kkonċernat. Madankollu, huma għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni li tinkiseb b'dan il-mod.
2.  Il-Kummissjoni għandha tavża lill-Istat Membru kkonċernat jew lill-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun se ssir il-verifika biżżejjed minn qabel dwar il-fatt li tkun se ssir verifika, filwaqt li tqis l-impatt amministrattiv fuq l-aġenziji tal-pagamenti meta tkun qed torganizza l-verifiki. F'dawn il-verifiki jistgħu jieħdu sehem aġenti mill-Istat Membru kkonċernat.
2.  Il-Kummissjoni għandha tavża lill-Istat Membru kkonċernat jew lill-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun se ssir il-verifika biżżejjed minn qabel dwar il-fatt li tkun se ssir verifika, filwaqt li tqis l-impatt amministrattiv fuq l-aġenziji tal-pagamenti meta tkun qed torganizza l-verifiki. F'dawn il-verifiki jistgħu jieħdu sehem aġenti mill-Istat Membru kkonċernat.
Fuq talba tal-Kummissjoni u bi qbil mal-Istat Membru kkonċernat, il-korpi kompetenti ta' dak l-Istat Membru għandhom iwettqu verifiki jew inkjesti addizzjonali dwar il-ħidmiet li dan ir-Regolament ikopri. L-aġenti tal-Kummissjoni jew il-persuni li l-Kummissjoni tkun awtorizzat biex jaġixxu f'isimha jistgħu jieħdu sehem fit-tali verifiki.
Fuq talba tal-Kummissjoni u bi qbil mal-Istat Membru kkonċernat, il-korpi kompetenti ta' dak l-Istat Membru għandhom iwettqu verifiki jew inkjesti addizzjonali dwar il-ħidmiet li dan ir-Regolament ikopri. L-aġenti tal-Kummissjoni jew il-persuni li l-Kummissjoni tkun awtorizzat biex jaġixxu f'isimha jistgħu jieħdu sehem fit-tali verifiki.
Sabiex ittejjeb il-verifiki, bi qbil mal-Istati Membri kkonċernati, il-Kummissjoni tista' titlob l-għajnuna tal-awtoritajiet ta' dawk l-Istati Membri għal ċerti verifiki jew għal ċerti inkjesti.
Sabiex ittejjeb il-verifiki, bi qbil mal-Istati Membri kkonċernati, il-Kummissjoni tista' titlob l-għajnuna tal-awtoritajiet ta' dawk l-Istati Membri għal ċerti verifiki jew għal ċerti inkjesti.
Emenda 132
Proposta għal Regolament
Artikolu 48 – paragrafu 3
3.  L-Istati Membri għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni l-informazzjoni dwar l-irregolaritajiet skont it-tifsira tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 2988/95, l-informazzjoni dwar każijiet oħrajn ta' nuqqas ta' konformità mal-kundizzjonijiet li l-Istati Membri jistabbilixxu fil-Pjan Strateġiku tal-PAK, l-informazzjoni dwar il-każijiet ta' frodi ssuspettata li jkunu nnutaw u l-informazzjoni dwar il-passi li jkunu ħadu skont it-Taqsima 3 ta' dan il-Kapitolu biex jirkupraw il-pagamenti mhux dovuti li jkunu saru b'rabta ma' dawk l-irregolaritajiet u ma' dawk il-każijiet ta' frodi.
3.  L-Istati Membri għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni l-informazzjoni dwar l-irregolaritajiet skont it-tifsira tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95, l-informazzjoni dwar każijiet oħrajn ta' nuqqas ta' konformità mal-kundizzjonijiet li l-Istati Membri jistabbilixxu fil-Pjan Strateġiku tal-PAK, l-informazzjoni dwar il-każijiet ta' frodi ssuspettata li jkunu nnutaw u l-informazzjoni dwar il-passi li jkunu ħadu skont it-Taqsima 3 ta' dan il-Kapitolu biex jirkupraw il-pagamenti mhux dovuti li jkunu saru b'rabta ma' dawk l-irregolaritajiet u ma' dawk il-każijiet ta' frodi. Il-Kummissjoni għandha tiġbor fil-qosor din l-informazzjoni u tippubblika rapporti pluriennali filwaqt li tibgħathom lill-Parlament Ewropew. 
Emenda 280
Proposta għal regolament
Artikolu 51
1.  Qabel il-31 ta' Mejju tas-sena ta' wara s-sena baġitarja kkonċernata u abbażi tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(3)(a) u (c), il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jkun fihom id-deċiżjoni tagħha dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti akkreditati b'rabta man-nefqa msemmija fl-Artikolu 5(2) u fl-Artikolu 6.
1.  Qabel il-31 ta' Mejju tas-sena ta' wara s-sena baġitarja kkonċernata u abbażi tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(3)(a), (b) u (c), il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jkun fihom id-deċiżjoni tagħha dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti akkreditati b'rabta man-nefqa msemmija fl-Artikolu 5(2) u fl-Artikolu 6.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom ikopru l-kompletezza, il-preċiżjoni u l-veraċità tal-kontijiet annwali mressqin u għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-kontenut tal-atti ta' implimentazzjoni adottati sussegwentement skont l-Artikoli 52 u 53.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom ikopru l-kompletezza, il-preċiżjoni u l-veraċità tal-kontijiet annwali mressqin u għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-kontenut tal-atti ta' implimentazzjoni adottati sussegwentement skont l-Artikolu 53.
Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 101(2).
Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 101(2).
2.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu r-regoli dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet prevista fil-paragrafu 1 f'dak li għandu x'jaqsam mal-miżuri li jridu jittieħdu b'rabta mal-adozzjoni tal-atti ta' implimentazzjoni msemmijin fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 u mal-implimentazzjoni tagħhom, fosthom l-iskambju tal-informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri u l-iskadenzi li jridu jitħarsu.
2.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu r-regoli dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet prevista fil-paragrafu 1 f'dak li għandu x'jaqsam mal-miżuri li jridu jittieħdu b'rabta mal-adozzjoni tal-atti ta' implimentazzjoni msemmijin fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 u mal-implimentazzjoni tagħhom, fosthom l-iskambju tal-informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri u l-iskadenzi li jridu jitħarsu.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 101(3).
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 101(3).
Emenda 141
Proposta għal Regolament
Artikolu 52
Artikolu 52
imħassar
Approvazzjoni annwali tal-prestazzjoni
1.  Meta ma jkunx hemm output li jikkorrispondi man-nefqa msemmija fl-Artikolu 5(2) u fl-Artikolu 6 u li tikkorrispondi mal-interventi msemmijin fit-Titolu III tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK], kif irrappurtat fir-rapport annwali dwar il-prestazzjoni, qabel il-15 ta' Ottubru tas-sena ta' wara s-sena baġitarja kkonċernata, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-ammonti li jridu jitnaqqsu mill-finanzjament tal-Unjoni Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-kontenut tal-atti ta' implimentazzjoni adottati sussegwentement skont l-Artikolu 53 ta' dan ir-Regolament.
Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 101(2).
2.  Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-ammonti li jridu jitnaqqsu abbażi tad-differenza bejn in-nefqa annwali ddikjarata għal intervent u l-ammont li jikkorrispondi mal-output rilevanti rrappurtat skont il-Pjan Strateġiku nazzjonali tal-PAK, filwaqt li tqis il-ġustifikazzjonijiet li l-Istat Membru jkun ipprovda.
3.  Qabel ma tadotta l-att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tagħti ċ-ċans lill-Istat Membru jibgħat il-kummenti tiegħu u jiġġustifika kull differenza li jkun hemm.
4.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 100 li jissupplimentaw dan ir-Regolament b'regoli dwar il-kriterji għall-ġustifikazzjonijiet tal-Istat Membru kkonċernat u dwar il-kriterji u l-metodoloġija biex jiġi applikat it-tnaqqis.
5.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu r-regoli dwar il-miżuri li jridu jittieħdu b'rabta mal-adozzjoni tal-att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 u mal-implimentazzjoni tiegħu, fosthom l-iskambju tal-informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, il-proċedura u l-iskadenzi li jridu jitħarsu.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 101(3).
Emenda 281
Proposta għal regolament
Artikolu 53
1.  Meta l-Kummissjoni ssib li n-nefqa msemmija fl-Artikolu 5(2) u fl-Artikolu 6 ma tkunx saret skont il-liġi tal-Unjoni, għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-ammonti li jridu jiġu esklużi mill-finanzjament tal-Unjoni.
1.  Meta l-Kummissjoni ssib li n-nefqa msemmija fl-Artikolu 5(2) u fl-Artikolu 6 ma tkunx saret skont il-liġi tal-Unjoni, għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-ammonti li jridu jiġu esklużi mill-finanzjament tal-Unjoni.
Madankollu, għat-tipi ta' interventi li jissemmew fir-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK], l-esklużjonijiet mill-finanzjament tal-Unjoni kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandhom japplikaw biss f'każ li jkun hemm nuqqasijiet serji fil-funzjonament tas-sistemi ta' governanza tal-Istati Membri.
L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għall-każijiet ta' nuqqas ta' konformità mal-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà għall-benefiċjarji individwali stabbiliti fil-Pjanijiet Strateġiċi nazzjonali tal-PAK u fir-regoli nazzjonali.
L-atti ta' implimentazzjoni msemmijin fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 101(2).
L-atti ta' implimentazzjoni msemmijin fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 101(2).
2.  Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-ammonti li jridu jiġu esklużi abbażi tal-gravità tan-nuqqasijiet li jkunu nstabu.
2.  Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-ammonti li jridu jiġu esklużi abbażi tal-gravità tan-nuqqas ta' konformità reġistrat. Hija għandha tqis kif xieraq in-natura tal-ksur u tal-ħsara finanzjarja li l-Unjoni ġġarrab. Għandha tibbaża l-esklużjoni fuq l-ammonti identifikati bħala li jkunu ntefqu bla bżonn. Fejn ma jkunx raġonevolment possibbli li jiġi kkalkulat l-ammont eżatt, il-korrezzjonijiet b'rata fissa għandhom jintużaw b'mod proporzjonat.
3.  Qabel ma jiġi adottat l-att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 1, is-sejbiet tal-Kummissjoni u t-tweġibiet tal-Istat Membru kkonċernat għandhom jintbagħtu lil xulxin bil-miktub, u wara dan iż-żewġ partijiet għandhom jippruvaw jilħqu ftehim dwar l-azzjoni li trid tittieħed b'rabta ma' dan. Wara dan, l-Istat Membru għandu jingħata ċ-ċans juri li, fir-realtà, in-nuqqas ta' konformità mhuwiex gravi daqskemm jidher li hu mill-valutazzjoni tal-Kummissjoni.
3.  Qabel ma jiġi adottat l-att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 1, is-sejbiet tal-Kummissjoni u t-tweġibiet tal-Istat Membru kkonċernat għandhom jintbagħtu lil xulxin bil-miktub, u wara dan iż-żewġ partijiet għandhom jippruvaw jilħqu ftehim dwar l-azzjoni li trid tittieħed b'rabta ma' dan. Wara dan, l-Istat Membru għandu jingħata ċ-ċans juri li, fir-realtà, in-nuqqas ta' konformità mhuwiex gravi daqskemm jidher li hu mill-valutazzjoni tal-Kummissjoni.
Jekk ma jintlaħaqx ftehim, l-Istat Membru jista' jitlob il-ftuħ ta' proċedura bil-għan li tiġi rrikonċiljata, fi żmien perijodu ta' erba' xhur, il-pożizzjoni ta' kull parti. Għandu jintbagħat rapport dwar l-eżitu tal-proċedura lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tqis ir-rakkomandazzjonijiet tar-rapport qabel ma tiddeċiedi li tirrifjuta l-finanzjament u, jekk tiddeċiedi li ma ssegwix dawk ir-rakkomandazzjonijiet, għandha tiġġustifika dan.
Jekk ma jintlaħaqx ftehim, l-Istat Membru jista' jitlob il-ftuħ ta' proċedura bil-għan li tiġi rrikonċiljata, fi żmien perijodu ta' erba' xhur, il-pożizzjoni ta' kull parti. Għandu jintbagħat rapport dwar l-eżitu tal-proċedura lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tqis ir-rakkomandazzjonijiet tar-rapport qabel ma tiddeċiedi li tirrifjuta l-finanzjament u, jekk tiddeċiedi li ma ssegwix dawk ir-rakkomandazzjonijiet, għandha tiġġustifika dan.
4.  Il-finanzjament ma għandux jiġi rrifjutat għan-nefqa li ġejja:
4.  Il-finanzjament ma għandux jiġi rrifjutat għan-nefqa li ġejja:
(a)  in-nefqa kif indikat fl-Artikolu 5(2) li tkun saret iktar minn 24 xahar qabel ma l-Kummissjoni tgħarraf lill-Istat Membru bil-miktub bis-sejbiet tagħha;
(a)  in-nefqa kif indikat fl-Artikolu 5(2) li tkun saret iktar minn 24 xahar qabel ma l-Kummissjoni tgħarraf lill-Istat Membru bil-miktub bis-sejbiet tagħha;
(b)  in-nefqa għall-interventi pluriennali li jidħlu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 5(2) jew fil-kamp ta' applikazzjoni tal-interventi għall-iżvilupp rurali kif imsemmi fl-Artikolu 6, li għaliha l-aħħar obbligu tal-benefiċjarju jkun seħħ iktar minn 24 xahar qabel ma l-Kummissjoni tgħarraf lill-Istat Membru bil-miktub bis-sejbiet tagħha;
(b)  in-nefqa għall-interventi pluriennali li jidħlu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 5(2) jew fil-kamp ta' applikazzjoni tal-interventi għall-iżvilupp rurali kif imsemmi fl-Artikolu 6, li għaliha l-aħħar obbligu tal-benefiċjarju jkun seħħ iktar minn 24 xahar qabel ma l-Kummissjoni tgħarraf lill-Istat Membru bil-miktub bis-sejbiet tagħha;
(c)  in-nefqa għall-interventi għall-iżvilupp rurali kif imsemmi fl-Artikolu 6, minbarra dawk li jissemmew fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu, li għalihom l-aġenzija tal-pagamenti tkun għamlet il-pagament jew l-aħħar pagament, skont il-każ, iktar minn 24 xahar qabel ma l-Kummissjoni tgħarraf lill-Istat Membru bil-miktub bis-sejbiet tagħha.
(c)  in-nefqa għall-interventi għall-iżvilupp rurali kif imsemmi fl-Artikolu 6, minbarra dawk li jissemmew fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu, li għalihom l-aġenzija tal-pagamenti tkun għamlet il-pagament jew l-aħħar pagament, skont il-każ, iktar minn 24 xahar qabel ma l-Kummissjoni tgħarraf lill-Istat Membru bil-miktub bis-sejbiet tagħha.
5.  Il-paragrafu 4 ma għandux japplika fil-każijiet ta':
5.  Il-paragrafu 4 ma għandux japplika fil-każijiet ta':
(a)  fil-każ ta' għajnuniet li Stat Membru jkun ta u li dwarhom il-Kummissjoni tkun nediet il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat jew fil-każ ta' ksur li l-Kummissjoni tkun avżat lill-Istat Membru kkonċernat dwaru permezz ta' opinjoni motivata skont l-Artikolu 258 tat-Trattat;
(a)  fil-każ ta' għajnuniet li Stat Membru jkun ta u li dwarhom il-Kummissjoni tkun nediet il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat jew fil-każ ta' ksur li l-Kummissjoni tkun avżat lill-Istat Membru kkonċernat dwaru permezz ta' opinjoni motivata skont l-Artikolu 258 tat-Trattat;
(b)  fil-każ ta' ksur min-naħa tal-Istati Membri tal-obbligi tagħhom skont il-Kapitolu III tat-Titolu IV ta' dan ir-Regolament, dejjem jekk il-Kummissjoni tavża lill-Istat Membru kkonċernat bil-miktub bis-sejbiet tagħha fi żmien 12-il xahar minn meta tirċievi r-rapport tal-Istat Membru dwar ir-riżultati tal-verifiki tiegħu fuq in-nefqa kkonċernata.
(b)  fil-każ ta' ksur min-naħa tal-Istati Membri tal-obbligi tagħhom skont il-Kapitolu III tat-Titolu IV ta' dan ir-Regolament, dejjem jekk il-Kummissjoni tavża lill-Istat Membru kkonċernat bil-miktub bis-sejbiet tagħha fi żmien 12-il xahar minn meta tirċievi r-rapport tal-Istat Membru dwar ir-riżultati tal-verifiki tiegħu fuq in-nefqa kkonċernata.
6.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 100 li jissupplimentaw dan ir-Regolament b'regoli dwar il-kriterji u l-metodoloġija biex jiġu applikati l-korrezzjonijiet finanzjarji.
6.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 100 li jissupplimentaw dan ir-Regolament b'regoli dwar il-kriterji u l-metodoloġija biex jiġu applikati l-korrezzjonijiet finanzjarji inklużi l-korrezzjonijiet b'rata fissa msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.
7.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu r-regoli dwar il-miżuri li jridu jittieħdu b'rabta mal-adozzjoni tal-att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 u mal-implimentazzjoni tiegħu, fosthom l-iskambju tal-informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, l-iskadenzi li jridu jitħarsu u l-proċedura ta' konċiljazzjoni prevista fil-paragrafu 3, fosthom it-twaqqif tal-korp ta' konċiljazzjoni u l-kompiti, il-kompożizzjoni u l-arranġamenti ta' ħidma tiegħu.
7.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 100, li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu r-regoli dwar il-miżuri li jridu jittieħdu b'rabta mal-adozzjoni tal-att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 u mal-implimentazzjoni tiegħu, fosthom l-iskambju tal-informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, l-iskadenzi li jridu jitħarsu u l-proċedura ta' konċiljazzjoni prevista fil-paragrafu 3, fosthom it-twaqqif tal-korp ta' konċiljazzjoni u l-kompiti, il-kompożizzjoni u l-arranġamenti ta' ħidma tiegħu.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 101(3).
Emenda 146
Proposta għal Regolament
Artikolu 53 a (ġdid)
Artikolu 53a
Irkupri għal nuqqas ta' konformità
1.  L-Istati Membri għandhom jitolbu rkupru mill-benefiċjarju għal kwalunkwe pagament mhux dovut wara l-okkorrenza ta' irregolaritajiet u każijiet oħra ta' nuqqas ta' konformità minn benefiċjarji bil-kundizzjonijiet tal-interventi msemmija fil-Pjan Strateġiku tal-PAK u jressqu proċediment legali għal dak il-għan fejn meħtieġ.
2.  Jekk is-somma ma tkunx ġiet irkuprata fi żmien erba' snin mid-data tat-talba għal irkupru, jew fi żmien tmien snin jekk l-irkupru jiġi indirizzat mill-qrati nazzjonali, 50 % tal-ispiża finanzjarja tan-nuqqas ta' rkupru għandhom jiġġarrbu mill-Istat Membru kkonċernat u 50 % mill-Unjoni, mingħajr preġudizzju għar-rekwiżit li l-Istat Membru kkonċernat għandu jsegwi proċeduri ta' rkupru f'konformità mal-Artikolu 57.
3.  Għal raġunijiet debitament ġustifikati, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jsegwux l-irkupru. Deċiżjoni għal dak il-għan tista' tittieħed biss fil-każijiet li ġejjin:
(a)  jekk l-ispejjeż ta' rkupru diġà mġarrba u l-ispejjeż li x'aktarx ikunu magħmula jlaħħqu aktar mill-ammont li jkollu jiġi rkuprat, liema kundizzjoni għandha titqies li ġiet issodisfata jekk:
(i)  l-ammont li għandu jiġi rkuprat mingħand il-benefiċjarju fil-kuntest ta' pagament individwali għal intervent, mingħajr l-imgħax, ma jaqbiżx il-EUR 100; jew
(ii)  l-ammont li għandu jiġi rkuprat mingħand il-benefiċjarju fil-kuntest ta' pagament individwali għal intervent, mingħajr l-imgħax, ikun ta' bejn EUR 100  u EUR 250 u l-Istat Membru kkonċernat japplika livell limitu daqs jew ogħla mill-ammont li għandu jiġi rkuprat skont il-liġi nazzjonali tiegħu biex ma jiġux imfittxija djun nazzjonali;
(b)  fejn jiġi ppruvat li l-irkupru huwa impossibbli minħabba l-insolvenza, irreġistrata u rikonoxxuta skont il-liġi nazzjonali, tad-debitur jew tal-persuni legalment responsabbli għall-irregolarità.
Emenda 147
Proposta għal Regolament
Artikolu 54 – paragrafu 1
Is-somom li l-Istati Membri jirkupraw wara li jkun hemm irregolaritajiet jew wara li l-benefiċjarji jonqsu milli jikkonformaw mal-kundizzjonijiet tal-interventi msemmijin fil-Pjan Strateġiku tal-PAK u l-imgħax fuqhom għandhom jingħaddew lill-aġenzija tal-pagamenti li trid iddaħħalhom fil-kontijiet bħala dħul assenjat lill-FAEG fix-xahar li fih tirċevihom fir-realtà.
Is-somom li l-Istati Membri jirkupraw wara li jkun hemm irregolaritajiet jew wara li l-benefiċjarji jonqsu milli jikkonformaw mal-kundizzjonijiet tal-interventi msemmijin fil-Pjan Strateġiku tal-PAK u l-imgħax fuqhom li għandu jiġi kkalkolat mill-jum ta' wara d-data li fiha kien dovut il-pagament, għandhom jingħaddew lill-aġenzija tal-pagamenti li trid iddaħħalhom fil-kontijiet bħala dħul assenjat lill-FAEG fix-xahar li fih tirċevihom fir-realtà.
Emenda 148
Proposta għal Regolament
Artikolu 54 – paragrafu 1 a (ġdid)
L-Istati Membri jistgħu, mingħajr preġudizzju għall-ewwel paragrafu, jagħtu struzzjonijiet lill-aġenzija tal-pagamenti, bħala l-korp responsabbli għall-irkupru tad-dejn, biex tnaqqas kwalunkwe dejn pendenti dovut minn benefiċjarju minn pagamenti futuri lil dak il-benefiċjarju.
Emenda 149
Proposta għal Regolament
Artikolu 55 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
Meta jiġu nnutati irregolaritajiet u każijiet oħrajn ta' nuqqas ta' konformità tal-benefiċjarji mal-kundizzjonijiet tal-interventi għall-iżvilupp rurali msemmijin fil-Pjan Strateġiku tal-PAK, l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-aġġustamenti finanzjarji billi jikkanċellaw, b'mod parzjali jew għalkollox, il-finanzjament tal-Unjoni kkonċernat. L-Istati Membri għandhom iqisu n-natura tan-nuqqasijiet ta' konformità li jkunu nstabu u l-gravità tagħhom, kif ukoll il-livell tat-telf finanzjarju għall-FAEŻR.
Meta jiġu nnotati irregolaritajiet u każijiet oħrajn ta' nuqqas ta' konformità tal-benefiċjarji mal-kundizzjonijiet tal-interventi għall-iżvilupp rurali msemmijin fil-Pjan Strateġiku tal-PAK, l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-aġġustamenti finanzjarji billi jikkanċellaw b'mod parzjali jew, f'ċirkostanzi eċċezzjonali, jikkanċellaw għalkollox, il-finanzjament tal-Unjoni kkonċernat. L-Istati Membri għandhom iqisu n-natura tan-nuqqasijiet ta' konformità li jkunu nstabu u l-gravità tagħhom, kif ukoll il-livell tat-telf finanzjarju għall-FAEŻR.
Emenda 150
Proposta għal Regolament
Artikolu 55 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
L-ammonti tal-finanzjament tal-Unjoni fil-kuntest tal-FAEŻR li jkunu ġew ikkanċellati u l-ammonti li jkunu ġew irkuprati, kif ukoll l-imgħax fuqhom, għandhom jiġu riallokati għal interventi oħrajn għall-iżvilupp rurali fil-Pjan Strateġiku tal-PAK. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jerġgħu jużaw il-Fondi tal-Unjoni li jkunu ġew ikkanċellati jew li jkunu ġew irkuprati biss għal ħidma tal-iżvilupp rurali fil-kuntest tal-Pjan Strateġiku nazzjonali tal-PAK u dejjem jekk dawn il-fondi ma jiġux riallokati għal ħidmiet tal-iżvilupp rurali li jkun sarilhom aġġustament finanzjarju.
L-ammonti tal-finanzjament tal-Unjoni fil-kuntest tal-FAEŻR li jkunu ġew ikkanċellati u l-ammonti li jkunu ġew irkuprati, kif ukoll l-imgħax fuqhom, li għandu jiġi kkalkolat mid-data ta' wara l-jum li fih kien dovut il-pagament, għandhom jiġu riallokati għal interventi oħrajn għall-iżvilupp rurali fl-istess Pjan Strateġiku tal-PAK.
Emenda 151
Proposta għal Regolament
Artikolu 55 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 a (ġdid)
L-Istati Membri għandhom inaqqsu kwalunkwe somma mħallsa bla bżonn bħala riżultat ta' irregolarità pendenti minn benefiċjarju, skont it-termini stabbiliti f'dan l-Artikolu, minn kwalunkwe pagament futur lill-benefiċjarju mill-aġenzija tal-pagamenti.
Emenda 152
Proposta għal Regolament
Artikolu 55 – paragrafu 1 – subparagrafu 2b (ġdid)
Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jerġgħu jużaw il-fondi kollha tal-Unjoni li jkunu ġew ikkanċellati jew li jkunu ġew irkuprati biss għal ħidma tal-iżvilupp rurali fil-kuntest tal-Pjan Strateġiku nazzjonali tal-PAK u dejjem jekk dawn il-fondi ma jiġux riallokati għal ħidmiet tal-iżvilupp rurali li jkun sarilhom aġġustament finanzjarju.
Emenda 226
Proposta għal regolament
Artikolu 57
1.  Fil-qafas tal-PAK, l-Istati Membri għandhom jadottaw id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi kollha u jieħdu l-miżuri l-oħrajn kollha meħtieġa biex jiżguraw li jitħarsu b'mod effettiv l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Dawk id-dispożizzjonijiet u l-miżuri għandhom ikunu marbutin, b'mod partikolari, mal-affarijiet li ġejjin:
1.  Fil-qafas tal-PAK, l-Istati Membri għandhom filwaqt li jirrispettaw is-sistemi ta' governanza applikabbli, jadottaw id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi kollha u jieħdu l-miżuri l-oħrajn kollha meħtieġa biex jiżguraw li jitħarsu b'mod effettiv l-interessi finanzjarji tal-Unjoni inkluża l-applikazzjoni tal-kriterji tal-eliġibbiltà tal-infiq stabbiliti fl-Artikolu 35. Dawk id-dispożizzjonijiet u l-miżuri għandhom ikunu marbutin, b'mod partikolari, mal-affarijiet li ġejjin:
(a)  mal-verifika tal-legalità u tar-regolarità tal-ħidmiet iffinanzjati mill-Fondi;
(a)  mal-verifika tal-legalità u tar-regolarità tal-ħidmiet iffinanzjati mill-Fondi, inkluż fil-livell tal-benefiċjarji;
(b)  mal-iżgurar ta' prevenzjoni effettiva tal-frodi, l-aktar f'oqsma b'livell ogħla ta' riskju, li se sservi wkoll ta' deterrent, filwaqt li jqisu l-ispejjeż u l-benefiċċji kif ukoll il-proporzjonalità tal-miżuri;
(b)  mal-iżgurar ta' prevenzjoni effettiva tal-frodi, l-aktar f'oqsma b'livell ogħla ta' riskju, li se sservi wkoll ta' deterrent, filwaqt li jqisu l-ispejjeż u l-benefiċċji kif ukoll il-proporzjonalità tal-miżuri;
(c)  jipprevjenu, isibu u jikkoreġu irregolaritajiet u frodi;
(c)  jipprevjenu, isibu u jikkoreġu irregolaritajiet u frodi;
(d)  mal-imposta ta' penali li jkunu effettivi, dissważivi u proporzjonati skont il-liġi tal-Unjoni jew, jekk ma jkunx hemm it-tali dispożizzjonijiet, skont il-liġi nazzjonali, u mat-tnedija ta' proċedimenti legali għal dan il-għan, skont il-bżonn;
(d)  mal-imposta ta' penali li jkunu effettivi, dissważivi u proporzjonati skont il-liġi tal-Unjoni jew, jekk ma jkunx hemm it-tali dispożizzjonijiet, skont il-liġi nazzjonali, u mat-tnedija ta' proċedimenti legali għal dan il-għan, skont il-bżonn;
(e)  mal-irkupru tal-pagamenti mhux dovuti flimkien mal-imgħax fuqhom u mat-tnedija ta' proċedimenti legali għal dan il-għan, skont il-bżonn.
(e)  mal-irkupru tal-pagamenti mhux dovuti flimkien mal-imgħax fuqhom u mat-tnedija ta' proċedimenti legali għal dan il-għan, skont il-bżonn.
2.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistemi effiċjenti ta' ġestjoni u ta' kontroll sabiex jiżguraw li jkun hemm konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tirregola l-interventi tal-Unjoni.
2.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistemi effiċjenti ta' ġestjoni u ta' kontroll sabiex jiżguraw li jkun hemm konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tirregola l-interventi tal-Unjoni.
3.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-prekawzjonijiet ix-xierqa biex jiżguraw li l-penali li jiġu imposti kif imsemmi fil-paragrafu 1(d) ikunu proporzjonati u jkunu mqassmin skont il-gravità, l-estent, it-tul ta' żmien u l-okkorrenza mill-ġdid tan-nuqqas ta' konformità li jkun instab.
3.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-prekawzjonijiet ix-xierqa biex jiżguraw li l-penali li jiġu imposti kif imsemmi fil-paragrafu 1(d) ikunu proporzjonati u jkunu mqassmin skont il-gravità, l-estent, it-tul ta' żmien u l-okkorrenza mill-ġdid tan-nuqqas ta' konformità li jkun instab.
L-arranġamenti li jistabbilixxu l-Istati Membri għandhom jiżguraw, b'mod partikolari, li ma jiġu imposti l-ebda penali fil-każijiet li ġejjin:
L-arranġamenti li jistabbilixxu l-Istati Membri għandhom jiżguraw, b'mod partikolari, li ma jiġu imposti l-ebda penali fil-każijiet li ġejjin:
(a)  meta n-nuqqas ta' konformità jkun dovut għal force majeure;
(a)  meta n-nuqqas ta' konformità jkun dovut għal force majeure;
(b)  meta n-nuqqas ta' konformità tkun dovuta għal żball tal-awtorità kompetenti jew awtorità oħra, u jekk l-iżball ma jkunx seta' jiġi ttraċċat raġonevolment mill-persuna kkonċernata mill-piena amministrattiva;
(b)  meta n-nuqqas ta' konformità tkun dovuta għal żball tal-awtorità kompetenti jew awtorità oħra, u jekk l-iżball ma jkunx seta' jiġi ttraċċat raġonevolment mill-persuna kkonċernata mill-piena amministrattiva;
(c)  meta l-persuna kkonċernata tkun tista' turi, b'mod li jissodisfa lill-awtorità kompetenti, li hija mhijiex ħatja għan-nuqqas ta' konformità mal-obbligi msemmijin fil-paragrafu 1 jew meta l-awtorità kompetenti tkun issodisfata b'xi mod ieħor li l-persuna kkonċernata mhijiex ħatja.
(c)  meta l-persuna kkonċernata tkun tista' turi, b'mod li jissodisfa lill-awtorità kompetenti, li hija mhijiex ħatja għan-nuqqas ta' konformità mal-obbligi msemmijin fil-paragrafu 1 jew meta l-awtorità kompetenti tkun issodisfata b'xi mod ieħor li l-persuna kkonċernata mhijiex ħatja.
Meta n-nuqqas ta' konformità mal-kundizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna jkun ġej minħabba każ ta' forza maġġuri, il-benefiċjarju ma għandux jitlef id-dritt tiegħu li jirċievi l-għajnuna.
Meta n-nuqqas ta' konformità mal-kundizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna jkun ġej minħabba każ ta' forza maġġuri, il-benefiċjarju ma għandux jitlef id-dritt tiegħu li jirċievi l-għajnuna.
4.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-arranġamenti biex jiżguraw li l-ilmenti dwar il-Fondi jiġu analizzati b'mod effettiv u, fuq talba tal-Kummissjoni, għandhom janalizzaw l-ilmenti li jkunu ntbagħtu lill-Kummissjoni u li jkunu jidħlu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK tagħhom. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bir-riżultati ta' dawk l-analiżi.
4.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-arranġamenti biex jiżguraw li l-ilmenti dwar il-Fondi jiġu analizzati b'mod effettiv u, fuq talba tal-Kummissjoni, għandhom janalizzaw l-ilmenti li jkunu ntbagħtu lill-Kummissjoni u li jkunu jidħlu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK tagħhom. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bir-riżultati ta' dawk l-analiżi.
Meta jiġu identifikati nuqqasijiet fir-rigward tal-eżami u t-trattament tal-ilmenti fi Stat Membru, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi mekkaniżmu tal-ilmenti li permezz tiegħu l-benefiċjarji li jesperjanzaw trattament inġust, jew trattament li jpoġġihom fi żvantaġġ, fir-rigward tal-impenn jew l-iżborż tal-fondi pubbliċi taħt ġestjoni diretta jew kondiviża inklużi deċiżjonijiet ta' offerti pubbliċi jkunu jistgħu jressqu lmenti diretti quddiem il-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li tiġi ggarantita protezzjoni xierqa għall-persuni fiżiċi jew ġuridiċi wara li jressqu lment.
5.  L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar id-dispożizzjonijiet adottati u l-miżuri meħuda skont il-paragrafi 1 u 2.
5.  L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar id-dispożizzjonijiet adottati u l-miżuri meħuda skont il-paragrafi 1 u 2.
6.  Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni, li jistipulaw ir-regoli meħtieġa bil-għan li tinkiseb l-applikazzjoni uniformi ta' dan l-Artikolu. Dawk ir-regoli jistgħu jkunu relatati ma' dan li ġej:
6.  Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni, li jistipulaw ir-regoli meħtieġa bil-għan li tinkiseb l-applikazzjoni uniformi ta' dan l-Artikolu. Dawk ir-regoli jistgħu jkunu relatati ma' dan li ġej:
(a)  il-proċeduri, l-iskadenzi u l-iskambju ta' informazzjoni fir-rigward tal-obbligi stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2;
(a)  il-proċeduri, l-iskadenzi u l-iskambju ta' informazzjoni fir-rigward tal-obbligi stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2;
(b)  in-notifiki u l-komunikazzjonijiet li l-Istati Membri jridu jibagħtu lill-Kummissjoni b'rabta mal-obbligi stabbiliti fil-paragrafi 3 u 4.
(b)  in-notifiki u l-komunikazzjonijiet li l-Istati Membri jridu jibagħtu lill-Kummissjoni b'rabta mal-obbligi stabbiliti fil-paragrafi 3 u 4.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 101(3).
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 101(3).
Emenda 159
Proposta għal Regolament
Artikolu 57a (ġdid)
Artikolu 57a
Korrezzjoni ta' żbalji
1.  L-Istati Membri jistgħu jfittxu li fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom jinkludu dispożizzjonijiet li jipprovdu lill-benefiċjarji d-dritt li jimmodifikaw jew jagħmlu konformi dikjarazzjoni amministrattiva jew talba għal għajnuna jew appoġġ li jkunu għamlu qabel, mingħajr tnaqqis jew penali imposti, f'każ li:
(a)  il-benefiċjarju wettaq żball klerikali meta rrapporta s-sitwazzjoni tiegħu;
(b)  il-benefiċjarju ma fehemx il-kriterji tal-eliġibbiltà, l-impenji jew l-obbligi l-oħra rigward l-allokazzjoni ta' għajnuna jew appoġġ fir-rigward tas-sitwazzjoni tagħhom.
Dan id-dritt ta' modifika jew konformità għandu japplika kull meta l-iżball jew l-ommissjoni ssir in bona fede u ma jitqiesx li huwa tentattiv ta' frodi.
L-awtoritajiet nazzjonali rilevanti għandhom ikunu responsabbli sabiex jiddeterminaw il-"bona fede" ta' benefiċjarju.
Emenda 160
Proposta għal Regolament
Artikolu 58 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm il-livell ta' verifiki meħtieġ biex ikun hemm ġestjoni effettiva tar-riskji.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm il-livell ta' verifiki meħtieġ biex ikun hemm ġestjoni effettiva tar-riskji li jista' jkun aktar baxx mil-livell inizjali ladarba s-sistemi ta' ġestjoni u ta' monitoraġġ ikunu qed jiffunzjonaw sew u r-rati tal-iżbalji jkunu ġew stabbiliti f'livell aċċettabbli. L-awtorità rilevanti għandha tfassal il-kampjun ta' verifika tagħha mill-popolazzjoni sħiħa ta' applikanti li tinkludi, fejn xieraq, parti aleatorja sabiex tinkiseb rata ta' żball rappreżentattiva u parti bbażata fuq ir-riskju, li għandu jkollu fil-mira tiegħu ż-żoni fejn ir-riskju għall-interess finanzjarju tal-Unjoni jkun l-ogħla.
Emenda 161
Proposta għal Regolament
Artikolu 58 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt e
(e)  regoli oħrajn dwar il-verifiki li l-Istati Membri jridu jwettqu b'rabta mal-miżuri stabbiliti fil-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) Nru 228/2013 u fil-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) Nru 229/2013 rispettivament.
imħassar
Emenda 162
Proposta għal Regolament
Artikolu 62 – paragrafu 3 – punt a
(a)  l-iżgurar ta' trattament mhux diskriminatorju, ta' trattament ugwali u tal-ħarsien tal-proporzjonalità meta tiġi ddepożitata garanzija;
(a)  jiġi żgurat trattament mhux diskriminatorju, ta' trattament ugwali u tal-ħarsien tal-proporzjonalità meta tiġi ddepożitata garanzija;
Emenda 163
Proposta għal Regolament
Artikolu 63 – paragrafu 4 – punt c
(c)  "sistema għall-identifikazzjoni u għar-reġistrazzjoni tal-annimali" tfisser is-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem tal-fart stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill33 jew is-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' annimali ovini u kaprini stabbilita fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/200434;
(c)  "sistema għall-identifikazzjoni u għar-reġistrazzjoni tal-annimali" tfisser is-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem tal-fart stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill33 jew is-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' annimali ovini u kaprini stabbilita fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/200434 jew, fejn applikabbli, is-sistema għall-identifikazzjoni jew ir-reġistrazzjoni tal-ħnieżer stabbilita mid-Direttiva tal-Kunsill 2008/71/KE34a u bażijiet ta' data oħra stabbiliti mill-Istati Membri għall-annimali;
__________________
__________________
33 Ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Lulju 2000 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem tal-fart u dwar it-tikkettjar tal-laħam taċ-ċanga u tal-prodotti tal-laħam taċ-ċanga u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 820/97 (ĠU L 204, 11.8.2000, p. 1).
33 Ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Lulju 2000 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem tal-fart u dwar it-tikkettjar tal-laħam taċ-ċanga u tal-prodotti tal-laħam taċ-ċanga u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 820/97 (ĠU L 204, 11.8.2000, p. 1).
34 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 tas-17 ta' Diċembru 2003 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' annimali ovini u kaprini u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u d-Direttivi 92/102/KEE u 64/432/KEE (ĠU L 5, 9.1.2004, p. 8).
34 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 tas-17 ta' Diċembru 2003 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' annimali ovini u kaprini u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u d-Direttivi 92/102/KEE u 64/432/KEE (ĠU L 5, 9.1.2004, p. 8).
34a Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/71/KE tal-15 ta' Lulju 2008 dwar l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-ħnieżer (ĠU L 213, 8.8.2008, p. 31).
Emenda 164
Proposta għal Regolament
Artikolu 63 – paragrafu 4 – punt f
(f)  "sistema mingħajr talbiet" tfisser sistema għall-applikazzjonijiet għall-interventi bbażati fuq l-erja jew għall-interventi bbażati fuq l-annimali li fiha d-data neċessarja li l-amministrazzjoni għandha bżonn tal-inqas fuq l-erjas jew fuq l-annimali individwali li għalihom qed tintalab l-għajnuna tinsab fid-databases kompjuterizzati uffiċjali li l-Istat Membru jamministra.
(f)  "sistema mingħajr talbiet" tfisser sistema għall-applikazzjonijiet mimlija minn qabel jew tip ta' sistema għall-applikazzjoni oħra għall-interventi bbażati fuq l-erja jew għall-interventi bbażati fuq l-annimali li fiha d-data neċessarja li l-amministrazzjoni għandha bżonn tal-inqas fuq l-erjas jew fuq l-annimali individwali li għalihom qed tintalab l-għajnuna tinsab fid-databases kompjuterizzati uffiċjali li l-Istat Membru jamministra.
Emenda 165
Proposta għal Regolament
Artikolu 64 – paragrafu 1 – punt c
(c)  sistema ta' monitoraġġ tal-erja;
(c)  sistema ta' monitoraġġ u ta' kontroll tal-erja;
Emenda 166
Proposta għal Regolament
Artikolu 64 – paragrafu 2
2.  Is-sistema integrata għandha titħaddem abbażi ta' databases elettroniċi u ta' sistemi ta' informazzjoni ġeografika u għandha tippermetti li tiġi skambjata d-data bejn id-databases elettroniċi u s-sistemi ta' informazzjoni ġeografika u li tiġi integrata d-data ta' ġo fihom.
2.  Is-sistema integrata għandha titħaddem abbażi ta' databases elettroniċi u ta' sistemi ta' informazzjoni ġeografika u għandha tippermetti li tiġi skambjata d-data bejn id-databases elettroniċi u s-sistemi ta' informazzjoni ġeografika (GIS) u li tiġi integrata d-data ta' ġo fihom. Għal dan il-għan, il-GIS għandha tippermetti l-istratifikazzjoni tad-data ġeospazjali dwar rqajja' ta' art agrikoli, katastali jew ta' referenza għal dawk li jiddelimitaw żoni protetti u erji denominati li ġew stabbiliti f'konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni elenkata fl-Anness XI għar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK], bħal żoni tan-Natura 2000 jew Żoni Vulnerabbli għan-Nitrati, kif ukoll il-karatteristiċi tal-pajsaġġ u infrastrutturi ekoloġiċi (siġar, sisien tal-ħaxix, għadajjar, bċejjeċ art ta' lqugħ, marġnijiet riparji, eċċ.).
Emenda 167
Proposta għal Regolament
Artikolu 64 – paragrafu 3
3.  Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet tal-Istati Membri li jimplimentaw u japplikaw is-sistema integrata, il-Kummissjoni tista' titlob l-għajnuna ta' korpi jew ta' persuni speċjalizzati biex tiffaċilita l-istabbiliment, il-monitoraġġ u t-tħaddim tas-sistema integrata u b'mod partikolari biex tagħti pariri tekniċi lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.
3.  Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet tal-Istati Membri li jimplimentaw u japplikaw is-sistema integrata, il-Kummissjoni għandha titlob l-għajnuna ta' korpi jew ta' persuni speċjalizzati biex tiffaċilita l-istabbiliment, il-monitoraġġ u t-tħaddim tas-sistema integrata u b'mod partikolari biex tagħti pariri tekniċi lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.
Emenda 168
Proposta għal Regolament
Artikolu 65 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
Id-data u d-dokumentazzjoni msemmijin fl-ewwel subparagrafu li jkollhom x'jaqsmu mas-sena kalendarja jew mas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni attwali u mal-għaxar snin kalendarji jew snin ta' kummerċjalizzazzjoni ta' qabel għandhom ikunu aċċessibbli permezz tad-databases diġitali tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru.
Id-data u d-dokumentazzjoni msemmijin fl-ewwel subparagrafu li jkollhom x'jaqsmu mas-sena kalendarja jew mas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni kurrenti u mal-għaxar snin kalendarji jew snin ta' kummerċjalizzazzjoni ta' qabel għandhom ikunu aċċessibbli permezz tad-databases diġitali tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru. L-informazzjoni rilevanti mid-databases tista' tingħata wkoll f'forma ta' sommarji.
Emenda 169
Proposta għal Regolament
Artikolu 65 – paragrafu 5 a (ġdid)
5a.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li benefiċjarji u l-benefiċjarji potenzjali jkollhom aċċess għad-data kollha ta' referenzi u attributi rigward l-art li jużaw jew li għandhom il-ħsieb jużaw, sabiex ikunilhom possibbli jippreżentaw applikazzjonijiet preċiżi.
Emenda 170
Proposta għal Regolament
Artikolu 67 – paragrafu 1
1.  Fil-każ tal-għajnuna għall-interventi bbażati fuq l-erja msemmijin fl-Artikolu 63(2) li jiġu implimentati skont il-Pjanijiet Strateġiċi nazzjonali tal-PAK, l-Istati Membri għandhom jeżiġu li titressaq applikazzjoni billi tintuża l-applikazzjoni ġeospazjali li l-awtorità kompetenti tipprovdi biex jitressqu l-applikazzjonijiet.
1.  Fil-każ tal-għajnuna għall-interventi bbażati fuq l-erja msemmijin fl-Artikolu 63(2) li jiġu implimentati skont il-Pjanijiet Strateġiċi nazzjonali tal-PAK, l-Istati Membri għandhom jeżiġu li titressaq applikazzjoni billi tintuża l-formola li l-awtorità kompetenti tipprovdi biex jitressqu fl-applikazzjoni ġeospazjali tagħhom.
Emenda 171
Proposta għal Regolament
Artikolu 67 – paragrafu 4 – subparagrafu 1a (ġdid)
Jekk Stat Membru jiddeċiedi li juża sistema mingħajr talbiet, huwa għandu jippermetti lill-amministrazzjoni tagħmel il-pagamenti eliġibbli lill-benefiċjarji abbażi tad-dettalji eżistenti fil-bażijiet ta' data kompjuterizzati uffiċjali, fejn ma kien hemm ebda bidla, issupplimentati b'informazzjoni addizzjonali, fejn meħtieġ biex tiġi koperta bidla. Dawn id-dettalji u kwalunkwe informazzjoni addizzjonali bħal din għandhom jiġu kkonfermati mill-benefiċjarju.
Emenda 172
Proposta għal Regolament
Artikolu 68 – paragrafu 1
1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jħaddmu sistema ta' monitoraġġ tal-erja.
1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jħaddmu sistema ta' monitoraġġ u ta' kontroll tal-erja. Għal raġunijiet debitament ġustifikati, il-Kummissjoni tista' tagħti perjodu tranżitorju għall-istabbiliment tas-sistema ta' monitoraġġ u ta' kontroll tal-erja lill-Istati Membri li reċentement ma jkunux użaw din is-sistema ta' monitoraġġ u ta' kontroll tal-erja.
Emenda 173
Proposta għal Regolament
Artikolu 68 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
Ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw il-kwalità tas-sistema ta' monitoraġġ tal-erja skont il-metodoloġija stabbilita fil-livell tal-Unjoni.
Ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw il-kwalità tas-sistema ta' monitoraġġ u ta' kontroll tal-erja skont il-metodoloġija stabbilita fil-livell tal-Unjoni.
Emenda 227
Proposta għal regolament
Artikolu 69 – paragrafu 1
Is-sistema għar-reġistrazzjoni tal-identità ta' kull benefiċjarju tal-interventi u tal-miżuri msemmijin fl-Artikolu 63(2) għandha tiżgura li l-applikazzjonijiet kollha li jibgħat l-istess benefiċjarju jkunu jistgħu jiġu identifikati bħala tali.
Is-sistema għar-reġistrazzjoni tal-identità ta' kull benefiċjarju tal-interventi u tal-miżuri msemmijin fl-Artikolu 63(2) għandha tiżgura li l-applikazzjonijiet kollha li jibgħat l-istess benefiċjarju jkunu jistgħu jiġu identifikati bħala tali. Din għandha tiżgura wkoll li, meta l-benefiċjarji jkunu jagħmlu parti minn grupp skont it-tifsira tal-punt 11 tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2013/34/UE, dak il-grupp ikun jista' jiġi identifikat.
Emenda 174
Proposta għal Regolament
Artikolu 70 – paragrafu 1
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema ta' kontroll u penali għall-għajnuna msemmija fl-Artikolu 63.
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema ta' kontroll u penali għall-għajnuna msemmija fl-Artikolu 63. L-Istati Membri, permezz tal-aġenziji tal-pagamenti jew tal-korpi delegati minnhom, għandhom jagħmlu verifiki amministrattivi dwar l-applikazzjoni għal għajnuna biex jivverifikaw il-kondizzjonijiet ta' eliġibbiltà għall-għajnuna. Dawk il-verifiki għandhom ikunu ssupplimentati b'verifiki fuq il-post.
Emenda 175
Proposta għal Regolament
Artikolu 70 – paragrafu 1 a (ġdid)
Għal kull wieħed mill-interventi msemmija fl-Artikolu 63(2), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kampjun ta' kontroll għall-verifiki fuq il-post imwettqa kull sena jkopri tal-anqas 5 % tal-benefiċjarji kollha. Dan il-perċentwal għandu jiżdied b'mod xieraq fejn jiġi identifikat kwalunkwe nuqqas ta' konformità sinifikanti fil-kuntest ta' intervent jew miżura partikolari. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jnaqqsu dan il-perċentwal fejn ir-rati tal-iżbalji jibqgħu f'livell aċċettabbli.
Emenda 176
Proposta għal Regolament
Artikolu 70 – paragrafu 2
L-Artikolu 57(1) sa (5) għandu japplika mutatis mutandis.
imħassar
Emenda 177
Proposta għal Regolament
Artikolu 73 – paragrafu 1 – punt a – parti introduttorja
(a)  il-forma u l-kontenut tal-affarijiet li ġejjin u l-arranġamenti biex dawn jintbagħtu lill-Kummissjoni jew biex jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tagħha:
(a)  il-forma u l-arranġamenti tal-affarijiet li ġejjin biex dawn jintbagħtu lill-Kummissjoni jew biex jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tagħha:
Emenda 178
Proposta għal Regolament
Artikolu 73 – paragrafu 1 – punt b
(b)  il-karatteristiċi bażiċi tas-sistema għall-applikazzjonijiet ġeospazjali u tas-sistema ta' monitoraġġ tal-erja msemmijin fl-Artikoli 67 u 68, u r-regoli dwar dawn is-sistemi.
(b)  il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati, f'konformità mal-Artikolu 100, li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu r-regoli dwar il-kontenut tal-affarijiet li ġejjin biex dawn jintbagħtu lill-Kummissjoni jew biex jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tagħha:
(i)  ir-rapporti ta' valutazzjoni dwar il-kwalità tas-sistema għall-identifikazzjoni tal-bċejjeċ tar-raba', tas-sistema għall-applikazzjonijiet ġeospazjali u tas-sistema ta' monitoraġġ u ta' kontroll tal-erja;
(ii)  l-azzjonijiet ta' rimedju li l-Istati Membri jridu jimplimentaw kif imsemmi fl-Artikoli 66, 67 u 68;
(iii)  il-karatteristiċi bażiċi tas-sistema għall-applikazzjonijiet ġeospazjali u tas-sistema ta' monitoraġġ u ta' kontroll tal-erja msemmijin fl-Artikoli 67 u 68, u r-regoli dwar dawn is-sistemi.
Emenda 179
Proposta għal Regolament
Artikolu 73 – paragrafu 2
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 101(3).
imħassar
Emenda 180
Proposta għal Regolament
Artikolu 78 – paragrafu 2
2.  L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni lista tal-impriżi stabbiliti f'pajjiż terz li għalihom ikun sar jew ikun wasal il-pagament tal-ammont ikkonċernat f'dak l-Istat Membru jew li għalihom kellu jsir jew kellu jasal dan il-pagament.
2.  L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni lista tal-impriżi stabbiliti f'pajjiż terz li għalihom ikun sar jew ikun wasal il-pagament tal-ammont ikkonċernat f'dak l-Istat Membru jew li għalihom kellu jsir jew kellu jasal dan il-pagament. Meta jkun meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tistieden esperti minn pajjiżi terzi, inkluż minn pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp, sabiex tikseb valutazzjoni tal-impatt estern tal-implimentazzjoni tal-PAK fil-livell tal-Istati Membri.
Emenda 181
Proposta għal Regolament
Artikolu 79
Artikolu 79
imħassar
Programmazzjoni
1.  L-Istati Membri għandhom ifasslu programmi biex, matul il-perjodu ta' skrutinju li jkun imiss, jitwettaq l-iskrutinju skont l-Artikolu 75.
2.  Ta' kull sena, qabel il-15 ta' April, l-Istati Membri għandhom jibagħtu l-programm tagħhom imsemmi fil-paragrafu 1 lill-Kummissjoni u għandhom jispeċifikaw:
(a)  l-għadd ta' impriżi li jkun se jsirilhom skrutinju u kif inhuma mqassmin skont is-settur abbażi tal-ammonti marbutin magħhom;
(b)  il-kriterji li jkunu adottaw biex ifasslu l-programm tagħhom.
3.  L-Istati Membri għandhom jimplimentaw il-programmi li jkunu stabbilixxew u li jkunu bagħtu lill-Kummissjoni, jekk, fi żmien tmien ġimgħat, il-Kummissjoni ma tkunx għarrfithom bil-kummenti tagħha dwarhom.
4.  Il-paragrafu 3 għandu japplika mutatis mutandis għall-emendi li l-Istati Membri jagħmlu fil-programmi tagħhom.
5.  Il-Kummissjoni tista' titlob li tiddaħħal kategorija partikolari ta' impriżi fil-programm ta' Stat Membru fi kwalunkwe stadju.
6.  L-impriżi li kellhom irċevuti jew pagamenti li, b'kollox, kienu jammontaw għal inqas minn EUR 40 000 għandu jsirilhom skrutinju skont dan il-Kapitolu għal raġunijiet speċifiċi biss li l-Istati Membri għandhom jagħtu fil-programm annwali tagħhom imsemmi fil-paragrafu 1 jew li l-Kummissjoni għandha tagħti f'kull emenda li tipproponi għal dak il-programm.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 101 li jemendaw il-limitu stabbilit fl-ewwel subparagrafu.
Emenda 182
Proposta għal Regolament
Titolu 4 – Kapitolu 4 – titolu
Is-sistema ta' kontroll u l-penali b'rabta mal-kundizzjonalità
Is-sistema ta' kontroll u l-penali b'rabta mal-kundizzjonalità għall-iżvilupp sostenibbli
Emendi 183, 211cp1 u 283cp1
Proposta għal Regolament
Artikolu 84 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema ta' kontroll biex jiżguraw li l-benefiċjarji tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK] u fil-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) Nru 228/2013 u fil-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) Nru 229/2013 rispettivament iħarsu l-obbligi msemmijin fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu 1 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK].
L-Istati Membri għandu jkollhom sistema ta' kontroll biex jiżguraw li dawn il-benefiċjarji jkunu konformi mal-obbligi msemmijin fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu 1 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK].
(a)  il-benefiċjarji li jirċievu pagamenti diretti skont il-Kapitolu II tat-Titolu III tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK];
(b)  il-benefiċjarji li jirċievu pagamenti annwali b'mod konformi mal-Artikoli 65, 66 u 67 tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK];
(c)  il-benefiċjarji li jirċievu appoġġ b'mod konformi mal-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) Nru 228/2013 u mal-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) Nru 229/2013;
Emenda 211cp2
Proposta għal regolament
Artikolu 84 - paragrafu 1 - subparagrafu 3 a (ġdid)
Sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-impjieg applikabbli li jirriżultaw mill-ftehimiet tax-xogħol kollettivi rilevanti u l-liġi soċjali u tax-xogħol fil-livelli nazzjonali, tal-Unjoni u internazzjonali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti responsabbli għall-ispezzjonijiet tax-xogħol u s-sistema ta' kontroll imsemmija fl-ewwel subparagrafu. F'sitwazzjonijiet transfruntiera għandhom jiġu żgurati wkoll il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni mal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) li l-funzjonament tagħha huwa rregolat mir-Regolament (UE) 2019/1149 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Emendi 184, 211cp3 u 283cp3
Proposta għal Regolament
Artikolu 84 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)
(ba)  "l-okkorrenza mill-ġdid ta' nuqqas ta' konformità" tfisser in-nuqqas ta' konformità mal-istess rekwiżit jew standard iddeterminat aktar minn darba, sakemm il-benefiċjarju jkun ġie infurmat dwar nuqqas ta' konformità preċedenti, u, kif jista' jkun il-każ, kellu l-possibbiltà li jieħu l-miżuri meħtieġa biex jirrimedja dak in-nuqqas ta' konformità preċedenti.
Emendi 185, 211cp3 u 283cp3
Proposta għal Regolament
Artikolu 84 – paragrafu 3 – parti introduttorja
3.  Fis-sistemi ta' kontroll tagħhom imsemmijin fil-paragrafu 1, l-Istati Membri:
3.  Sabiex jikkonformaw mal-obbligi ta' kontroll tagħhom stabbiliti fil-paragrafu 1, l-Istati Membri:
Emendi 186, 211cp3 u 283cp3
Proposta għal Regolament
Artikolu 84 – paragrafu 3 – punt c
(c)  jistgħu jużaw it-telerilevament jew is-sistema ta' monitoraġġ tal-erja biex iwettqu l-verifiki fuq il-post imsemmijin fil-punt (a), fejn dan ikun xieraq;
(c)  jistgħu jużaw it-telerilevament jew is-sistema ta' monitoraġġ u kontroll tal-erja biex iwettqu l-verifiki fuq il-post imsemmijin fil-punt (a), fejn dan ikun xieraq u fattibbli; u
Emendai 187, 211cp3 u 283cp3
Proposta għal Regolament
Artikolu 84 – paragrafu 3 – punt ca (ġdid)
(ca)  għandhom jistabbilixxu sistema ta' twissija bikrija;
Emendi 188, 211cp3 u 283cp3
Proposta għal Regolament
Artikolu 84 – paragrafu 3 – punt d
(d)  għandhom jistabbilixxu l-kampjun ta' kontroll għall-verifiki msemmijin fil-punt (a) li għandhom jitwettqu ta' kull sena abbażi ta' analiżi tar-riskju u li għandu jkun fih komponent aleatorju u għandhom jiżguraw li dan il-kampjun ta' kontroll ikun ikopri tal-inqas 1 % mill-benefiċjarji li jirċievu l-għajnuna prevista fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu 1 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK].
imħassar
Emenda 291
Proposta għal regolament
Artikolu 84 – paragrafu 3a (ġdid)
3 a.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-kampjun ta' kontroll għall-verifiki msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu li għandhom jitwettqu ta' kull sena abbażi ta' analiżi tar-riskju, li għalih jistgħu japplikaw fatturi ta' ponderazzjoni, u komponent aleatorju, u għandhom jiżguraw li l-kampjun ta' kontroll ikopri tal-inqas 5 % tal-benefiċjarji li jirċievu l-għajnuna skont it-Taqsima 2 tal-Kapitolu 1 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK].
Emendi 190 u 211cp6
Proposta għal Regolament
Artikolu 84 – paragrafu 3b (ġdid)
3b.  Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b'mod konformi mal-Artikolu 100 li jissupplimentaw dan ir-Regolament b'regoli dwar verifiki simplifikati għall-bdiewa li jipparteċipaw fl-iskemi msemmija fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) .../... [Ir-Regolament dwar il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK].
Emendi 191 u 211cp6
Proposta għal Regolament
Artikolu 84 – paragrafu 3c (ġdid)
3c.  Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, regoli dwar it-twettiq ta' verifiki msemmija f'dan l-Artikolu, inklużi regoli li jiżguraw li l-analiżi tar-riskju tqis il-fatturi li ġejjin:
(a)  il-parteċipazzjoni tal-bdiewa fis-sistema tas-servizzi konsultattivi tal-azjenda agrikola prevista fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK];
(b)  il-parteċipazzjoni tal-bdiewa f'sistema ta' ċertifikazzjoni kif prevista fl-Artikolu 12(3a) tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK] ladarba r-Regolament ikopri r-rekwiżiti u l-istandards ikkonċernati.
Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b'mod konformi mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 101(3).
Emendi 212cp1 u 293
Proposta għal regolament
Artikolu 85 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – parti introduttorja
F'dik is-sistema, il-penali amministrattivi msemmijin fl-ewwel subparagrafu għandhom japplikaw biss meta n-nuqqas ta' konformità jkun ġej minn att jew ommissjoni li jkunu jistgħu jiġu attribwiti b'mod dirett lill-benefiċjarju kkonċernat, u meta tintlaħaq xi waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin jew it-tnejn li huma:
F'dik is-sistema, il-penali amministrattivi msemmijin fl-ewwel subparagrafu għandhom japplikaw biss meta n-nuqqas ta' konformità jkun ġej minn att jew ommissjoni li jkunu jistgħu jiġu attribwiti b'mod dirett lill-benefiċjarju kkonċernat, u meta tintlaħaq xi waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin, jew tnejn minnhom jew kollha kemm huma:
Emendi 212cp2 u 294
Proposta għal regolament
Artikolu 85 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt ba (ġdid)
(b a)   in-nuqqas ta' konformità jaffettwa l-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-impjieg tal-ħaddiema impjegati mill-benefiċjarju.
Emenda 228
Proposta għal regolament
Artikolu 85 - paragrafu 2
2.  Fis-sistemi ta' penali tagħhom imsemmijin fil-paragrafu 1, l-Istati Membri:
2.  Fis-sistemi ta' penali tagħhom imsemmijin fil-paragrafu 1, l-Istati Membri:
(a)  għandhom jinkludu regoli dwar l-applikazzjoni tal-penali amministrattivi f'każijiet meta jkun hemm trasferiment tal-art matul is-sena kalendarja jew is-snin kalendarji kkonċernati. Dawn ir-regoli għandhom jissejsu fuq allokazzjoni ġusta u ekwa tar-responsabbiltà għan-nuqqasijiet ta' konformità fost iċ-ċedenti u ċ-ċessjonarji.
(a)  għandhom jinkludu regoli dwar l-applikazzjoni tal-penali amministrattivi f'każijiet meta jkun hemm trasferiment tal-art agrikola, jew ta' azjenda agrikola jew parti minnha matul is-sena kalendarja jew is-snin kalendarji kkonċernati. Dawn ir-regoli għandhom jissejsu fuq allokazzjoni ġusta u ekwa tar-responsabbiltà għan-nuqqasijiet ta' konformità fost iċ-ċedenti u ċ-ċessjonarji.
Għall-finijiet ta' dan il-punt, "trasferiment" tfisser kull tip ta' tranżazzjoni li permezz tagħha r-raba' ma jibqax għad-dispożizzjoni taċ-ċedent;
Għall-finijiet ta' dan il-punt, "trasferiment" tfisser kull tip ta' tranżazzjoni li permezz tagħha r-raba' ma jibqax għad-dispożizzjoni taċ-ċedent;
(b)  minkejja l-paragrafu 1, jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx penali għal kull benefiċjarju u għal kull sena kalendarja meta l-ammont tal-penali jkun ta' EUR 100 jew inqas. Il-benefiċjarju għandu jiġi mgħarraf bis-sejba u bl-obbligu li jieħu azzjoni ta' rimedju;
(b)  minkejja l-paragrafu 1, jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx penali għal kull benefiċjarju u għal kull sena kalendarja meta l-ammont tal-penali jkun ta' EUR 100 jew inqas. Il-benefiċjarju għandu jiġi mgħarraf bis-sejba u bl-obbligu li jieħu azzjoni ta' rimedju;
(c)  għandhom jipprevedu li ma tiġi imposta l-ebda penali amministrattiva meta n-nuqqas ta' konformità jkun ġej minħabba każ ta' forza maġġuri.
(c)  għandhom jipprevedu li ma tiġi imposta l-ebda penali amministrattiva jekk:
(i)  in-nuqqas ta' konformità jkun ġej minħabba każ ta' forza maġġuri;
(ii)  in-nuqqas ta' konformità jkun ġej minħabba ordni minn awtorità pubblika; jew
(iii)  in-nuqqas ta' konformità jkun ġej minħabba żball tal-awtorità kompetenti jew ta' awtorità oħra, u meta l-benefiċjarju soġġett għall-penali amministrattiva ma setgħax jinduna bl-iżball b'mod raġonevoli;
Emenda 229
Proposta għal regolament
Artikolu 86
1.  Il-penali amministrattivi previsti fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu 1 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK] għandhom jiġu applikati billi jitnaqqas l-ammont totali tal-pagamenti mniżżlin f'dik it-Taqsima ta' dak ir-Regolament li jkunu ngħataw jew li jkunu se jingħataw lill-benefiċjarju kkonċernat għall-applikazzjonijiet għall-għajnuna li huwa jkun bagħat matul is-sena kalendarja tas-sejba jew li huwa jkun se jibgħat matul dik is-sena, jew billi jiġi eskluż dak l-ammont.
1.  Il-penali amministrattivi għandhom jiġu applikati billi jitnaqqas l-ammont totali tal-pagamenti mniżżlin fl-Artikolu 84(1) li jkunu ngħataw jew li jkunu se jingħataw lill-benefiċjarju kkonċernat għall-applikazzjonijiet għall-għajnuna li l-benefiċjarju jkun bagħat matul is-sena kalendarja tas-sejba jew li huwa jkun se jibgħat matul dik is-sena, jew billi jiġi eskluż dak l-ammont.
Biex jiġu kkalkulati dak it-tnaqqis u dawk l-esklużjonijiet, għandhom jitqiesu l-gravità, l-estent, it-tul ta' żmien, l-okkorrenza mill-ġdid u l-intenzjonalità tan-nuqqas ta' konformità li jkun instab. Il-penali li jiġu imposti għandhom ikunu dissważivi u proporzjonati u jkunu jikkonformaw mal-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu.
Biex jiġu kkalkulati dak it-tnaqqis u dawk l-esklużjonijiet, għandhom jitqiesu l-gravità, l-estent, it-tul ta' żmien, l-okkorrenza mill-ġdid u l-intenzjonalità tan-nuqqas ta' konformità li jkun instab. Il-penali li jiġu imposti għandhom ikunu dissważivi u proporzjonati u jkunu jikkonformaw mal-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu.
2.  Fil-każ ta' nuqqas ta' konformità li jseħħ minħabba negliġenza, bħala regola ġenerali, it-tnaqqis għandu jkun ta' 3 % tal-ammont totali tal-pagamenti msemmijin fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.
2.  Fil-każ ta' nuqqas ta' konformità li jseħħ minħabba negliġenza, bħala regola ġenerali, it-tnaqqis għandu jkun ta' 3 % tal-ammont totali tal-pagamenti msemmijin fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Dak it-tnaqqis għandu jiġi ddeterminat abbażi tal-valutazzjoni tal-gravità tan-nuqqas ta' konformità, abbażi tal-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.
L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu sistema ta' twissija bikrija li tkun tapplika għall-każijiet individwali ta' nuqqas ta' konformità li jseħħu għall-ewwel darba u li, minħabba li ma jkunux gravi, li jkollhom estent limitat u li jseħħu għal tul ta' żmien limitat, ma għandhomx iwasslu għal tnaqqis jew għal esklużjoni. Meta, waqt verifika sussegwenti li ssir fi żmien tliet snin kalendarji konsekuttivi, jiġi stabbilit li ma tranġatx is-sitwazzjoni b'rabta man-nuqqas ta' konformità, għandu jiġi applikat b'mod retroattiv it-tnaqqis skont l-ewwel subparagrafu.
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jużaw is-sistema ta' twissija bikrija msemmija fl-Artikolu 84(3) li tkun tapplika għall-każijiet individwali ta' nuqqas ta' konformità li jseħħu għall-ewwel darba u li, minħabba li ma jkunux gravi, li jkollhom estent limitat u li jseħħu għal tul ta' żmien limitat, ma għandhomx iwasslu għal tnaqqis jew għal esklużjoni. L-awtorità rilevanti għandha tinnotifika lill-benefiċjarju dwar l-obbligu li jieħu azzjoni ta' rimedju u tipproponi miżuri korrettivi li jridu jittieħdu biex jiġi rimedjat in-nuqqas ta' konformità. Meta, waqt verifika sussegwenti li ssir fi żmien tliet snin kalendarji konsekuttivi, jiġi stabbilit li ma tranġatx is-sitwazzjoni b'rabta man-nuqqas ta' konformità, għandu jiġi applikat b'mod retroattiv it-tnaqqis skont l-ewwel subparagrafu.
Madankollu, każijiet ta' nuqqas ta' konformità li jikkostitwixxu riskju dirett għas-saħħa pubblika jew tal-annimali għandhom dejjem iwasslu għal tnaqqis jew esklużjoni.
Madankollu, każijiet ta' nuqqas ta' konformità li jikkostitwixxu riskju dirett għas-saħħa pubblika jew tal-annimali għandhom dejjem iwasslu għal tnaqqis jew esklużjoni.
L-Istati Membri jistgħu jipprovdu taħriġ obbligatorju għall-benefiċjarji li jkunu rċevew twissija bikrija fil-kuntest tas-sistema ta' konsulenza għall-azjendi agrikoli prevista fit-Taqsima 3 tal-Kapitolu 1 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK].
L-Istati Membri għandhom jipprovdu taħriġ speċifiku dwar il-kundizzjonalità għall-benefiċjarji li jkunu rċevew twissija bikrija fil-kuntest tas-sistema ta' konsulenza għall-azjendi agrikoli prevista fit-Taqsima 3 tal-Kapitolu 1 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK], li l-attendenza għalih tista' ssir obbligatorja.
3.  Fil-każ ta' okkorrenza mill-ġdid, il-perċentwal ta' tnaqqis għandu jkun ogħla minn dak li għandu jiġi applikat fil-każ ta' nuqqas ta' konformità li jseħħ minħabba negliġenza u li għalih tkun qed tiġi imposta penali għall-ewwel darba.
3.  Fil-każ ta' okkorrenza mill-ġdid ta' nuqqas ta' konformità, il-perċentwal ta' tnaqqis għandu jkun, bħala regola ġenerali, ta' 10 % tal-ammont totali tal-pagamenti msemmija fil-paragrafu 1.
Fil-każ ta' okkorrenzi mill-ġdid sussegwenti ta' nuqqas ta' konformità, u jekk il-benefiċjarju ma jipprovdi l-ebda raġuni ġġustifikata, dak il-benefiċjarju għandu jitqies li aġixxa b'mod intenzjonali skont it-tifsira tal-paragrafu 4.
4.  Fil-każ ta' nuqqas ta' konformità intenzjonali, il-perċentwal għandu jkun ogħla minn dak li jiġi applikat fil-każ ta' okkorrenza mill-ġdid skont il-paragrafu 3 u jista' jwassal saħansitra għall-esklużjoni totali mill-pagamenti u jista' japplika għal sena kalendarja waħda jew iktar.
4.  Fil-każ ta' nuqqas ta' konformità intenzjonali, it-tnaqqis fil-perċentwal għandu jkun tal-anqas 15 % tal-ammont totali tal-pagamenti msemmija fil-paragrafu 1 u jista' jwassal għall-esklużjoni totali mill-pagamenti u jista' japplika għal sena kalendarja waħda jew iktar.
5.  Sabiex ikun żgurat li jkun hemm kundizzjonijiet ekwi bejn l-Istati Membri differenti u li s-sistema ta' penali tkun effettiva u tkun isservi ta' deterrent, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 100 li jissupplimentaw dan ir-Regolament b'iktar regoli dwar l-applikazzjoni u l-kalkolu tal-penali.
5.  Sabiex ikun żgurat li jkun hemm kundizzjonijiet ekwi bejn l-Istati Membri differenti u li s-sistema ta' penali tkun effettiva u tkun isservi ta' deterrent, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 100 li jissupplimentaw dan ir-Regolament b'iktar regoli dwar l-applikazzjoni u l-kalkolu tal-penali.
Emenda 202
Proposta għal Regolament
Artikolu 87 – paragrafu 1
L-Istati Membri jistgħu jżommu 20 % mill-ammonti li jkunu ġejjin mill-applikazzjoni tat-tnaqqis u tal-esklużjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 86.
L-Istati Membri jistgħu jżommu 25 % mill-ammonti li jkunu ġejjin mill-applikazzjoni tat-tnaqqis u tal-esklużjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 86.
Emenda 230
Proposta għal regolament
Artikolu 96 – paragrafu 1
1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ta' kull sena jippubblikaw, ex post, il-benefiċjarji tal-Fondi skont [l-Artikolu 44(3) sa (5) tar-Regolament (UE) …/… – ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni] u skont il-paragrafi 2, 3 u 4 ta' dan l-Artikolu.
1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ta' kull sena jippubblikaw, ex post, il-benefiċjarji tal-Fondi skont [l-Artikolu 44(3) sa (5) tar-Regolament (UE) …/… – ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni] u skont il-paragrafi 2, 3 u 4 ta' dan l-Artikolu. Meta l-benefiċjarji jkunu jagħmlu parti minn grupp skont it-tifsira tal-punt 11 tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2013/34/UE, l-informazzjoni ppubblikata għandha tippermetti li jiġi identifikat dak il-grupp.
Emenda 203
Proposta għal Regolament
Artikolu 100 a (ġdid)
Artikolu 100a
Proċedura ta' urġenza
1.  L-atti delegati adottati taħt dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw sakemm ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni skont il-paragrafu 2. In-notifika ta' att delegat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandha tiddikjara r-raġunijiet għall-użu tal-proċedura ta' urġenza.
2.  Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 100(6). F'dan il-każ, il-Kummissjoni għandha tħassar l-att minnufih wara n-notifika tad-deċiżjoni għall-oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.
Emenda 204
Proposta għal Regolament
Artikolu 102 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt a
(a)  l-Artikolu 5, l-Artikolu 7(3), l-Artikoli 9 u 34, l-Artikolu 35(4) u l-Artikoli 36, 37, 38, 43, 51, 52, 54, 110 u 111 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 u r-regoli ta' implimentazzjoni u r-regoli delegati rilevanti għandhom jibqgħu japplikaw għan-nefqa li tkun iġġarrbet u għall-pagamenti li jkunu saru matul is-sena finanzjarja agrikola tal-2020 u qabel fil-każ tal-FAEG, u għan-nefqa li tkun iġġarrbet u għall-pagamenti li jkunu saru għall-programmi tal-iżvilupp rurali li l-Kummissjoni tkun approvat skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 fil-każ tal-FAEŻR;
(a)  l-Artikolu 5, l-Artikolu 7(3), l-Artikolu 9, l-Artikolu 26(5), l-Artikolu 34, l-Artikolu 35(4) u l-Artikoli 36, 37, 38, 43, 51, 52, 54, 110 u 111 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 u r-regoli ta' implimentazzjoni u r-regoli delegati rilevanti għandhom jibqgħu japplikaw għan-nefqa li tkun iġġarrbet u għall-pagamenti li jkunu saru matul is-sena finanzjarja agrikola tal-2020 u qabel fil-każ tal-FAEG, u għan-nefqa li tkun iġġarrbet u għall-pagamenti li jkunu saru għall-programmi tal-iżvilupp rurali li l-Kummissjoni tkun approvat skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 fil-każ tal-FAEŻR;
Emenda 205
Proposta għal Regolament
Artikolu 103
Artikolu 103
imħassar
Miżuri tranżitorji
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 101 li jissupplimentaw dan ir-Regolament b'derogi mir-regoli previsti fih u b'żidiet magħhom meta jkun hemm bżonn.

(1) Ir-referenzi għal “cp” fl-intestaturi tal-emendi adottati għandhom jinftiehmu bħala l-parti korrispondenti ta’ dawk l-emendi.
(2) Il-każ ġie mgħoddi lura għan-negozjati interistituzzjonali lill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 59(4), ir-raba' subparagrafu (A8-0199/2019).

Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Jannar 2021Avviż legali - Politika tal-privatezza