Indiċi 
Testi adottati
Il-Ħamis, 16 ta' April 2020 - Brussell
Regolament li jemenda l-qafas finanzjarju pluriennali 2014-2020***

Regolament li jemenda l-qafas finanzjarju pluriennali 2014-2020***
PDF 117kWORD 43k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2020 dwar l-abbozz ta’ regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 fir-rigward tal-ambitu tal-Marġini Globali għall-Impenji (07170/2020 – C9‑0110/2020 –2020/0055(APP))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' regolament tal-Kunsill (07170/2020),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill f'konformità mal-Artikolu 312 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika (C9-0110/2020),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 105(1) u (4) u 163 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-abbozz ta' regolament tal-Kunsill;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Avviż legali - Politika tal-privatezza