Il-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles u l-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu (2020-2026) ***
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Novembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles u l-protokoll ta' implimentazzjoni tiegħu (2020-2026) (05243/2020 – C9-0073/2020 – 2020/0002(NLE))
(Approvazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (05243/2020),
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles u l-protokoll ta' implimentazzjoni tiegħu (2020-2026) (05246/2020),
– wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 43(2), l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), u l-Artikolu 218(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9-0073/2020),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tiegħu tat-12 ta’ Novembru 2020(1) dwar l-abbozz ta' deċiżjoni,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4) u l-Artikolu 114(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits,
– wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Iżvilupp,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għas-Sajd (A9-0185/2020),
1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Ftehim u tal-Protokoll;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tas-Seychelles.