Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2020/2890(DEA)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : B9-0417/2020

Testi mressqa :

B9-0417/2020

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

Testi adottati :

P9_TA(2020)0352

Testi adottati
PDF 127kWORD 43k
It-Tlieta, 15 ta' Diċembru 2020 - Brussell
Ebda oġġezzjoni għal att delegat: limiti ta' żmien għall-preżentazzjoni ta' dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul u dikjarazzjonijiet ta' qabel it-tluq f'każ ta' trasport bil-baħar mir-Renju Unit, iċ-Channel Islands u Isle of Man u lejhom
P9_TA(2020)0352B9-0417/2020

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tal-20 ta' Novembru 2020 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 fir-rigward tal-limiti ta' żmien għall-preżentazzjoni ta' dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul u dikjarazzjonijiet ta' qabel it-tluq f'każ ta' trasport bil-baħar mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, iċ-Channel Islands u Isle of Man u lejhom (C(2020)08072 – 2020/2890(DEA))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni C(2020)08072,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tas-26 ta' Novembru 2020, li permezz tagħha hija talbet lill-Parlament jiddikjara li mhux se joġġezzjona għar-Regolament Delegat,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, bid-data tat-2 ta' Diċembru 2020,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 131(b), l-Artikolu 265(a) u l-Artikolu 284(5) tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 tat-28 ta' Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' regoli dettaljati li jikkonċernaw uħud mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 111(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur,

–  wara li kkunsidra li l-ebda oġġezzjoni ma ġiet espressa fil-perjodu previst fit-tielet u r-raba' inċiżi tal-Artikolu 111(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, li skada fil-15 ta' Diċembru 2020,

A.  billi r-regolament delegat jistabbilixxi l-limiti ta' żmien li fihom l-operaturi ekonomiċi jridu jipprovdu lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri b'ċerta data ta' sikurezza u sigurtà dwar it-trasport ta' merkanzija bil-baħar b'oriġini jew destinazzjoni fir-Renju Unit;

B.  billi n-negozjati ta' Ftehim Kummerċjali futur mar-Renju Unit ma pproduċewx, fid-data tal-approvazzjoni tar-regolament delegat, ftehim li jiġi rrinunzjat l-obbligu li tiġi ppreżentata d-data ta' sigurtà avvanzata dwar merkanzija li għandha tiġi ttrasportata bil-baħar li għandha l-oriġini jew id-destinazzjoni tagħha fir-Renju Unit;

C.  billi miżura b'għan identiku għal dak tar-Regolament Delegat ġiet adottata mill-Kummissjoni fid-19 ta' Diċembru 2018(3) sabiex tħejji għal sitwazzjoni possibbli li fiha ma jkun hemm l-ebda ftehim għall-ħruġ ordnat tar-Renju Unit mill-Unjoni, għalkemm il-konklużjoni ta' ftehim dwar il-ħruġ irrendiet dan it-test obsolet;

D.  billi r-Regolament Delegat jenħtieġ li jidħol fis-seħħ mill-iktar fis possibbli sabiex jiġi żgurat l-operat bla xkiel ta' kuljum tal-amministrazzjonijiet doganali u tal-operaturi ekonomiċi wara tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni;

1.  Jiddikjara li ma joġġezzjonax għar-Regolament delegat;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.
(2) ĠU L 343, 29.12.2015, p. 1.
(3) Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/334 tad-19 ta' Diċembru 2018 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 fir-rigward tal-limiti ta' żmien għall-preżentazzjoni ta' dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul u dikjarazzjonijiet ta' qabel it-tluq f'każ ta' trasport bil-baħar mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, iċ-Channel Islands u Isle of Man u lejhom (ĠU L 60, 28.2.2019, p. 1).

Aġġornata l-aħħar: 16 ta' Marzu 2021Avviż legali - Politika tal-privatezza