Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2017/0332(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A9-0241/2020

Testi mressqa :

A9-0241/2020

Dibattiti :

PV 15/12/2020 - 3
CRE 15/12/2020 - 3

Votazzjonijiet :

Testi adottati :

P9_TA(2020)0344

Testi adottati
PDF 137kWORD 47k
It-Tlieta, 15 ta' Diċembru 2020 - Brussell
Il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem ***II
P9_TA(2020)0344A9-0241/2020
Riżoluzzjoni
 Anness

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Diċembru 2020 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni tad-direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (riformulazzjoni) (06230/3/2020 – C9-0354/2020 – 2017/0332(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (06230/3/2020 – C9-0354/2020),

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati ppreżentati mill-Kamra tad-Deputati Ċeka, mill-Parlament Irlandiż, mill-Kunsill Federali Awstrijak u mill-House of Commons tar-Renju Unit, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, li jiddikjaraw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipji ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-12 ta' Lulju 2018(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tas-16 ta' Mejju 2018(2),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(3) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0753),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 67 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A9-0241/2020),

1.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

2.  Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni annessi ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jinnota li l-att qed jiġi adottat f'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri kollha ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 367, 10.10.2018, p. 107.
(2) ĠU C 361, 5.10.2018, p. 46.
(3) Testi adottati, P8_TA(2019)0320.


ANNESS GĦAR- RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

DIKJARAZZJONI TAL-KUMMISSJONI DWAR L-ATTI DELEGATI FID-DIRETTIVA DWAR L-ILMA TAX-XORB

Il-Kummissjoni jiddispjaċiha dwar id-deċiżjoni tal-koleġiżlaturi li tillimita s-setgħa tagħha li timmodifika l-annessi tad-Direttiva riveduta dwar l-Ilma tax-Xorb għall-Anness III, meta l-Kummissjoni kienet talbet li tingħata setgħa biex timmodifika l-Annessi I sa IV fil-proposta oriġinali tagħha(1).

Il-Kummissjoni jiddispjaċiha speċifikament li l-koleġiżlaturi ma qablux dwar l-għoti ta' setgħa biex jiġi emendat l-Anness II, li huwa partikolarment neċessarju fid-dawl tal-ħtieġa li jiġu aġġornati r-rekwiżiti ta' monitoraġġ stabbiliti fl-Anness II għall-progress xjentifiku u tekniku.

DIKJARAZZJONI TAL-KUMMISSJONI DWAR IL-PROĊEDURA TA' ADOZZJONI TA' ATTI TA' IMPLIMENTAZZJONI

Il-Kummissjoni tisħaq li huwa kontra l-kliem u l-ispirtu tar-Regolament (UE) Nru 182/2011(2) li wieħed jinvoka l-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(4), mingħajr ġustifikazzjoni xierqa. Wieħed għandu jirrikorri għal din id-dispożizzjoni f'każ ta' ħtieġa speċifika li wieħed jiddevja mir-regola ta' prinċipju, li hija li l-Kummissjoni tista' tadotta abbozz ta' att ta' implimentazzjoni meta ma tingħata l-ebda opinjoni. Minħabba li din hija eċċezzjoni għar-regola ġenerali stabbilita fl-Artikolu 5(4), ma tistax titqies sempliċiment bħala "setgħa diskrezzjonali" tal-Leġiżlatur, iżda trid tiġi interpretata b'mod restrittiv u għalhekk trid tkun ġustifikata.

(1) COM(2017)0753.
(2) ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

Aġġornata l-aħħar: 16 ta' Marzu 2021Avviż legali - Politika tal-privatezza