Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2017/0035(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A9-0187/2020

Testi mressqa :

A9-0187/2020

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 16/12/2020 - 15
PV 17/12/2020 - 2
PV 17/12/2020 - 9
CRE 17/12/2020 - 2

Testi adottati :

P9_TA(2020)0364

Testi adottati
PDF 182kWORD 55k
Il-Ħamis, 17 ta' Diċembru 2020 - Brussell
Ir-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni ***I
P9_TA(2020)0364A9-0187/2020

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fis-17 ta’ Diċembru 2020 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 182/2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (COM(2017)0085 – C8-0034/2017 – 2017/0035(COD))(1)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 2
(2)  Is-sistema stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 182/2011, b'mod globali, uriet li taħdem sew fil-prattika u sabet bilanċ istituzzjonali xieraq fir-rigward tar-rwoli tal-Kummissjoni u l-atturi l-oħra involuti. Din is-sistema għandha għalhekk tkompli taħdem bl-istess mod ħlief għal ċerti emendi mmirati li jikkonċernaw l-aspetti speċifiċi tal-proċedura fil-livell tal-kumitat ta' appell. Dawn l-emendi huma maħsuba sabiex jassiguraw ir-responsabbiltà politika u responsabbiltà ta' atti ta' implimentazzjoni politikament sensittivi mingħajr, madankollu, ma jimmodifikaw ir-responsabbiltajiet legali u istituzzjonali għal atti ta' implimentazzjoni kif organizzati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011.
(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011, b'mod globali, wera li jaħdem b'mod effiċjenti fil-prattika u sab bilanċ istituzzjonali xieraq fir-rigward tar-rwoli tal-Kummissjoni u l-atturi l-oħra involuti. L-elementi ewlenin tas-sistema jistgħu għalhekk ikomplu jaħdmu bl-istess mod. Madankollu, il-livell tal-valur miżjud provdut mir-Regolament (UE) Nru 182/2011 fir-rigward ta' proċess deċiżjonali xieraq ma kienx kompletament sodisfaċenti. Jidher, għalhekk, li ċerti emendi mmirati li jikkonċernaw aspetti speċifiċi tal-proċedura fil-livell tal-kumitat ta' appell huma neċessarji. Dawn l-emendi huma maħsuba sabiex jiżguraw żieda fir-responsabbiltà u s-sjieda politika ta' atti ta' implimentazzjoni politikament sensittivi mingħajr, madankollu, ma jimmodifikaw ir-responsabbiltajiet legali u istituzzjonali għal atti ta' implimentazzjoni previsti mir-Regolament (UE) Nru 182/2011. Objettiv addizzjonali ta' dan l-att emendatorju huwa t-titjib tal-għarfien taċ-ċittadini tal-Unjoni dwar il-proċeduri relatati ma' atti ta' implimentazzjoni. Sabiex tiżdied il-fiduċja fl-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni, huwa essenzjali mhux biss li ċ-ċittadini tal-Unjoni jiġu infurmati dwar it-teħid ta' deċiżjonijiet iżda wkoll li jiġu spjegati r-raġunijiet għad-deċiżjonijiet ta' dawk l-istituzzjonijiet u l-korpi.
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 3
(3)  F'għadd ta' każijiet speċifiċi, ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 jipprovdi għal riferiment lill-kumitat ta' appell. Fil-prattika, il-kumitat ta' appell ġie maqbud f'każijiet fejn l-ebda maġġoranza kwalifikata, la favur u lanqas kontra, ma ntlaħqet fil-kumitat fil-kuntest tal-proċedura ta' eżami u għalhekk ma ngħatat l-ebda opinjoni. Fil-maġġoranza tal-każijiet, dan seħħ fir-rigward ta' organiżmi ġenetikament modifikati u ikel u għalf ġenetikament modifikati u prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti.
(3)  F'għadd ta' każijiet speċifiċi, ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 jipprovdi għal riferiment lill-kumitat ta' appell. Fil-prattika, partikolarment b'rabta mal-organiżmi ġenetikament modifikati, l-ikel u l-għalf ġenetikament modifikati u prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, il-kumitat ta' appell ġie adit f'każijiet fejn l-ebda maġġoranza kwalifikata, la favur u lanqas kontra, ma ntlaħqet fil-kumitat fil-kuntest tal-proċedura ta' eżami u għalhekk ma ngħatat l-ebda opinjoni.
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 3a (ġdida)
(3a)  Konsegwentement, numru limitat ħafna kienu suġġetti għal riferiment lill-kumitat ta' appell kif previst fir-Regolament (UE) Nru 182/2011 u huma għalhekk ikkonċernati minn dan l-att emendatorju.
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 4
(4)  L-esperjenza wriet li, fil-parti l-kbira tal-każijiet, il-kumitat ta' appell jirrepeti l-eżitu tal-kumitat ta' eżami u jirriżulta fl-ebda opinjoni. Għalhekk, il-kumitat ta' appell ma għenx biex jipprovdu ċarezza dwar il-pożizzjonijiet tal-Istati Membri.
(4)  L-esperjenza wriet li, fil-parti l-kbira tal-każijiet, il-kumitat ta' appell jirrepeti l-eżitu tal-kumitat ta' eżami u għalhekk ma tiġi espressa l-ebda opinjoni. Għalhekk, il-kumitat ta' appell ma għenx biex jipprovdu ċarezza dwar il-pożizzjonijiet tal-Istati Membri, jew biex jirrimedja n-nuqqas ta' opinjonijiet fil-proċedura ta' eżami. Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 jistipula li l-Kummissjoni tista', f'każijiet bħal dawn, tadotta l-abbozz ta' att ta' implimentazzjoni, u b'hekk il-Kummissjoni tkun tista' tiddetermina għan-nom tal-Istati Membri l-bżonn li tiġi żgurata l-implimentazzjoni effikaċi tal-leġiżlazzjoni u l-mod kif tiġi żgurata.
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 5
(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 jistipula li l-Kummissjoni tista', f'każijiet bħal dawn, tadotta l-abbozz tal-att ta' implimentazzjoni, u b'hekk il-Kummissjoni tingħata setgħa diskrezzjonali.
imħassar
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 6
(6)  Din id-diskrezzjoni, madankollu, titnaqqas b'mod sinifikanti f'każijiet li jirrigwardaw l-awtorizzazzjoni ta' prodotti jew sustanzi, bħal fil-qasam ta' ikel u għalf ġenetikament modifikati, billi l-Kummissjoni hija obbligata li tadotta deċiżjoni fi żmien raġonevoli u ma tistax tastjeni milli tieħu deċiżjoni.
(6)  Din id-diskrezzjoni, madankollu, titnaqqas b'mod sinifikanti f'każijiet li jirrigwardaw l-awtorizzazzjoni ta' prodotti jew sustanzi, bħal fil-qasam ta' ikel u għalf ġenetikament modifikati, billi l-Kummissjoni hija obbligata li tadotta deċiżjoni fi żmien raġonevoli u ma tistax tastjeni milli tieħu deċiżjoni. F'dan ir-rigward, l-Ombudsman Ewropew indikat fid-deċiżjoni tagħha fil-każ 1582/2014, li l-Kummissjoni jeħtiġilha tirrispetta d-dispożizzjonijiet legali fis-seħħ dwar l-iskadenzi stabbiliti għall-awtorizzazzjoni ta' organiżmi ġenetikament modifikati.
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 7
(7)  Filwaqt li f'dawn il-każijiet il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tiddeċiedi, minħabba s-sensittività partikolari tal-kwistjonijiet ikkonċernati, jenħtieġ li l-Istati Membri jassumu ħafna r-responsabbiltà tagħhom b'mod sħiħ fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet. Madankollu, dan ma huwiex il-każ meta l-Istati Membri ma jkunux f'pożizzjoni li jilħqu maġġoranza kwalifikata, minħabba, fost l-oħrajn, għadd sinifikanti ta' astensjonijiet jew nuqqas ta' dehriet fil-mument tal-vot.
(7)  Filwaqt li l-Kummissjoni għandha l-kompetenza li tiddeċiedi f'tali każijiet, minħabba s-sensittività partikolari tal-kwistjonijiet ikkonċernati, jenħtieġ li l-Istati Membri wkoll jassumu responsabbiltà akbar fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet. Meta l-att bażiku jkun jikkonċerna l-protezzjoni tas-saħħa jew is-sikurezza tal-bnedmin, tal-annimali jew tal-pjanti, u l-Istati Membri ma jkunux f'pożizzjoni li jilħqu maġġoranza kwalifikata favur l-abbozz ta' att ta' implimentazzjoni li jipprevedi l-għoti ta' awtorizzazzjoni għal prodott jew sustanza, jenħtieġ li dik l-awtorizzazzjoni titqies bħala irrifjutata.
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 8
(8)  Sabiex jiżdied il-valur miżjud tal-kumitat ta' appell, ir-rwol tiegħu għalhekk għandu jkun imsaħħaħ billi tkun provduta l-possibbiltà ta' laqgħa ulterjuri tal-kumitat ta' appell kull meta ma tkun ingħatat l-ebda opinjoni. Il-livell xieraq ta' rappreżentazzjoni waqt il-laqgħa ulterjuri tal-kumitat ta' appell għandu jkun ta' livell ministerjali, biex tkun żgurata diskussjoni politika. Biex tkun possibbli l-organizzazzjoni ta' laqgħa ulterjuri bħal din, il-perjodu ta' żmien biex il-kumitat ta' appell jagħti opinjoni jenħtieġ li jiġi estiż.
(8)  Sabiex jiżdied il-valur miżjud tal-kumitat ta' appell, ir-rwol tiegħu għalhekk jenħtieġ li jkun imsaħħaħ billi tkun provduta l-possibbiltà ta' laqgħa ulterjuri tal-kumitat ta' appell kull meta ma tkun ingħatat l-ebda opinjoni. Il-livell xieraq ta' rappreżentazzjoni waqt il-laqgħa ulterjuri tal-kumitat ta' appell jenħtieġ li jkun ta' livell politiku għoli biżżejjed, bħalma hu l-livell ministerjali, biex tkun żgurata diskussjoni politika. Biex tkun possibbli l-organizzazzjoni ta' laqgħa ulterjuri bħal din, il-perjodu ta' żmien biex il-kumitat ta' appell jagħti opinjoni jenħtieġ li jiġi estiż. Madankollu, tali estensjoni jenħtieġ li tingħata għal perjodu qasir biss.
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 10
(10)  Il-Kummissjoni jenħtieġ li jkollha l-possibbiltà, f'każijiet speċifiċi, li titlob lill-Kunsill biex jindika l-opinjonijiet u l-orjentazzjoni tiegħu fuq l-implikazzjonijiet usa' ta' nuqqas ta' opinjoni, inklużi l-implikazzjonijiet istituzzjonali, legali, politiċi u internazzjonali. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tqis kwalunkwe pożizzjoni espressa mill-Kunsill fi żmien 3 xhur wara r-riferiment. F'każijiet debitament ġustifikati, il-Kummissjoni tista' tindika skadenza iqsar fir-riferiment.
(10)  Il-Kummissjoni jenħtieġ li jkollha l-possibbiltà, f'każijiet speċifiċi, li titlob lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jindikaw l-pożizzjonijiet u l-orjentazzjoni tagħhom fuq l-implikazzjonijiet usa' tan-nuqqas ta' opinjoni, inklużi l-implikazzjonijiet istituzzjonali, legali, ekonomiċi, politiċi u internazzjonali. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tqis kwalunkwe pożizzjoni espressa mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fi żmien 3 xhur wara r-riferiment. F'każijiet debitament ġustifikati, għal raġunijiet ta' urġenza, il-Kummissjoni tista' tindika skadenza iqsar fir-riferiment. Il-pożizzjonijiet espressi mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill jenħtieġ li jintbagħtu wkoll lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, u lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kif xieraq, mingħajr dewmien żejjed.
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 10a (ġdida)
(10a)  Meta jidher li se jkun diffiċli li jinkisbu opinjonijiet pożittivi mill-Istati Membri fuq diversi abbozzi ta' atti ta' implimentazzjoni simili, jenħtieġ li jiġi kkunsidrat rieżami tas-setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni fl-atti bażiċi rilevanti.
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 11
(11)  It-trasparenza dwar il-voti tar-rappreżentanti tal-Istati Membri fil-livell tal-kumitat ta' appell jenħtieġ li tiżdied u l-voti tar-rappreżentanti tal-Istati Membri individwali jenħtieġu jsiru pubbliċi.
(11)  It-trasparenza dwar il-voti tar-rappreżentanti tal-Istati Membri matul l-istadji kollha tal-proċeduri konsultattivi u ta' eżami jenħtieġ li tiżdied u l-voti tar-rappreżentanti tal-Istati Membri individwali jenħtieġu jsiru pubbliċi. Meta l-att jikkonċerna oqsma partikolarment sensittivi, bħall-protezzjoni tal-konsumaturi, is-saħħa jew is-sikurezza tal-bnedmin, l-annimali jew il-pjanti, jew il-protezzjoni tal-ambjent, jenħtieġ li kull rappreżentant tal-Istati Membri jagħti raġunijiet dettaljati speċifiċi għall-każ għall-voti u l-astensjonijiet. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tipprovdi wkoll informazzjoni dwar il-kompożizzjoni tal-kumitati, inklużi l-persuni preżenti u l-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet li għalihom jappartjenu dawk il-persuni, kif ukoll l-aġendi tal-laqgħat u d-dokumenti u l-abbozzi tat-testi li jkunu qed jiġu diskussi.
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 11a (ġdida)
(11a)  Sabiex jissaħħu l-għarfien u l-fehim taċ-ċittadini tal-Unjoni dwar il-proċedura u tissaħħaħ il-viżibbiltà tagħha, jenħtieġ li jingħataw raġunijiet minn kull rappreżentant ta' Stat Membru għall-vot jew l-astensjoni tiegħu jew tagħha jew għal kwalunkwe assenza ta' dak ir-rappreżentant.
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 11b (ġdida)
(11b)  Jenħtieġ li l-aċċessibbiltà tar-reġistru tiżdied aktar u jenħtieġ li jsiru bidliet fil-kontenut tiegħu sabiex jiġi żgurat li jkun hemm aktar trasparenza fir-rigward tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, b'mod partikolari billi tingħata aktar informazzjoni fir-rigward ta' dak il-proċess. It-titjib tal-funzjonijiet tat-tfittix tar-reġistru biex ikun possibbli li tfittix isir skont il-qasam ta' politika, se jkun element essenzjali f'dan ir-rigward.
Emenda 14
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1
Regolament (UE) Nru 182/2011
Artikolu 3 – paragrafu 7 – subparagrafu 6
"Meta ma tingħata l-ebda opinjoni fil-kumitat ta' appell skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(3), il-president jista' jiddeċiedi li l-kumitat ta' appell għandu jagħmel laqgħa ulterjuri, f'livell ministerjali. F'dawn il-każijiet, il-kumitat ta' appell għandu jagħti l-opinjoni tiegħu fi żmien 3 xhur mid-data ta' riferiment inizjali.";
"Meta ma tingħata l-ebda opinjoni fil-kumitat ta' appell skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(3), il-president jew maġġoranza sempliċi tal-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-kumitat ta' appell għandu jagħmel laqgħa ulterjuri, f'livell politiku għoli biżżejjed, bħalma hu fil-livell ministerjali. F'dawn il-każijiet, il-kumitat ta' appell għandu jagħti l-opinjoni tiegħu fi żmien 3 xhur mid-data ta' riferiment inizjali.";
Emenda 15
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt b
Regolament (UE) Nru 182/2011
Artikolu 6 – paragrafu 3a
"3a. Meta ma tingħata l-ebda opinjoni fil-kumitat ta' appell, il-Kummissjoni tista' tirreferi l-kwistjoni lill-Kunsill għal opinjoni li tindika l-opinjonijiet u l-orjentazzjoni tiegħu fuq l-implikazzjonijiet usa' tan-nuqqas ta' opinjoni, inklużi l-implikazzjonijiet istituzzjonali, legali, politiċi u internazzjonali. Il-Kummissjoni għandha tqis kwalunkwe pożizzjoni espressa mill-Kunsill fi żmien 3 xhur wara r-riferiment. F'każijiet debitament ġustifikati, il-Kummissjoni tista' tindika skadenza iqsar fir-riferiment.";
"3a. Meta ma tingħata l-ebda opinjoni fil-kumitat ta' appell, il-Kummissjoni tista' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għal opinjonijiet li jindikaw il-pożizzjonijiet u l-orjentazzjoni tagħhom fuq l-implikazzjonijiet usa' tan-nuqqas ta' opinjoni, inklużi l-implikazzjonijiet istituzzjonali, legali, ekonomiċi, politiċi u internazzjonali tal-eżitu tal-vot tal-kumitat ta' appell. Il-Kummissjoni għandha tqis kwalunkwe pożizzjoni espressa mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fi żmien 3 xhur wara r-riferiment. F'każijiet debitament ġustifikati, għal raġunijiet ta' urġenza, il-Kummissjoni tista' tindika skadenza iqsar fir-riferiment. Il-pożizzjonijiet espressi mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill għandhom jintbagħtu wkoll lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, u lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kif xieraq, mingħajr dewmien żejjed.";
Emenda 16
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt ba (ġdid)
Regolament (UE) Nru 182/2011
Artikolu 6 – paragrafu 4a (ġdid)
(ba)   jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
"4a. B'deroga mill-paragrafu 3, fejn l-att bażiku jikkonċerna l-protezzjoni tas-saħħa jew tas-sikurezza tal-bnedmin, tal-annimali jew tal-pjanti u l-abbozz ta' att ta' implimentazzjoni jipprevedi l-għoti ta' awtorizzazzjoni għal prodott jew sustanza, dik l-awtorizzazzjoni għandha tingħata biss jekk il-vot jirriżulta f'opinjoni pożittiva f'konformità mal-paragrafu 1.
L-ewwel subparagrafu għandu japplika mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Kummissjoni li tipproponi abbozz modifikat ta' att ta' implimentazzjoni dwar l-istess suġġett.";
Emenda 17
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt bb (ġdid)
Regolament (UE) Nru 182/2011
Artikolu 6 – paragrafu 4b (ġdid)
(bb)   jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
"4b. Ir-rappreżentanti tal-Istati Membri għandhom jipprovdu raġunijiet tal-vot jew l-astensjoni tagħhom b'mod konformi mal-paragrafu 1 jew għal kwalunkwe assenza għall-votazzjoni.
Meta l-att jikkonċerna oqsma partikolarment sensittivi, bħall-protezzjoni tal-konsumaturi, is-saħħa jew is-sikurezza tal-bnedmin, l-annimali jew il-pjanti, jew l-ambjent, ir-rappreżentanti tal-Istati Membri għandhom jipprovdu raġunijiet dettaljati speċifiċi għall-każ għall-vot u l-astensjoni tagħhom.";
Emenda 18
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt -a (ġdid)
Regolament (UE) Nru 182/2011
Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt b
(-a)   fil-paragrafu 1, il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:
(b)  l-aġendi tal-laqgħat tal-kumitati,
"(b) l-aġendi tal-laqgħat tal-kumitati, inklużi l-abbozzi tat-testi li dwarhom tkun trid tittieħed deċiżjoni u d-dokumenti li se jiġu diskussi;";
Emenda 19
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt -aa (ġdid)
Regolament (UE) Nru 182/2011
Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt c
(-aa)  fil-paragrafu 1, il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:
(c)  is-sommarji ta' entrati reġistrati, flimkien mal-listi tal-awtoritajiet u organizzazzjonijiet li għalihom jkunu jappartjenu l-persuni maħtura mill-Istati Membri bħala rappreżentanti tagħhom,
"(c) is-sommarji ta' entrati reġistrati, flimkien mal-listi tal-persuni preżenti għal-laqgħa u tal-awtoritajiet u organizzazzjonijiet li għalihom ikunu jappartjenu dawk il-persuni maħtura mill-Istati Membri bħala rappreżentanti tagħhom;";
Emenda 20
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt a
Regolament (UE) Nru 182/2011
Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt e
"(e) ir-riżultati tal-vot inklużi, fil-każ tal-kumitat ta' appell, il-voti espressi mir-rappreżentant ta' kull Stat Membru;
"(e) ir-riżultati tal-votazzjoni, inklużi l-voti espressi minn kull rappreżentant ta' Stat Membru u kwalunkwe astensjoni, flimkien mar-raġunijiet tal-vot jew l-astensjoni kif ukoll ir-raġunijiet tal-assenza għall-votazzjoni, u, fejn l-att jikkonċerna oqsma partikolarment sensittivi, bħall-protezzjoni tal-konsumaturi, is-saħħa jew is-sikurezza tal-bnedmin, l-annimali jew il-pjanti, jew l-ambjent, ir-raġunijiet dettaljati u speċifiċi għall-każ tal-vot jew l-astensjoni;";
Emenda 21
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt -aa (ġdid)
Regolament (UE) Nru 182/2011
Artikolu 10 – paragrafu 3
(aa)  il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:
3.   Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom ikollhom aċċess għall-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 f'konformità mar-regoli applikabbli.
3. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom ikollhom aċċess għall-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 f'konformità mar-regoli applikabbli u mingħajr dewmien żejjed.";
Emenda 22
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt b
Regolament (UE) Nru 182/2011
Artikolu 10 – paragrafu 5
"5. Ir-referenzi tad-dokumenti kollha msemmija fil-punti (a) sa (d), (f) u (g) tal-paragrafu 1kif ukoll l-informazzjoni msemmija fil-punti (e) u (h) ta' dan il-paragrafu għandhom isiru pubbliċi fir-reġistru."
"5. Id-dokumenti u l-informazzjoni kollha msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu pubblikati fir-reġistru."
Emenda 23
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt ba (ġdid)
Regolament (UE) Nru 182/2011
Artikolu 10 – paragrafu 5a (ġdid)
(ba)  jiżdied il-paragrafu li ġej:
"5a. Il-funzjonijiet tat-tfittix tar-reġistru se jippermettu li t-tfittix isir skont il-qasam ta' politika.";
Emenda 24
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3a (ġdid)
Regolament (UE) Nru 182/2011
Artikolu 11
(3a)  L-Artikolu 11 huwa sostitwit b'dan li ġej:
Artikolu 11
"Artikolu 11
Id-dritt ta' skrutinju tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
Id-dritt ta' skrutinju tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
Fejn att bażiku jiġi adottat skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, jew il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jista' fi kwalunkwe mument jindika lill-Kummissjoni li, fl-opinjoni tiegħu, l-abbozz ta' att ta' implimentazzjoni jeċċedi s-setgħat ta' implimentazzjoni previsti fl-att bażiku. F'tali każ, il-Kummissjoni għandha teżamina l-abbozz tal-att ta' implimentazzjoni, filwaqt li tqis il-pożizzjonijiet espressi, u għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jekk ikollhiex l-intenzjoni li żżomm, temenda jew tirtira l-abbozz tal-att ta' implimentazzjoni.
Fejn att bażiku jiġi adottat skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, jew il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jista' fi kwalunkwe mument jindika lill-Kummissjoni li, fl-opinjoni tiegħu, l-abbozz ta' att ta' implimentazzjoni jeċċedi s-setgħat ta' implimentazzjoni previsti fl-att bażiku, jew ikun f'kunflitt mal-objettivi tal-att bażiku. F'tali każ, il-Kummissjoni għandha teżamina l-abbozz tal-att ta' implimentazzjoni, filwaqt li tqis il-pożizzjonijiet espressi, u għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jekk ikollhiex l-intenzjoni li żżomm, temenda jew tirtira l-abbozz ta' att ta' implimentazzjoni.
Barra minn hekk, meta l-Parlament Ewropew jew il-Kunsill iqisu li jkun xieraq li jsir rieżami tal-għoti tas-setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni fl-att bażiku, dawn jistgħu, fi kwalunkwe waqt, jitolbu lill-Kummissjoni tissottometti proposta li temenda dak l-att bażiku."
Emenda 25
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1
Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal proċeduri pendenti li fuqhom il-kumitat ta' appell diġà ta opinjoni fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Dan ir-Regolament għandu japplika għal proċeduri li nbdew wara d-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu.

(1) Il-kwistjoni ġiet riferuta lura għal negozjati interistituzzjonali lill-kumitat responsabbli, skont l-Artikolu 59(4), ir-raba’ subparagrafu (A9-0187/2020).

Aġġornata l-aħħar: 16 ta' Marzu 2021Avviż legali - Politika tal-privatezza