Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2020/0035(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A9-0191/2020

Testi mressqa :

A9-0191/2020

Dibattiti :

PV 14/12/2020 - 23
CRE 14/12/2020 - 23

Votazzjonijiet :

PV 15/12/2020 - 9

Testi adottati :

P9_TA(2020)0345

Testi adottati
PDF 133kWORD 44k
It-Tlieta, 15 ta' Diċembru 2020 - Brussell
Sena Ewropea tal-Ferroviji (2021) ***I
P9_TA(2020)0345A9-0191/2020
Riżoluzzjoni
 Test

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2020 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Sena Ewropea tal-Ferroviji (2021) (COM(2020)0078 – C9-0076/2020 – 2020/0035(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2020)0078),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 91 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0076/2020),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-16 ta’ Lulju 2020(1)

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni tal-14 ta’ Ottubru 2020(2).

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-18 ta' Novembru 2020, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A9-0191/2020),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 364, 28.10.2020, p. 149.
(2) Għadha ma ġietx ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta' Diċembru 2020 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni (UE) 2020/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-Sena Ewropea tal-Ferroviji (2021)
P9_TC1-COD(2020)0035

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, id-Deċiżjoni (UE) 2020/2228.)

Aġġornata l-aħħar: 16 ta' Marzu 2021Avviż legali - Politika tal-privatezza