Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2020/0343(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A9-0253/2020

Testi mressqa :

A9-0253/2020

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 15/12/2020 - 9

Testi adottati :

P9_TA(2020)0346

Testi adottati
PDF 131kWORD 39k
It-Tlieta, 15 ta' Diċembru 2020 - Brussell
Awtorizzazzjoni lill-Kummissjoni biex tivvota favur iż-żieda fil-kapital tal-Fond Ewropew tal-Investiment ***I
P9_TA(2020)0346A9-0253/2020
Riżoluzzjoni
 Test

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Diċembru 2020 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni tivvota favur iż-żieda fil-kapital tal-Fond Ewropew tal-Investiment (COM(2020)0774 – C9-0378/2020 – 2020/0343(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2020)0774),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 173(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0378/2020),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A9-0253/2020),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta’ Diċembru 2020 bil-ħsieb li tiġi adottata d-Deċiżjoni (UE) 2021/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni biex tivvota favur iż-żieda fil-kapital awtorizzat tal-Fond Ewropew tal-Investiment
P9_TC1-COD(2020)0343

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, id-Deċiżjoni (UE) 2021/8.)

Aġġornata l-aħħar: 16 ta' Marzu 2021Avviż legali - Politika tal-privatezza