Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2020/0102(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A9-0196/2020

Testi mressqa :

A9-0196/2020

Dibattiti :

PV 12/11/2020 - 5
CRE 12/11/2020 - 5
PV 09/03/2021 - 5
CRE 09/03/2021 - 5

Votazzjonijiet :

PV 12/11/2020 - 19
PV 13/11/2020 - 7
PV 09/03/2021 - 17

Testi adottati :

P9_TA(2020)0304
P9_TA(2021)0069

Testi adottati
PDF 393kWORD 119k
Il-Ġimgħa, 13 ta' Novembru 2020 - Brussell
Programm ta' azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa għall-perjodu 2021-2027 ("il-Programm l-UE għas-Saħħa") ***I
P9_TA(2020)0304A9-0196/2020

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-13 ta' Novembru 2020 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' Programm għall-azzjonijiet tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa - għall-perjodu 2021-2027 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 282/2014 ("il-Programm l-UE għas-Saħħa") (COM(2020)0405 – C9-0152/2020 – 2020/0102(COD))(1)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 1a (ġdida)
(1a)  Skont l-Artikolu 8 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, fl-attivitajiet kollha tagħha, l-Unjoni għandha tfittex li telimina l-inugwaljanzi, u li tippromwovi l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, u b'hekk tistabbilixxi l-prinċipju tal-integrazzjoni tal-ugwaljanza tal-ġeneru.
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 2
(2)  F'konformità mal-Artikolu 9 u mal-Artikolu 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u mal-Artikolu 35 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-Karta), irid jiġi żgurat li jkun hemm livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki u tal-attivitajiet kollha tal-Unjoni.
(2)  F'konformità mal-Artikoli 9, 114, 168 u 191 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u mal-Artikolu 35 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-Karta), irid jiġi żgurat li jkun hemm livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki u tal-attivitajiet kollha tal-Unjoni.
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 3
(3)  L-Artikolu 168 tat-TFUE jipprevedi li l-Unjoni għandha tikkomplementa u tappoġġa l-politiki nazzjonali dwar is-saħħa, tinkoraġġixxi l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u tippromwovi l-koordinazzjoni bejn il-programmi tagħhom, "filwaqt li tħares bis-sħiħ ir-responsabbiltajiet tal-Istati Membri rigward id-definizzjoni tal-politiki tas-saħħa tagħhom u l-organizzazzjoni u t-twassil tas-servizzi tas-saħħa u tal-kura medika.
(3)  L-Artikolu 168 tat-TFUE jipprevedi li l-Unjoni għandha tikkomplementa u tappoġġa l-politiki nazzjonali dwar is-saħħa, tinkoraġġixxi l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, b'mod partikolari fir-reġjuni tal-fruntiera, u tippromwovi l-koordinazzjoni bejn il-programmi tagħhom, filwaqt li tħares bis-sħiħ ir-responsabbiltajiet ta' kull Stat Membru biex jiddefinixxu l-politiki tas-saħħa tagħhom u biex jorganizzaw, iwasslu u jiġġestixxu s-servizzi tas-saħħa u tal-kura medika.
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 5
(5)  Fil-11 ta' Marzu 2020, l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) iddikjarat it-tifqigħa tal-coronavirus il-ġdid (COVID-19) bħala pandemija globali. Din il-pandemija kkawżat kriżi tas-saħħa dinjija bla preċedent b'konsegwenzi soċjoekonomiċi severi u tbatija kbira għall-bniedem.
(5)  Fil-11 ta' Marzu 2020, l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), minħabba żieda esponenzjali ta' każijiet, iddikjarat il-COVID-19 (il-marda li tirriżulta mill-coronavirus il-ġdid SARS-CoV-2), u t-tifqigħa tal-marda respiratorji assoċjata, bħala pandemija globali. Il-pandemija tal-COVID-19 u b'mod aktar speċifiku l-każijiet moderati sa severi tal-marda li jeħtieġu kura medika intermedja u intensiva wasslu diversi sistemi tas-saħħa biex jikkrollaw fi ħdan u barra l-Unjoni, u kkawżat kriżi tas-saħħa dinjija bla preċedent b'konsegwenzi soċjoekonomiċi severi u tbatija kbira għall-bniedem, b'mod partikolari affettwat nies b'kundizzjonijiet kroniċi, ikkawżat kemm imwiet prematuri u kundizzjonijiet kroniċi, u l-aktar li affettwat kien lill-vulnerabbli, lill-pazjenti, lin-nisa, lit-tfal, lill-persuni li jindukraw u lill-anzjani. Is-severità tal-kriżi turi wkoll l-importanza tal-azzjoni tal-Unjoni u ta' rispons adegwat għat-theddid li jirriżulta minn mard infettiv, u b'mod ġenerali tat-tisħiħ tal-azzjonijiet tal-Unjoni biex jikkomplementaw il-politiki nazzjonali fil-qasam tas-saħħa pubblika.
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 5a (ġdida)
(5a)  Il-parti l-kbira tal-ħaddiema tal-kura tas-saħħa, li kienu essenzjali matul il-kriżi tal-COVID-19, huma nisa, u dawn ġew esposti għal riskji tas-saħħa akbar matul il-kriżi.
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 5b (ġdida)
(5b)  Fid-dawl tal-fatt li l-effetti tal-mard jistgħu jvarjaw bejn l-irġiel u n-nisa, kif jidher ċar fil-każ tal-COVID-19, li għandha rata ogħla ta' mortalità fl-irġiel, il-Programm jenħtieġ li janalizza l-kawżi tal-imġiba tal-mard sabiex isiru avvanzi fir-rigward tal-patoloġija, it-trattament u l-kuri.
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 6
(6)  Filwaqt li l-Istati Membru huma responsabbli għall-politika tas-saħħa tagħhom, huma mistennija jipproteġu s-saħħa pubblika fi spirtu ta' solidarjetà Ewropea8. L-esperjenza mill-kriżi li għaddejja bħalissa tal-COVID-19 uriet li hemm ħtieġa għal iktar azzjoni b'saħħitha fil-livell tal-Unjoni sabiex tappoġġa l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni fost l-Istati Membri, biex ittejjeb il-prevenzjoni u l-kontroll tal-firxa tal-mard sever fil-bniedem lil hinn mill-fruntieri, biex tiġġieled it-theddid transfruntier serju għas-saħħa u biex tissalvagwardja s-saħħa u l-benessri tan-nies fl-Unjoni.
(6)  Filwaqt li l-Istati Membru huma responsabbli għall-politika tas-saħħa tagħhom, huma mistennija jipproteġu s-saħħa pubblika fi spirtu ta' solidarjetà Ewropea8. L-esperjenza mill-kriżi li għaddejja bħalissa tal-COVID-19 uriet li hemm ħtieġa għal iktar azzjoni b'saħħitha fil-livell tal-Unjoni sabiex tappoġġa l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni fost l-Istati Membri, b'mod partikolari bejn ir-reġjuni tal-fruntiera ġirien, kif ukoll bejn l-awtoritajiet u l-partijiet ikkonċernati rilevanti. Din il-kooperazzjoni jenħtieġ li ttejjeb it-tħejjija, il-prevenzjoni u l-kontroll tal-firxa tal-mard u infezzjonijiet severi fil-bniedem lil hinn mill-fruntieri, biex jiġu żviluppati u jsiru disponibbli prodotti għall-prevenzjoni u t-trattament tal-mard, biex tiġġieled it-theddid transfruntier serju għas-saħħa, u biex tissalvagwardja u ttejjeb is-saħħa u l-benessri tan-nies kollha fl-Unjoni. It-tħejjija hija l-fattur ewlieni biex tittejjeb ir-reżiljenza għat-theddid futur, filwaqt li l-Istati Membri, fid-dawl tar-responsabbiltà tagħhom għall-għoti tal-kura tas-saħħa, jenħtieġ li jwettqu testijiet tal-istress fuq is-sistemi tal-kura tas-saħħa tagħhom biex jidentifikaw dgħufijiet u jivverifikaw li huma ppreparati għal kwalunkwe kriżi tas-saħħa li jista' jkun hemm fil-futur.
__________________
__________________
8 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Bank Ċentrali Ewropew, lill-Bank Ewropew tal-Investiment u lill-Grupp tal-Euro dwar rispons ekonomiku kkoordinat għat-tifqigħa tal-COVID-19, COM(2020)0112 tat-13.03.2020.
8 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Bank Ċentrali Ewropew, lill-Bank Ewropew tal-Investiment u lill-Grupp tal-Euro dwar rispons ekonomiku kkoordinat għat-tifqigħa tal-COVID-19, COM(2020)0112 tat-13.03.2020.
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 6a (ġdida)
(6a)  Filwaqt li l-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa hija limitata, l-Unjoni jenħtieġ li ssegwi strateġija koerenti tas-saħħa pubblika sabiex tirrispondi għall-epidemiji eżistenti billi tqis l-ispeċifiċitajiet reġjonali u nazzjonali u jkollha l-kapaċità li tiffaċċja realtajiet u theddid għas-saħħa futuri inkwetanti, bħal pandemiji u theddid transfruntier, inklużi r-reżistenza għall-antimikrobiċi, is-saħħa ambjentali u l-impatti fuq is-saħħa li jirriżultaw mit-tibdil fil-klima. Jenħtieġ li l-Unjoni tappoġġa lill-Istati Membri fit-tnaqqis tal-inugwaljanzi fis-saħħa u fil-kisba ta' kopertura tas-saħħa universali, inkluż il-forniment ta' servizzi tas-saħħa sesswali u riproduttiva, l-indirizzar ta' infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa, l-indirizzar tal-isfidi relatati ma' gruppi vulnerabbli, bħat-tfal, il-kura tat-trabi u dik materna, it-tixjiħ tal-popolazzjoni, il-mard kroniku, u l-prevenzjoni tal-mard, fil-promozzjoni ta' stil ta' ħajja tajjeb għas-saħħa, is-servizzi ta' prevenzjoni u t-tħejjija tas-sistemi tas-saħħa tagħhom għal teknoloġiji emerġenti sabiex jibbenefikaw bis-sħiħ mir-rivoluzzjoni diġitali filwaqt li jfittxu sinerġiji ma' programmi rilevanti oħra tal-Unjoni bħal Orizzont Ewropa, Ewropa Diġitali, il-programm Nikkollegaw l-Ewropa jew il-Programm Spazjali tal-Unjoni.
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 7
(7)  Għalhekk huwa xieraq li jiġi stabbilit Programm ġdid għall-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa, imsejjaħ il-Programm l-UE għas-Saħħa ("il-Programm") għall-perjodu 2021-2027. F'konformità mal-għanijiet tal-azzjoni tal-Unjoni u mal-kompetenzi tagħha fil-qasam tas-saħħa pubblika, jenħtieġ li l-Programm jagħmel enfasi fuq l-azzjonijiet li għandhom vantaġġi u gwadanji fl-effiċjenza marbuta magħhom mill-kollaborazzjoni u l-kooperazzjoni fil-livell tal-Unjoni u fuq l-azzjonijiet li għandhom impatt fuq is-suq intern.
(7)  Għalhekk huwa xieraq li jiġi stabbilit Programm ġdid għall-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa pubblika, imsejjaħ il-Programm l-UE għas-Saħħa ("il-Programm") għall-perjodu 2021-2027. F'konformità mal-għanijiet tal-azzjoni tal-Unjoni u mal-kompetenzi tagħha fil-qasam tas-saħħa pubblika, jenħtieġ li l-Programm jagħmel enfasi fuq l-azzjonijiet li għandhom vantaġġi u gwadanji fl-effiċjenza marbuta magħhom mill-kollaborazzjoni fil-livell tal-Unjoni kif ukoll kooperazzjoni transfruntiera fil-livell reġjonali u fuq l-azzjonijiet li għandhom impatt fuq is-suq intern. Huwa meħtieġ approċċ olistiku biex jittejbu l-eżiti tas-saħħa, u dawk li jfasslu l-politika fil-livell tal-UE jenħtieġ li jiżguraw li l-prinċipju tas-"saħħa fil-politiki kollha" jiġi applikat fit-tfassil kollu tal-politika.
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 10
(10)  Minħabba n-natura serja tat-theddid transfruntier għas-saħħa, jenħtieġ li l-Programm jappoġġa miżuri tas-saħħa pubblika kkoordinati fil-livell tal-Unjoni biex jindirizzaw aspetti differenti tat-tali theddid. Sabiex tissaħħaħ il-kapaċità tal-Unjoni li tħejji għall-kriżijiet tas-saħħa, li tirrispondi għalihom u li timmaniġġjahom, jenħtieġ li l-Programm jipprovdi appoġġ għall-azzjonijiet meħuda fil-qafas tal-mekkaniżmi u l-istrutturi stabbiliti bid-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill10 u mekkaniżmi u strutturi relevanti oħra stabbiliti fil-livell tal-Unjoni. Dan jista' jinkludi l-ħżin strateġiku ta' provvisti mediċi essenzjali jew il-bini ta' kapaċità fir-rispons għall-kriżi, miżuri preventivi relatati mat-tilqim u l-immunizzazzjoni, u programmi ta' sorveljanza msaħħa. F'dan il-kuntest, jenħtieġ li l-Programm, fl-Unjoni kollha u fost is-setturi kollha, irawwem prevenzjoni għall-kriżijiet, it-tħejjija, sorveljanza, ġestjoni u kapaċità għar-rispons fl-atturi tal-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u tal-Unjoni, inkluż ippjanar ta' kontinġenza u eżerċizzji ta' tħejjija, filwaqt li jimplimentaw l-approċċ "Saħħa Waħda". Jenħtieġ li dan jiffaċilita t-twaqqif ta' qafas integrat u trażversali għall-komunikazzjoni tar-riskju fil-fażijiet kollha ta' kriżi tas-saħħa il-prevenzjoni, it-tħejjija u r-rispons.
(10)  Minħabba n-natura serja tat-theddid transfruntier għas-saħħa, jenħtieġ li l-Programm jappoġġa miżuri tas-saħħa pubblika kkoordinati fil-livell tal-Unjoni, kif ukoll bejn ir-reġjuni ġirien, biex jindirizzaw aspetti differenti tat-tali theddid. Sabiex tissaħħaħ il-kapaċità tal-Unjoni li tħejji għal kwalunkwe kriżi tas-saħħa futura, li tirrispondi għalihom u li timmaniġġjahom, jenħtieġ li l-Programm jipprovdi appoġġ għall-azzjonijiet meħuda fil-qafas tal-mekkaniżmi u l-istrutturi stabbiliti bid-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill10 u mekkaniżmi u strutturi relevanti oħra stabbiliti fil-livell tal-Unjoni. Dan jista' jinkludi l-ħżin strateġiku ta' provvisti mediċi essenzjali jew il-bini ta' kapaċità fir-rispons għall-kriżi, miżuri preventivi relatati mat-tilqim u l-immunizzazzjoni, u programmi ta' sorveljanza msaħħa, informazzjoni dwar is-saħħa, u pjattaformi għall-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki. F'dan il-kuntest, jenħtieġ li l-Programm, fl-Unjoni kollha u fost is-setturi kollha, irawwem prevenzjoni għall-kriżijiet, it-tħejjija, sorveljanza, ġestjoni u kapaċità għar-rispons fl-atturi tal-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u tal-Unjoni, inkluż ippjanar ta' kontinġenza u eżerċizzji ta' tħejjija, filwaqt li jimplimentaw l-approċċi "Saħħa Waħda" u "Saħħa fil-politiki kollha". Jenħtieġ li dan jiffaċilita t-twaqqif ta' qafas integrat u trażversali għall-komunikazzjoni tar-riskju fil-fażijiet kollha ta' kriżi tas-saħħa il-prevenzjoni, it-tħejjija u r-rispons.
__________________
__________________
10 Id-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2013 dwar theddid transkonfinali serju għas-saħħa u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE (ĠU L 293, 5.11.2013, p. 1).
10 Id-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2013 dwar theddid transkonfinali serju għas-saħħa u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE (ĠU L 293, 5.11.2013, p. 1).
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 11
(11)  Billi fi żmien emerġenza ta' kriżi tas-saħħa l-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa kif ukoll il-provi kliniċi jistgħu jikkontribwixxu għall-iżvilupp rapidu ta' kontromiżuri mediċi, jenħtieġ li l-Programm jipprovdi appoġġ biex jiffaċilita t-tali azzjonijiet. Il-Kummissjoni adottat proposta11 dwar il-Valutazzjoni tat-Teknoloġija tas-Saħħa (HTA) sabiex tappoġġa l-kooperazzjoni dwar il-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa fil-livell tal-Unjoni.
(11)  Fil-kuntest tal-kriżijiet tas-saħħa pubblika, il-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa (HTA) u l-provi kliniċi jistgħu jikkontribwixxu għall-iżvilupp rapidu, l-identifikazzjoni u d-disponibbiltà ta' kontromiżuri mediċi. Il-Kummissjoni adottat proposta11 dwar il-Valutazzjoni tat-Teknoloġija tas-Saħħa (HTA) sabiex tappoġġa l-kooperazzjoni dwar il-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa fil-livell tal-Unjoni. Il-Programm jenħtieġ li jipprovdi appoġġ biex jiffaċilita tali azzjonijiet.
__________________
__________________
11 Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa u li jemenda d-Direttiva 2011/24/UE, COM(2018)0051 ta' 31.01.
11 Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa u li jemenda d-Direttiva 2011/24/UE, COM(2018)0051 ta' 31.01.
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 12
(12)  Bil-ħsieb li jipproteġu lil dawk f'sitwazzjonijiet vulnerabbli, inkluż dawk li jbatu minn mard mentali u mard kroniku, jenħtieġ li l-Programm jippromwovi wkoll azzjonijiet li jindirizzaw l-impatti kollaterali tal-kriżi tas-saħħa fuq in-nies li jiffurmaw parti minn dawn il-gruppi vulnerabbli.
(12)  Bil-ħsieb li jipproteġu lil dawk f'sitwazzjonijiet vulnerabbli, inkluż dawk li jbatu minn mard mentali, li jgħixu b'mard li jittieħed u dak li ma jitteħidx jew li huma l-aktar affettwati minnu, u mard kroniku, bħall-obeżità, il-kanċer, id-dijabete, il-mard kardjovaskulari u d-disfunzjonijiet newroloġiċi, jenħtieġ li l-Programm jippromwovi wkoll azzjonijiet li jindirizzaw l-impatti kollaterali tal-kriżi tas-saħħa fuq in-nies li jiffurmaw parti minn dawn il-gruppi vulnerabbli. Bil-għan li jiġu ggarantiti standards għolja kontinwi ta' servizzi tal-kura tas-saħħa essenzjali, inkluża l-prevenzjoni, jenħtieġ li l-Programm, b'mod partikolari fi żminijiet ta' kriżi u pandemiji, iħeġġeġ tranżizzjoni lejn telemediċina aċċessibbli u affordabbli, amministrazzjoni mid-dar tal-medikazzjoni u l-implimentazzjoni ta' pjanijiet preventivi u ta' awtokura, fejn ikun possibbli u xieraq, filwaqt li jiġi żgurat li l-aċċess għas-servizzi tal-kura tas-saħħa u dawk ta' prevenzjoni jingħata lill-pazjenti b'mard kroniku u lill-pazjenti f'riskju.
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 13
(13)  Bil-kriżi tal-COVID-19 feġġew ħafna sfidi fl-iżgurar tal-provvista tal-mediċini, tal-apparat mediku kif ukoll tat-tagħmir ta' protezzjoni personali meħtieġa fl-Unjoni matul il-pandemiji. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Programm jipprovdi appoġġ għal azzjonijiet li jrawmu l-produzzjoni, l-akkwist u l-ġestjoni ta' prodotti rilevanti għall-kriżi u li dan jiżgura l-komplementarjetà ma' strumenti oħra tal-Unjoni.
(13)  Bil-kriżi tal-COVID-19 feġġew ħafna sfidi, inkluża d-dipendenza tal-Unjoni fuq pajjiżi terzi fl-iżgurar tal-provvista tal-materja prima kimika u l-materjali tal-bidu, tal-ingredjenti farmaċewtiċi attivi, tal-mediċini, tal-apparat mediku kif ukoll tat-tagħmir ta' protezzjoni personali meħtieġa fl-Unjoni matul il-pandemiji. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Programm jipprovdi appoġġ għal azzjonijiet li jżidu s-sigurtà tal-produzzjoni, l-akkwist, il-ġestjoni u d-distribuzzjoni ta' prodotti mediċinali u apparati mediċi fl-Unjoni u jnaqqas id-dipendenza fuq pajjiżi terzi billi jinkoraġġixxi d-diversifikazzjoni tal-ktajjen tal-provvista, irawwem il-produzzjoni, l-akkwist u l-ġestjoni ta' prodotti rilevanti għall-kriżi u li dan jiżgura l-komplementarjetà ma' strumenti oħra tal-Unjoni, biex inaqqas ir-riskju ta' nuqqasijiet, speċjalment f'perjodi ta' kriżijiet tas-saħħa.
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 14
(14)  Sabiex jiġu minimizzati l-konsegwenzi għas-saħħa pubblika tat-theddid transfruntier serju għas-saħħa, jenħtieġ li jkun possibbli li l-azzjonijiet appoġġati mill-Programm ikunu jkopru l-koordinazzjoni tal-attivitajiet li jsaħħu l-interoperabbiltà u l-koerenza tas-sistemi tas-saħħa tal-Istati Membri permezz tal-valutazzjoni komparattiva, tal-kooperazzjoni u tal-iskambju tal-aħjar prattiki u li dawn ikunu jiżguraw il-kapaċità tagħhom li jirrispondu għal emerġenzi tas-saħħa, li tinkludi l-ippjanar ta' kontinġenza, l-eżerċizzji ta' tħejjija u t-titjib tal-ħiliet tal-persunal tal-kura tas-saħħa u tas-saħħa pubblika u l-istabbiliment ta' mekkaniżmi għall-monitoraġġ effiċjenti u għad-distribuzzjoni jew għall-allokazzjoni tal-oġġetti u s-servizzi meħtieġa fi żmien kriżi ġestiti skont il-bżonn.
(14)  Sabiex jiġu minimizzati l-konsegwenzi għas-saħħa pubblika tat-theddid transfruntier serju għas-saħħa, jenħtieġ li jkun possibbli li l-azzjonijiet appoġġati mill-Programm ikunu jkopru l-koordinazzjoni tal-attivitajiet li jsaħħu l-interoperabbiltà u l-koerenza tas-sistemi tas-saħħa tal-Istati Membri permezz tal-valutazzjoni komparattiva, tal-kooperazzjoni u tal-iskambju tal-aħjar prattiki anke permezz ta' żieda fin-numru ta' azzjonijiet konġunti u li dawn ikunu jiżguraw il-kapaċità tagħhom li jirrispondu għal emerġenzi tas-saħħa, li tinkludi l-ippjanar ta' kontinġenza, l-eżerċizzji ta' tħejjija u t-titjib tal-ħiliet tal-persunal tal-kura tas-saħħa u tas-saħħa pubblika u l-istabbiliment ta' mekkaniżmi għall-monitoraġġ effiċjenti u għad-distribuzzjoni jew għall-allokazzjoni tal-oġġetti u s-servizzi meħtieġa fi żmien kriżi ġestiti skont il-bżonn, li se jkunu partikolarment ta' benefiċċju f'kuntest transfruntier.
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 14a (ġdida)
(14a)  L-istabbiliment ta' portal ta' komunikazzjoni għall-pubbliku li jippermetti lill-Unjoni tikkondividi informazzjoni vvalidata, tibgħat twissijiet liċ-ċittadini Ewropej u tiġġieled kontra d-diżinformazzjoni. Dan jista' jinkludi firxa wiesgħa ta' informazzjoni, kampanji ta' prevenzjoni u programmi għall-edukazzjoni taż-żgħażagħ. Dan il-portal jista' jintuża wkoll biex, f'kooperazzjoni maċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard ("ECDC"), jippromwovi kopertura komprensiva ta' immunizzazzjoni fil-livell Ewropew.
Emenda 16
Proposta għal regolament
Premessa 15
(15)  L-esperjenza mill-kriżi tal-COVID-19 indikat li hemm bżonn ġenerali ta' appoġġ għat-trasformazzjoni strutturali tas-sistemi tas-saħħa madwar l-Unjoni u għar-riformi sistemiċi tagħhom biex jittejbu l-effettività, l-aċċessibbiltà u r-reżiljenza tagħhom. Fil-kuntest tat-tali trasformazzjoni u tat-tali riformi, jenħtieġ li b'sinerġija mal-Programm Ewropa Diġitali, il-Programm jippromwovi azzjonijiet li jmexxu 'l quddiem it-trasformazzjoni diġitali tas-servizzi tas-saħħa u li jżidu l-interoperabbiltà tagħhom, li jikkontribwixxu biex iżidu l-kapaċità tas-sistemi tas-saħħa pubblika li jrawmu l-prevenzjoni tal-mard u li jippromwovu s-saħħa, li jipprovdu mudelli ġodda tal-kura u li joffru servizzi integrati, mill-kura komunitarja u l-kura tas-saħħa primarja sas-servizzi speċjalizzati ħafna, abbażi tal-ħtiġijiet tan-nies, u li jiżguraw ħaddiema tas-saħħapubblika effikaċi li jkollhom il-ħiliet tajbin, fosthom dawk diġitali. L-iżvilupp ta' spazju Ewropew tad-data tas-saħħa għandu jipprovdi lis-sistemi tal-kura tas-saħħa, lir-riċerkaturi u lill-awtoritajiet pubbliċi bil-mezzi li jtejbu d-disponibbiltà u l-kwalità tal-kura tas-saħħa. Meta wieħed iqis id-dritt fundamentali għall-aċċess għall-kura tas-saħħa preventiva u għat-trattament mediku kif minqux fl-Artikolu 35 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u quddiem il-valuri u l-prinċipji komuni fis-Sistemi tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea kif stabbiliti fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-2 ta' Ġunju 2006 , jenħtieġ li l-Programm jappoġġa azzjonijiet li jiżguraw l-universalità u l-inklużività tal-kura tas-saħħa, li jfisser li ħadd ma jista' jiġi rrifjutat milli jkollu aċċess għall-kura tas-saħħa, u jappoġġa wkoll dawk l-azzjonijiet li jiżguraw li d-drittijiet tal-pazjenti, inkluż dawk dwar il-privatezza tad-data tagħhom, jiġu protetti kif xieraq.
(15)  L-esperjenza mill-kriżi tal-COVID-19 indikat li hemm bżonn ġenerali ta' appoġġ għat-trasformazzjoni strutturali tas-sistemi tas-saħħa madwar l-Unjoni u għar-riformi sistemiċi tagħhom biex jittejbu l-effettività, l-aċċessibbiltà, is-sostenibbiltà u r-reżiljenza tagħhom. Fil-kuntest tat-tali trasformazzjoni u tat-tali riformi, jenħtieġ li b'sinerġija mal-Programm Ewropa Diġitali, il-Programm jippromwovi azzjonijiet li jmexxu 'l quddiem it-trasformazzjoni diġitali tas-servizzi tas-saħħa u li jżidu l-interoperabbiltà tagħhom, li jikkontribwixxu biex iżidu l-kapaċità tas-sistemi tas-saħħa pubblika li jrawmu l-prevenzjoni tal-mard primordjali, primarju, sekondarju, terzjarju u kwaternarju u li jippromwovu s-saħħa, li jipprovdu mudelli ġodda tal-kura bbażati fuq is-saħħa u li joffru servizzi integrati, mill-kura komunitarja u l-kura tas-saħħa primarja sas-servizzi speċjalizzati ħafna, abbażi tal-ħtiġijiet tan-nies b'tali mod li jtejbu l-livelli taċ-ċittadini fir-rigward tal-litteriżmu fis-saħħa u litteriżmu diġitali fis-saħħa, u li jiżguraw ħaddiema tas-saħħa pubblika effikaċi li jkollhom il-ħiliet tajbin, fosthom dawk diġitali, aġġornati b'mod regolari fid-dawl tal-progress xjentifiku u teknoloġiku, kif previst fid-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill11a. Is-sinerġija bejn il-Programm Ewropew tas-Saħħa u l-Programm Ewropa Diġitali jenħtieġ li tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni u l-espansjoni tas-saħħa elettronika, filwaqt li tnaqqas l-ivvjaġġar bla bżonn u l-ħtiġijiet tal-kura tas-saħħa mhux issodisfati. L-iżvilupp ta' spazju Ewropew tad-data tas-saħħa u ta' rekord elettroniku tas-saħħa Ewropew għandu jipprovdi lis-sistemi tal-kura tas-saħħa, lir-riċerkaturi u lill-awtoritajiet pubbliċi bil-mezzi li jtejbu l-aċċessibbiltà, l-affordabbiltà, id-disponibbiltà u l-kwalità tal-kura tas-saħħa, b'tali mod li jiżdied l-ammont ta' data disponibbli għall-pazjenti u l-ħaddiema tas-saħħa, u b'hekk titjieb il-kwalità tal-kura tas-saħħa u l-libertà ta' moviment tal-pazjenti madwar l-Unjoni. Meta wieħed iqis id-dritt fundamentali għall-aċċess għall-kura tas-saħħa preventiva u għat-trattament mediku kif minqux fl-Artikolu 35 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u quddiem il-valuri u l-prinċipji komuni fis-Sistemi tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea kif stabbiliti fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-2 ta' Ġunju 2006 , jenħtieġ li l-Programm jappoġġa azzjonijiet li jiżguraw l-universalità u l-inklużività tal-kura tas-saħħa, li jfisser li ħadd ma jista' jiġi rrifjutat milli jkollu aċċess għall-kura tas-saħħa, u jappoġġa wkoll dawk l-azzjonijiet li jiżguraw li d-drittijiet tal-pazjenti, inkluż dawk dwar il-privatezza tad- data tagħhom, jiġu protetti kif xieraq. Jenħtieġ li l-Programm jappoġġa l-aċċess għad-data personali dwar is-saħħa u l-kondiviżjoni tagħha mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-GDPR u ż-żieda fil-ħiliet diġitali tal-pazjenti.
__________________
__________________
12 Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-valuri u l-prinċipji komuni fis-Sistemi tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 146, 22.6.2006, p. 1).
11a Id-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 dwar ir-Rikonoxximent ta' Kwalifiki Professjonali (ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22).
12 Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-valuri u l-prinċipji komuni fis-Sistemi tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 146, 22.6.2006, p. 1).
Emenda 17
Proposta għal regolament
Premessa 15a (ġdida)
(15a)  Is-sensittività u l-għarfien fir-rigward tal-ġeneri u tas-sessi jeħtieġ li jittejbu fl-edukazzjoni tal-professjonisti tal-kura tas-saħħa, ir-riċerka, id-dijanjożi, it-trattament u l-impatt tal-mediċini u tat-terapewtika biex iż-żewġ sessi jiġu mifhuma u kkurati aħjar.
Emenda 18
Proposta għal regolament
Premessa 15b (ġdida)
(15b)  Skont l-Artikolu 153 tat-TFUE, l-Unjoni għandha tappoġġa u tikkomplementa l-attivitajiet tal-Istati Membri dwar it-titjib tal-ambjent tax-xogħol, u l-protezzjoni tas-saħħa, is-sikurezza u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema. Huwa importanti li jitqies l-ammont kbir ta' ħin li l-ħaddiema jqattgħu fil-postijiet tax-xogħol tagħhom u r-riskju ta' saħħa potenzjali li jistgħu jkunu esposti għalih, bħal sustanzi ta' periklu għas-saħħa u karċinoġeni u movimenti ripetuti, li jwasslu għal piż kbir fir-rigward tal-inkapaċità u l-għadd ta' ġranet ta' xogħol mitlufin, li b'riżultat ta' dan ikun hemm konsegwenzi għall-individwu, il-familja u s-soċjetà. Jenħtieġ li l-Programm jirrifletti wkoll l-importanza tas-saħħa okkupazzjonali u l-impatt tagħha fuq il-ħaddiema tas-saħħa u s-soċjetajiet. Jenħtieġ li l-Kummissjoni taħdem mal-Istati Membri biex tinħoloq leġiżlazzjoni ġdida li ttejjeb il-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-ħaddiema, ittejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom, il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, tippromwovi l-benessri u saħħa mentali aħjar u tipprevjeni rtirar kmieni minħabba problemi tas-saħħa u ġestjoni ħażina tas-saħħa.
Emenda 19
Proposta għal regolament
Premessa 15c (ġdida)
(15c)  Jenħtieġ li l-Programm jiffaċilita r-reviżjoni tal-mandat tal-EU-OSHA biex jippromwovi postijiet tax-xogħol tajbin għas-saħħa u sikuri madwar l-Unjoni u biex jappoġġa l-attivitajiet u l-analiżi tal-Aġenzija rigward is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tipproponi qafas strateġiku tal-Unjoni ġdid dwar is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali għall-perjodu ta' bejn l-2021 u l-2027 u tkompli taġġorna d-Direttiva 2004/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill12a Il-Programm jenħtieġ li jappoġġa wkoll azzjonijiet li jiffaċilitaw ir-ritorn tal-persuni għall-post tax-xogħol wara liv fit-tul minħabba mard jew li jinkludu aħjar fil-forza tax-xogħol il-persuni li għandhom mard kroniku jew diżabbiltà.
__________________
12a Direttiva 2004/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji relatati mal-karċinoġeni jew il-mutaġeni fuq il-post tax-xogħol (Sitt Direttiva individwali fis-sens ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE) (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 50).
Emenda 20
Proposta għal regolament
Premessa 16
(16)  Jekk in-nies jinżammu f'saħħithom u attivi aktar fit-tul u jitħeġġu biex jieħdu rwol attiv fit-tmexxija ta' saħħithom, dan iħalli effetti pożittivi fuq is-saħħa, l-inugwaljanzi fis-saħħa, il-kwalità tal-ħajja, il-produttività, il-kompetittività u l-inklużività, filwaqt li tonqos il-pressjoni fuq il-baġits nazzjonali. Il-Kummissjoni impenjat ruħha biex tgħin lill-Istati Membri jilħqu l-miri ta' żvilupp sostenibbli stabbiliti fl-"Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli tan-NU", b'mod partikolari l-Għan ta' Żvilupp Sostenibbli Nru 3 "Jiġu żgurati ħajjiet f'saħħithom u jiġi promoss il-benesseri għal kulħadd f'kull età".13 Għalhekk jenħtieġ li l-Programm jikkontribwixxi għall-azzjonijiet meħuda biex jintlaħqu dawn l-għanijiet.
(16)  Is-saħħa hija investiment u jenħtieġ li l-Programm ikollu dan il-kunċett fil-qalba tiegħu. Jekk in-nies jinżammu f'saħħithom u attivi aktar fit-tul u jitħeġġu biex jieħdu rwol attiv fit-tmexxija ta' saħħithom, billi jtejbu l-litteriżmu fis-saħħa tagħhom, dan iħalli effetti pożittivi fuq is-saħħa, l-inugwaljanzi fis-saħħa, id-diskrepanzi fis-saħħa, il-kwalità tal-ħajja, il-produttività, il-kompetittività u l-inklużività, filwaqt li tonqos il-pressjoni fuq il-baġits u s-sistemi tas-saħħa nazzjonali. Jenħtieġ li l-Programm jappoġġa wkoll l-azzjoni biex jitnaqqsu l-inugwaljanzi fil-provvista tal-kura tas-saħħa f'żoni rurali u remoti, inkluż fir-reġjuni ultraperiferiċi, għall-fini li jinkiseb tkabbir inklużiv. Il-Kummissjoni impenjat ruħha biex tgħin lill-Istati Membri jilħqu l-miri ta' żvilupp sostenibbli stabbiliti fl-"Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli tan-NU", b'mod partikolari l-Għan ta' Żvilupp Sostenibbli Nru 3 "Jiġu żgurati ħajjiet f'saħħithom u jiġi promoss il-benesseri għal kulħadd f'kull età".13 Għalhekk jenħtieġ li l-Programm jikkontribwixxi għall-azzjonijiet meħuda biex jintlaħqu l-għanijiet tal-SDGs, u konsegwentement jittejbu d-determinanti soċjali tas-saħħa u titjieb is-saħħa taċ-ċittadini tal-Unjoni.
__________________
__________________
13 Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Il-passi li jmiss għal ġejjieni Ewropew sostenibbli. Azzjoni Ewropea għas-sostenibbiltà (COM(2016)0739, 22.11.2016).
13 Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Il-passi li jmiss għal ġejjieni Ewropew sostenibbli. Azzjoni Ewropea għas-sostenibbiltà (COM(2016)0739, 22.11.2016).
Emenda 21
Proposta għal regolament
Premessa 17
(17)  Il-mard li ma jitteħidx ġej minn taħlita ta' fatturi ġenetiċi, fiżjoloġiċi, ambjentali u ta' mġiba. Dan il-mard li ma jitteħidx, bħall-mard kardjovaskulari, il-kanċer, il-mard respiratorju kroniku, u d-dijabete, jirrappreżenta l-kawżi ewlenin tad-diżabbiltà, tal-problemi ta' saħħa, tal-irtirar marbut mas-saħħa, u tal-imwiet prematuri fl-Unjoni, li jirriżulta f'impatti soċjali u ekonomiċi konsiderevoli. Sabiex jitnaqqas l-impatt tal-mard li ma jitteħidx fuq l-individwi u fuq is-soċjetà fl-Unjoni u tintlaħaq il-Mira 3.4 tal-għan 3 tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli, jiġifieri li titnaqqas il-mortalità prematura mill-mard li ma jitteħidx b'terz sal-2030, huwa essenzjali li jkun hemm rispons integrat li jiffoka fuq il-prevenzjoni fis-setturi u fl-oqsma ta' politika kollha, flimkien ma' sforzi biex jissaħħu s-sistemi tas-saħħa.
(17)  Il-mard li ma jitteħidx ġej minn taħlita ta' determinanti ġenetiċi u tas-saħħa (fiżjoloġiċi, ta' imġiba u ambjentali). Dan il-mard li ma jitteħidx, bħall-mard kardjovaskulari, il-kanċer, l-obeżità, il-mard respiratorju kroniku, id-dijabete, il-mard dwar is-saħħa mentali u d-diżfunzjonijiet newroloġiċi jirrappreżenta l-kawżi ewlenin tad-diżabbiltà, tal-problemi ta' saħħa, tal-irtirar marbut mas-saħħa, u tal-imwiet prematuri fl-Unjoni, filwaqt li l-mard li ma jitteħidx kien responsabbli għal 87 % tas-Snin ta' Ħajja Aġġustati minħabba Diżabbiltà (DALYs) fl-Unjoni fl-2017, li jirriżulta f'impatti emozzjonali, soċjali u ekonomiċi konsiderevoli. Sabiex jitnaqqas l-impatt tal-mard li ma jitteħidx fuq l-individwi u fuq is-soċjetà fl-Unjoni u tintlaħaq b'mod partikolari iżda mhux esklussivament il-Mira 3.4 tal-għan 3 tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli, jiġifieri li titnaqqas il-mortalità prematura mill-mard li ma jitteħidx b'terz sal-2030, huwa essenzjali li jkun hemm rispons integrat li jiffoka fuq il-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni fis-setturi, fl-ispeċjalitajiet u l-oqsma ta' politika, b'kunsiderazzjoni tan-natura interrelatata ta' ħafna mill-mard li ma jitteħidx, flimkien ma' sforzi biex jissaħħu s-sistemi tas-saħħa u l-provvista ta' mediċini xierqa, dwar it-tisħiħ tal-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni ta' Qafas tad-WHO dwar il-Kontroll fuq it-Tabakk huwa kruċjali biex jinkiseb tnaqqis effettiv u sostenibbli fil-mard li ma jitteħidx evitabbli. Il-Programm jenħtieġ li jappoġġa azzjonijiet immirati lejn l-integrazzjoni tas-saħħa mentali fl-oqsma kollha, inkluż fl-ispazju tax-xogħol u fl-iskejjel, u jippromwovi azzjonijiet għall-ġlieda kontra d-dipressjoni u s-suwiċidju u għall-implimentazzjoni ta' kura tas-saħħa mentali integrattiva.
Emenda 22
Proposta għal regolament
Premessa 18
(18)  Għalhekk, jenħtieġ li l-Programm jikkontribwixxi għall-prevenzjoni tal-mard tul il-ħajja ta' individwu u għall-promozzjoni tas-saħħa billi jindirizza l-fatturi ta' riskju għas-saħħa, bħall-użu tat-tabakk u l-prodotti relatati miegħu u l-esponiment għall-emissjonijiet tagħhom, l-użu dannuż tal-alkoħol, u l-konsum ta' drogi illeċiti. Jenħtieġ li l-Programm jikkontribwixxi wkoll għat-tnaqqis fil-ħsara tas-saħħa relatata mad-drogi, mal-vizzji fid-dieta ta' ħsara għas-saħħa u l-inattività fiżika, u l-esponiment għat-tnaqqis ambjentali, u jrawwem ambjenti ta' appoġġ għal stili ta' ħajja tajbin għas-saħħa sabiex jikkomplementa l-azzjonijiet tal-Istati Membri f'dawn l-oqsma. Għaldaqstant, jenħtieġ ukoll li l-programm jikkontribwixxi għall-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, l-Istrateġija "Mill-Għalqa sal-Platt" u l-Istrateġija għall-Bijodiversità.
(18)  Il-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni tas-saħħa huma ħafna aktar kosteffiċjenti mit-trattament, kemm f'termini ta' flus kif ukoll ta' snin ta' ħajja aġġustati għall-kwalità, għalhekk, jenħtieġ li l-Programm jikkontribwixxi għall-prevenzjoni tal-mard tul il-ħajja ta' individwu u għall-promozzjoni tas-saħħa billi jindirizza d-determinanti tas-saħħa, bħall-użu ta' tabakk u prodotti relatati u l-esponiment tal-emissjonijiet tagħhom, l-użu dannuż tal-alkoħol, ambjent tal-ikel mhux sustanzjuż, u l-konsum ta' drogi illeċiti u sustanzi psikoattivi. Sabiex jinkiseb l-aħjar stat tas-saħħa possibbli, jenħtieġ li l-Programm jindirizza d-determinanti tas-saħħa kollha. Il-promozzjoni tas-saħħa, il-protezzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard miġjuba tul il-ħajja ta' individwu jenħtieġ li jkunu fil-qalba tal-programm billi jindirizza l-fatturi ta' riskju għas-saħħa u mentali, bħall-użu tat-tabakk u l-prodotti relatati miegħu u l-esponiment għall-emissjonijiet tagħhom, l-użu dannuż tal-alkoħol, u l-konsum ta' drogi u mġiba oħra ta' dipendenza. Jenħtieġ li l-Programm jikkontribwixxi wkoll għat-tnaqqis fil-ħsara tas-saħħa relatata mad-drogi, mal-obeżità u mal-vizzji fid-dieta ta' ħsara għas-saħħa, l-inattività fiżika, u l-esponiment għat-tnaqqis ambjentali, u jrawwem ambjenti ta' appoġġ għal stili ta' ħajja tajbin għas-saħħa sabiex jikkomplementa l-azzjonijiet tal-Istati Membri f'dawn l-oqsma. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-programm jikkontribwixxi għal livell għoli ta' protezzjoni u prevenzjoni tas-saħħa tal-bniedem, tul il-ħajja kollha ta' individwu, inkluż permezz tal-promozzjoni ta' attività fiżika, kura nutrizzjonali u promozzjoni tal-edukazzjoni tas-saħħa. Il-Programm jenħtieġ ukoll isaħħaħ u jappoġġa l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni relatata mas-saħħa, inkluż fil-qasam tas-saħħa ambjentali, u jrawwem l-approċċ "Saħħa fil-Politiki Kollha". Il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi wkoll għall-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, l-Istrateġija "Mill-Għalqa sal-Platt" u l-Istrateġija għall-Bijodiversità u l-Istrateġija dwar is-Sustanzi Kimiċi għas-Sostenibbiltà.
Emenda 23
Proposta għal regolament
Premessa 18a (ġdida)
(18a)  Jenħtieġ li l-Programm ikompli jappoġġa azzjonijiet fil-qasam tat-tnaqqis u l-prevenzjoni tal-ħsara relatata mal-alkoħol fil-perspettiva ta' strateġija tal-Unjoni riveduta dwar l-alkoħol. Il-protezzjoni tat-tfal mil-alkoħol jenħtieġ li tkun waħda mill-prijoritajiet tal-Programm.
Emenda 24
Proposta għal regolament
Premessa 18b (ġdida)
(18b)  Il-piż ta' mard kroniku għadu sinifikanti fl-Unjoni. Il-mard kroniku jiżviluppa bil-mod, idum ħafna u sikwit ma jkunx hemm fejqan għalih. F'ħafna każijiet, il-mard kroniku jkun assoċjat ma' aktar minn komorbidità waħda, u dan jagħmlu iżjed diffiċli biex jiġi kkurat u mmaniġġjat. Dan il-mard ikkawża ħafna tbatija għall-bnedmin u poġġa wkoll piż enormi fuq is-sistemi tas-saħħa. Madankollu, il-mard kroniku, bħall-mard kardjovaskulari u d-dijabete tat-tip 2, jistgħu jiġu evitati b'għażliet ta' stil ta' ħajja tajbin għas-saħħa, filwaqt li mard ieħor, pereżempju l-mard newroloġiku, jista' jiġi ġestit biex jittawwal iż-żmien qabel il-bidu tiegħu jekk jiġi identifikat kmieni, jew biex il-pazjenti jiġu megħjuna jħossuhom fl-aħjar tagħhom u jibqgħu attivi għal perjodu itwal ta' żmien. Għalhekk, l-Unjoni u l-Istati Membri jistgħu jnaqqsu ħafna l-piż tal-Istati Membri billi jaħdmu flimkien sabiex tinkiseb ġestjoni aħjar u aktar effettiva tal-mard, u l-Programm jenħtieġ li jappoġġa azzjonijiet f'dan il-qasam. Jenħtieġ li l-Programm jappoġġa l-iżvilupp ta' linji gwida Ewropej speċifiċi dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-mard fil-qasam kemm tal-mard li jittieħed kif ukoll ta' dak li ma jitteħidx, bħall-mard kardjovaskulari, il-mard newrodeġenerattiv, il-mard respiratorju u d-dijabete.
Emenda 25
Proposta għal regolament
Premessa 19
(19)  Wara l-mard kardjovaskulari, il-kanċer jiġi fit-tieni post bħala l-kawża ewlenija tal-imwiet fl-Istati Membri. Il-kanċer huwa marda li tifforma parti mill-mard li ma jitteħidx li jikkondividi fatturi ta' riskju komuni u li l-prevenzjoni u l-kontroll tiegħu jkunu ta' benefiċċju għall-maġġoranza taċ-ċittadini. Fl-2020, il-Kummissjoni ħabbret "il-Pjan Ewropew biex Jingħeleb il-Kanċer" li jkopri ċ-ċiklu sħiħ tal-marda, li jibda mill-prevenzjoni u d-dijanjożi bikrija sal-kura u l-kwalità tal-ħajja tal-pazjenti u tas-superstiti. Jenħtieġ li l-miżuri jibbenefikaw mill-Programm u mill-Missjoni tal-programm Orizzont Ewropa dwar il-Kanċer.
(19)  Wara l-mard kardjovaskulari, il-kanċer jiġi fit-tieni post bħala l-kawża ewlenija tal-imwiet fl-Istati Membri. Il-kanċer huwa kkawżat minn bosta fatturi u għalhekk jirrikjedi paradigma ġdida ta' prevenzjoni li tindirizza d-determinanti tas-saħħa individwali (il-ġenetika, l-istil ta' ħajja) u determinanti usa' (popolazzjonijiet) relatati ma' fatturi okkupazzjonali, ambjentali u ta' esponiment soċjali. Il-kanċer huwa marda li tifforma parti mill-mard li ma jitteħidx li jikkondividi fatturi ta' riskju komuni ma' oħrajn u li l-prevenzjoni u l-kontroll tiegħu jkunu ta' benefiċċju għall-maġġoranza taċ-ċittadini. Nutrizzjoni fqira, l-inattività fiżika, l-obeżità, it-tabakk u l-alkoħol huma fatturi ta' riskju komuni għal mard kroniku ieħor, bħall-mard kardjovaskulari, u għalhekk il-programmi ta' prevenzjoni tal-kanċer jenħtieġ li jiġu implimentati fil-kuntest ta' programm integrat ta' prevenzjoni tal-mard kroniku. Fl-2020, il-Kummissjoni ħabbret "il-Pjan Ewropew biex Jingħeleb il-Kanċer" li jkopri kull stadju ewlieni tal-marda: il-prevenzjoni, id-dijanjożi, it-trattament, il-ħajja bħala superstitu tal-kanċer, l-inseriment mill-ġdid u l-kura palljattiva u l-ġestjoni tal-uġigħ. Jenħtieġ li l-Programm jippromwovi azzjonijiet li jikkomplementaw il-Pjan Ewropew tal-Ġlieda kontra l-Kanċer u b'hekk itejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-pazjenti tal-kanċer. Jenħtieġ li l-miżuri jibbenefikaw mill-Programm u mill-Missjoni tal-programm Orizzont Ewropa dwar il-Kanċer b'mod partikolari b'inizjattivi li jappoġġaw il-miri fit-terminu twil u medju tal-Pjan, u jindirizzaw il-fatturi ta' riskju komuni tal-kanċer u sinerġiji ma' mard ewlieni ieħor li ma jitteħidx.
Emenda 26
Proposta għal regolament
Premessa 20
(20)  Il-Programm l-UE għas-Saħħa se jaħdem f'sinerġija u kumplimentarjetà ma' politiki u fondi oħra tal-UE, bħall-azzjonijiet implimentati bil-Programm Ewropa Diġitali, Orizzont Ewropea, ir-riżerva rescEU taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili, l-Istrument għall-Appoġġ ta' Emerġenza, il-Fond Soċjali Ewropew + (ESF+, inkluż fir-rigward tas-sinerġiji dwar il-protezzjoni mtejba tas-saħħa u s-sigurtà ta' miljuni ta' ħaddiema fl-UE), inkluż il-Fergħa tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (EaSI), il-fond InvestEU, il-Programm tas-Suq Uniku, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Faċilità tal-Irkupru u r-Reżiljenza inkluż l-Għodda għat-Twettiq ta' Riformi, l-Erasmus, il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, l-Appoġġ biex jittaffew ir-Riskji ta' Qgħad f'Emerġenza (SURE), u l-istrumenti ta' azzjoni esterni tal-UE, bħall-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali u l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni III. Fejn xieraq, se jiġu stabbiliti regoli komuni bil-ħsieb li tiġi żgurata l-konsistenza u l-komplementarjetà bejn il-fondi, filwaqt li jiġi żgurat li l-ispeċifiċitajiet ta' dawn il-politiki jiġu rispettati, u bil-ħsieb li jiġu allinjati r-rekwiżiti strateġiċi ta' dawn il-politiki, il-programmi u l-fondi, bħall-kundizzjonijiet abilitanti tal-FEŻR u tal-ESF+.
(20)  Il-Programm se jaħdem f'sinerġija u komplimentarjetà ma' politiki, programmi u fondi oħra tal-UE, bħall-azzjonijiet implimentati bil-Programm Ewropa Diġitali, Orizzont Ewropea, ir-riżerva rescEU taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili, l-Istrument għall-Appoġġ ta' Emerġenza, il-Fond Soċjali Ewropew + (ESF+, inkluż fir-rigward tas-sinerġiji dwar il-protezzjoni mtejba tas-saħħa u s-sigurtà ta' miljuni ta' ħaddiema fl-UE), inkluż il-Fergħa tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (EaSI), il-fond InvestEU, il-Programm tas-Suq Uniku, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), inkluż l-Interreg, il-Faċilità tal-Irkupru u r-Reżiljenza inkluż l-Għodda għat-Twettiq ta' Riformi, l-Erasmus, il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, l-Appoġġ biex jittaffew ir-Riskji ta' Qgħad f'Emerġenza (SURE), u l-istrumenti ta' azzjoni esterni tal-UE, bħall-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali u l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni III. Fejn xieraq, se jiġu stabbiliti regoli komuni bil-ħsieb li tiġi żgurata l-konsistenza u l-komplementarjetà bejn il-fondi, jiġi evitat kwalunkwe trikkib jew duplikazzjoni ta' finanzjament, filwaqt li jiġi żgurat li l-ispeċifiċitajiet ta' dawn il-politiki jiġu rispettati, u bil-ħsieb li jiġu allinjati r-rekwiżiti strateġiċi ta' dawn il-politiki, il-programmi u l-fondi, bħall-kundizzjonijiet abilitanti tal-FEŻR u tal-ESF+.
Emenda 249
Proposta għal regolament
Premessa 20a (ġdida)
(20a)   Jenħtieġ li l-programm jikkontribwixxi għall-ħolqien ta' riżerva ta' prodotti rilevanti għall-kriżijiet tas-saħħa, bħal mediċini essenzjali, vaċċini u apparat mediku, f'sinerġija u komplementarjetà ma' rescEU, l-Istrument għall-Appoġġ ta' Emerġenza, l-Istrument ta' Reżiljenza u politiki, programmi u fondi oħra tal-Unjoni.
Emenda 27
Proposta għal regolament
Premessa 21
(21)  F'konformità mal-Artikolu 114 tat-TFUE, jenħtieġ li jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa fil-leġiżlazzjoni adottata mill-Unjoni għall-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern. Abbażi tal-Artikolu 114 tat-TFUE u tal-Artikolu 168(4)(c) tat-TFUE, ġie żviluppat korp konsiderevoli tal-acquis tal-Unjoni li jiggarantixxi l-istandards għoljin ta' kwalità u sikurezza għall-prodotti mediċinali u għall-apparat mediku. Minħabba ż-żieda fid-domanda għall-kura tas-saħħa, is-sistemi tal-kura tas-saħħa tal-Istati Membri qed jiffaċċjaw sfidi fid-disponibbiltà u fl-affordabbiltà tal-mediċini u tal-apparati mediċi. Biex tiġi żgurata protezzjoni aħjar tas-saħħa pubblika kif ukoll is-sikurezza u l-għoti tas-setgħa lill-pazjenti fl-Unjoni, huwa essenzjali li l-pazjenti u s-sistemi tas-saħħajkollhom aċċess għal prodotti tal-kura tas-saħħa ta' kwalità għolja u jkunu jistgħu jibbenefikaw bis-sħiħ minnhom.
(21)  F'konformità mal-Artikolu 114 tat-TFUE, jenħtieġ li jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa fil-leġiżlazzjoni adottata mill-Unjoni għall-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern. Abbażi tal-Artikolu 114 tat-TFUE u tal-Artikolu 168(4)(c) tat-TFUE, ġie żviluppat korp konsiderevoli tal-acquis tal-Unjoni li jiggarantixxi l-istandards għoljin ta' kwalità u sikurezza għall-prodotti mediċinali u għall-apparat mediku. Minħabba ż-żieda fid-domanda għall-kura tas-saħħa, is-sistemi tal-kura tas-saħħa tal-Istati Membri qed jiffaċċjaw sfidi fid-disponibbiltà u fl-affordabbiltà tal-mediċini u tal-apparati mediċi. Biex tiġi żgurata protezzjoni aħjar tas-saħħa pubblika kif ukoll is-sikurezza u l-għoti tas-setgħa lill-pazjenti fl-Unjoni, huwa essenzjali li l-pazjenti u s-sistemi tas-saħħa jkollhom aċċess għal prodotti sostenibbli, effiċjenti, ekwitabbli, affordabbli u tal-kura tas-saħħa ta' kwalità għolja, inkluż f'kuntest transfruntier u jkunu jistgħu jibbenefikaw bis-sħiħ minnhom, abbażi ta' informazzjoni medika trasparenti, konsistenti u orjentata lejn il-pazjent.
Emenda 28
Proposta għal regolament
Premessa 22
(22)  Għaldaqstant, il-Programm jenħtieġ li jappoġġa azzjonijiet biex jimmonitorja n-nuqqas ta' mediċini, ta' apparat mediku u ta' prodotti oħra tal-kura tas-saħħa u biex jiżgura aktar disponibbiltà u affordabbiltà ta' dawk il-prodotti filwaqt li jillimita d-dipendenza tal-ktajjen tal-provvista tagħhom fuq pajjiżi terzi. B'mod partikolari, sabiex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet mediċi mhux issodisfati, il-Programm jenħtieġ li jipprovdi appoġġ għall-provi kliniċi sabiex jitħaffu l-iżvilupp ta' mediċini innovattivi u effettivi, l-awtorizzazzjoni tagħhom u l-aċċess għalihom, sabiex jiġu promossi inċentivi għall-iżvilupp ta' prodotti mediċinali bħall-antimikrobiċi u sabiex titrawwem it-trasformazzjoni diġitali tal-prodotti tal-kura tas-saħħa u jitrawmu pjattaformi għall-monitoraġġ u l-ġbir tal-informazzjoni dwar il-mediċini.
(22)  Il-Programm jenħtieġ li jappoġġa l-iżvilupp ta' sistema Ewropea ta' monitoraġġ, rapportar u notifika għal nuqqas ta' mediċini, ta' apparat mediku, vaċċini, għodod tad-dijanjostika, u ta' prodotti oħra tal-kura tas-saħħa, li tevita l-frammentazzjoni tas-suq uniku u tiżgura aktar disponibbiltà u affordabbiltà ta' dawk il-prodotti filwaqt li tillimita d-dipendenza tal-ktajjen tal-provvista tagħhom fuq pajjiżi terzi. Għalhekk, il-Programm jenħtieġ li jinkoraġġixxi l-produzzjoni ta' prodotti mediċinali u apparat mediku fi ħdan l-Unjoni. B'mod partikolari, sabiex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet mediċi mhux issodisfati, il-Programm jenħtieġ li jipprovdi appoġġ għall-ġenerazzjoni ta' evidenza klinika u reali biex jiġi permess l-iżvilupp ta' mediċini innovattivi u effettivi, l-awtorizzazzjoni tagħhom, l-evalwazzjoni tagħhom u l-aċċess għalihom, inklużi prodotti ġeneriċi u bijosimili, apparat mediku, u trattament, il-promozzjoni u l-iżvilupp ta' prodotti mediċinali ġodda, b'attenzjoni partikolari tingħata lill-antimikrobiċi u l-vaċċini biex jindirizzaw l-AMR u l-mard li jista' jiġi evitat bit-tilqim, sabiex jiġu promossi inċentivi għall-spinta tal-kapaċità tal-produzzjoni għall-antimikrobiċi, it-trattament personalizzat u t-tilqim u titrawwem it-trasformazzjoni diġitali tal-prodotti tal-kura tas-saħħa u pjattaformi għall-monitoraġġ u l-ġbir tal-informazzjoni dwar il-mediċini. Jenħtieġ li l-Programm isaħħaħ ukoll it-teħid ta' deċiżjonijiet dwar il-mediċini billi jippermetti aċċess għad-data dwar il-kura tas-saħħa tad-dinja reali kif ukoll l-analiżi tagħha mir-regolaturi u mill-korpi ta' valutazzjonijiet tat-teknoloġija tas-saħħa ("HTA"). Jenħtieġ li l-Programm jgħin ukoll jiżgura l-aħjar użu tar-riżultati tar-riċerka u jiffaċilita l-adozzjoni, it-titjib u l-użu tal-innovazzjoni tas-saħħa fis-sistemi tal-kura tas-saħħa u fil-prassi klinika.
Emenda 29
Proposta għal regolament
Premessa 22a (ġdida)
(22a)   Jenħtieġ li tiġi stabbilita definizzjoni armonizzata fil-livell ta' Unjoni għat-termini "nuqqas", "tensjoni", "tfixkil fil-provvista", "stokkjar" u "stokkjar żejjed". Jenħtieġ li l-Kummissjoni taħdem biex tiżviluppa tali definizzjonijiet armonizzati f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, inklużi l-organizzazzjonijiet tal-pazjenti. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni, b'mod partikolari ssaħħaħ id-definizzjoni ta' "nuqqas" proposta mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) u t-Task Force konġunt tal-Kapijiet tal-Aġenziji tal-Mediċini (HMA) fl-2019;
Emenda 30
Proposta għal regolament
Premessa 23
(23)  Billi l-użu ottimu tal-mediċini u tal-antimikrobiċi b'mod partikolari huwa ta' benefiċċju għall-individwi u għas-sistemi tas-saħħa, jenħtieġ li l-Programm jippromwovi l-użu prudenti u effiċjenti tagħhom. F'konformità mal-Pjan ta' Azzjoni Ewropew "Saħħa Waħda" kontra r-Reżistenza għall-Antimikrobiċi14, adottat f'Ġunju 2017 fuq talba ta' Stati Membri, u mill-esperjenza mal-infezzjonijiet batteriċi sekondarji marbuta mal-COVID-19, huwa essenzjali li l-Programm jappoġġa azzjonijiet immirati lejn l-użu prudenti ta' sustanzi antimikrobiċi fil-bniedem, l-annimali, u l-għelejjel, fil-qafas ta' politika integrata dwar is-sikurezza tal-pazjent u l-prevenzjoni ta' żbalji mediċi.
(23)  Billi l-użu ottimu tal-mediċini u tal-antimikrobiċi b'mod partikolari huwa ta' benefiċċju għall-individwi u għas-sistemi tas-saħħa, jenħtieġ li l-Programm jippromwovi l-użu prudenti u effiċjenti tagħhom. F'konformità mal-Pjan ta' Azzjoni Ewropew "Saħħa Waħda" kontra r-Reżistenza għall-Antimikrobiċi14, adottat f'Ġunju 2017 fuq talba ta' Stati Membri, u billi l-infezzjonijiet u s-sepsis ikkważati mill-batterji reżistenti għall-antibijotiċi huma responsabbli għal numru għoli ta' mwiet fl-Unjoni, huwa essenzjali li l-Programm jappoġġa azzjonijiet immirati lejn l-użu prudenti ta' sustanzi antimikrobiċi fil-bniedem, l-annimali, u l-għelejjel, u azzjonijiet inkluż l-użu ta' trattamenti integrattivi mhux antibijotiċi, fil-qafas ta' politika integrata dwar is-sikurezza tal-pazjent u l-prevenzjoni ta' żbalji mediċi. Il-Programm jenħtieġ li jappoġġa l-programmi ta' monitoraġġ u ta' sorveljanza dwar l-użu tal-antimikrobiċi u l-AMR, u jappoġġa l-implimentazzjoni ta' pjanijiet lokali, reġjonali u nazzjonali għall-ġlieda kontra l-AMR, appoġġati minn strateġiji bbażati fuq l-evidenza u l-kondiviżjoni ta' prattiki tajbin fl-Unjoni.
__________________
__________________
14 Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew "Pjan ta' Azzjoni Saħħa Waħda Ewropew kontra r-Reżistenza Antimikrobika (AMR)", Pjan ta' Azzjoni Saħħa Waħda Ewropew kontra r-Reżistenza Antimikrobika", COM(2017)0339 tad-29.6.2017.
14 Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew "Pjan ta' Azzjoni Saħħa Waħda Ewropew kontra r-Reżistenza Antimikrobika (AMR)", COM(2017)0339 tad-29.6.2017.
Emenda 31
Proposta għal regolament
Premessa 24
(24)  Peress li t-tniġġis ambjentali kkawżat mis-sustanzi farmaċewtiċi umani u veterinarji huwa problema ambjentali ġdida li tista' tħalli impatt fuq is-saħħa pubblika, jenħtieġ li l-Programm irawwem miżuri li jsaħħu l-valutazzjoni u l-ġestjoni xierqa tar-riskji ambjentali assoċjati mal-produzzjoni, l-użu u r-rimi tal-prodotti mediċinali, f'konformità mal-Approċċ strateġiku tal-Unjoni Ewropea għall-Farmaċewtiċi fl-Ambjent15.
(24)  Peress li t-tniġġis ikkawżat mis-sustanzi farmaċewtiċi umani u veterinarji huwa problema ambjentali ġdida li tista' tħalli impatt fuq is-saħħa pubblika, jenħtieġ li l-Programm irawwem miżuri li jsaħħu l-valutazzjoni u l-ġestjoni xierqa tar-riskji ambjentali assoċjati mal-produzzjoni, l-użu u r-rimi tal-prodotti mediċinali, f'konformità mal-Approċċ strateġiku tal-Unjoni Ewropea għall-Farmaċewtiċi fl-Ambjent15.
__________________
__________________
15 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat "Approċċ Strateġiku tal-Unjoni Ewropea għall-Farmaċewtiċi fl-Ambjent", COM(2019)0128 tal-11.03.2019.
15 Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat "Approċċ Strateġiku tal-Unjoni Ewropea għall-Farmaċewtiċi fl-Ambjent", COM(2019)0128 tal-11.03.2019.
Emenda 32
Proposta għal regolament
Premessa 25
(25)  Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-saħħa tħalli impatt immedjat fuq is-saħħa pubblika, ħajjet iċ-ċittadini, l-effiċjenza u r-reżiljenza tas-sistemi tas-saħħa u l-funzjonament tajjeb tas-suq intern. Il-qafas regolatorju għall-prodotti u t-teknoloġiji mediċi (il-prodotti mediċinali, it-tagħmir mediku u s-sustanzi ta' oriġini umana), kif ukoll għal-leġiżlazzjoni dwar it-tabakk, id-drittijiet tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa transfruntiera u t-theddid transfruntier serju għas-saħħa huwa essenzjali għall-protezzjoni tas-saħħa fl-Unjoni. Għaldaqstant, il-Programm jenħtieġ li jappoġġa l-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-saħħa u jipprovdi data ta' kwalità għolja, komparabbli u affidabbli biex jirfed it-tfassil tal-politiki u l-monitoraġġ.
(25)  Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-saħħa tħalli impatt immedjat fuq is-saħħa u s-sikurezza pubblika, ħajjet iċ-ċittadini, l-effiċjenza u r-reżiljenza tas-sistemi tas-saħħa u l-funzjonament tajjeb tas-suq intern. Il-qafas regolatorju għall-prodotti u t-teknoloġiji mediċi (il-prodotti mediċinali, it-tagħmir mediku u s-sustanzi ta' oriġini umana), kif ukoll għal-leġiżlazzjoni dwar it-tabakk, id-drittijiet tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa transfruntiera u t-theddid transfruntier serju għas-saħħa huwa essenzjali għall-protezzjoni tas-saħħa fl-Unjoni. Għaldaqstant, il-Programm jenħtieġ li jappoġġa l-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-saħħa, u flimkien ma' sħab ewlenin bħall-EMA u l-ECDC, jipprovdi data ta' kwalità għolja, mhux diskriminatorja, komparabbli u affidabbli, inkluża data tal-kura tas-saħħa f'sitwazzjonijiet reali miġbura lokalment madwar l-Ewropa, permezz ta' metodoloġija omoġena definita sew, biex jirfed it-tfassil tal-politiki u l-monitoraġġ, jistabbilixxi miri u jiżviluppa għodod biex jitkejjel il-progress.
Emenda 33
Proposta għal regolament
Premessa 26
(26)  Il-kooperazzjoni transfruntiera fl-għoti tal-kura tas-saħħa lill-pazjenti li jiċċaqalqu minn Stat Membru għall-ieħor, il-kollaborazzjoni dwar il-valutazzjonijiet tat-teknoloġija tas-saħħa (HTA), u n-Networks ta' Referenza Ewropej (NRE) huma eżempji ta' oqsma fejn ix-xogħol integrat fost l-Istati Membri wera li għandu valur miżjud b'saħħtu u potenzjal kbir biex tiżdied l-effiċjenza tas-sistemi tas-saħħa u b'hekk is-saħħa b'mod ġenerali. Għalhekk, il-Programm jenħtieġ li jappoġġa attivitajiet li jippermettu t-tali ħidma integrata u kkoordinata, li sservi wkoll biex trawwem l-implimentazzjoni ta' prattiki b'impatt qawwi li għandhom l-għan li jqassmu ir-riżorsi disponibbli lill-popolazzjoni u lill-oqsma kkonċernati bl-aktar mod effettiv sabiex jimmassimizzaw l-impatt tagħhom.
(26)  Il-kooperazzjoni transfruntiera fl-għoti tal-kura tas-saħħa lill-pazjenti li jiċċaqalqu minn Stat Membru għall-ieħor jew li jgħixu fir-reġjuni tal-fruntiera, il-kollaborazzjoni dwar il-valutazzjonijiet tat-teknoloġija tas-saħħa (HTA), u n-Networks ta' Referenza Ewropej (NRE) huma eżempji ta' oqsma fejn ix-xogħol integrat fost l-Istati Membri wera li għandu valur miżjud b'saħħtu u potenzjal kbir biex tiżdied l-effiċjenza tas-sistemi tas-saħħa u b'hekk is-saħħa b'mod ġenerali. Għalhekk, il-Programm jenħtieġ li jkun immirat li jiżgura li t-tali ħidma integrata u kkoordinata tiġi żviluppata u implimentata sal-potenzjal sħiħ tagħha f'oqsma bħall-HTA u n-NRE. Din il-ħidma għandha sservi biex trawwem l-implimentazzjoni ta' prattiki b'impatt qawwi li għandhom l-għan li jqassmu ir-riżorsi disponibbli lill-gruppi rilevanti tal-popolazzjoni u lill-oqsma bl-aktar mod effettiv sabiex jimmassimizzaw l-impatt tagħhom.
Emenda 34
Proposta għal regolament
Premessa 26a (ġdida)
(26a)  Is-solidarjetà u l-għaqda huma prinċipji tal-Unjoni u l-Programm għandu jiżgura li l-Unjoni jkollha approċċ koerenti fil-ġlieda kontra t-theddid transfruntier għas-saħħa, sabiex jirrispondi għat-theddid għas-saħħa pubblika. Jenħtieġ li l-Programm, skont l-Artikolu 168 tat-TFUE, jappoġġa l-ħolqien ta' Mekkaniżmu Ewropew ta' Rispons għas-Saħħa, ikkoordinat mill-ECDC u mmexxi mill-Kummissarju għas-Saħħa u l-Kummissarju għall-Ġestjoni tal-Kriżijiet, artikolat bis-sħiħ mal-aġenziji tas-saħħa l-oħra tal-UE. Dan il-Mekkaniżmu bir-riżorsi mediċi tiegħu stess taħt Mekkaniżmu msaħħaħ tal-Protezzjoni Ċivili tal-Unjoni jenħtieġ li jitħejja bi pjan ta' emerġenza f'każ ta' pandemija, sabiex ikun hemm rispons ikkoordinat u l-kapaċità li jittejjeb b'mod rapidu r-rispons għal kriżijiet tas-saħħa futuri, abbażi ta' informazzjoni standardizzata.
Emenda 35
Proposta għal regolament
Premessa 27
(27)  L-NRE, stabbiliti skont id-Direttiva 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill16 huma networks virtwali li jinvolvu lill-fornituri tal-kura tas-saħħa fl-Ewropa kollha. L-għan tagħhom hu li jiffaċilitaw id-diskussjoni dwar il-mard rari jew kumpless u l-kundizzjonijiet li jeħtieġu kura speċjalizzata ħafna u konċentrazzjoni ta' għarfien u ta' riżorsi. Billi n-Networks jistgħu jtejbu l-aċċess għad-dijanjożi u l-provvista ta' kura tas-saħħa ta' kwalità għolja għall-pazjenti b'kundizzjonijiet rari u jistgħu jkunu punti fokali għat-taħriġ mediku u r-riċerka u t-tixrid tal-informazzjoni, jenħtieġ li l-Programm jikkontribwixxi biex jiżdied in-networking permezz tan-Networks ta' Referenza Ewropej u ta' networks transnazzjonali oħra. Jenħtieġ li dan jikkunsidra l-estensjoni tan-Networks Referenza Ewropej ta' lil hinn mill-mard rari għall-mard li jittieħed u għall-mard li ma jitteħidx bħall-kanċer.
(27)  In-NRE, stabbiliti skont id-Direttiva 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill16 huma networks virtwali li jinvolvu lill-fornituri tal-kura tas-saħħa fl-Ewropa kollha. L-għan tagħhom hu li jiffaċilitaw id-diskussjoni dwar il-mard rari jew kumpless u l-kundizzjonijiet li jeħtieġu kura speċjalizzata ħafna u konċentrazzjoni ta' għarfien u ta' riżorsi. In-NRE huma pjattaforma rivoluzzjonarja li tirrappreżenta opportunità unika u li, abbażi tal-użu innovattiv u l-kondiviżjoni tal-għarfien u tad-data tas-saħħa bejn il-pajjiżi, għandha l-għan li ttejjeb id-dijanjożi u l-kura għall-persuni li jkunu qed jgħixu b'mard rari jew kumpless. Għalhekk, il-Programm jenħtieġ li jipprovdi finanzjament adegwat biex jappoġġa l-koordinazzjoni u l-attivitajiet kollaborattivi ta' NRE kemm eżistenti kif ukoll futuri permezz ta' għotjiet jew strumenti oħra li huma adattati għall-iskop tagħhom. Jenħtieġ li jżid l-iskala tal-finanzjament attwali biex jiżgura li n-NRE jissodisfaw l-objettivi stabbiliti fil-missjoni tagħhom. Billi n-Networks jistgħu jtejbu l-aċċess għad-dijanjożi u l-provvista ta' kura tas-saħħa ta' kwalità għolja għall-pazjenti b'kundizzjonijiet rari u jistgħu jkunu punti fokali għat-taħriġ mediku u r-riċerka u t-tixrid tal-informazzjoni, jenħtieġ li l-Programm jikkontribwixxi wkoll biex jiżdied in-networking permezz tan-Networks ta' Referenza Ewropej u ta' networks transnazzjonali oħra. Jenħtieġ li dan jikkunsidra t-tisħiħ tan-NRE, l-appoġġ għall-ħolqien ta' NRE ġodda li jkopru mard li jittieħed, tqaliet kumplessi u mard tas-saħħa mentali rari u kumpless. It-tisħiħ tan-NRE jista' jkollu rwol essenzjali fl-appoġġ għall-adozzjoni ta' qafas ta' skrining komuni żviluppat mill-ġdid fil-livell tal-Unjoni, li jibda mill-kriterji u l-mekkaniżmi għall-għażla tal-marda, bl-għan li jingħelbu inugwaljanzi eżistenti f'termini tal-kopertura tal-iskrining madwar l-Istati Membri. Jenħtieġ li l-Programm jikkunsidra l-iżvilupp tan-networks ta' eċċellenza għall-mard li jittieħed u għall-mard li ma jitteħidx, inkluż il-kanċer u l-kanċer pedjatriku, il-mard kardjovaskulari, il-mard kroniku respiratorju, id-dijabete, il-kundizzjonijiet tas-saħħa mentali, il-mard newrodeġenerattiv u mard kroniku ewlieni ieħor, u fil-qasam tal-ġestjoni tal-kriżijiet tas-saħħa.
__________________
__________________
16 Id-Direttiva 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2011, dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali (ĠU L 88, 4.4.2011, p. 45).
16 Id-Direttiva 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2011, dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali (ĠU L 88, 4.4.2011, p. 45).
Emenda 36
Proposta għal regolament
Premessa 27a (ġdida)
(27a)  In-NRE jiffaċċjaw sfidi sinifikanti biex jiżguraw li dawn ikunu sostenibbli finanzjarjament u jkunu jistgħu joperaw b'mod effettiv fi ħdan is-sistemi tal-kura tas-saħħa nazzjonali u bejniethom, kif enfasizzat mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, fir-"Rapport speċjali nru 07/2019: azzjonijiet tal-UE għall-kura tas-saħħa transkonfinali" tagħha. Azzjonijiet tal-UE għall-kura tas-saħħa transkonfinali"(2)6a.
______________________
16a ĠU C 192, 7.6.2019, p. 5.

Emenda 37
Proposta għal regolament
Premessa 30
(30)  Sabiex isir użu ottimu mill-valur miżjud u mill-impatt tal-investimenti ffinanzjati kompletament jew parzjalment mill-baġit tal-Unjoni, jenħtieġ li jitfittxu sinerġiji b'mod partikolari bejn il-Programm għall-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa u programmi oħra tal-Unjoni, inklużi dawk b'ġestjoni kondiviża. Sabiex dawk is-sinerġiji jiġu massimizzati, jenħtieġ li jiġu żgurati mekkaniżmi abilitanti ewlenin, inkluż il-finanzjament kumulattiv ta' azzjoni mill-Programm għall-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa u minn programm ieħor tal-Unjoni, sakemm it-tali finanzjament kumulattiv ma jkunx jaqbeż l-ispejjeż eliġibbli totali tal-azzjoni. Għal dan il-għan, jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli xierqa, b'mod partikolari dwar il-possibbiltà li tiġi ddikjarata l-istess spiża jew nefqa fuq bażi prorata għall-Programm għall-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa u għal programm ieħor tal-Unjoni.
(30)  Sabiex isir użu ottimali mill-valur miżjud u mill-impatt tal-investimenti ffinanzjati kompletament jew parzjalment mill-baġit tal-Unjoni, jenħtieġ li jitfittxu sinerġiji b'mod partikolari bejn il-Programm għall-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa u programmi oħra tal-Unjoni, inklużi dawk b'ġestjoni kondiviża, b'mod partikolari l-programm Interreg li diġà jindirizza l-kooperazzjoni transfruntiera fil-qasam tas-saħħa u jgħin biex jiffaċilita l-mobilità transfruntiera tal-pazjenti u l-professjonisti tas-saħħa, u biex jiżviluppa aċċess għal kura tas-saħħa ta' kwalità għolja bl-użu ta' tagħmir komuni, servizzi kondiviżi u faċilitajiet konġunti f'oqsma transfruntiera. Sabiex dawk is-sinerġiji jiġu massimizzati, u jiġu evitati duplikazzjonijiet, jenħtieġ li jiġu żgurati mekkaniżmi abilitanti ewlenin, inkluż il-finanzjament kumulattiv ta' azzjoni mill-Programm għall-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa u minn programm ieħor tal-Unjoni, sakemm it-tali finanzjament kumulattiv ma jkunx jaqbeż l-ispejjeż eliġibbli totali tal-azzjoni. Għal dan il-għan, jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli xierqa, b'mod partikolari dwar il-possibbiltà li tiġi ddikjarata l-istess spiża jew nefqa fuq bażi prorata għall-Programm għall-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa u għal programm ieħor tal-Unjoni, li jiggarantixxi rapportar dettaljat u trasparenti.
Emenda 38
Proposta għal regolament
Premessa 31
(31)  Minħabba n-natura speċifika tal-objettivi u tal-azzjonijiet koperti mill-Programm, l-awtoritajiet kompetenti rispettivi tal-Istati Membri f'xi każijiet huma fl-aħjar pożizzjoni biex jimplimentaw l-attivitajiet relatati. Għalhekk jenħtieġ li dawk l-awtoritajiet, maħtura mill-Istati Membri nfushom, jitqiesu bħala benefiċjarji identifikati għall-finijiet tal-Artikolu 195 tar-Regolament Finanzjarju u li l-għotjiet jingħataw lil dawn l-awtoritajiet mingħajr pubblikazzjoni minn qabel tas-sejħiet għall-proposti.
(31)  Minħabba n-natura speċifika tal-objettivi u tal-azzjonijiet koperti mill-Programm, l-awtoritajiet kompetenti rispettivi tal-Istati Membri f'xi każijiet huma fl-aħjar pożizzjoni biex jimplimentaw l-attivitajiet relatati. Għalhekk jenħtieġ li dawk l-awtoritajiet, maħtura mill-Istati Membri nfushom, jitqiesu bħala benefiċjarji identifikati għall-finijiet tal-Artikolu 195 tar-Regolament Finanzjarju u li l-għotjiet jingħataw lil dawn l-awtoritajiet mingħajr pubblikazzjoni minn qabel tas-sejħiet għall-proposti. L-investimenti mill-Programm jenħtieġ li jiġu implimentati f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri speċjalment f'oqsma li jaqgħu taħt il-kompetenzi nazzjonali.
Emenda 39
Proposta għal regolament
Premessa 31a (ġdida)
(31a)  Sabiex jiġi żgurat li kull wieħed minn dawn l-objettivi jiġi implimentat fil-livell tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni żżid il-baġit u tissottometti proposta biex jissaħħu l-mandati tal-ECDC u tal-EMA, li diġà qed isegwu wħud mill-objettivi tal-Programm l-UE għas-Saħħa fil-livell tagħhom u jenħtieġ li jkollhom r-rwol akbar fl-implimentazzjoni tal-Programm.
Emenda 40
Proposta għal regolament
Premessa 33
(33)  Meta wieħed iqis il-valuri komuni maqbula ta' solidarjetà lejn kopertura universali u ekwa tas-servizzi tas-saħħa ta' kwalità bħala bażi għall-politiki tal-Unjoni f'dan il-qasam u li l-unjoni għandha rwol ċentrali x'taqdi fit-tħaffif tal-progress tal-isfidi globali tas-saħħa19, jenħtieġ li l-Programm jappoġġa l-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-inizjattivi internazzjonali u globali tas-saħħa bil-mira li titjieb is-saħħa, jiġu indirizzati l-inugwaljanzi u tiżdied il-protezzjoni kontra t-theddid globali għas-saħħa.
(33)  Meta wieħed iqis il-valuri komuni maqbula ta' solidarjetà lejn kopertura aċċessibbli, universali u ekwa tas-servizzi tas-saħħa ta' kwalità, inkluż f'kuntest transfruntier, bħala bażi għall-politiki tal-Unjoni f'dan il-qasam u li l-unjoni għandha rwol ċentrali x'taqdi fit-tħaffif tal-progress tal-isfidi globali tas-saħħa19, jenħtieġ li l-Programm jappoġġa l-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-inizjattivi internazzjonali u globali tas-saħħa bil-mira li titjieb is-saħħa, jiġu indirizzati l-inugwaljanzi u tiżdied il-protezzjoni kontra t-theddid globali għas-saħħa.
__________________
__________________
19 Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar ir-rwol tal-UE fis-Saħħa Globali, adottati fit-3011-il laqgħa tal-Kunsill Affarijiet Barranin tal-10 ta' Mejju 2010, fi Brussell.
19 Il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar ir-rwol tal-UE fis-Saħħa Globali, adottati fit-3011-il laqgħa tal-Kunsill Affarijiet Barranin tal-10 ta' Mejju 2010, fi Brussell.
Emenda 41
Proposta għal regolament
Premessa 34
(34)  Biex jiġu massimizzati l-effikaċja u l-effiċjenza tal-azzjonijiet fil-livell tal-Unjoni u internazzjonali, jenħtieġ li tiġi żviluppata l-kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti bħan-Nazzjonijiet Uniti u l-aġenziji speċjalizzati tagħha, b'mod partikolari mad-WHO, mal-Bank Dinji, kif ukoll mal-Kunsill tal-Ewropa u mal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD), ħalli jiġi implimentat il-Programm. Skont l-Artikolu 94 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE20, il-persuni u l-entitajiet stabbiliti fil-Pajjiżi u t-Territorji extra-Ewropej (OCTs) huma eliġibbli għall-finanzjament soġġetti għar-regoli u l-objettivi tal-Programm u l-arranġamenti possibbli applikabbli għall-Istat Membru li l-OCT relevanti huma marbuta miegħu.
(34)  Biex jiġu massimizzati l-effikaċja u l-effiċjenza tal-azzjonijiet fil-livell tal-Unjoni u internazzjonali, jenħtieġ li tiġi żviluppata l-kooperazzjoni mal-Istati Membri u mal-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti bħan-Nazzjonijiet Uniti u l-aġenziji speċjalizzati tagħha, b'mod partikolari mad-WHO, mal-Bank Dinji, kif ukoll mal-Kunsill tal-Ewropa u mal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD), ħalli jiġi implimentat il-Programm. Skont l-Artikolu 94 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE20, il-persuni u l-entitajiet stabbiliti fil-Pajjiżi u t-Territorji extra-Ewropej (OCTs) huma eliġibbli għall-finanzjament soġġetti għar-regoli u l-objettivi tal-Programm u l-arranġamenti possibbli applikabbli għall-Istat Membru li l-OCT relevanti huma marbuta miegħu.
__________________
__________________
20 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta' Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea ("id-Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni extra-Ewropea") (ĠU L 344, 19.12.2013, p. 1).
20 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta' Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea ("id-Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni extra-Ewropea") (ĠU L 344, 19.12.2013, p. 1).
Emenda 42
Proposta għal regolament
Premessa 34a (ġdida)
(34a)  Il-Programm jenħtieġ li jiggarantixxi involviment b'saħħtu tas-soċjetà ċivili, b'mod partikolari l-assoċjazzjonijiet tal-pazjenti, u l-akkademiċi, b'mod partikolari s-soċjetajiet tal-professjonisti fil-qasam tal-kura tas-saħħa, biex jiġu żgurati rappreżentanza bbilanċjata u parteċipazzjoni fl-ilħuq tal-għanijiet tas-saħħa pubblika. L-organizzazzjonijiet Ewropej tas-saħħa jenħtieġ li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-programm.
Emenda 43
Proposta għal regolament
Premessa 34b (ġdida)
(34b)  Sabiex tinkiseb implimentazzjoni koerenti tal-azzjonijiet inklużi fil-Programm, jenħtieġ li jiġi stabbilit Grupp ta' Tmexxija "l-UE għas-Saħħa".
Emenda 44
Proposta għal regolament
Premessa 39a (ġdida)
(39a)  Skont id-WHO, it-tibdil fil-klima jaffettwa d-determinanti soċjali u ambjentali tas-saħħa – bħal arja nadifa, ilma għax-xorb sikur, suffiċjenza alimentari u rifuġju sigur – u li bejn l-2030 u l-2050 huma previsti 250 000 mewta addizzjonali fis-sena kaġun ta' malnutrizzjoni, malarja, dijarea u stress mis-sħana, flimkien ma' temperaturi tal-arja estremament għoljin li jwasslu direttament għal imwiet, b'mod partikolari fost il-popolazzjoni anzjana u ċ-ċittadini vulnerabbli. Minħabba għargħar, mewġiet ta' sħana, nixfa u nirien, it-tibdil fil-klima għandu impatt konsiderevoli fuq is-saħħa tal-bniedem inkluż in-nuqqas ta' nutrizzjoni, il-mard kardjovaskulari u respiratorju, u l-infezzjonijiet li jinġarru minn vettur.
Emenda 45
Proposta għal regolament
Premessa 40
(40)  Filwaqt li jirrifletti l-importanza li jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima skont l-impenji tal-Unjoni biex timplimenta l-Ftehim ta' Pariġi u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan il-Programm se jikkontribwixxi biex l-azzjoni klimatika tiġi integrata fil-politiki tal-Unjoni u biex tinkiseb il-mira ġenerali li 25 % min-nefqa tal-baġit tal-UE tkun tappoġġa l-objettivi marbutin mal-klima. L-azzjonijiet rilevanti se jiġu identifikati matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Programm, u vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu tiegħu.
(40)  Filwaqt li jirrifletti l-importanza li jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima skont l-impenji tal-Unjoni biex timplimenta l-Ftehim ta' Pariġi u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan il-Programm se jikkontribwixxi biex l-azzjoni klimatika tiġi integrata fil-politiki tal-Unjoni u biex tinkiseb il-mira ġenerali li 30 % min-nefqa tal-baġit tal-UE tkun tappoġġa l-objettivi marbutin mal-klima. L-azzjonijiet rilevanti se jiġu identifikati matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Programm, u vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu tiegħu.
Emenda 46
Proposta għal regolament
Premessa 40a (ġdida)
(40a)  Filwaqt li jirrikonoxxi l-importanza li tinkiseb l-ugwaljanza tal-ġeneru, dan il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi biex jintegra l-ugwaljanza tal-ġeneru b'mod sistematiku fil-politiki tal-Unjoni. Jenħtieġ li juża għodda tal-integrazzjoni sistematika tal-ġeneru u tal-ibbaġitjar skont il-ġeneru biex jiżgura li r-rispons għall-kriżijiet tas-saħħa jsiru b'mod trasformattiv u sensittiv għall-ġeneru u li l-ħtiġijiet tas-saħħa speċifiċi tan-nisa u l-bniet jiġi indirizzati matul u wara kriżi tas-saħħa.
Emenda 47
Proposta għal regolament
Premessa 43
(43)  Minħabba n-natura u l-iskala potenzjali tat-theddid transfruntier għas-saħħa tal-bniedem, l-objettiv li n-nies fl-Unjoni jiġu protetti minn theddid bħal dan u li jiżdiedu l-prevenzjoni tal-kriżijiet u t-tħejjija għalihom ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri waħedhom. F'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-azzjoni fil-livell tal-Unjoni tista' tittieħed ukoll biex tappoġġa l-isforzi tal-Istati Membri biex jintlaħaq livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa pubblika, sabiex titjieb id-disponibbiltà u l-affordabbiltà tal-mediċina, tal-apparat mediku u ta' prodotti oħra relevanti għall-kriżijiet fl-Unjoni, sabiex tiġi appoġġata l-innovazzjoni u sabiex tiġi appoġġata l-ħidma u l-implimentazzjoni koordinata u integrata tal-aħjar prattiki fost l-Istati Membri, u sabiex tindirizza l-inugwaljanzi fl-aċċess għas-saħħa fl-UE kollha b'mod li joħloq titjib fl-effiċjenza u impatt ta' valur miżjud meħuda fil-livell nazzjonali filwaqt li jiġu rispettati l-kompetenza u r-responsabbiltà tal-Istati Membri fl-oqsma koperti mill-Programm. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi.
(43)  Minħabba n-natura u l-iskala potenzjali tat-theddid transfruntier għas-saħħa tal-bniedem, l-objettiv li n-nies fl-Unjoni jiġu protetti minn theddid bħal dan u li jiżdiedu l-prevenzjoni tal-kriżijiet u t-tħejjija għalihom ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri waħedhom. F'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-azzjoni fil-livell tal-Unjoni jenħtieġ li tittieħed ukoll biex tappoġġa l-isforzi tal-Istati Membri biex jintlaħaq livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa pubblika, sabiex titjieb id-disponibbiltà, is-sostenibbiltà, l-aċċettazzjoni, l-aċċessibbiltà, is-sikurezza u l-affordabbiltà tal-mediċina, tal-apparat mediku u ta' prodotti u servizzi oħra relevanti għall-kriżijiet tas-saħħa fl-Unjoni, sabiex tiġi appoġġata l-innovazzjoni u sabiex tiġi appoġġata l-ħidma u l-implimentazzjoni koordinata u integrata tal-aħjar prattiki fost l-Istati Membri u fost ir-reġjuni tagħhom, u sabiex tindirizza l-inugwaljanzi fl-aċċess għas-saħħa fl-UE kollha b'mod li joħloq titjib fl-effiċjenza u impatt ta' valur miżjud meħuda fil-livell nazzjonali filwaqt li jiġu rispettati l-kompetenza u r-responsabbiltà tal-Istati Membri fl-oqsma koperti mill-Programm. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi.
Emenda 49
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3
3)  "kriżi tas-saħħa" tfisser kwalunkwe kriżi jew inċident serju li joriġina mill-bnedmin, mill-annimali, mill-pjanti, mill-ikel jew mill-ambjent, li jkollha dimensjoni tas-saħħa u li tkun tirrikjedi azzjoni urġenti mill-awtoritajiet;
(3)  "kriżi tas-saħħa" tfisser kwalunkwe kriżi jew inċident serju li joriġina mill-bnedmin, mill-annimali, mill-pjanti, mill-ikel, kif ukoll minn oriġini kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi, nukleari, ambjentali jew mhux magħrufa, li jkollhom dimensjoni tas-saħħa u li tkun tirrikjedi azzjoni urġenti mill-awtoritajiet;
Emenda 50
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4
(4)  "prodotti relevanti għall-kriżi" tfisser il-prodotti u s-sustanzi neċessarji, fil-kuntest ta' kriżi tas-saħħa, biex jipprevjenu marda u l-konsegwenzi tagħha, biex issir dijanjożi tagħhom jew biex dawn jiġu ttrattati, u tinkludi l-prodotti li ġejjin, iżda mhix limitata għalihom: il-prodotti mediċinali inkluż il-vaċċini — u s-sustanzi intermedji tagħhom, l-ingredjenti farmaċewtiċi attivi u l-materja prima; l-apparat mediku; it-tagħmir mediku u tal-isptarijiet (bħall-ventilaturi, l-ilbies u t-tagħmir protettiv, u l-materjali u l-għodod dijanjostiċi); it-tagħmir protettiv personali; id-diżinfettanti u l-prodotti intermedjarji tagħhom u l-materja prima neċessarja għall-produzzjoni tagħhom;
(4)  "prodotti relevanti għall-kriżi" tfisser il-prodotti, l-għodda u s-sustanzi neċessarji, fil-kuntest ta' kriżi tas-saħħa, biex jipprevjenu marda u l-konsegwenzi tagħha, biex issir dijanjożi tagħhom jew biex dawn jiġu ttrattati, u għall-monitoraġġ u s-sorveljanza epidemjoloġika tal-mard u l-infezzjonijiet, inklużi l-prodotti li ġejjin, iżda mhix limitata għalihom: il-prodotti mediċinali – inklużi l-vaċċini – u s-sustanzi intermedji tagħhom, l-ingredjenti farmaċewtiċi attivi u l-materja prima; l-apparat mediku; it-tagħmir mediku u tal-isptarijiet (bħall-ventilaturi, l-ilbies u t-tagħmir protettiv, u l-materjali u l-għodod dijanjostiċi); it-tagħmir protettiv personali; id-diżinfettanti u l-prodotti intermedjarji tagħhom u l-materja prima neċessarja għall-produzzjoni tagħhom;
Emenda 48
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 5
(5)  "approċċ "Saħħa Waħda"" tfisser approċċ li jirrikonoxxi li s-saħħa tal-bniedem u tal-annimali huma interkonnessi, li l-mard jista' jiġi trażmess mill-bniedem għall-annimali u bil-kontra u li allura rridu nieħdu ħsiebu fit-tnejn li huma, u li l-ambjent jorbot lill-bniedem mal-annimali;
(5)  "approċċ "Saħħa Waħda"" tfisser approċċ li jirrikonoxxi l-interkonnessjoni bejn il-bniedem, l-annimali u l-isferi ambjentali, li l-mard jista' jiġi trażmess minn pilastru wieħed għall-ieħor u li allura rridu nieħdu ħsiebu permezz ta' approċċ olistiku;
Emenda 51
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 9
(9)  "theddid transfruntier serju għas-saħħa" tfisser periklu ta' theddida għall-ħajja jew periklu serju għas-saħħa bi kwalunkwe mod ieħor ta' oriġini bijoloġika, kimika, ambjentali jew mhux magħrufa li jinfirex jew li jġorr riskju sinifikanti li jinfirex lil hinn mill-fruntieri nazzjonali tal-Istati Membri, u li jaf jitlob koordinazzjoni fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem;
(9)  "theddid transfruntier serju għas-saħħa" tfisser periklu ta' theddida għall-ħajja jew periklu serju għas-saħħa bi kwalunkwe mod ieħor ta' oriġini bijoloġika, kimika, radjoloġika, nukleari, ambjentali jew mhux magħrufa li jinfirex jew li jġorr riskju sinifikanti li jinfirex lil hinn mill-fruntieri nazzjonali tal-Istati Membri, u li jaf jitlob koordinazzjoni fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem;
Emenda 52
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 9a (ġdid)
(9a)  "Saħħa fil-politiki kollha" tfisser approċċ għall-iżvilupp, l-implimentazzjoni u r-reviżjoni tal-politiki pubbliċi, irrispettivament mis-settur, fejn jitqiesu l-implikazzjonijiet tad-deċiżjonijiet fuq is-saħħa, u li jfittex li jikseb sinerġiji, u li jevita li jiġu kkawżati impatti dannużi fuq is-saħħa minn politiki bħal dawn, sabiex tittejjeb is-saħħa tal-popolazzjoni u l-ekwità tas-saħħa;
Emenda 53
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 9b (ġdid)
(9b)  "Determinanti tas-saħħa" tfisser firxa ta' fatturi, bħal fatturi relatati mal-imġiba, bijoloġiċi, soċjoekonomiċi u ambjentali, li jinfluwenzaw l-istatus tas-saħħa ta' persuna;
Emenda 54
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – parti introduttorja
Il-Programm għandu jilħaq l-objettivi ġenerali li ġejjin, f'konformità mal-approċċ "Saħħa Waħda" fejn rilevanti:
Il-Programm għandu jilħaq l-objettivi ġenerali li ġejjin, f'konformità mal-approċċ "Saħħa fil-Politiki Kollha" fejn applikabbli, u mal-approċċ "Saħħa Waħda":
Emenda 55
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 1
1)  il-protezzjoni tan-nies fl-Unjoni minn theddid transfruntier serju għas-saħħa;
(1)  it-titjib u t-trawwim tas-saħħa fl-Unjoni, bl-appoġġ tal-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard, it-tnaqqis tal-inugwaljanzi fis-saħħa u l-iżgurar ta' aċċess ugwali u sħiħ għas-saħħa;
Emenda 56
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)
(1a)   il-protezzjoni tan-nies fl-Unjoni minn theddid transfruntier serju għas-saħħa; appoġġ għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' tħejjija u koordinazzjoni aħjar fl-Istati Membri u bejniethom fir-rigward ta' emerġenzi tas-saħħa;
Emenda 57
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 2
(2)  għandu jtejjeb id-disponibbiltà fl-Unjoni ta' mediċini, apparat mediku u prodotti oħra li huma rilevanti għall-kriżijiet, jikkontribwixxi għall-affordabbiltà tagħhom u jappoġġa l-innovazzjoni;
(2)  għandu jappoġġa l-leġiżlazzjoni u l-politiki eżistenti u futuri tal-Unjoni, sabiex, fost l-oħrajn, jirrestawra l-indipendenza farmaċewtika u jindirizza nuqqasijiet, itejjeb id-disponibbiltà, l-aċċessibbiltà u l-affordabbiltà tal-kura u tas-servizzi tas-saħħa fl-Unjoni, u jappoġġa r-riċerka u l-innovazzjoni kif ukoll l-iżvilupp fis-saħħa u fil-kura tas-saħħa mingħajr duplikazzjoni tal-isforzi taħt programmi oħra, inkluż Orizzont Ewropa;
Emenda 58
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 3
(3)  għandu jsaħħaħ is-sistemi tas-saħħa u l-forza tax-xogħol tal-kura tas-saħħa, inkluż permezz tat-trasformazzjoni diġitali u permezz ta' aktar ħidma integrata u koordinata fost l-Istati Membri u ta' implimentazzjoni sostnuta tal-aħjar prattiki u tal-kondiviżjoni tad-data, biex jiżdied il-livell ġenerali tas-saħħa pubblika.
(3)  għandu jsaħħaħ is-sistemi tas-saħħa u s-sostenibbiltà tagħhom, kif ukoll il-forza tax-xogħol tal-kura tas-saħħa, inkluż permezz tat-trasformazzjoni diġitali u permezz ta' aktar ħidma integrata u koordinata fost l-Istati Membri, inkluż fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali, permezz ta' implimentazzjoni sostnuta tal-aħjar prattiki, u permezz tal-kondiviżjoni tad-data komparabbli u interoperabbli, bl-għan li jiżdied il-livell ġenerali tas-saħħa pubblika, il-litteriżmu dwar is-saħħa u s-sistemi tas-saħħa jsiru aktar reżiljenti u responsivi.
Emenda 59
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – parti introduttorja
L-objettivi ġenerali msemmija fl-Artikolu 3 għandhom jintlaħqu permezz tal-objettivi speċifiċi li ġejjin, b'konformità mal-approċċ "Saħħa Waħda" fejn rilevanti:
L-objettivi ġenerali msemmija fl-Artikolu 3 għandhom jintlaħqu permezz tal-objettivi speċifiċi li ġejjin, b'konformità mal-approċċ "Saħħa fil-politiki kollha" fejn applikabbli, u mal-approċċ "Saħħa Waħda":
Emenda 226
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 1
(1)  it-tisħiħ tal-kapaċità tal-Unjoni għall-prevenzjoni, it-tħejjija u r-rispons għat-theddid transfruntier serju għas-saħħa, u l-ġestjoni tal-kriżijiet tas-saħħa, inkluż permezz tal-koordinazzjoni, l-provvediment u l-użu tal-kapaċità tal-kura tas-saħħa ta' emerġenza, il-ġbir tad-data u s-sorveljanza;
(1)  it-tisħiħ tal-kapaċità tal-Unjoni għall-prevenzjoni, it-tħejjija u r-rispons rapidu għat-theddid transfruntier serju għas-saħħa, u l-ġestjoni tal-kriżijiet tas-saħħa, inkluż permezz tal-koordinazzjoni, il-provvediment u l-użu tal-kapaċità tal-kura tas-saħħa ta' emerġenza, il-ġbir tad-data u s-sorveljanza, il-koordinazzjoni tal-ittestjar tal-istress tas-sistemi tal-kura tas-saħħa nazzjonali u l-iżvilupp ta' standards għal kura tas-saħħa ta' kwalità;
Emenda 250
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 2
(2)  l-iżgurar tad-disponibbiltà fl-Unjoni tar-riżervi jew tal-ħażniet tal-prodotti relevanti għall-kriżi, u ta' riżerva ta' persunal mediku, tal-qasam tal-kura tas-saħħa u ta' appoġġ li jista' jiġi mmobilizzat f'każ ta' kriżi;
(2)  f'sinerġija ma' strumenti, programmi u fondi oħra tal-Unjoni, azzjonijiet ta' appoġġ li jippermettu li persunal mediku, tal-kura tas-saħħa u ta' appoġġ, bħal persunal tal-Korp Mediku Ewropew, ikun jista' jiġi mobilizzat f'każ ta' kriżi, inkluż billi jitjieb it-taħriġ tal-persunal u jiġi aġġornat l-għarfien tagħhom, u tiġi appoġġata azzjoni li tikkontribwixxi għad-disponibbiltà fl-Unjoni, waqt kriżi, ta' prodotti rilevanti għal kriżijiet tas-saħħa bħal mediċini essenzjali, vaċċini u apparat mediku;
Emenda 62
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 3
(3)  l-għoti ta' appoġġ lill-azzjonijiet li jiżguraw id-disponibbiltà, l-aċċessibbiltà u l-affordabbiltà xierqa tal-prodotti relevanti għall-kriżi u ta' provvisti oħra tas-saħħa neċessarji;
(3)  it-tisħiħ tal-Suq Ewropew tal-Mediċini, biex jiġu żgurati b'mod sostenibbli d-disponibbiltà, l-aċċessibbiltà u l-affordabbiltà tal-prodotti mediċinali, is-soluzzjonijiet tas-saħħa elettronika, l-apparati mediċi u ta' provvisti oħra relatati tas-saħħa neċessarji u prodotti mediċi rilevanti għall-kriżijiet;
Emenda 222
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 4
(4)  it-tisħiħ tal-effettività, tal-aċċessibbiltà, tas-sostenibbiltà u tar-reżiljenza tas-sistemi tas-saħħa, inkluż billi tiġi appoġġata t-trasformazzjoni diġitali, tal-użu tal-għodod u s-servizzi diġitali, tar-riformi sistemiċi, tal-implimentazzjoni ta' mudelli ġodda ta' kura u ta' kopertura universali tas-saħħa, u l-indirizzar tal-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa;
(4)  it-tisħiħ tal-effettività, tal-aċċessibbiltà, tas-sostenibbiltà u tar-reżiljenza tas-sistemi tas-saħħa, inkluż billi tiġi appoġġata t-trasformazzjoni diġitali, inkluż il-ħolqien u l-implimentazzjoni ta' spazju Ewropew tad-data dwar is-saħħa, ir-riformi sistemiċi, l-implimentazzjoni ta' mudelli ġodda ta' kura, titjib fl-aċċess ugwali u f'waqtu għal kura tas-saħħa u servizzi relatati sostenibbli, affordabbli, iċċentrati fuq il-persuna u bbażati fuq ir-riżultati, il-kisba ta' kopertura universali tas-saħħa, li tinkludi l-aċċess għas-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati, u tnaqqis fl-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa;
Emenda 64
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 4a (ġdid)
(4a)  it-tisħiħ tal-innovazzjoni tal-Unjoni biex jissaħħu l-iżvilupp u l-adozzjoni tal-ġenerazzjoni li jmiss ta' mediċini, vaċċini u apparati mediċi sabiex jiġu indirizzati l-isfidi u l-aspettattivi tal-kura tas-saħħa dejjem jiżdiedu li jistgħu jfeġġu;
Emenda 65
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 5
(5)  l-għoti ta' appoġġ lill-azzjonijiet immirati biex isaħħu l-abbiltà tas-sistema tas-saħħa li trawwem il-prevenzjoni tal-mard u l-promozzjoni tas-saħħa, id-drittijiet tal-pazjenti u l-kura tas-saħħa transfruntiera, u l-promozzjoni tal-eċċellenza tal-professjonisti fil-qasam mediku u tal-kura tas-saħħa;
(5)  l-għoti ta' appoġġ lill-azzjonijiet immirati biex isaħħu l-abbiltà tas-sistema tas-saħħa li trawwem il-prevenzjoni, l-iskrinjar u d-dijanjożi bikrija tal-mard u, l-implimentazzjoni tal-promozzjoni tas-saħħa, l-indirizzar tad-determinanti tas-saħħa, it-titjib tal-litteriżmu dwar is-saħħa, id-drittijiet u s-sikurezza tal-pazjenti u l-kura tas-saħħa transfruntiera;
Emenda 245
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 6
(6)  l-għoti ta' appoġġ lill-azzjonijiet għas-sorveljanza, l-prevenzjoni, id-dijanjożi u t-trattament u l-kura ta' mard li ma jitteħidx, u b'mod partikolari tal-kanċer;
(6)  l-għoti ta' appoġġ lill-azzjonijiet għas-sorveljanza, il-prevenzjoni, id-dijanjożi u t-trattament u l-kura ta' mard li ma jitteħidx, id-dijanjożi bikrija ta' mard newrodeġenerattiv u mard tal-moħħ ieħor, u b'mod partikolari tal-kanċer;
Emenda 66
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 6a (ġdid)
(6a)  it-tisħiħ tal-ġlieda tal-Unjoni kontra l-kanċer f'sinerġija mal-Pjan Ewropew għall-Ġlieda kontra l-Kanċer, inkluż appoġġ għal azzjonijiet għas-sorveljanza, il-prevenzjoni, id-dijanjożi bikrija u t-trattament u l-kura tal-kanċer, inkluż il-kanċer pedjatriku, u b'appoġġ għat-twaqqif tal-Istitut Ewropew tal-Kanċer;
Emenda 67
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 6b (ġdid)
(6b)  it-tisħiħ tal-ġlieda kontra mard li jittieħed u theddid għas-saħħa;
Emenda 68
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 6c (ġdid)
(6c)  l-indirizzar tal-eżitazzjoni għall-vaċċin, u appoġġ għall-azzjoni għall-eliminazzjoni ta' mard li jista' jiġi evitat bil-vaċċin, inkluż il-kanċer;
Emenda 69
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 7
(7)  it-trawwim u l-għoti ta' appoġġ lill-użu prudenti u effiċjenti tal-mediċini, b'mod partikolari tas-sustanzi antimikrobiċi, u l-produzzjoni u r-rimi tal-mediċini u tal-apparat mediku b'mod li jkun jirrispetta iktar l-ambjent;
(7)  it-trawwim u l-għoti ta' appoġġ lill-użu infurmat, prudenti u effiċjenti tal-mediċini, b'mod partikolari tas-sustanzi antimikrobiċi, l-iżvilupp ta' mediċini li huma intrinsikament inqas ta' ħsara għall-ambjent, produzzjoni u rimi tal-mediċini, tal-prodotti mediċinali u tal-apparati mediku b'mod li jkun jirrispetta iktar l-ambjent;
Emenda 70
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 8
(8)  l-għoti ta' appoġġ għall-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-saħħa u l-provvista ta' data affidabbli, komparabbli u ta' kwalità għolja sabiex isservi ta' pedament għall-ħolqien tal-politiki u l-monitoraġġ tagħha, u l-promozzjoni tal-użu tal-valutazzjonijiet tal-impatt fuq is-saħħa tal-politiki relevanti;
(8)  l-għoti ta' appoġġ għall-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-infurzar u, fejn meħtieġ, ir-reviżjoni, tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-saħħa, u l-provvista ta' data affidabbli, komparabbli, u ta' kwalità għolja sabiex isservi ta' pedament għall-ħolqien tal-politiki u l-monitoraġġ tagħha, tappoġġa t-twassil tal-kura u tirrispondi għall-ħtiġijiet mediċi mhux issodisfati u l-promozzjoni tal-użu tal-valutazzjonijiet tal-impatt fuq is-saħħa tal-politiki tal-Unjoni relevanti oħra;
Emendai 246 u 71
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 9
(9)  l-għoti ta' appoġġ lix-xogħol integrat fost l-Istati Membri, u b'mod partikolari lis-sistemi tas-saħħa tagħhom, inkluż l-implimentazzjoni tal-prattiki ta' prevenzjoni li jħallu impatt qawwi, u ż-żieda fl-użu tan-networking permezz tan-Networks ta' Referenza Ewropej u ta' networks oħra transnazzjonali;
(9)  l-għoti ta' appoġġ lix-xogħol integrat fost l-Istati Membri, u b'mod partikolari lis-sistemi tas-saħħa tagħhom, inkluż l-implimentazzjoni tal-prattiki ta' prevenzjoni li jħallu impatt qawwi, l-għoti ta' appoġġ lill-identifikazzjoni ta' teknoloġiji tas-saħħa li huma meħtieġa li jkollhom valutazzjoni tal-Unjoni, u t-tisħiħ u ż-żieda fl-użu tan-networking permezz tan-NRE, jiżviluppaw u jimplimentaw networks ta' eċċellenza għal mard li jittieħed u li ma jitteħidx ta' prevalenza għolja u networks oħra transnazzjonali, inkluż in-network Orphanet, b'sinerġija sħiħa ma' Orizzont Ewropa u l-Missjonijiet u s-Sħubijiet tagħha, u bl-għan li tiżdied il-kopertura tal-pazjenti u r-rispons għall-mard, u l-problemi tas-saħħa, f'numri akbar;
Emenda 223
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 10
(10)  l-għoti ta' appoġġ għall-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-inizjattivi dinjin u internazzjonali b'rabta mas-saħħa.
(10)  l-għoti ta' appoġġ għall-kontribuzzjoni tal-Unjoni għal impenji u inizjattivi dinjin u internazzjonali b'rabta mas-saħħa, inkluż l-aċċess għas-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati.
Emenda 73
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1
1.  Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu 2021-27 għandu jkun ta' EUR 1 946 614 000 fi prezzijiet kurrenti.
1.  Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu 2021-27 għandu jkun ta' EUR 10 398 000 000 fi prezzijiet kurrenti (EUR 9 370 000 000 fi prezzijiet kostanti).
Emenda 74
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 2
2.  L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jista' jintuża għal assistenza teknika u amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-Programm, bħall-attivitajiet preparatorji, ta' monitoraġġ, ta' kontroll, ta' awditjar u ta' evalwazzjoni, inkluż is-sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni korporattivi.
2.  L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jista' jintuża wkoll għal assistenza teknika u amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-Programm, bħall-attivitajiet preparatorji, ta' monitoraġġ, ta' kontroll, ta' awditjar u ta' evalwazzjoni, inkluż is-sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni korporattivi. L-ispejjeż amministrattivi relatati mal-azzjonijiet indiretti m'għandhomx jaqbżu l-5 % tal-ammont totali taħt il-Programm.
Emenda 75
Proposta għal regolament
Artikolu 6
Artikolu 6
imħassar
Riżorsi mill-Istrument ta' Rkupru tal-Unjoni Ewropea
Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament [l-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru tal-Ekonomija] għandhom jiġu implimentati skont il-Programm permezz ta' ammont li ma jaqbiżx EUR 8 451 000 000 imsemmi fil-punt (iii) tal-Artikolu 3(2)(a) ta' dak ir-Regolament, suġġett għall-Artikolu 5(4) u (8) tiegħu.
Dawn l-ammonti għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat estern f'konformità mal-Artikolu 21(5) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.
Emenda 76
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)
(1a)  Il-kontribuzzjonijiet tal-pajjiżi assoċjati kollha għandhom jiġu inklużi fil-partijiet rilevanti tal-Programm. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Kunsill u lill-Parlament waqt il-proċedura baġitarja annwali l-baġit totali ta' kull parti tal-Programm, filwaqt li tidentifika kull wieħed mill-pajjiżi assoċjati, il-kontribuzzjonijiet individwali u l-bilanċ finanzjarju tagħhom.
Emenda 77
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1
1.  Il-Programm għandu jiġi implimentat b'ġestjoni diretta f'konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 jew b'ġestjoni indiretta mal-korpi msemmija fl-Artikolu 62(1)(c) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.
1.  Il-Programm għandu jiġi implimentat b'ġestjoni diretta f'konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 jew b'ġestjoni indiretta mal-korpi msemmija fl-Artikolu 62(1)(c) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, sabiex jiġi żgurat li ma hemm l-ebda trikkib jew duplikazzjoni ma' programmi oħra ta' finanzjament fil-livell tal-Unjoni.
Emenda 78
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 2
2.  Il-Programm jista' jipprovdi finanzjament fil-forom kollha stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, b'mod partikolari l-għotjiet, il-premjijiet u l-akkwist pubbliku.
2.  Il-Programm jista' jipprovdi finanzjament fil-forom kollha stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, b'mod partikolari l-għotjiet, il-premjijiet u l-akkwist pubbliku. Il-Kummissjoni għandha tfittex li tikseb kopertura ġeografika effettiva u bbilanċjata madwar l-Unjoni, fosthom billi tappoġġa lill-Istati Membri sabiex itejbu l-kwalità tal-proġetti permezz tal-bini tal-kapaċitajiet.
Emenda 79
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 4a (ġdid)
4a.  Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-implimentazzjoni konsistenti tal-Programm filwaqt li tfittex simplifikazzjoni amministrattiva massima. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom, f'konformità mar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom, irawmu sinerġiji u jiżguraw koordinazzjoni effettiva bejn il-Programm u l-programmi u l-fondi l-oħra tal-Unjoni.
Għal dak il-għan għandhom:
(a)  jiżguraw li jkun hemm komplementarjetà, sinerġija, koerenza u konsistenza bejn strumenti differenti fil-livelli tal-Unjoni, nazzjonali u, fejn xieraq, reġjonali, b'mod partikolari fir-rigward ta' miżuri ffinanzjati minn fondi tal-Unjoni, kemm fil-fażi tal-ippjanar kif ukoll waqt l-implimentazzjoni;
(b)  jottimizzaw il-mekkaniżmi ta' koordinazzjoni biex jevitaw duplikazzjoni tal-isforz;
(c)  jiżguraw li teżisti kooperazzjoni mill-qrib bejn dawk responsabbli għall-implimentazzjoni fil-livell tal-Unjoni, nazzjonali u, fejn xieraq, dak reġjonali sabiex iwettqu azzjonijiet ta' sostenn koerenti u simplifikati skont l-istrument.
Emenda 80
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 4b (ġdid)
4b.   Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa kooperazzjoni ma' organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti bħan-Nazzjonijiet Uniti u l-aġenziji speċjalizzati tagħhom, b'mod partikolari l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), kif ukoll il-Kunsill tal-Ewropa u l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) fl-implimentazzjoni tal-Programm, bil-għan li timmassimizza l-effikaċja u l-effiċjenza tal-azzjonijiet fil-livell tal-Unjoni u f'dak internazzjonali.
Emenda 81
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 4c (ġdid)
4c.   Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-awtoritajiet tas-saħħa tal-Istati Membri fil-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Promozzjoni tas-Saħħa, il-Prevenzjoni tal-Mard u l-Ġestjoni tal-Mard mhux Komunikabbli jew fi gruppi ta' esperti rilevanti oħrajn tal-Kummissjoni kif ukoll il-partijiet ikkonċernati, b'mod partikolari korpi professjonali fis-settur tas-saħħa u NGOs attivi fil-qasam fl-istadji kollha tal-implimentazzjoni tal-Programm.
Emenda 82
Proposta għal regolament
Artikolu 9a (ġdid)
Artikolu 9a
Kriterji tal-għoti
Il-kriterji tal-għoti għandhom jiġu ddefiniti fil-programmi ta' ħidma msemmija fl-Artikolu 18 u fit-talbiet għall-proposti filwaqt li jitqiesu, sal-limitu applikabbli, l-elementi li ġejjin:
(a)  il-konsistenza mal-objettivi speċifiċi previsti fl-Artikolu 4;
(b)  il-kontribut għall-aċċessibbiltà u l-affordabbiltà tas-sistema tas-saħħa;
(c)  id-dimensjoni transfruntiera;
(d)  il-kontribut għat-trasformazzjoni diġitali;
(e)  l-impatt soċjali (benefiċċji u spejjeż);
(f)  il-konsistenza mad-dispożizzjonijiet tal-Anness 1;
(g)  il-kontribut għall-prevenzjoni tal-mard u b'mod partikolari l-kanċer;
(h)  il-kontribut għall-aċċess għall-mediċina;
(i)  il-maturità tal-azzjoni fl-iżvilupp tal-proġett;
(j)  kemm hu tajjeb il-pjan ta' implimentazzjoni propost.
Emenda 83
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 3a (ġdid)
Għandu jinħoloq mekkaniżmu affidabbli u effiċjenti sabiex tiġi evitata kwalunkwe duplikazzjoni ta' finanzjament u sabiex jiġu żgurati sinerġiji bejn il-programmi u l-politiki differenti tal-Unjoni li jkunu qed isegwu objettivi ta' saħħa. Id-data kollha dwar l-operazzjonijiet u l-azzjonijiet ta' finanzjament iffinanzjati taħt programmi u fondi tal-Unjoni differenti għandha tkun ċentralizzata skont dan il-mekkaniżmu. Din għandha ssegwi l-prinċipji ta' trasparenza u ta' obbligu ta' rendikont u għandha tippermetti monitoraġġ u evalwazzjoni aħjar tal-azzjonijiet li jkunu qed isegwu objettivi ta' saħħa.
Emenda 84
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt b
(b)  kwalunkwe entità ġuridika maħluqa skont id-dritt tal-Unjoni jew kwalunkwe organizzazzjoni internazzjonali;
(b)  kwalunkwe entità ġuridika maħluqa skont il-liġi tal-Unjoni jew kwalunkwe organizzazzjoni internazzjonali rilevanti, bħall-awtoritajiet pubbliċi, il-korpi tas-settur pubbliku, l-istabbilimenti tas-saħħa, l-istituti tar-riċerka, l-universitajiet u l-istabbilimenti ta' edukazzjoni għolja, l-assoċjazzjonijiet tal-pazjenti;
Emenda 85
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 3
3.  Jenħtieġ li l-entitajiet ġuridiċi stabbiliti f'pajjiż terz li mhux assoċjat mal-Programm fil-prinċipju jġorru l-ispiża tal-parteċipazzjoni tagħhom.
3.  L-entitajiet ġuridiċi stabbiliti f'pajjiż terz li mhux assoċjat mal-Programm għandhom iġorru l-ispiża tal-parteċipazzjoni tagħhom.
Emenda 86
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 5
5.  Bil-Programm, l-għotjiet diretti jistgħu jingħataw mingħajr sejħa għall-proposti biex jiffinanzjaw azzjonijiet li għandhom valur miżjud ċar għall-Unjoni u li jkunu kofinanzjati mill-awtoritajiet kompetenti li huma responsabbli għas-saħħa fl-Istati Membri jew fil-pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm, mill-organizzazzjonijiet internazzjonali tas-saħħa relevanti jew mill-korpi tas-settur pubbliku u mill-korpi nongovernattivi li jaġixxu individwalment jew bħala network fuq mandat ta' dawk l-awtoritajiet kompetenti.
5.  Bil-Programm, għotjiet diretti jistgħu jingħataw mingħajr sejħa għall-proposti biex jiffinanzjaw azzjonijiet jekk tali għotjiet ikunu debitament ġustifikati, ikollhom valur miżjud ċar għall-Unjoni u jkunu kofinanzjati mill-awtoritajiet lokali, reġjonali jew nazzjonali kompetenti li huma responsabbli għas-saħħa fl-Istati Membri jew fil-pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm, mill-organizzazzjonijiet internazzjonali tas-saħħa relevanti jew mill-programmi Interreg, mill-korpi tas-settur pubbliku u mill-korpi nongovernattivi li jaġixxu individwalment jew bħala network fuq mandat ta'
dawk l-awtoritajiet kompetenti.
Emenda 87
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 6
6.  Bil-Programm, l-għotjiet diretti jistgħu jingħataw lin-Networks ta' Referenza Ewropej mingħajr sejħa għall-proposti. L-għotjiet diretti jistgħu jingħataw ukoll lil networks transnazzjonali oħra stabbiliti f'konformità mar-regoli tal-UE.
6.  Bil-Programm, l-għotjiet diretti għandhom jingħataw lin-NRE b'sistema ta' rapportar finanzjarja u teknika simplifikata mingħajr sejħa għall-proposti. L-għotjiet diretti jistgħu jingħataw ukoll lil networks transnazzjonali oħra, inklużi fil-programmi Interreg, stabbiliti f'konformità mal-liġi tal-Unjoni.
Emenda 88
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 6a (ġdid)
6a.  Għandu jiġi żgurat finanzjament adegwat li jikkonsolida u jespandi l-mudell NRE ta' kura tas-saħħa transfruntiera billi jiġi żgurat l-għoti ta' firxa ta' servizzi kliniċi permezz ta' mezzi differenti, inklużi opinjonijiet sekondarji online u parir speċjalistiku għall-pazjenti dwar it-trattament u l-immaniġġjar u kliniċi "online għall-pazjenti ta' barra".
Emenda 89
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 1
Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-awtoritajiet tas-saħħa tal-Istati Membri fil-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Promozzjoni tas-Saħħa, il-Prevenzjoni tal-Mard u l-Ġestjoni tal-Mard mhux Komunikabbli dwar il-pjanijiet ta' ħidma stabbiliti għall-Programm u l-prijoritajiet u l-orjentazzjonijiet strateġiċi tiegħu u dwar l-implimentazzjoni tiegħu.
Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-awtoritajiet tas-saħħa tal-Istati Membri fil-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Promozzjoni tas-Saħħa, il-Prevenzjoni tal-Mard u l-Ġestjoni tal-Mard mhux Komunikabbli dwar il-pjanijiet ta' ħidma annwali stabbiliti għall-Programm u l-prijoritajiet u l-orjentazzjonijiet strateġiċi tiegħu u dwar l-implimentazzjoni tiegħu u dwar il-possibbiltà ta' sinerġiji mar-riżorsi proprji tal-Istati Membri biex jiġu żgurati l-effikaċja u s-sostenibbiltà tal-azzjonijiet fit-tul.
Emenda 90
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 1a (ġdid)
Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Grupp ta' Tmexxija "l-UE għas-Saħħa" dwar il-pjanijiet ta' ħidma annwali stabbiliti għall-Programm u dwar il-prijoritajiet, l-orjentazzjonijiet strateġiċi u l-implimentazzjoni tiegħu, kif ukoll dwar il-possibbiltà ta' sinerġiji ma' fondi Ewropej biex jiġu żgurati l-effikaċja u s-sostenibbiltà tal-azzjonijiet fit-tul.
Emenda 91
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 1b (ġdid)
Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta wkoll lill-aġenziji deċentralizzati u lill-partijiet ikkonċernati rilevanti tal-Unjoni, bħar-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, b'mod partikolari l-organizzazzjonijiet tal-pazjenti, dwar il-pjanijiet ta' ħidma annwali stabbiliti għall-Programm u l-prijoritajiet, l-orjentazzjonijiet strateġiċi u l-implimentazzjoni tiegħu.
Emenda 92
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 1c (ġdid)
Il-Kummissjoni għandha tadotta l-pjanijiet ta' ħidma annwali permezz ta' atti delegati. Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati f'konformità mal-Artikolu 24 ta' dan ir-Regolament.
Emenda 93
Proposta għal regolament
Artikolu 16a (ġdid)
Artikolu 16a
Twaqqif tal-Grupp ta' Tmexxija "l-UE għas-Saħħa"
1.  Il-Kummissjoni għandha twaqqaf Grupp ta' Tmexxija "l-UE għas-Saħħa" ("il-Grupp ta' Tmexxija").
2.  Il-Grupp ta' Tmexxija għandu:
(i)  jagħti input, fl-għamla ta' strateġija u tmexxija globali, u jikkontribwixxi għall-pjanijiet ta' ħidma annwali tal-Programm;
(ii)  ifassal pjan għat-tmexxija tal-koordinazzjoni, il-kooperazzjoni u s-sinerġiji bejn il-Programm u Programmi oħra li fihom hemm integrata dimensjoni tas-saħħa;
(iii)  jipprovdi azzjonijiet orjentati lejn il-valur fil-qasam tas-saħħa, sostenibbiltà, soluzzjonijiet ta' saħħa aħjar, irawwem l-aċċess għas-saħħa, inaqqas l-inugwaljanzi fis-saħħa u jippromwovi l-involviment tal-pazjenti u tas-soċjetà.
3.  Il-Grupp ta' Tmexxija għandu jkun grupp ta' partijiet ikkonċernati indipendenti, magħmul minn atturi fil-qasam tas-saħħa pubblika, bħal rappreżentanti tal-Parlament Ewropew, esperti tas-saħħa indipendenti u rappreżentanti tal-pazjenti.
4.  Il-Grupp ta' Tmexxija għandu jkun magħmul minn 20 individwu ta' livell għoli – b'rispett sħiħ tal-prinċipju tal-bilanċ ġeografiku u bejn is-sessi – meħuda minn diversi dixxiplini u attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 3.
5.  Il-membri tal-Grupp ta' Tmexxija għandhom jinħatru mill-Kummissjoni, f'konsultazzjoni mal-Parlament, wara sejħa miftuħa għal nomini jew għal espressjonijiet ta' interess.
Il-membri għandhom jinħatru għall-perjodu msemmi fl-Artikolu 1(2). Il-Kummissjoni għandha wkoll taħtar president minn fost il-membri tiegħu.
6.  Il-Grupp ta' Tmexxija għandu jiltaqa' mill-inqas tliet darbiet fis-sena, li jippermetti skambji ta' fehmiet regolari u trasparenti.
Il-pjan ta' azzjoni għat-tmexxija tal-koordinazzjoni, il-kooperazzjoni u s-sinerġiji għandu jiffaċilita l-viżibbiltà u l-koordinazzjoni tal-mekkaniżmi finanzjarji eżistenti kollha rilevanti għas-saħħa, u għandu jgħin biex jitmexxew il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni.
Il-Kummissjoni tista' tikkonsulta lill-Grupp ta' Tmexxija dwar kwistjonijiet oħra minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 2.
Emenda 94
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 1
Il-Programm għandu jiġi implimentat permezz tal-programmi ta' ħidma msemmija fl-Artikolu 110 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046. Il-programmi ta' ħidma għandhom jistabbilixxu, fejn applikabbli, l-ammont globali riżervat għall-operazzjonijiet ta' taħlit.
Il-Programm għandu jiġi implimentat permezz tal-programmi ta' ħidma annwali msemmija fl-Artikolu 110 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046. Il-programmi ta' ħidma għandhom jistabbilixxu, fejn applikabbli, l-ammont globali riżervat għall-operazzjonijiet ta' taħlit.
Emenda 95
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 1a (ġdid)
Il-programmi ta' ħidma għandhom ikunu msejsa fuq valutazzjoni tal-impatt fuq il-ġeneru.
Emenda 96
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 1
1.  L-indikaturi għar-rappurtar dwar il-progress tal-Programm b'rabta mal-ilħuq tal-objettivi ġenerali u speċifiċi stabbiliti fl-Artikoli 3 u 4 huma stabbiliti fl-Anness II.
1.  L-indikaturi għar-rappurtar dwar il-progress tal-Programm b'rabta mal-ilħuq tal-objettivi ġenerali u speċifiċi stabbiliti fl-Artikoli 3 u 4, inklużi indikaturi speċifiċi għall-programmi u l-azzjonijiet, huma stabbiliti fl-Anness II.
Emenda 97
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 1a (ġdid)
1 a.  Il-Kummissjoni għandha twettaq monitoraġġ kontinwu tal-ġestjoni u l-implimentazzjoni tal-Programm. Sabiex tissaħħaħ it-trasparenza, id-data dwar il-ġestjoni u l-implimentazzjoni, aġġornata kontinwament, għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku b'mod aċċessibbli fuq is-sit web tal-Kummissjoni.
B'mod partikolari, id-data għall-proġetti ffinanzjati għandha tiġi inkluża fl-istess bażi tad-data. Dik id-data għandha tinkludi:
(a)  informazzjoni dwar it-tipi ta' finanzjament u t-tipi ta' benefiċjarji, li tippermetti traċċar trasparenti tal-allokazzjonijiet finanzjarji; deskrizzjoni dettaljata tas-sinerġiji ma' programmi oħra tal-Unjoni, inklużi l-attivitajiet implimentati mill-aġenziji tal-Unjoni, li tippermetti analiżi xierqa tal-komplementarjetà bejn l-attivitajiet differenti li għandhom jitwettqu;
(b)  il-livelli ta' nfiq diżaggregati fil-livell tal-proġetti sabiex tkun tista' ssir analiżi speċifika, inkluż għal kull qasam ta' intervent kif definit fl-Artikolu 13 u fl-Anness I.
Emenda 98
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 24 dwar l-emendi għall-Anness II sabiex temenda u tissupplimenta l-indikaturi meta dan ikun meqjus neċessarju.
2.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 24 dwar l-emendi għall-Anness II sabiex temenda u tissupplimenta l-indikaturi, inklużi dawk speċifiċi għall-programmi u l-azzjonijiet, meta dan ikun meqjus neċessarju.
Emenda 99
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.  Meta jkun rilevanti għandhom jinġabru indikaturi, diżaggregati skont il-ġeneru.
Emenda 100
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 3
3.  Is-sistema ta' rappurtar tal-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u tar-riżultati tal-programm tinġabar b'mod effiċjenti, effettiv u fil-ħin. Għal dak il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti ta' rappurtar proporzjonati fuq il-benefiċjarji tal-fondi tal-Unjoni u, fejn rilevanti, fuq l-Istati Membri.
3.  Is-sistema ta' rappurtar tal-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u tar-riżultati tal-programm tinġabar b'mod effiċjenti, effettiv u fil-ħin mingħajr ma jiżdied il-piż amministrattiv għall-benefiċjarji. Għal dak il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti ta' rappurtar proporzjonati fuq il-benefiċjarji tal-fondi tal-Unjoni u, fejn rilevanti, fuq l-Istati Membri.
Emenda 101
Proposta għal regolament
Artikolu 20 – paragrafu 4
4.  Il-Kummissjoni għandha tibgħat il-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet flimkien mal-osservazzjonijiet tagħha lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.
4.  Il-Kummissjoni għandha tippubblika, tikkomunika u tippreżenta l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet interim u finali, akkumpanjati mill-osservazzjonijiet tagħha, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.
Emenda 102
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 1a (ġdid)
Is-sistema ta' awditi tal-Programm għandha tiżgura bilanċ xieraq bejn il-fiduċja u l-kontroll, filwaqt li jitqiesu l-ispejjeż amministrattivi u spejjeż oħra ġġenerati mill-kontrolli fil-livelli kollha, speċjalment għall-benefiċjarji. Ir-regoli dwar l-awditjar għandhom ikunu ċari, konsistenti u koerenti fil-Programm kollu.
Emenda 103
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 1b (ġdid)
L-istrateġija tal-awditi tal-Programm għandha tkun ibbażata fuq l-awditu finanzjarju ta' kampjun rappreżentattiv tan-nefqa fil-Programm kollu kemm hu. Il-kampjun rappreżentattiv għandu jkun ikkomplementat b'għażla bbażata fuq valutazzjoni tar-riskji relatati man-nefqa. L-azzjonijiet li jirċievu finanzjament konġunt minn diversi programmi tal-Unjoni għandhom jiġu awditjati darba waħda biss, li tkun tkopri l-programmi kollha involuti u r-regoli applikabbli rispettivi tagħhom.
Emenda 104
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 1c (ġdid)
Il-Kummissjoni jew il-korp ta' finanzjament jistgħu joqogħdu fuq reviżjonijiet ikkombinati tas-sistemi fil-livell tal-benefiċjarju. Tali reviżjonijiet ikkombinati għandhom ikunu fakultattivi għal ċerti tipi ta' benefiċjarji u għandhom jikkonsistu f'awditu tas-sistemi u l-proċessi, ikkomplementat minn awditu tat-tranżazzjonijiet, imwettaq minn awditur indipendenti kompetenti kkwalifikat biex iwettaq awditi statutorji ta' dokumenti ta' kontabbiltà f'konformità mad-Direttiva 2006/43/KE1a. Dawn għandhom jintużaw mill-Kummissjoni jew mill-korp ta' finanzjament għal finijiet ta' verifika ta' assigurazzjoni globali dwar il-ġestjoni finanzjarja tajba tal-infiq u għal kwalunkwe rikunsiderazzjoni tal-livell ta' awditi u ċertifikati ex post fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji.
__________________
1a Id-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE (ĠU L 157, 9.6.2006, p. 87).
Emenda 105
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 1d (ġdid)
L-awditi jistgħu jitwettqu sa sentejn wara l-ħlas tal-bilanċ.
Emenda 106
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 1e (ġdid)
Il-Kummissjoni għandha tippubblika linji gwida dwar l-awditjar, bil-għan li tiżgura li jkun hemm applikazzjoni u interpretazzjoni affidabbli u uniformi tal-proċeduri u r-regoli tal-awditjar tul il-programm kollu.
Emenda 107
Proposta għal regolament
Artikolu 24 – paragrafu 2
2.  Is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 19(2) għandha tingħata lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2028.
2.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 19(2) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' tliet snin minn [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' tliet snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 108
Proposta għal regolament
Anness I – punt a – punt ii
(ii)  f'infrastruttura tas-saħħa kritika rilevanti għall-kuntest tal-kriżijiet tas-saħħa, tal-għodod, tal-istrutturi, tal-proċessi, tal-produzzjoni u tal-kapaċità tal-laboratorji, inkluż l-għodod għas-sorveljanza, għall-immudellar, għat-tbassir, għall-prevenzjoni u għall-ġestjoni tat-tifqigħat.
(ii)  f'azzjoni koordinata rilevanti għall-kuntest tal-kriżijiet tas-saħħa, għodod, strutturi, proċessi, produzzjoni u kapaċità tal-laboratorji, inklużi għodod għas-sorveljanza, għall-immudellar, għat-tbassir, għall-prevenzjoni u għall-ġestjoni tat-tifqigħat.
Emenda 109
Proposta għal regolament
Anness I – punt b
(b)  It-trasferiment, l-adattament u l-introduzzjoni tal-aħjar prattiki u ta' soluzzjonijiet innovattivi b'valur miżjud stabbilit fil-livell tal-Unjoni bejn l-Istati Membri, u appoġġ imfassal apposta skont il-pajjiż għall-pajjiżi jew għall-gruppi ta' pajjiżi li l-iktar għandhom bżonn, permezz tal-finanzjament ta' proġetti speċifiċi inkluż il-ġemellaġġ, il-pariri mill-esperti u l-appoġġ bejn il-pari.
(b)  It-trasferiment, l-adattament u l-introduzzjoni tal-aħjar prattiki u ta' soluzzjonijiet innovattivi b'valur miżjud stabbilit fil-livell tal-Unjoni bejn l-Istati Membri jew ir-reġjuni u appoġġ imfassal apposta għal kull reġjun, pajjiż jew grupp ta' reġjuni jew pajjiżi li l-iktar għandhom bżonn, permezz tal-finanzjament ta' proġetti speċifiċi inkluż il-ġemellaġġ, il-pariri mill-esperti u l-appoġġ bejn il-pari.
Emenda 110
Proposta għal regolament
Anness I – punt c – punt i
(i)  l-istħarriġ, l-istudji, il-ġbir tad-data u l-istatistika, il-metodoloġiji, il-klassifikazzjonijiet, il-mikrosimulazzjonijiet, l-indikaturi, is-senserija tal-għarfien u l-eżerċizzji tal-parametri referenzjarji;
(i)  l-istħarriġ, l-istudji, il-ġbir ta' data u statistika komparabbli, inkluża, jekk ikun rilevanti, data diżaggregata skont il-ġeneru u l-età, il-metodoloġiji, il-klassifikazzjonijiet, il-mikrosimulazzjonijiet, l-istudji pilota, l-indikaturi, is-senserija tal-għarfien u l-eżerċizzji tal-parametri referenzjarji;
Emenda 111
Proposta għal regolament
Anness I – punt c – punt iii
(iii)  il-gruppi ta' esperti u l-bordijiet li jipprovdu pariri, data u informazzjoni ta' appoġġ għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika tas-saħħa;
(iii)  il-gruppi ta' esperti u l-bordijiet, inklużi r-rappreżentanti tal-partijiet ikkonċernati rilevanti meta jkun applikabbli, li jipprovdu pariri, evalwazzjoni, data u informazzjoni ta' appoġġ għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika tas-saħħa, inklużi evalwazzjonijiet ta' segwitu tal-implimentazzjoni tal-politiki tas-saħħa;
Emenda 112
Proposta għal regolament
Anness I – punt c – punt iv
(iv)  l-istudji u l-analiżi, u l-pariri xjentifiċi ta' appoġġ għat-tfassil tal-politika, u ta' appoġġ lill-kumitati xjentifiċi dwar "is-Sikurezza tal-Konsumatur" u dwar "ir-Riskji Sanitarji, Ambjentali u Emerġenti".
(iv)  l-istudji u l-analiżi, il-valutazzjoni sistematika tal-impatt ta' azzjonijiet politiċi oħra tal-Unjoni fuq is-saħħa u l-pariri xjentifiċi ta' appoġġ għat-tfassil tal-politika bbażat fuq l-evidenza, u appoġġ lill-kumitati xjentifiċi dwar "is-Sikurezza tal-Konsumatur" u dwar "ir-Riskji Sanitarji, Ambjentali u Emerġenti", kif ukoll il-grupp ta' esperti dwar "il-Valutazzjoni tal-Prestazzjoni tas-Sistemi tas-Saħħa".
Emenda 113
Proposta għal regolament
Anness I – punt d – parti introduttorja
(d)  L-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni u tal-azzjonijiet tal-Unjoni b'rabta mas-saħħa, b'mod partikolari permezz ta' appoġġ għal:
(d)  L-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-leġiżlazzjoni u tal-azzjonijiet tal-Unjoni b'rabta mas-saħħa, b'mod partikolari permezz ta' appoġġ għal:
Emenda 114
Proposta għal regolament
Anness I – punt d – punt i
(i)  l-implimentazzjoni, l-infurzar u l-monitoraġġ tal-leġiżlazzjoni u tal-azzjonijiet tal-Unjoni b'rabta mas-saħħa; u l-appoġġ tekniku għall-implimentazzjoni tar-rekwiżiti legali;
(i)  l-implimentazzjoni, l-infurzar u l-monitoraġġ tal-leġiżlazzjoni u tal-azzjonijiet tal-Unjoni b'rabta mas-saħħa, inkluża l-promozzjoni tas-saħħa; u l-appoġġ tekniku għall-implimentazzjoni sħiħa tar-rekwiżiti legali u operazzjonali fl-Istati Membri kollha;
Emenda 115
Proposta għal regolament
Anness I – punt d – punt iv
(iv)  l-iżvilupp u t-tħaddim ta' bażijiet tad-data u ta' għodod diġitali u l-interoperabbiltà tagħhom, inkluż fejn ikun xieraq ma' teknoloġiji oħrajn ta' rilevament, bħal dawk ibbażati fl-ispazju;
(iv)  l-iżvilupp, it-tħaddim u l-manutenzjoni ta' bażijiet tad-data u ta' għodod diġitali u l-interoperabbiltà tagħhom, inklużi proġetti stabbiliti, fejn ikun xieraq ma' teknoloġiji oħrajn ta' rilevament, bħal dawk ibbażati fl-ispazju u l-intelliġenza artifiċjali;
Emenda 116
Proposta għal regolament
Anness I – punt d – punt v
(v)  ix-xogħol ta' awditjar u ta' valutazzjoni f'konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni;
(v)  ix-xogħol ta' awditjar, valutazzjoni u spezzjoni f'konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni;
Emenda 117
Proposta għal regolament
Anness I – punt d – punt x
(x)  il-punti ta' kuntatt nazzjonali li jipprovdu gwida, informazzjoni u assistenza relatati mal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-saħħa u tal-Programm;
(x)  il-punti ta' kuntatt nazzjonali li jipprovdu gwida, informazzjoni u assistenza relatati mal-promozzjoni u l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-saħħa u tal-Programm;
Emenda 118
Proposta għal regolament
Anness I – punt d – punt xi
(xi)  il-partijiet ikkonċernati fid-dawl tal-kooperazzjoni transnazzjonali.
(xi)  il-partijiet ikkonċernati fid-dawl tal-kooperazzjoni transnazzjonali u reġjonali.
Emenda 119
Proposta għal regolament
Anness I – punt e
(e)  Il-ħażniet strutturali u t-tħejjija għall-kriżijiet:
imħassar
(i)  it-twaqqif u l-appoġġ ta' mekkaniżmu għall-iżvilupp, għall-akkwist u għall-ġestjoni tal-prodotti rilevanti għall-kriżijiet;
(ii)  it-twaqqif u l-ġestjoni ta' riżervi u ħażniet tal-UE ta' prodotti rilevanti għall-kriżijiet f'komplementarjetà ma' strumenti oħra tal-Unjoni;
(iii)  it-twaqqif u l-appoġġ ta' mekkaniżmi għall-monitoraġġ u l-allokazzjoni effiċjenti tal-faċilitajiet tal-kura disponibbli (bħas-sodod tal-isptar u l-postijiet fl-unitajiet tal-kura intensiva), għat-tqassim jew l-allokazzjoni tal-oġġetti u tas-servizzi meħtieġa fil-każ ta' kriżi tas-saħħa, u għall-iżgurar tal-provvista u tal-użu sikur tal-mediċini, tal-mediċini fil-fażi tal-investigazzjoni u tal-apparat mediku;
(iv)  l-akkwist tal-oġġetti u tas-servizzi meħtieġa għall-prevenzjoni u għall-ġestjoni tal-kriżijiet tas-saħħa u l-azzjonijiet li jiżguraw l-aċċess għal dawk l-oġġetti u s-servizzi essenzjali;
(v)  it-twaqqif u t-tħaddim ta' riżerva tal-Unjoni ta' persunal u esperti mill-qasam mediku u tal-kura tas-saħħa u t-twaqqif u t-tħaddim ta' mekkaniżmu biex dan il-persunal u dawn l-esperti jiġu allokati skont il-bżonn biex tiġi evitata kriżi tas-saħħa jew biex jingħata rispons għaliha fl-Unjoni kollha; it-twaqqif u t-tħaddim ta' tim ta' Emerġenza tas-Saħħa tal-Unjoni li jipprovdi pariri mill-esperti u assistenza teknika fuq talba tal-Kummissjoni fil-każ ta' kriżi tas-saħħa.
Emenda 227
Proposta għal regolament
Anness I – punt f – punt i
(i)  azzjonijiet biex, fl-Unjoni kollha u b'mod transsettorjali, titrawwem il-kapaċità għall-prevenzjoni, għat-tħejjija, għall-ġestjoni u għar-rispons għal kriżijiet tas-saħħa fost l-atturi kollha fil-livell tal-Unjoni, nazzjonali, reġjonali u lokali, inklużi l-ippjanar ta' kontinġenza u l-eżerċizzji ta' tħejjija u t-titjib tal-ħiliet tal-persunal mill-qasam mediku, tal-kura tas-saħħa u tas-saħħa pubblika;
(i)  azzjonijiet biex, fl-Unjoni kollha u b'mod transsettorjali, titrawwem il-kapaċità għall-prevenzjoni, għat-tħejjija, għall-ġestjoni u għar-rispons għal kriżijiet tas-saħħa fost l-atturi kollha fil-livell tal-Unjoni, nazzjonali, reġjonali u lokali, inklużi testijiet tal-istress, l-ippjanar ta' kontinġenza u l-eżerċizzji ta' tħejjija, l-iżvilupp ta' standards għal kura tas-saħħa ta' kwalità u t-titjib tal-ħiliet tal-persunal mill-qasam mediku, tal-kura tas-saħħa u tas-saħħa pubblika;
Emenda 121
Proposta għal regolament
Anness I – punt f – punt ia (ġdid)
(ia)  it-twaqqif ta' Mekkaniżmu Ewropew ta' Reazzjoni fil-qasam tas-Saħħa (EHRM), koordinat mill-ECDC bl-għajnuna tal-aġenziji rilevanti, biex tingħata risposta għal kull tip ta' trattamenti u kriżijiet tas-saħħa u tissaħħaħ il-koordinazzjoni operazzjonali fil-livell Ewropew;
Emenda 251
Proposta għal regolament
Anness I – punt f – punt ib (ġdid)
(ib)   Jingħata kontribut għall-ħolqien ta' riżerva ta' prodotti rilevanti għall-kriżijiet tas-saħħa f'komplementarjetà ma' rescEU, l-Istrument għall-Appoġġ ta' Emerġenza, l-Istrument ta' Reżiljenza u strumenti, programmi u fondi oħra tal-Unjoni, u tiġi żgurata d-disponibbiltà ta' prodotti bħal dawn fi żminijiet ta' kriżi;
Emenda 122
Proposta għal regolament
Anness I – punt f – punt iii
(iii)  l-appoġġ u/jew l-akkwist tal-produzzjoni ta' emerġenza ta' kontromiżuri mediċi, inklużi s-sustanzi kimiċi u s-sustanzi attivi essenzjali, u l-finanzjament tal-kooperazzjoni dwar il-valutazzjonijiet tat-teknoloġija tas-saħħa ta' emerġenza u l-provi kliniċi;
imħassar
Emenda 123
Proposta għal regolament
Anness I – punt f – punt iv
(iv)  azzjonijiet preventivi biex il-gruppi vulnerabbli jiġu protetti mit-theddid għas-saħħa u azzjonijiet biex ir-rispons għall-kriżijiet u l-ġestjoni tagħhom ikun adattat għall-ħtiġijiet ta' dawk il-gruppi vulnerabbli;
(iv)  azzjonijiet preventivi biex iċ-ċittadini kollha, partikolarment il-gruppi vulnerabbli, jiġu protetti mit-theddid għas-saħħa u azzjonijiet biex ir-rispons għall-kriżijiet u l-ġestjoni tagħhom ikun adattat għall-ħtiġijiet ta' dawk il-gruppi vulnerabbli, bħall-iżgurar ta' kura bażika għal pazjenti b'mard kroniku li jeħtieġu kura palljattiva u trattament għall-immaniġġjar tal-uġigħ;
Emenda 124
Proposta għal regolament
Anness I – punt f – punt iv a(ġdid)
(iv a)  azzjonijiet li jappoġġaw is-saħħa elettronika, bħat-tranżizzjoni għat-telemediċina, l-għoti ta' medikazzjoni fid-dar u l-implimentazzjoni ta' pjanijiet preventivi / ta' kura personali, meta jkun possibbli u xieraq;
Emenda 125
Proposta għal regolament
Anness I – punt f – punt iv b (ġdid)
(iv b)  azzjonijiet li jappoġġaw il-kooperazzjoni transfruntiera biex jiġi żgurat aċċess għal trattament rapidu għall-pazjenti kollha fl-Unjoni, partikolarment għal dawk li jbatu minn mard rari;
Emenda 126
Proposta għal regolament
Anness I – punt f – punt v
(v)  azzjonijiet biex jiġu indirizzati l-konsegwenzi kollaterali ta' kriżi tas-saħħa fuq is-saħħa, b'mod partikolari dawk fuq is-saħħa mentali, fuq il-pazjenti li jsofru minn mard kroniku u fuq gruppi vulnerabbli oħra;
(v)  azzjonijiet biex jiġu indirizzati u mmaniġġjati l-konsegwenzi kollaterali ta' kriżi tas-saħħa fuq is-saħħa, b'mod partikolari dawk fuq is-saħħa mentali, fuq il-pazjenti li jsofru minn mard kroniku u sitwazzjonijiet vulnerabbli oħra, inklużi persuni li għandhom xi vizzju, persuni bl-HIV/AIDS jew persuni li jbatu bit-tuberkolożi;
Emenda 127
Proposta għal regolament
Anness I – punt f – punt viii a (ġdid)
(viii a)  appoġġ għall-azzjonijiet dwar is-sorveljanza epidemjoloġika, b'enfasi fuq l-entitajiet tas-saħħa nazzjonali, b'tali mod li jingħata kontribut għall-valutazzjoni ta' fatturi li jaffettwaw jew jiddeterminaw is-saħħa taċ-ċittadini;
Emenda 128
Proposta għal regolament
Anness I – punt f – punt viii b (ġdid)
(viii b)  azzjonijiet li jiżguraw li l-aċċess għall-mediċini ma jiġix imfixkel, u li jkun hemm kontinwità fil-kura u t-trattament, partikolarment għal pazjenti li jbatu minn kundizzjonijiet kroniċi;
Emenda 129
Proposta għal regolament
Anness I – punt g – parti introduttorja
(g)  It-tisħiħ tas-sistemi tas-saħħa nazzjonali:
(g)  It-tisħiħ tas-sistemi tas-saħħa nazzjonali, il-promozzjoni u l-protezzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard:
Emenda 130
Proposta għal regolament
Anness I – punt g – punt i
(i)  appoġġ lill-azzjonijiet għat-trasferiment tal-għarfien u għall-kooperazzjoni fil-livell tal-Unjoni biex ikunu megħjuna l-proċessi ta' riforma nazzjonali bil-għan li jkun hemm effettività, aċċessibbiltà, sostenibbiltà u reżiljenza mtejbin, b'mod partikolari biex jiġu indirizzati l-isfidi identifikati mis-Semestru Ewropew u tissaħħaħ il-kura primarja, biex tissaħħaħ l-integrazzjoni tal-kura u biex ikun hemm kopertura universali tas-saħħa u aċċess ugwali għall-kura tas-saħħa;
(i)  appoġġ lill-azzjonijiet għat-trasferiment tal-għarfien u għall-kooperazzjoni fil-livell tal-Unjoni biex ikunu megħjuna l-proċessi ta' riforma nazzjonali bil-għan li jkun hemm effettività, aċċessibbiltà, sostenibbiltà u reżiljenza mtejbin, filwaqt li jkun hemm rabta mal-finanzjament disponibbli min-naħa tal-Unjoni, b'mod partikolari biex jiġu indirizzati l-isfidi identifikati mis-Semestru Ewropew u r-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiżi dwar is-saħħa, u tissaħħaħ il-kura primarja, biex tissaħħaħ l-integrazzjoni tal-kura, ikun hemm kopertura universali tas-saħħa u jintlaħaq aċċess ugwali għal kura tas-saħħa ta' kwalità;
Emenda 131
Proposta għal regolament
Anness I – punt g – punt i a (ġdid)
(i a)  appoġġ għal politiki u azzjonijiet ta' implimentazzjoni biex jitnaqqsu l-inugwaljanzi fis-saħħa u fir-rigward tal-kura tas-saħħa;
Emenda 132
Proposta għal regolament
Anness I – punt g – punt ii
(ii)  programmi ta' taħriġ għall-persunal mediku u tal-kura tas-saħħa, u programmi għall-iskambji temporanji tal-persunal;
(ii)  appoġġ, f'sinerġija ma' Programmi oħra, għal programmi ta' taħriġ, edukazzjoni u mobilità għall-persunal mediku u tal-kura tas-saħħa, inklużi programmi online, u programmi għall-iskambji temporanji tal-persunal, partikolarment bil-għan li jittejbu l-kurrikuli u l-ħiliet diġitali tagħhom;
Emenda 133
Proposta għal regolament
Anness I – punt g – punt iii
(iii)  appoġġ biex titjieb id-distribuzzjoni ġeografika tal-forza tax-xogħol fil-kura tas-saħħa u biex jiġu evitati d-"deżerti mediċi";
(iii)  appoġġ, f'sinerġija ma' Programmi oħra, biex titjieb id-distribuzzjoni ġeografika tal-forza tax-xogħol fil-kura tas-saħħa, filwaqt li jiġi żgurat li tali distribuzzjoni tal-forza tax-xogħol tkun proporzjonata wkoll mal-popolazzjoni taż-żona jew tar-reġjun inkwistjoni, u b'hekk jiġu evitati d-"deżerti mediċi" u jiġu promossi u implimentati politiki ta' żamma;
Emenda 134
Proposta għal regolament
Anness I – punt g – punt iv
(iv)  appoġġ għat-twaqqif u l-koordinazzjoni tal-Laboratorji u taċ-Ċentri ta' Referenza tal-Unjoni, u taċ-Ċentri ta' eċċellenza;
(iv)  appoġġ għat-twaqqif, il-koordinazzjoni u d-diffużjoni ta' Laboratorji u Ċentri ta' Referenza tal-Unjoni, Ċentri ta' eċċellenza u pjattaformi tal-UE speċifiċi għall-mard biex ikun hemm skambju, tqabbil u parametraġġ referenzjarju tal-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri;
Emenda 135
Proposta għal regolament
Anness I – punt g – punt v
(v)  awditjar tal-arranġamenti ta' tħejjija u ta' rispons tal-Istati Membri (bħall-ġestjoni tal-kriżijiet, ir-reżistenza għall-antimikrobiċi u t-tilqim);
(v)  awditjar tal-arranġamenti ta' tħejjija u ta' rispons tal-Istati Membri (bħall-ġestjoni tal-kriżijiet, ir-reżistenza għall-antimikrobiċi u t-tilqim) u l-implimentazzjoni tal-istrateġiji jew il-programmi tagħhom għall-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard;
Emenda 136
Proposta għal regolament
Anness I – punt g – punt viii a (ġdid)
(viii a)  appoġġ għal qafas tal-Unjoni u għall-għodod diġitali interoperabbli relatati biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni fil-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa fost l-Istati Membri u fin-networks, inklużi n-networks meħtieġa sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jwasslu u jiskambjaw valutazzjonijiet kliniċi konġunti affidabbli u ta' kwalità għolja f'waqthom, u konsultazzjonijiet xjentifiċi konġunti u attivitajiet rilevanti oħra biex jingħata appoġġ lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fl-iskambju tal-eżiti ta' kooperazzjoni fir-rigward tal-HTA;
Emenda 137
Proposta għal regolament
Anness I – punt g – punt ix
(ix)  appoġġ għall-istabbiliment u għall-implimentazzjoni ta' programmi li jassistu lill-Istati Membri u l-azzjonijiet tagħhom biex itejbu l-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard (għall-mard li jittieħed u li ma jitteħidx);
(ix)  appoġġ għall-istabbiliment u għall-implimentazzjoni ta' programmi nazzjonali u Ewropej, inklużi programmi diġitali u bbażati fuq l-evidenza, li jassistu lill-Istati Membri u l-azzjonijiet tagħhom biex itejbu l-promozzjoni tas-saħħa, l-għarfien dwar is-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard (għall-mard li jittieħed u li ma jitteħidx) fl-unitajiet tas-saħħa u fil-komunitajiet, u mitigazzjoni tal-fatturi ta' riskju ewlenin tal-mard kroniku;
Emenda 138
Proposta għal regolament
Anness I – punt g – punt ix a (ġdid)
(ix a)  appoġġ għat-twaqqif u l-funzjonament ta' pjattaformi tal-Unjoni speċifiċi għall-mard għall-iskambju, it-tqabbil u l-parametraġġ referenzjarju tal-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri, fl-għamla ta' networks ta' eċċellenza fil-qasam tal-mard li jittieħed u li ma jitteħidx, b'mod partikolari fil-qasam tal-mard kroniku;
Emenda 139
Proposta għal regolament
Anness I – punt g – punt ix b (ġdid)
(ix b)  appoġġ għall-iżvilupp ta' linji gwida għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-mard fil-qasam tal-mard li jittieħed u li ma jitteħidx;
Emenda 140
Proposta għal regolament
Anness I – punt g – punt x
(x)  appoġġ għall-azzjonijiet tal-Istati Membri biex idaħħlu fis-seħħ ambjenti urbani, tax-xogħol u tal-iskola b'saħħithom u sikuri, biex jippermettu għażliet tal-ħajja tajbin għas-saħħa u biex jippromwovu dieti tajbin għas-saħħa filwaqt li jqisu l-ħtiġijiet tal-gruppi vulnerabbli;
(x)  appoġġ għall-azzjonijiet tal-Istati Membri biex idaħħlu fis-seħħ ambjenti urbani, tax-xogħol u tal-iskola b'saħħithom u sikuri, jippromwovu s-saħħa mentali, l-edukazzjoni dwar is-saħħa, jippermettu għażliet tal-ħajja tajbin għas-saħħa u jippromwovu attività fiżika regolari u dieti tajbin għas-saħħa filwaqt li jqisu l-ħtiġijiet tal-persuni f'kull stadju ta' ħajjithom bil-għan li tiġi promossa s-saħħa tul il-ħajja;
Emenda 141
Proposta għal regolament
Anness I – punt g – punt x a (ġdid)
(x a)  appoġġ għall-azzjonijiet tal-Istati Membri biex jiġu indirizzati fatturi determinanti għas-saħħa, inkluż it-tnaqqis tal-ħsara relatata mal-alkoħol u l-użu tat-tabakk;
Emenda 142
Proposta għal regolament
Anness I – punt g – punt x b (ġdid)
(x b)  appoġġ għall-azzjonijiet tal-Istati Membri biex jiġi żgurat aċċess għas-servizzi tas-saħħa sesswali u riproduttiva u għall-prodotti mediċinali relatati, u appoġġ għal approċċi integrati u intersezzjonali għall-prevenzjoni, id-dijanjożi, it-trattament u l-kura;
Emenda 143
Proposta għal regolament
Anness I – punt g – punt x c (ġdid)
(x c)  azzjonijiet li jippromwovu l-kura u l-appoġġ għall-vittmi ta' vjolenza sessista;
Emenda 144
Proposta għal regolament
Anness I – punt g – punt x d (ġdid)
(x d)  azzjonijiet li jippromwovu aċċess ugwali għas-servizzi tas-saħħa u għal faċilitajiet u kura relatati għall-persuni b'diżabilità;
Emenda 145
Proposta għal regolament
Anness I – punt g – punt xi a (ġdid)
(xi a)  appoġġ għall-Istati Membri fir-reviżjoni tal-pjanijiet nazzjonali tagħhom dwar il-mard rari biex jiddaħħlu fis-seħħ l-arranġamenti finanzjarji u organizzattivi meħtieġa biex is-sistema tan-Networks ta' Referenza Ewropej tiġi integrata b'mod effettiv fis-sistemi tas-saħħa nazzjonali billi jingħata wkoll appoġġ għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tas-sett ta' politiki, regoli u proċeduri meħtieġa biex is-sistema tan-NRE tiġi ankrata fil-livell nazzjonali;
Emenda 146
Proposta għal regolament
Anness I – punt g – punt xi b (ġdid)
(xi b)  appoġġ għall-implimentazzjoni tas-sistema tan-NRE għal valutazzjoni, monitoraġġ, evalwazzjoni u titjib fil-kwalità b'mod kontinwu;
Emenda 147
Proposta għal regolament
Anness I – punt g – punt xi c (ġdid)
(xi c)  allokazzjoni ta' fondi biex jinħolqu mekkaniżmi effettivi u permanenti għall-kollaborazzjoni tan-NRE sabiex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet multisistemiċi li jirriżultaw minn mard bi prevalenza baxxa u mard rari u jiġi ffaċilitat in-networking djagonali bejn speċjalitajiet u dixxiplini differenti;
Emenda 148
Proposta għal regolament
Anness I – punt g – punt xi d (ġdid)
(xi d)  appoġġ għall-Istati Membri fit-tisħiħ taċ-ċentri ta' għarfien espert tagħhom għal mard rari biex jiżdiedu l-kapaċitajiet tas-sistemi tas-saħħa nazzjonali għad-dijanjożi, it-trattament u l-ġestjoni ta' tali mard, il-kooperazzjoni transnazzjonali dwar il-kodifikazzjoni, l-informazzjoni u l-għarfien fil-qasam tal-mard rari, b'mod partikolari l-bażi tad-data Orphanet;
Emenda 149
Proposta għal regolament
Anness I – punt g – punt xii a (ġdid)
(xii a)  appoġġ għall-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri għall-ħolqien ta' Network Ewropew għall-Eċċellenza tal-Isptarijiet, li jtejjeb it-trattament transfruntier għall-mard rari u jżid l-aċċess għat-trattament għaċ-ċittadini kollha tal-Unjoni;
Emenda 150
Proposta għal regolament
Anness I – punt h – parti introduttorja
(h)  Azzjonijiet b'rabta mal-kanċer:
(h)  Azzjonijiet b'rabta mal-kanċer, inkluż il-kanċer pedjatriku:
Emenda 151
Proposta għal regolament
Anness I – punt h – punt i
(i)  appoġġ lill-Istati Membri u lill-NGOs fil-promozzjoni u fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kodiċi Ewropew Kontra l-Kanċer;
(i)  appoġġ lill-Istati Membri, lill-IARC u lill-NGOs fil-promozzjoni u fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kodiċi Ewropew Kontra l-Kanċer; appoġġ għar-reviżjoni u l-aġġornament kontinwu tal-edizzjoni attwali tal-Kodiċi Ewropew kontra l-Kanċer;
Emenda 152
Proposta għal regolament
Anness I – punt h – punt i a (ġdid)
(i a)  appoġġ għat-twaqqif ta' Istitut Ewropew għall-Kanċer (ECI) bħala pjattaforma għall-implimentazzjoni tan-Networks Ewropej ta' Referenza għall-Kanċer, il-ġbir ta' data klinika fost iċ-ċentri mill-pajjiżi parteċipanti kollha madwar l-Unjoni u l-għoti ta' prijorità lil programmi ta' riċerka akkademika u klinika ta' eċċellenza fil-qasam tal-kanċer, inkluż il-kanċer pedjatriku;
Emenda 153
Proposta għal regolament
Anness I – punt h – punt iii
(iii)  appoġġ għall-programmi ta' prevenzjoni dwar fatturi ta' riskju ewlenin għall-kanċer;
(iii)  appoġġ għall-programmi ta' prevenzjoni dwar fatturi ta' riskju ewlenin għall-kanċer li jkunu ta' effikaċja ppruvata u appoġġati minn evidenza stabbilita;
Emenda 154
Proposta għal regolament
Anness I – punt h – punt iv a (ġdid)
(iv a)  azzjonijiet li jappoġġaw l-implimentazzjoni ta' reġistri tal-kanċer fl-Istati Membri kollha;
Emenda 155
Proposta għal regolament
Anness I – punt h – punt v
(v)  azzjonijiet li jappoġġaw l-aċċess għas-servizzi tal-kanċer u għall-mediċini innovattivi għal kontra kanċer;
(v)  azzjonijiet li jappoġġaw l-implimentazzjoni ta' politiki, programmi nazzjonali u linji gwida, f'konformità mal-Pjan Ewropew biex Jingħeleb il-Kanċer, sabiex jitnaqqsu l-inugwaljanzi u jingħata aċċess għas-servizzi tal-kanċer, għal kura paljattiva u ta' appoġġ, u għal skrinjar, trattamenti u mediċini innovattivi, aċċessibbli u effettivi għal kontra l-kanċer fl-Istati Membri kollha, f'sinerġija sħiħa ma' Orizzont Ewropa u l-missjonijiet u s-sħubijiet tiegħu;
Emenda 156
Proposta għal regolament
Anness I – punt h – punt v a (ġdid)
(v a)  azzjonijiet li jappoġġaw aċċess ugwali u f'waqtu għal mediċini u terapiji ġodda u innovattivi, inkluż għall-kura paljattiva u ta' appoġġ, għal mard malinn pedjatriku, fl-Ewropa kollha, u jrawmu d-disponibbiltà u l-affordabbiltà ta' tali mediċini u trattamenti f'dożi u formulazzjonijiet adatti għat-tfal;
Emenda 157
Proposta għal regolament
Anness I – punt h – punt v b (ġdid)
(v b)  azzjonijiet li jindirizzaw il-ħtiġijiet mhux issodisfati tat-tfal u l-adolexxenti bil-kanċer, u tas-superstiti tal-kanċer, permezz ta' programmi u pjanijiet li jabilitaw n-NRE, inklużi dawk dwar il-kanċer pedjatriku;
Emenda 158
Proposta għal regolament
Anness I – punt h – punt vii
(vii)  azzjonijiet li jappoġġaw il-kwalità fil-prevenzjoni u l-kura tal-kanċer, inkluż id-dijanjożi u t-trattament;
(vii)  azzjonijiet li jappoġġaw il-kwalità fil-prevenzjoni u l-kura tal-kanċer, inklużi d-dijanjożi u t-trattament, is-segwitu u l-kura palljattiva u ta' appoġġ;
Emenda 159
Proposta għal regolament
Anness I – punt h – punt viii
(viii)  azzjonijiet li jappoġġaw il-kwalità tal-ħajja tas-superstiti tal-kanċer u ta' dawk li jieħdu ħsiebhom;
(viii)  azzjonijiet li jappoġġaw il-kwalità tal-ħajja tas-superstiti tal-kanċer u ta' dawk li jieħdu ħsiebhom, inklużi l-għoti ta' appoġġ psikoloġiku, l-immaniġġjar tal-uġigħ u riintegrazzjoni professjonali;
Emenda 160
Proposta għal regolament
Anness I – punt h – punt ix
(ix)  appoġġ għall-implimentazzjoni tal-politika u tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-kontroll tat-tabakk;
(ix)  appoġġ għall-implimentazzjoni tal-politika u tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-kontroll tat-tabakk u ta' leġiżlazzjoni relatata oħra fil-qasam tal-prevenzjoni u l-promozzjoni tas-saħħa, inkuża dik immirata lejn it-tnaqqis tal-ħsara relatata mal-alkoħol;
Emenda 161
Proposta għal regolament
Anness I – punt h – punt x
(x)  it-twaqqif u l-appoġġ ta' mekkaniżmi għall-bini tal-kapaċità orizzontali fost l-ispeċjalizzazzjonijiet u għal edukazzjoni kontinwa fil-qasam tal-kura tal-kanċer.
(x)  it-twaqqif u l-appoġġ ta' mekkaniżmi għall-bini tal-kapaċità orizzontali fost l-ispeċjalizzazzjonijiet u għal edukazzjoni kontinwa tal-professjonisti tal-kura tas-saħħa u l-indokraturi informali fil-qasam tal-kura tal-kanċer, l-iskrinjar u d-dijanjożi bikrija, partikolarment fil-qasam tal-kanċer pedjatriku, bil-għan li tittejjeb il-kwalità tal-kura;
Emenda 162
Proposta għal regolament
Anness I – punt h – punt x a (ġdid)
(x a)  azzjonijiet li jappoġġaw approċċ integrattiv, koordinat, multidixxiplinari u ċċentrat fuq il-pazjent fir-rigward tal-pazjenti u s-superstiti tal-kanċer;
Emenda 163
Proposta għal regolament
Anness I – punt i – punt ii
(ii)  appoġġ għall-azzjonijiet biex tiġi miġġielda l-eżitazzjoni għat-tilqim;
(ii)  appoġġ għall-azzjonijiet biex tiġi miġġielda l-eżitazzjoni għat-tilqim u d-diżinformazzjoni, u l-promozzjoni tal-immunizzazzjoni tul l-istadji kollha tal-ħajja ta' persuna;
Emenda 164
Proposta għal regolament
Anness I – punt i – punt ii a (ġdid)
(ii a)  appoġġ għal għodod u pjattaformi biex tinġabar evidenza f'sitwazzjonijiet reali dwar il-kwalità, l-effikaċja u l-impatt tal-vaċċini wara li jintużaw, mingħajr preġudizzju għall-ġenerazzjoni ta' evidenza robusta fil-fażi ta' qabel l-approvazzjoni;
Emenda 165
Proposta għal regolament
Anness I – punt i – punt ii b (ġdid)
(ii b)  appoġġ għall-azzjoni għall-eliminazzjoni ta' mard li jista' jiġi evitat bit-tilqim;
Emenda 166
Proposta għal regolament
Anness I – punt i – punt iii
(iii)  appoġġ għall-provi kliniċi biex jitħaffu l-iżvilupp, l-awtorizzazzjoni u l-aċċess għal mediċini u vaċċini innovattivi, sikuri u effettivi;
(iii)  appoġġ għall-provi kliniċi u l-użu ta' data f'sitwazzjonijiet reali, inklużi dawk li jinvolvu koordinazzjoni akbar fil-livell tal-Unjoni u mal-EMA, biex jitħaffu l-iżvilupp, l-awtorizzazzjoni u l-aċċess għal mediċini u vaċċini innovattivi, sikuri u effettivi;
Emenda 167
Proposta għal regolament
Anness I – punt i – punt iii a (ġdid)
(iii a)  azzjonijiet ta' appoġġ immirati lejn il-ħolqien u l-iżvilupp ta' mekkaniżmu diġitali Ewropew għal rappurtar, notifika u monitoraġġ aħjar ta' kwalunkwe nuqqas li jista' jkun hemm, fl-għamla ta' pjattaforma tal-Unjoni għal nuqqas ta' mediċini, tilqim u apparat mediku, abbażi ta' mudell wieħed armonizzat u interoperabbli ta' ġbir ta' data u sistemi nazzjonali biex jiġi rappurtat kwalunkwe nuqqas, inkluża l-implimentazzjoni sħiħa ta' infrastruttura telematika effettiva tal-Unjoni li tgħaqqad id-data dwar il-mediċini mal-ktajjen tal-provvista;
Emenda 168
Proposta għal regolament
Anness I – punt i – punt iii b (ġdid)
(iii b)  azzjonijiet ta' appoġġ li jistimulaw iż-żieda fil-produzzjoni ta' APIs u prodotti mediċinali essenzjali fl-Unjoni, inkluż bid-diversifikazzjoni tal-produzzjoni ta' ingredjenti attivi u ġeneriċi fil-katina tal-provvista fl-Unjoni biex titnaqqas id-dipendenza tal-Istati Membri fuq ċerti pajjiżi terzi;
Emenda 169
Proposta għal regolament
Anness I – punt i – punt iv
(iv)  appoġġ għall-azzjonijiet li jiżguraw disponibbiltà akbar ta' mediċini u apparat mediku fl-Unjoni u li jikkontribwixxu għall-affordabbiltà tagħhom għall-pazjenti u għas-sistemi tas-saħħa;
(iv)  appoġġ għall-azzjonijiet li jiżguraw disponibbiltà akbar ta' prodotti mediċinali u apparat mediku fl-Unjoni u li jikkontribwixxu għall-affordabbiltà tagħhom għall-pazjenti u għas-sistemi tas-saħħa;
Emenda 170
Proposta għal regolament
Anness I – punt i – punt v
(v)  appoġġ għall-azzjonijiet li jinkoraġġixxu l-iżvilupp ta' prodotti innovattivi u ta' prodotti inqas interessanti kummerċjalment bħas-sustanzi antimikrobiċi;
(v)  appoġġ għall-azzjonijiet li jinkoraġġixxu l-iskoperta u l-iżvilupp ta' mediċini u vaċċini innovattivi biex jiġu indirizzati l-isfidi dejjem akbar għall-kura tas-saħħa u l-ħtiġijiet tal-pazjenti;
Emenda 171
Proposta għal regolament
Anness I – punt i – punt v a (ġdid)
(v a)  appoġġ għal azzjonijiet biex titrawwem l-innovazzjoni fl-adattament għal skop differenti, ir-riformulazzjoni u l-kombinament ta' mediċini li tkun skaditilhom il-privattiva u li jiġġeneraw titjib rilevanti għall-pazjenti, il-professjonisti tal-kura tas-saħħa u/jew is-sistemi tal-kura tas-saħħa;
Emenda 172
Proposta għal regolament
Anness I – punt i – punt v b (ġdid)
(v b)  azzjoni li tindirizza l-fallimenti tas-suq fir-rigward tal-antibijotiċi u tħeġġeġ investimenti sostenibbli għall-iskoperta u l-iżvilupp ta' antimikrobiċi ġodda, mediċini għal mard rari u mediċini biex jiġi miġġieled il-mard li jittieħed, filwaqt li jiġi żgurat aċċess ekwu;
Emenda 173
Proposta għal regolament
Anness I – punt i – punt vi
(vi)  appoġġ għall-azzjonijiet għall-monitoraġġ tan-nuqqasijiet tal-mediċini u tal-apparat mediku fl-isptarijiet u fl-ispiżeriji tal-komunità biex jiġu indirizzati nuqqasijiet bħal dawn u biex tiżdied is-sigurtà tal-provvisti;
(vi)  appoġġ għall-azzjonijiet għall-monitoraġġ, il-prevenzjoni, il-ġestjoni, ir-rappurtar u n-notifika ta' kwalunkwe nuqqas ta' mediċini u apparat mediku fl-isptarijiet u fl-ispiżeriji tal-komunità biex kwalunkwe nuqqas irrappurtat jinġabar f'bażi tad-data ċentralizzata u interoperabbli ma' bażijiet tad-data li jkun fihom data regolatorja dwar il-mediċini, b'tali mod li jiġu indirizzati nuqqasijiet bħal dawn u tiżdied is-sigurtà tal-provvisti;
Emenda 174
Proposta għal regolament
Anness I – punt i – punt viii
(viii)  azzjoni li ssaħħaħ il-valutazzjoni tar-riskju ambjentali tal-prodotti farmaċewtiċi;
(viii)  azzjoni li ssaħħaħ il-valutazzjoni tar-riskju ambjentali tal-prodotti farmaċewtiċi u l-apparat mediku;
Emenda 175
Proposta għal regolament
Anness I – punt i – punt ix
(ix)  azzjoni biex jiġu promossi l-użu u r-rimi prudenti tas-sustanzi antimikrobiċi;
(ix)  azzjoni biex jiġu promossi l-użu u r-rimi prudenti tal-mediċini, speċjalment l-antimikrobiċi, u biex jitnaqqas l-użu ġenerali tal-mediċini; azzjoni b'appoġġ għas-sorveljanza tal-użu tal-antimikrobiċi u l-ġlieda kontra r-reżistenza antimikrobika (AMR);
Emenda 176
Proposta għal regolament
Anness I – punt i – punt x
(x)  appoġġ għall-azzjonijiet biex titrawwem konverġenza regolatorja internazzjonali dwar il-mediċini u l-apparat mediku.
(x)  appoġġ għall-azzjonijiet biex jitrawmu l-konverġenza regolatorja internazzjonali u l-fiduċja fil-prodotti mediċinali u l-apparat mediku, u biex titjieb is-sorveljanza regolatorja min-naħa tal-Unjoni.
Emenda 177
Proposta għal regolament
Anness I – punt j – punt i
(i)  appoġġ għall-użu, it-tħaddim u l-manutenzjoni ta' infrastrutturi ta' servizzi diġitali interoperabbli maturi u ta' proċessi ta' assigurazzjoni tal-kwalità tad-data għall-iskambju, l-aċċess, l-użu u l-użu mill-ġdid tagħha; appoġġ għal networking transfruntier, inkluż permezz tal-użu ta' rekords tas-saħħa, reġistri u bażijiet tad-data oħra elettroniċi;
(i)  appoġġ għall-użu, it-tħaddim u l-manutenzjoni ta' infrastrutturi ta' servizzi diġitali interoperabbli maturi u ta' proċessi ta' assigurazzjoni tas-sigurtà u tal-kwalità tad-data għall-iskambju, l-aċċess, l-użu u l-użu mill-ġdid tagħha; appoġġ għal networking transfruntier, inkluż permezz tat-titjib u tal-użu aħjar ta' rekords tas-saħħa, reġistri u bażijiet tad-data oħra elettroniċi;
Emenda 178
Proposta għal regolament
Anness I – punt j – punt i a (ġdid)
(i a)  ħolqien tar-Rekord Elettroniku Ewropew tas-Saħħa u appoġġ għall-implimentazzjoni tiegħu fl-Istati Membri sabiex jiżdied l-użu tas-saħħa elettronika u jitjiebu s-sostenibbiltà u r-reżiljenza tas-sistemi tal-kura tas-saħħa;
Emenda 179
Proposta għal regolament
Anness I – punt j – punt i b (ġdid)
(i b)  appoġġ għall-Istati Membri biex itejbu u jkomplu jiżviluppaw u jimplimentaw ir-reġistri tan-NRE;
Emenda 180
Proposta għal regolament
Anness I – punt j – punt ii
(ii)  appoġġ għat-trasformazzjoni diġitali tal-kura tas-saħħa u tas-sistemi tas-saħħa inkluż permezz tal-valutazzjonijiet komparattivi u tal-bini tal-kapaċità biex jibdew jitħaddmu għodod u teknoloġiji innovattivi; it-titjib tal-ħiliet diġitali tal-professjonisti tal-qasam tal-kura tas-saħħa;
(ii)  appoġġ għat-trasformazzjoni diġitali tal-kura tas-saħħa u tas-sistemi tas-saħħa inkluż permezz tal-valutazzjonijiet komparattivi u tal-bini tal-kapaċità biex jibdew jitħaddmu għodod u teknoloġiji innovattivi u t-tisħiħ tal-użu u l-użu mill-ġdid sikur tad-data dwar is-saħħa, f'konformità mal-GDPR; appoġġ u implimentazzjoni tat-titjib tal-ħiliet diġitali tal-professjonisti tal-qasam tal-kura tas-saħħa u ċ-ċittadini, permezz ta' miżuri ta' edukazzjoni, taħriġ u għarfien dwar is-saħħa (diġitali) aktar b'saħħithom;
Emenda 181
Proposta għal regolament
Anness I – punt j – punt iii
(iii)  appoġġ għall-użu u l-interoperabbiltà tal-għodod u tal-infrastrutturi diġitali fl-Istati Membri u bejniethom u mal-Istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni; l-iżvilupp ta' strutturi ta' governanza xierqa u ta' sistemi ta' informazzjoni tas-saħħa tal-Unjoni li jkunu sostenibbli u interoperabbli, bħala parti mill-Ispazju Ewropew ta' Data dwar is-Saħħa, u t-tisħiħ tal-aċċess taċ-ċittadini għad-data dwar saħħithom u tal-kontroll tagħhom tagħha;
(iii)  appoġġ għall-użu u l-interoperabbiltà tal-għodod u tal-infrastrutturi diġitali fl-Istati Membri u bejniethom u mal-Istituzzjonijiet, l-aġenziji u l-korpi tal-Unjoni; l-iżvilupp ta' strutturi ta' governanza xierqa u ta' sistemi ta' informazzjoni tas-saħħa tal-Unjoni li jkunu sostenibbli u interoperabbli, bħala parti mill-Ispazju Ewropew ta' Data dwar is-Saħħa, bil-ħsieb li l-użu tal-intelliġenza artfiċjali fil-kura tas-saħħa jsaħħaħ u jiffaċilita l-aċċess taċ-ċittadini għad-data dwar saħħithom u l-kontroll tagħhom fuqha; appoġġ għal użu u implimentazzjoni usa' ta' inizjattivi u proġetti attwali ta' suċċess rigward data dwar is-saħħa diġitali u data dwar is-saħħa ċċentrati fuq il-persuna;
Emenda 182
Proposta għal regolament
Anness I – punt j – punt iv
(iv)  appoġġ għall-użu ottimu tat-telemediċina/tat-telesaħħa, inkluż permezz tal-komunikazzjoni bis-satellita għaż-żoni remoti, it-trawwim ta' innovazzjoni fl-organizzazzjoni tal-faċilitajiet tal-kura tas-saħħa mmexxija mit-teknoloġija diġitali u l-promozzjoni ta' għodod diġitali li jappoġġaw l-awtonomizzazzjoni taċ-ċittadini u l-kura tas-saħħa ċċentrata fuq il-persuni.
(iv)  appoġġ għall-aċċess u l-użu ottimali tat-telemediċina/tat-telesaħħa, inkluż permezz tal-komunikazzjoni bis-satellita għaż-żoni remoti, it-trawwim ta' innovazzjoni fl-organizzazzjoni tal-faċilitajiet tal-kura tas-saħħa mmexxija mit-teknoloġija diġitali u l-promozzjoni ta' għodod diġitali li jappoġġaw l-awtonomizzazzjoni taċ-ċittadini u l-kura tas-saħħa ċċentrata fuq il-persuna; promozzjoni tal-involviment tal-pazjenti u l-professjonisti tal-kura tas-saħħa fil-kodisinn u l-kożvilupp ta' soluzzjonijiet ta' telemediċina/telesaħħa u soluzzjonijiet diġitali oħra li jkunu faċli biex jintużaw, aċċessibbli, siguri u effiċjenti.
Emenda 183
Proposta għal regolament
Anness I – punt k – punt iii
(iii)  il-komunikazzjoni biex jiġu promossi l-prevenzjoni tal-mard u l-istili ta' ħajja tajbin għas-saħħa, f'kooperazzjoni mal-atturi kollha kkonċernati fil-livell internazzjonali, tal-Unjoni u nazzjonali.
(iii)  il-komunikazzjoni biex jiġu promossi s-saħħa, l-istili ta' ħajja tajbin għas-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard, f'kooperazzjoni mal-atturi kollha kkonċernati fil-livell internazzjonali, tal-Unjoni, nazzjonali u reġjonali;
Emenda 184
Proposta għal regolament
Anness I – punt k – punt iii a (ġdid)
(iii a)  kampanji ta' sensibilizzazzjoni għall-popolazzjoni ġenerali kif ukoll għal gruppi fil-mira u proġetti mmexxija mill-partijiet ikkonċernati, li jinkludu l-prevenzjoni tad-diżinformazzjoni u l-ġlieda kontriha;
Emenda 185
Proposta għal regolament
Anness I – punt k – punt iii b (ġdid)
(iii b)  attivitajiet ta' komunikazzjoni mmirati biex jiġġieldu l-miżinformazzjoni u d-diżinformazzjoni, bħal aħbarijiet foloz, dwar il-mediċini, il-vaċċini, il-prodotti tas-saħħa, il-kawżi u t-trattament tal-mard;
Emenda 186
Proposta għal regolament
Anness I – punt k – punt iii c (ġdid)
(iii c)  komunikazzjoni maċ-ċittadini dwar ir-riskji għas-saħħa u d-determinanti tas-saħħa;
Emenda 187
Proposta għal regolament
Anness I – punt k – punt iii d (ġdid)
(iii d)  kampanji ta' komunikazzjoni, informazzjoni u sensibilizzazzjoni dwar id-donazzjoni ta' komponenti tad-demm, organi, tessuti u ċelloli li jinfurmaw lill-pubbliku dwar l-importanza ta' tali donazzjoni f'termini ta' solidarjetà, politika dwar is-saħħa u benefiċċji terapewtiċi.
Emenda 188
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt I
I.  il-kwalità u l-kompletezza tat-tħejjija u tal-ippjanar ta' rispons tal-UE u tal-Istati Membri għat-theddid transfruntier serju għas-saħħa;
I.  il-kwalità u l-kompletezza tat-tħejjija u tal-ippjanar ta' rispons tal-UE u tal-Istati Membri għat-theddid transfruntier serju għas-saħħa, inklużi indikaturi tal-valutazzjoni tar-reżiljenza madwar l-Unjoni;
Emenda 189
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt II
II.  l-aċċess għall-mediċini awtorizzati ċentralment għall-ħtiġijiet mhux issodisfati, eż. l-għadd ta' awtorizzazzjonijiet orfni, il-Prodotti Mediċinali ta' Terapija Avvanzata u l-Prodotti Mediċinali jew il-vaċċini għall-Użu Pedjatriku;
II.  l-aċċess għall-mediċini u l-apparat mediku awtorizzati ċentralment għall-ħtiġijiet mhux issodisfati, eż. l-għadd ta' awtorizzazzjonijiet orfni eżistenti u ġodda, il-Prodotti Mediċinali ta' Terapija Avvanzata u l-Prodotti Mediċinali jew il-vaċċini għall-Użu Pedjatriku;
Emenda 190
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt III
III.  l-għadd ta' azzjonijiet u l-aħjar prattiki li jikkontribwixxu direttament għall-Għan ta' Żvilupp Sostenibbli 3.4 għal kull Stat Membru;
III.  l-għadd ta' azzjonijiet u l-aħjar prattiki li jikkontribwixxu direttament biex ikun hemm kopertura universali tas-saħħa għal kull Stat Membru;
Emenda 191
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt IV
IV.  l-implimentazzjoni tal-aħjar prattiki mill-Istati Membri tal-UE.
IV.  l-implimentazzjoni ta' programmi tas-saħħa mill-Istati Membri tal-UE li jippromwovu s-saħħa, jipprevjenu l-mard u jindirizzaw l-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa.
Emenda 192
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt IV a (ġdid)
IV a.  l-implimentazzjoni tal-Ispazju Ewropew tad-Data dwar is-Saħħa (EHDS).
Emenda 193
Proposta għal regolament
Anness II – parti B – punt 1 a (ġdid)
1a.  l-għadd ta' proċeduri ġodda għal żvilupp u valutazzjoni aċċelerati ta' mediċini għall-esiġenzi prinċipali tas-saħħa pubblika, fejn rilevanti fid-dawl ta' teknoloġiji ġodda;
Emenda 194
Proposta għal regolament
Anness II – parti B – punt 1b (ġdid)
1b.  l-għadd ta' Stati Membri b'livell adegwat ta' infrastruttura;
Emenda 195
Proposta għal regolament
Anness II – parti B – punt 1 c (ġdid)
1c.  l-għadd ta' Stati Membri li jkunu implimentaw ir-Rekord Elettroniku Ewropew tas-Saħħa;
Emenda 196
Proposta għal regolament
Anness II – parti B – punt 1d (ġdid)
1d.  il-proporzjon tal-popolazzjoni taċ-ċittadini tal-Istat Membri li jkollhom aċċess għad-data tagħhom fl-EHDS, għal kull Stat Membru;
Emenda 197
Proposta għal regolament
Anness II – parti B– punt 3
3.  l-għadd ta' dożijiet ta' tilqim imqassma;
3.  l-għadd ta' dożijiet ta' tilqim imqiegħda għad-dispożizzjoni, skont it-tip u skont l-Istat Membru;
Emenda 198
Proposta għal regolament
Anness II – parti B – punt 3 a (ġdid)
3a.  il-kopertura tat-tilqim, skont l-età u skont il-mard li jista' jiġi evitat bit-tilqim
Emenda 199
Proposta għal regolament
Anness II – parti B – punt 6
6.  is-sopravivenza netta wara ħames snin standardizzata għall-età b'rabta mal-kanċer ċervikali, tas-sider u kolorettali;
6.  is-sopravivenza netta wara ħames snin standardizzata għall-età b'rabta mal-kanċer, skont it-tip, l-età u l-Istat Membru;
Emenda 200
Proposta għal regolament
Anness II – parti B – punt 6 a (ġdid)
6a.  ir-rata ta' sopravivenza netta wara ħames snin standardizzata għall-età b'rabta mal-kanċer pedjatriku, skont it-tip, l-età u l-Istat Membru;
Emenda 201
Proposta għal regolament
Anness II – parti B – punt 6 b (ġdid)
6b.  il-kopertura tal-iskrinjar għall-programmi tal-iskrinjar tal-kanċer tas-sider, il-kanċer ċervikali u l-kanċer kolorettali, skont it-tip, l-età, il-ġeneru u l-Istat Membru;
Emenda 202
Proposta għal regolament
Anness II – parti B – punt 7
7.  il-proporzjon tar-Reġistri tal-Kanċer (CRs) u l-għadd ta' Stati Membri (SM) li jirrappurtaw informazzjoni dwar l-istadju tal-kanċer ċervikali, tas-sider u kolorettali mad-dijanjożi;
7.  il-proporzjon tar-Reġistri tal-Kanċer (CRs) u l-għadd ta' Stati Membri (SM) li jirrappurtaw informazzjoni dwar l-istadju tal-kanċer mad-dijanjożi;
Emenda 203
Proposta għal regolament
Anness II – parti B – punt 7 a (ġdid)
7a.  il-proporzjon tal-ammissjonijiet tal-kura palljattiva u r-riżultat tal-eżitu għall-kanċer u l-kanċer pedjatriku, skont it-tip, l-età, il-ġeneru u l-Istat Membru;
Emenda 204
Proposta għal regolament
Anness II – parti B – punt 7 b (ġdid)
7b.  il-proporzjon tar-Reġistri tal-Kanċer Pedjatriku (CRs) għal kull Stat Membru u l-għadd ta' Stati Membri (SM) li jirrappurtaw informazzjoni dwar l-istadju tal-kanċer pedjatriku mad-dijanjożi;
Emenda 205
Proposta għal regolament
Anness II – parti B– punt 7 c (ġdid)
7c.  il-prevalenza ta' mard kroniku maġġuri għal kull Stat Membru, skont il-mard, il-ġeneru u l-età;
Emenda 206
Proposta għal regolament
Anness II – parti B – punt 7 d (ġdid)
7d.  ir-rata ta' mortalità tal-NCD standardizzata għall-età (għal kull 100 000 persuna), skont il-marda;
Emenda 207
Proposta għal regolament
Anness II – parti B – punt 7 e (ġdid)
7e.  il-perċentwal ta' pazjenti bl-HIV/AIDS li jkollhom aċċess għal trattament adegwat, skont l-Istat Membru, il-ġeneru u l-età;
Emenda 208
Proposta għal regolament
Anness II – parti B – punt 7 f (ġdid)
7f.  il-proporzjon ta' pazjenti bit-tuberkulożi li jkollhom aċċess għal trattament adegwat, skont l-Istat Membru, il-ġeneru u l-età;
Emenda 209
Proposta għal regolament
Anness II – parti B – punt 8
8.  il-prevalenza tat-tipjip;
8.  il-prevalenza, standardizzata għall-età, tal-użu tat-tabakk, skont il-ġeneru;
Emenda 228
Proposta għal regolament
Anness II – parti B – punt 8 a (ġdid)
8a.  il-prevalenza, standardizzata għall-età, tal-użu dannuż tal-alkoħol, skont il-ġeneru u l-età;
Emenda 210
Proposta għal regolament
Anness II – parti B – punt 9
9.  l-għadd ta' nuqqasijiet ta' mediċini fin-network ta' punti uniċi ta' kuntatt;
9.  l-għadd ta' mediċini nieqsa fl-Istati Membri;
Emenda 211
Proposta għal regolament
Anness II – parti B – punt 9a (ġdid)
9a.  azzjonijiet li jistimulaw il-produzzjoni ta' APIs u prodotti mediċinali essenzjali fl-UE;
Emenda 212
Proposta għal regolament
Anness II – parti B – punt 12 a (ġdid)
12a.  l-użu ta' antimikrobiċi skont it-tip ta' ATC u għal kull Stat Membru;
Emenda 213
Proposta għal regolament
Anness II – parti B – punt 12 b (ġdid)
12b.  il-mortalità attribwibbli għal infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa, skont l-età, il-ġeneru u l-Istat Membru;
Emenda 214
Proposta għal regolament
Anness II – parti B – punt 12 c (ġdid)
12c.  l-imwiet li jistgħu jiġu evitati u li huma attribwiti għall-mard kardjovaskulari, il-kanċer, id-dijabete, DALYs attribwibbli għal NCDs u QALYs u mard respiratorju kroniku għal persuni li għandhom inqas minn 75 sena, skont il-ġeneru u l-Istat Membru;
Emenda 215
Proposta għal regolament
Anness II – parti B – punt 13
13.  l-għadd ta' sptarijiet involuti fin-Networks Ewropej ta' Referenza (NRE) u ta' pazjenti dijanjostikati u ttrattati mill-membri tal-NRE;
13.  l-għadd ta' unitajiet tas-saħħa involuti fin-Networks Ewropej ta' Referenza (NRE) u ta' pazjenti dijanjostikati u ttrattati mill-membri tan-NRE;
Emenda 216
Proposta għal regolament
Anness II – parti B – punt 14 a (ġdid)
14a.  l-għadd ta' valutazzjonijiet tal-impatt tal-politiki tal-Unjoni fuq is-saħħa;
Emenda 217
Proposta għal regolament
Anness II – parti B – punt 14 b (ġdid)
14b.  il-prevalenza tal-obeżità standardizzata għall-età, skont il-ġeneru, l-età u l-Istat Membru;
Emenda 218
Proposta għal regolament
Anness II – parti B – punt 14 c (ġdid)
14c.  il-proporzjon ta' mortalità materna, skont l-età u l-Istat Membru;
Emenda 219
Proposta għal regolament
Anness II – parti B – punt 14 d (ġdid)
14d.  ir-rata ta' mortalità tat-trabi, skont l-Istat Membru;
Emenda 229
Proposta għal regolament
Anness II – parti B – punt 14 e (ġdid)
14e.  l-imwiet standardizzati għall-età attribwibbli għat-tniġġis ambjentali (għal kull 100 000 persuna), skont il-ġeneru u l-età;

(1)1 Il-każ ġie mgħoddi lura għan-negozjati interistituzzjonali lill-kumitat responsabbli, skont l-. Artikolu 59(4), ir-raba' subparagrafu (A9-0196/2020).
(2) ĠU C 192, 7.6.2019, p. 5.

Aġġornata l-aħħar: 1 ta' Frar 2021Avviż legali - Politika tal-privatezza