Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2020/0297(BUD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A9-0223/2020

Testi mressqa :

A9-0223/2020

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 24/11/2020 - 2

Testi adottati :

P9_TA(2020)0313

Testi adottati
PDF 133kWORD 44k
It-Tlieta, 24 ta' Novembru 2020 - Brussell
Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 9 tal-baġit ġenerali tal-2020: assistenza lill-Kroazja, lill-Polonja, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, il-Portugall u Spanja
P9_TA(2020)0313A9-0223/2020

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ Novembru 2020 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 9/2020 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020 li jakkumpanja l-proposta biex jiġi mobilizzat il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex jipprovdi assistenza lill-Kroazja u lill-Polonja fir-rigward tad-diżastri naturali u jipprovdi għal pagament minn qabel lill-Kroazja, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, il-Portugall u Spanja fir-rigward ta' emerġenza tas-saħħa pubblika (12522/2020 – C9-0341/2020 – 2020/0297(BUD))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106(a) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom)  2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, adottat b'mod definittiv fis-27 ta' Novembru 2019(2),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(3) (Regolament dwar il-QFP),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(4),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/335/UE, Euratom tas-26 ta' Mejju 2014 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea(5),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 9/2020 adottat mill-Kummissjoni fid-9 ta' Ottubru 2020 (COM(2020)0961),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 9/2020, adottata mill-Kunsill fit-30 ta' Ottubru 2020 u li ntbagħtet lill-Parlament Ewropew fit-3 ta' Novembru 2020 (12522/2020 – C9-0341/2020),

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lill-Kroazja u lill-Polonja fir-rigward ta' diżastru naturali u biex jipprovdi għall-pagament ta' avvanzi lill-Kroazja, lill-Ġermanja, lill-Greċja, lill-Ungerija, lill-Irlanda, lill-Portugall u lil Spanja b'rabta ma' emerġenza tas-saħħa pubblika (COM(2020)0960),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 94 u 96 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A9-0223/2020),

A.  billi l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 9/2020 ikopri l-mobilizzazzjoni proposta tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lill-Kroazja u lill-Polonja wara diżastri naturali li seħħew f'dawk l-Istati Membri matul l-2020, kif ukoll għal avvanzi lil seba' Stati Membri, jiġifieri l-Kroazja, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, il-Portugall, Spanja, b'reazzjoni għall-emerġenza maġġuri tas-saħħa pubblika kkawżata mit-tifqigħa tal-COVID-19 fil-bidu tal-2020;

B.  billi konsegwentement il-Kummissjoni qiegħda tipproponi li temenda l-baġit 2020 u li żżid il-linja baġitarja 13 06 01 "Għajnuna għall-Istati Membri fil-każ ta' diżastru naturali kbir b'riperkussjonijiet serji fuq il-kundizzjonijiet tal-għajxien, l-ambjent naturali jew l-ekonomija" b'EUR 823 548 633, f'termini kemm ta' approprjazzjonijiet ta' impenn kif ukoll ta' approprjazzjonijiet ta' pagament;

C.  billi l-Kroazja talbet il-pagament ta' avvanz kif stabbilit fl-Artikolu 4a tar-Regolament (KE) Nru 2012/2002(6) u billi fl-10 ta' Awwissu 2020 il-Kummissjoni tat avvanz ekwivalenti għal EUR 88 951 877 tal-kontribuzzjoni finanzjarja antiċipata tal-Unjoni; billi, peress li l-approprjazzjonijiet għall-pagamenti tal-avvanz inizjalment disponibbli fil-baġit 2020 diġà ġew ikkunsmati kompletament, il-Kummissjoni tipproponi l-mobilizzazzjoni tar-riżorsi addizzjonali meħtieġa fi ħdan il-limitu massimu annwali stabbilit għall-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea;

D.  billi l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 9/2020 jipproponi li jiddaħħlu EUR 734 596 756 fil-baġit 2020, kemm f'impenji kif ukoll f'pagamenti, wara li jitnaqqas l-avvanz ta' EUR 88 951 877 li diġà tħallas lill-Kroazja;

E.  billi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea huwa strument speċjali skont id-definizzjoni fir-Regolament dwar il-QFP u l-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament korrispondenti se jiġu bbaġitjati oltre l-limiti massimi tal-QFP;

1.  Jieħu nota tal-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 9/2020, kif imressaq mill-Kummissjoni;

2.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 9/2020;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-baġit emendatorju Nru 8/2020 ġie adottat b'mod definittiv u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(2) ĠU L 57, 27.2.2020.
(3) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(4) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(5) ĠU L 168, 7.6.2014, p. 105.
(6) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3).

Aġġornata l-aħħar: 26 ta' Frar 2021Avviż legali - Politika tal-privatezza