Indiċi 
Testi adottati
Il-Ħamis, 14 ta' Mejju 2020 - BrussellVerżjoni proviżorja
Il-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 87708 × MON 89788 × A5547-127
 Kwittanza 2018: Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2
 Kwittanza 2018: Impriża Konġunta Clean Sky 2
 Kwittanza 2018: Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'bażi Bijoloġika
 Kwittanza 2018: Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol
 Kwittanza 2018: Impriża Konġunta ECSEL
 Kwittanza 2018: L-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2
 Kwittanza 2018: l-Impriża Konġunta Shift2Rail
 Kwittanza 2018: L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent
 Kwittanza 2018: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji
 Kwittanza 2018: l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima
 Kwittanza 2018: l-Aġenzija tal-GNSS Ewropea
 Kwittanza 2018: Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga
 Kwittanza 2018: Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea
 Kwittanza 2018: L-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil
 Kwittanza 2018: Baġit ġenerali tal-UE - Il-Parlament Ewropew
 Kwittanza 2018: Baġit ġenerali tal-UE - Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
 Kwittanza 2018: Baġit ġenerali tal-UE - L-Ombudsman Ewropew
 Kwittanza 2018: Baġit ġenerali tal-UE – Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
 Kwittanza 2018: Baġit ġenerali tal-UE – Il-Qorti tal-Awdituri
 Kwittanza 2018: Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea
 Kwittanza 2018: Baġit Ġenerali tal-UE – Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill
 Kwittanza 2018: Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA)
 Kwittanza 2018: Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali
 Kwittanza 2018: L-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd
 Kwittanza 2018: Baġit ġenerali tal-UE – Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna
 Kwittanza 2018: Impriża Konġunta SESAR
 Kwittanza 2018: Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ
 Kwittanza 2018: Eurojust
 Kwittanza 2018: L-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni
 Kwittanza 2018: Aġenzija għall-Appoġġ tal-BEREC (Uffiċċju tal-BEREC)
 Kwittanza 2018: Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol
 Kwittanza 2018: Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija
 Kwittanza 2018: Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta' Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA)
 Kwittanza 2018: L-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija
 Kwittanza 2018: Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom
 Kwittanza 2018: Baġit ġenerali tal-UE - It-8, id-9, l-10 u l-11-il FEŻ
 Kwittanza 2018: L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi
 Kwittanza 2018: L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq
 Kwittanza 2018: l-Awtorità Bankarja Ewropea
 Kwittanza 2018: Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL)
 Kwittanza 2018: Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol
 Kwittanza 2018: l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi
 Kwittanza 2018: Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard
 Kwittanza 2018: Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel
 Kwittanza 2018: Baġit ġenerali tal-UE - Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi
 Kwittanza 2018: Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali
 Kwittanza 2018: Baġit ġenerali tal-UE – Il-Kumitat tar-Reġjuni
 Kwittanza 2018: L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta
 Kwittanza 2018: l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol)
 Kwittanza 2018 : L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini
 Kwittanza 2018: Baġit ġenerali tal-UE – Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
 Kwittanza 2018: Prestazzjoni, ġestjoni finanzjarja u kontroll tal-aġenziji tal-Unjoni Ewropea
 Miżuri temporanji li jikkonċernaw il-laqgħat ġenerali tal-kumpaniji Ewropej (SEs) u tas-Soċjetajiet Kooperattivi Ewropej (SCEs) ***
 L-estimi tad-dħul u n-nefqa tal-Parlament għas-sena finanzjarja 2021

Il-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 87708 × MON 89788 × A5547-127
PDF 193kWORD 57k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Mejju 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom il-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 87708 × MON 89788 × A5547-127, li jikkonsistu minnha jew li huma prodotti minnha, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D065067/03 ‒ 2020/2535(RSP))
P9_TA-PROV(2020)0069B9-0121/2020

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom il-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 87708 × MON 89788 × A5547-127, li jikkonsistu minnha jew li huma prodotti minnha, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D065067/03),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament(1), u b'mod partikolari l-Artikoli 7(3) u 19(3) tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-votazzjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali msemmija fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, tad-9 ta' Diċembru 2019, li fiha ma ngħatat ebda opinjoni, kif ukoll il-votazzjoni tal-Kumitat tal-Appell tat-23 ta' Jannar 2020, li fiha wkoll ma ngħatat ebda opinjoni,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 11 u 13 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni(2),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni adottata mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) fit-22 ta' Mejju 2019, u ppubblikata fil-5 ta' Lulju 2019(3),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu li joġġezzjonaw għall-awtorizzazzjoni ta' organiżmi ġenetikament modifikati ("OĠM")(4),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 112(2) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

A.  billi, fit-28 ta' Ottubru 2016, Monsanto Europe N.V. f'isem Monsanto Company, ippreżentat applikazzjoni lill-awtorità nazzjonali kompetenti tan-Netherlands f'konformità mal-Artikoli 5 u 17 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 ("l-applikazzjoni"); billi l-applikazzjoni tkopri t-tqegħid fis-suq ta' ikel, ingredjenti tal-ikel u għalf li jkun fihom fażola tas-sojja ġenetikament modifikata (ĠM) MON 87708 × MON 89788 × A5547-127, li jikkonsistu minnha jew li jkunu prodotti minnha, kif ukoll it-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom fażola tas-sojja ĠM MON 87708 × MON 89788 × A5547-127 jew li jikkonsistu minnha, għal użi oħra għajr għall-ikel u għall-għalf, bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni;

B.  billi, fit-22 ta' Mejju 2019, l-EFSA adottat opinjoni favorevoli, li ġiet ippubblikata fil-5 ta' Lulju 2019, fir-rigward ta' dik l-applikazzjoni;

C.  billi s-sojja ĠM MON 87708 × MON 89788 × A5547-127 ġiet żviluppata biex tagħti tolleranza lill-erbiċidi bbażati fuq id-dikamba, il-glufosinat tal-ammonju u l-glifosat(5);

Erbiċidi komplementari

D.  billi ntwera li l-kultivazzjoni ta' għelejjel ĠM tolleranti għall-erbiċidi tirriżulta f'użu akbar ta' erbiċidi, fil-biċċa l-kbira dovuta għall-emerġenza ta' ħaxix ħażin tolleranti għall-erbiċidi(6); billi, bħala konsegwenza, huwa mistenni li l-għelejjel tal-fażola tas-sojja ĠM MON 87708 × MON 89788 × A5547-127 ser ikunu esposti għal dożi ogħla u ripetuti tal-erbiċidi komplementari (glufosinat, dikamba u glifosat) li potenzjalment ser iwasslu għal kwantità ogħla ta' residwi fil-ħsad;

E.  billi studju evalwat bejn il-pari kkonkluda li l-glifosat jakkumula fil-fażola tas-sojja ĠM(7); billi proġett pilota mwettaq fl-Arġentina sab livelli sorprendenti għoljin ta' residwi tal-glifosat fuq fażola tas-sojja ĠM(8);

F.  billi għad hemm dubji dwar il-karċinoġeniċità tal-glifosat; billi, f'Novembru 2015, l-EFSA kkonkludiet li l-glifosat x'aktarx mhuwiex karċinoġenu, filwaqt li, f'Marzu 2017, l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi kkonkludiet li ebda klassifikazzjoni ma kienet ġustifikata; billi, għall-kuntrarju, fl-2015, l-Aġenzija Internazzjonali għar-Riċerka dwar il-Kanċer, l-aġenzija speċjalizzata dwar il-kanċer tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, ikklassifikat il-glifosat bħala karċinoġenu possibbli għall-bnedmin; billi għadd ta' studji xjentifiċi reċenti bejn il-pari jikkonfermaw il-potenzjal karċinoġeniku tal-glifosat(9);

G.  billi l-glufosinat huwa klassifikat bħala sustanza tossika għar-riproduzzjoni 1B u għalhekk jissodisfa l-"kriterji ta' limitu" stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(10); billi l-approvazzjoni għall-użu tal-glufosinat fl-Unjoni skadiet fil-31 ta' Lulju 2018(11);

H.  billi fil-pjanti ĠM, tista' tkun il-ġenetika mmodifikata nnifisha li tiddetermina l-mod li erbiċidi komplementari jiddekomponu skont il-pjanta, kif ukoll il-kompożizzjoni u għalhekk it-tossiċità tal-prodotti ta' dekompożizzjoni ("metaboliti")(12);

I.  billi, minkejja dan, il-valutazzjoni tar-residwi ta' erbiċidi u l-metaboliti tagħhom fi pjanti ĠM titqies li hija barra mill-mandat tal-Bord tal-EFSA dwar l-Organiżmi Ġenetikament Modifikati;

J.  billi, filwaqt li l-EFSA tiddikjara fl-opinjoni tagħha li "l-valutazzjoni tar-residwi ta' erbiċidi rilevanti għal din l-applikazzjoni ġiet investigata mill-Unità tal-EFSA għall-Pestiċidi", dan mhuwiex biżżejjed fih innifsu billi t-tossiċità kombinata tal-erbiċidi u tal-metaboliti komplementari, kif ukoll l-interazzjoni potenzjali tagħhom mal-pjanta ĠM innifisha, f'dan il-każ il-fażola tas-sojja ĠM MON 87708 × MON 89788 × A5547-127, ma ġewx ikkunsidrati;

K.  billi, barra minn hekk, skont l-Unità tal-EFSA għall-Pestiċidi, hija nieqsa d-data tossikoloġika li tippermetti li ssir valutazzjoni tar-riskju għall-konsumatur għal diversi metaboliti tal-glifosat rilevanti għal għelejjel ĠM li huma tolleranti għall-glifosat(13) u m'hemmx biżżejjed data biex jinħarġu livelli massimi ta' residwi ("MRLs") għall-glifosat fuq il-fażola tas-sojja ĠM(14);

L.  billi n-nuqqas ta' analiżi tar-residwi tal-erbiċidi fuq l-għelejjel ĠM u r-riskji potenzjali għas-saħħa għall-konsumaturi tqajmu bħala tħassib minn għadd ta' awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri(15);

M.  billi fil-konklużjonijiet ta' proġett ta' riċerka internazzjonali bl-isem "Risk Assessment of genetically engineered organisms in the EU and Switzerland" (Valutazzjoni tar-Riskju ta' organiżmi ġenetikament modifikati fl-UE u fl-Iżvizzera), ippreżentati f'Jannar 2020, instab li l-valutazzjoni tar-riskju tal-Unjoni dwar l-OĠM tonqos milli tindirizza b'mod sodisfaċenti r-riskji għas-saħħa pubblika u għall-ambjent, inkluż fir-rigward tar-riskji għas-saħħa relatati mal-konsum ta' prodotti li ġejjin minn pjanti ĠM li huma tolleranti għall-erbiċidi(16);

MRLs u kontrolli relatati

N.  billi, skont ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(17), li għandu l-għan li jiżgura livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur fir-rigward tal-MRLs, ir-residwi fuq l-għelejjel importati għall-ikel u l-għalf ta' sustanzi attivi li mhumiex awtorizzati għall-użu fl-Unjoni għandhom jiġu kkontrollati u mmonitorjati b'attenzjoni(18);

O.  billi, b'mod kuntrarju, skont l-aħħar programm ta' kontroll pluriennali kkoordinat tal-Unjoni (għall-2020, l-2021 u l-2022), l-Istati Membri mhumiex obbligati jkejlu r-residwi tal-glufosinat fuq kwalunkwe prodott, inkluż il-fażola tas-sojja(19); billi ma jistax jiġi eskluż li r-residwi tal-glufosinat fuq il-fażola tas-sojja ĠM MON 87708 × MON 89788 × A5547-127, jew il-prodotti derivati minnu għall-ikel u l-għalf, ser jaqbżu l-MRLs li ddaħħlu fis-seħħ biex jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur;

Proċess deċiżjonali mhux demokratiku

P.  billi l-votazzjoni fid-9 ta' Diċembru 2019 tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali msemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 ma tat ebda opinjoni, li jfisser li l-awtorizzazzjoni ma kinitx appoġġjata minn maġġoranza kwalifikata tal-Istati Membri; billi anki l-votazzjoni tat-23 ta' Jannar 2020 tal-Kumitat tal-Appell ma tat ebda opinjoni;

Q.  billi l-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-fatt li d-deċiżjonijiet dwar l-awtorizzazzjoni tal-OĠM għadhom jiġu adottati mill-Kummissjoni mingħajr maġġoranza kwalifikata tal-Istati Membri favur, li huwa verament l-eċċezzjoni għall-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti b'mod ġenerali iżda sar in-norma għat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar l-awtorizzazzjonijiet ta' ikel u għalf ĠM, huwa problematiku(20);

R.  billi, fit-tmien leġiżlatura tiegħu, il-Parlament adotta total ta' 36 riżoluzzjoni li joġġezzjonaw għat-tqegħid fis-suq tal-OĠM għall-ikel u għall-għalf (33 riżoluzzjoni) u għall-kultivazzjoni tal-OĠM fl-Unjoni (tliet riżoluzzjonijiet); billi, sal-lum, il-Parlament adotta seba' oġġezzjonijiet fid-disa' leġiżlatura tiegħu; billi ma kienx hemm maġġoranza kwalifikata ta' Stati Membri favur l-awtorizzazzjoni ta' kwalunkwe wieħed minn dawk l-OĠM; billi minkejja r-rikonoxximent tagħha stess tan-nuqqasijiet demokratiċi, tan-nuqqas ta' appoġġ mill-Istati Membri u tal-oġġezzjonijiet tal-Parlament, il-Kummissjoni qiegħda tkompli tawtorizza OĠM;

S.  billi ma hija meħtieġa ebda bidla fil-liġi biex il-Kummissjoni tkun tista' ma tawtorizzax OĠM meta ma jkunx hemm maġġoranza kwalifikata ta' Stati Membri favur fil-Kumitat tal-Appell(21);

Il-ħarsien tal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni

T.  billi r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 jipprevedi li ikel jew għalf ĠM m'għandux ikollu effetti negattivi fuq is-saħħa umana, is-saħħa tal-annimali jew l-ambjent, u jesiġi li l-Kummissjoni tikkunsidra kwalunkwe dispożizzjoni rilevanti tad-dritt tal-Unjoni u fatturi leġittimi oħra li jkunu rilevanti għall-kwistjoni li tkun qiegħda tiġi kkunsidrata fl-abbozzar tad-deċiżjoni tagħha; billi dawn il-fatturi leġittimi għandhom jinkludu l-obbligi tal-Unjoni skont l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tan-Nazzjonijiet Uniti (NU), il-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima u l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Diversità Bijoloġika ("KDB tan-NU");

U.  billi fir-rapport reċenti tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar id-dritt għall-Ikel instab li, b'mod partikolari fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp, il-pestiċidi perikolużi għandhom impatti katastrofiċi fuq is-saħħa(22); billi l-Mira tal-SDG 3.9 għandha l-għan, li sal-2030, tnaqqas b'mod sostanzjali l-għadd ta' mwiet u mard minn sustanzi kimiċi perikolużi u tniġġis u kontaminazzjoni tal-arja, tal-ilma u tal-ħamrija(23);

V.  billi l-EFSA sabet li l-istima tal-esponiment tal-operatur għall-glufosinat, ikklassifikat bħala tossiku għar-riproduzzjoni, meta jintuża għall-kontroll tal-ħaxix ħażin fil-qamħirrum ĠM qabżet il-livell aċċettabbli ta' esponiment tal-operatur (AOEL) anki meta ntuża tagħmir ta' protezzjoni personali(24); billi r-riskju ta' żieda fl-esponiment tal-operaturi huwa ta' tħassib partikolari fir-rigward ta' għelejjel ĠM li huma tolleranti għall-erbiċidi, meta jitqies il-volumi ogħla ta' erbiċidi użati;

W.  billi d-deforestazzjoni hija kawża ewlenija tat-tnaqqis tal-bijodiversità; billi l-emissjonijiet mill-użu tal-art u mit-tibdil fl-użu tal-art, l-aktar minħabba d-deforestazzjoni, huma t-tieni l-akbar kawża tat-tibdil fil-klima wara l-ħruq tal-fjuwils fossili(25); billi l-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima u l-Pjan Strateġiku dinji għall-Bijodiversità 2011-2020 adottat fi ħdan il-KBD tan-NU u l-Miri tal-Bijodiversità ta' Aichi jippromwovu l-ġestjoni sostenibbli tal-foresti, l-isforzi ta' protezzjoni u ta' restawr(26); billi l-SDG 15 jinkludi l-mira li titwaqqaf id-deforestazzjoni sal-2020(27); billi l-foresti għandhom rwol multifunzjonali li jappoġġjaw il-kisba tal-biċċa l-kbira tal-SDGs(28);

X.  billi l-produzzjoni tas-sojja hija mutur ewlieni tad-deforestazzjoni tal-foresti fl-Amażonja, f'Cerrado u fi Gran Chaco fl-Amerka t'Isfel; billi 97 % u 100 % tas-sojja kkultivata fil-Brażil u fl-Arġentina, rispettivament, hija sojja ĠM(29);

Y.  billi l-Unjoni hija t-tieni l-akbar importatur tas-sojja fid-dinja, li l-maġġoranza hija importata għall-għalf tal-annimali; billi l-analiżi mill-Kummissjoni sabet li s-sojja storikament kienet il-kontributur ewlieni tal-Unjoni għad-deforestazzjoni globali u l-emissjonijiet relatati, li tirrappreżenta kważi nofs id-deforestazzjoni inkorporata fl-importazzjonijiet kollha tal-Unjoni(30);

1.  Iqis li l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni jisboq is-setgħat ta' implimentazzjoni previsti fir-Regolament (KE) Nru 1829/2003;

2.  Iqis li l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni mhuwiex konsistenti mad-dritt tal-Unjoni, billi mhuwiex kompatibbli mal-għan tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 li, skont il-prinċipji ġenerali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(31), huwa li jipprovdi l-bażi biex, fir-rigward tal-ikel u l-għalf ĠM, jiżgura livell għoli ta' protezzjoni għall-ħajja u s-saħħa umana, is-saħħa u l-benesseri tal-annimali, u l-interessi tal-ambjent u tal-konsumaturi, filwaqt li jiżgura l-funzjonament effikaċi tas-suq intern;

3.  Jappella lill-Kummissjoni tirtira l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tagħha;

4.  Jappella lill-Kummissjoni ma tawtorizzax l-importazzjoni, għall-użu bħala ikel jew għalf, ta' kwalunkwe pjanta ĠM li saret tolleranti għal erbiċida, f'dan il-każ il-glufosinat, li mhix awtorizzata għall-użu fl-Unjoni;

5.  Jappella lill-Kummissjoni biex, fil-kuntest tar-REFIT li jmiss tal-leġiżlazzjoni dwar l-MRL kif ukoll tal-istrateġija "Mill-Għalqa sal-Platt", timpenja ruħha li ma tippermetti l-preżenza ta' ebda residwi ta' pestiċidi tossiċi, bħall-glufosinat, f'importazzjonijiet ta' ikel u għalf fl-Unjoni; itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżguraw kontrolli effettivi tal-prodotti agrikoli importati minn pajjiżi terzi bil-ħsieb li jiżguraw livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa u kundizzjonijiet ekwi għall-produzzjoni Ewropea tal-ikel(32);

6.  Jappella lill-Kummissjoni tintegra bis-sħiħ il-valutazzjoni tar-riskju tar-residwi tal-erbiċidi komplementari u l-metaboliti tagħhom, inklużi l-effetti kombinati, fil-valutazzjoni tar-riskju tal-pjanti ĠM tolleranti għall-erbiċidi, irrispettivament minn jekk il-pjanta ĠM tkunx maħsuba għall-kultivazzjoni fl-Unjoni jew għall-importazzjoni fl-Unjoni biex tintuża għall-ikel u l-għalf;

7.  Jappella lill-Kummissjoni tirtira l-proposti għall-awtorizzazzjonijiet tal-OĠM, kemm għall-kultivazzjoni kif ukoll għall-użu fl-ikel u fl-għalf, jekk ma tingħata ebda opinjoni mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali;

8.  Jinnota u jilqa' l-fatt li l-ittra ta' missjoni ta' kull Kummissarju tiddikjara li huma ser jiżguraw it-twettiq tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU fil-qasam ta' politika tagħhom. Il-Kulleġġ b’mod ġenerali ser ikun responsabbli għall-implimentazzjoni ġenerali tal-Għanijiet ("will ensure the delivery of the United Nations Sustainable Development Goals within their policy area. The College as a whole will be responsible for the overall implementation of the Goals.")(33);

9.  Jilqa' l-fatt li l-Patt Ekoloġiku Ewropew, il-proġett ewlieni tal-Kummissjoni, tressaq bħala parti integrali tal-istrateġija tal-Kummissjoni biex timplimenta l-Aġenda 2030 tan-NU u l-SDGs;

10.  Ifakkar li l-SDGs jistgħu jintlaħqu biss jekk il-katini tal-provvista jsiru sostenibbli u jinħolqu sinerġiji bejn il-politiki(34);

11.  Itenni t-tħassib qawwi tiegħu li d-dipendenza għolja tal-Unjoni fuq l-importazzjonijiet ta' għalf tal-annimali fil-forma ta' fażola tas-sojja tikkawża d-deforestazzjoni f'pajjiżi terzi(35);

12.  Jappella lill-Kummissjoni biex ma tawtorizzax l-importazzjoni tal-fażola tas-sojja ĠM, diment li ma jkunx jista' jintwera li l-kultivazzjoni tagħha ma kkontribwietx għad-deforestazzjoni;

13.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tirrevedi l-awtorizzazzjonijiet attwali kollha tagħha għall-fażola tas-sojja ĠM fid-dawl tal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni, inkluż dawk skont il-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima, il-KDB u l-SDGs;

14.  Itenni l-appell tiegħu għall-implimentazzjoni ta' strateġija Ewropea għall-produzzjoni u għall-provvista ta' proteini veġetali(36), li tippermetti lill-Unjoni ssir inqas dipendenti fuq l-importazzjonijiet tal-fażola tas-sojja ĠM u biex jinħolqu katini tal-ikel iqsar u swieq reġjonali; jinsisti li dan jiġi integrat fl-istrateġija futura "Mill-Għalqa sal-Platt";

15.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.
(2) ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
(3) Opinjoni Xjentifika tal-Bord tal-EFSA dwar l-Organiżmi Ġenetikament Modifikati dwar il-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 87708 × MON 89788 × A5547-127, għall-użi ta' ikel u għalf, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 (l-applikazzjoni EFSA-GMO-NL-2016-135), il-Ġurnal tal-EFSA 2019;17(7):5733, https://doi.org/10.2903/j.efsa.2019.5733
(4)——————— Fit-tmien leġiżlatura tiegħu, il-Parlament adotta 36 riżoluzzjoni li joġġezzjonaw għall-awtorizzazzjoni tal-OĠM. Barra minn hekk, fid-disa' leġiżlatura tiegħu, il-Parlament adotta r-riżoluzzjonijiet li ġejjin:Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ottubru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat MZHG0JG (SYN-ØØØJG-2), li jikkonsistu minnu jew li huma prodotti minnu skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2019)0028).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ottubru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn fażola tas-sojja ġenetikament modifikata A2704-12 (ACS-GMØØ5-3) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2019)0029).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ottubru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 × 1507 × MON 88017 × 59122 × DAS-40278-9, u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina żewġ, tlieta jew erba' mill-eventi uniċi MON 89034, 1507, MON 88017, 59122 u DAS-40278-9 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2019)0030).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Novembru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qoton ġenetikament modifikat LLCotton25 (ACS-GHØØ1-3) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2019)0054).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Novembru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 89788 (MON-89788-1), li jikkonsistu minn tali fażola tas-sojja jew li huma prodotti minnha skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2019)0055).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Novembru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 × 1507 × NK603 × DAS-40278-9 u s-subkombinazzjonijiet MON 89034 × NK603 × DAS-40278-9, 1507 × NK603 × DAS-40278-9 u NK603 × DAS-40278-9, li jikkonsistu minn tali qamħirrum jew li huma prodotti minnu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2019)0056).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Novembru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × MIR162 × MIR604 × 1507 × 5307 × GA21, li jikkonsistu minn tali qamħirrum jew li huma prodotti minnu u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn, tlieta, erbgħa jew ħamsa mill-eventi uniċi Bt11, MIR162, MIR604, 1507, 5307 u GA21 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2019)0057).
(5) Opinjoni tal-EFSA, p. 3.
(6) Ara, pereżempju, Bonny, S., 'Genetically Modified Herbicide-Tolerant Crops, Weeds, and Herbicides: Overview and Impact', Environmental Management, Jannar 2016, 57(1), p. 31-48, https://www.ncbi.nlm.nih.gov/pubmed/26296738 and Benbrook, C.M., 'Impacts of genetically engineered crops on pesticide use in the U.S. - the first sixteen years', Environmental Sciences Europe 24, 24 (2012), https://enveurope.springeropen.com/articles/10.1186/2190-4715-24-24
(7) https://www.ncbi.nlm.nih.gov/pubmed/24491722
(8) https://www.testbiotech.org/sites/default/files/TBT_Background_Glyphosate_Argentina_0.pdf
(9) Ara, pereżempju, https://www.sciencedirect.com/science/article/pii/S1383574218300887, https://academic.oup.com/ije/advance-article/doi/10.1093/ije/dyz017/5382278, https://journals.plos.org/plosone/article?id=10.1371/journal.pone.0219610, u https://www.ncbi.nlm.nih.gov/pmc/articles/PMC6612199/
(10) Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).
(11) https://ec.europa.eu/food/plant/pesticides/eu-pesticides-database/public/?event=activesubstance.detail&language=MT&selectedID=1436
(12) Dan huwa fil-fatt il-każ għall-glifosat, kif iddikjarat fir-Rieżami tal-EFSA tal-livelli massimi ta' residwi eżistenti għall-glifosat skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, Ġurnal tal-EFSA 2018;16(5):5263, p. 12, https://www.efsa.europa.eu/fr/efsajournal/pub/5263
(13) Konklużjoni tal-EFSA dwar ir-rieżami bejn il-pari tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva tal-glifosat, Ġurnal tal-EFSA 2015;13(11):4302, p. 3, https://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/pub/4302
(14) Rieżami tal-EFSA tal-livelli massimi ta' residwi eżistenti għall-glifosat skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 – verżjoni riveduta li għandha tqis id-data nieqsa, Ġurnal tal-EFSA 2019;17(10):5862, p. 4, https://doi.org/10.2903/j.efsa.2019.5862
(15) Il-kummenti tal-Istati Membri dwar il-fażola tas-sojja ĠM MON 87708 × MON 89788 × A5547-127 jistgħu jkunu kkonsultati fir-reġistru tal-mistoqsijiet tal-EFSA: http://registerofquestions.efsa.europa.eu/roqFrontend/login?
(16) https://www.testbiotech.org/sites/default/files/RAGES_%20Factsheet_Overview_0.pdf
(17) Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1).
(18) Ara l-premessa 8 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.
(19) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/533 tat-28 ta' Marzu 2019 dwar programm multiannwali tal-Unjoni kkoordinat u ta' kontroll għall-2020, l-2021 u l-2022 biex tiġi żgurata l-konformità mal-livelli massimi ta' residwi ta' pestiċidi fi u fuq ikel li joriġina mill-pjanti u mill-annimali u biex jiġi vvalutat l-esponiment tal-konsumatur għalihom (ĠU L 88, 29.3.2018, p. 28).
(20) Ara, pereżempju, il-memorandum ta' spjegazzjoni tal-proposta leġiżlattiva tal-Kummissjoni ppreżentata fit-22 ta' April 2015 li temenda r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 rigward il-possibbiltà li l-Istati Membri jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-użu ta' ikel u għalf ĠM fit-territorju tagħhom, u l-memorandum ta' spjegazzjoni tal-proposta leġiżlattiva tal-Kummissjoni ppreżentata fl-14 ta' Frar 2017 li temenda r-Regolament (UE) Nru 182/2011.
(21) Il-Kummissjoni "tista'", u mhux "għandha", tmexxi bl-awtorizzazzjoni jekk ma jkunx hemm maġġoranza kwalifikata ta' Stati Membri favur fil-Kumitat tal-Appell skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 (l-Artikolu 6(3)).
(22) https://www.ohchr.org/EN/Issues/Environment/ToxicWastes/Pages/Pesticidesrighttofood.aspx
(23) https://www.un.org/sustainabledevelopment/health/
(24) Konklużjoni tal-EFSA dwar ir-rieżami bejn il-pari tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva tal-glifosat, Rapport Xjentifiku tal-EFSA (2005) 27, 1-81, p. 3 https://efsa.onlinelibrary.wiley.com/doi/pdf/10.2903/j.efsa.2005.27r
(25) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Lulju 2019, "It-Tisħiħ tal-Azzjoni tal-UE għall-Protezzjoni u għar-Restawr tal-Foresti tad-Dinja" COM(2019)0352, p. 1.
(26) Idem, p. 2.
(27) Ara l-mira 15.2: https://www.un.org/sustainabledevelopment/biodiversity/
(28) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Lulju 2019, "It-Tisħiħ tal-Azzjoni tal-UE għall-Protezzjoni u għar-Restawr tal-Foresti tad-Dinja" COM(2019)0352, p. 2.
(29) International Service for the Acquisition of Agri-biotech Applications, 'Global status of commercialized biotech/GM crops in 2017: Biotech Crop Adoption Surges as Economic Benefits Accumulate in 22 Years', Sommarju tal-ISAAA Nru 53 (2017), p. 16 u 21, http://www.isaaa.org/resources/publications/briefs/53/download/isaaa-brief-53-2017.pdf
(30) Rapport Tekniku - 2013 - 063 tal-Kummissjoni, 'The impact of EU consumption on deforestation: Comprehensive analysis of the impact of EU consumption on deforestation', studju ffinanzjat mill-Kummissjoni Ewropea, DĠ ENV, u mwettaq minn VITO, IIASA, HIVA u IUCN NL, http://ec.europa.eu/environment/forests/pdf/1.%20Report%20analysis%20of%20impact.pdf, pp. 23-24: Bejn l-1990 u l-2008, l-Unjoni importat għelejjel u prodotti tal-bhejjem li jinkorporaw 90 000 km2 ta' deforestazzjoni. Il-prodotti tal-għelejjel kienu jammontaw għal 74 000 km2 (82 %) minn dawn, u l-għelejjel taż-żejt għandhom l-akbar sehem (52 000 km2).). Il-fażola tas-sojja u l-espellent tas-sojja ammontaw għal 82 % ta' dan (42 600 km2), jiġifieri 47 % tal-importazzjoni totali tal-Unjoni ta' deforestazzjoni inkorporata.
(31) Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).
(32) Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Jannar 2019 dwar il-proċedura tal-Unjoni għall-awtorizzazzjoni tal-pestiċidi (Testi adottati, P8_TA(2019)0023), paragrafu 32.
(33) Ara, pereżempju, https://ec.europa.eu/commission/commissioners/sites/comm-cwt2019/files/commissioner_mission_letters/mission-letter-frans-timmermans-2019_en.pdf, p. 2.
(34) Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Settembru 2018 dwar il-Ġestjoni trasparenti u responsabbli tar-riżorsi naturali fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw: il-każ tal-foresti (ĠU C 433, 23.12.2019, p. 50), para. 67.
(35) Idem
(36) Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Jannar 2020 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew (Testi adottati, P9_TA(2020)0005), http://www.europarl.europa.eu/doceo/document/TA-9-2020-0005_MT.html, para. 64.


Kwittanza 2018: Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2
PDF 178kWORD 55k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Mejju 2020 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 għas-sena finanzjarja 2018 (2019/2104(DEC))
P9_TA-PROV(2020)0070A9-0030/2020

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 għas-sena finanzjarja 2018,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-Impriżi Konġunti tal-UE għas-sena finanzjarja 2018, flimkien mar-risposti tal-Impriża Konġunta(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2018 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2020 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2018 (05763/2019 – C9-0070/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 209 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 71 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 559/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6),

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/887 tat-13 ta' Marzu 2019 dwar il-mudell tar-regolament finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 71 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0030/2020),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2018;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Mejju 2020 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 għas-sena finanzjarja 2018 (2019/2104(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 għas-sena finanzjarja 2018,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-Impriżi Konġunti tal-UE għas-sena finanzjarja 2018, flimkien mar-risposti tal-Impriża Konġunta(8),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(9) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2018 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2020 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2018 (05763/2019 – C9-0070/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 209 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 71 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 559/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-mudell tar-regolament finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(13),

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/887 tat-13 ta' Marzu 2019 dwar il-mudell tar-regolament finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 71 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0030/2020),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 għas-sena finanzjarja 2018;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Mejju 2020 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 għas-sena finanzjarja 2018 (2019/2104(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 għas-sena finanzjarja 2018,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0030/2020),

A.  billi l-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu ("FCH") ġiet stabbilita f'Mejju 2008 bħala sħubija pubblika-privata mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 521/2008(15) għal perjodu li jwassal sal-31 ta' Diċembru 2017 biex tiffoka fuq l-iżvilupp ta' applikazzjonjiet tas-suq, u b'hekk tiffaċilita sforzi industrijali addizzjonali lejn mobilizzazzjoni rapida tat-teknoloġiji taċ-ċelloli tal-fjuwil u l-idroġenu; billi r-Regolament (KE) Nru 521/2008 tħassar mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 559/2014(16);

B.  billi f'Mejju 2014 ir-Regolament (UE) Nru 559/2014 stabbilixxa l-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 ("FCH2") biex tieħu post l-FCH għall-perjodu li jwassal sal-31 ta' Diċembru 2024;

C.  billi l-membri tal-FCH huma l-Unjoni, rappreżentata mill-Kummissjoni, ir-Raggruppament tal-Industrija għall-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu, u r-Raggruppament tar-Riċerka N.ERGHY;

D.  billi l-membri tal-FCH2 huma l-Unjoni, rappreżentata mill-Kummissjoni, in-New Energy World Industry Grouping AISBL ("ir-Raggruppament tal-Industrija"), li fl-2016 sar jismu Hydrogen Europe, u n-New European Research Grouping on Fuel Cells and Hydrogen AISBL ("ir-Raggruppament tar-Riċerka");

E.  billi l-kontribuzzjoni massima tal-Unjoni għall-ewwel fażi ta' attivitajiet tal-FCH2 hija ta' EUR 470 000 000 mis-Seba' Programm Kwadru; billi l-kontribuzzjonijiet mill-membri l-oħra jridu jkunu mill-inqas daqs il-kontribuzzjoni mill-Unjoni;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota li r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti") dwar il-kontijiet annwali ta’ FCH2 (ir-"rapport tal-Qorti") isib li l-kontijiet annwali tal-2018 jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-FCH2 fil-31 ta' Diċembru 2018, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha, il-flussi tal-flus tagħha, u t-tibdil fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, skont ir-regolament finanzjarju tal FCH2 u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni; jinnota, barra minn hekk, li r-regoli kontabilistiċi tal-FCH2 huma bbażati fuq standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment;

2.  Jinnota li l-baġit finali tal-FCH2 għas-sena finanzjarja 2018 kien jinkludi EUR 85 504 157 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u EUR 126 526 307 f'approprjazzjonijiet ta' pagament;

3.  Jinnota li l-eżekuzzjoni ġenerali tal-baġit 2018 għall-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament laħqet it-93 % u t-83 %, rispettivament,

Implimentazzjoni tal-baġit pluriennali taħt is-Seba' Programm Kwadru

4.  Jinnota li l-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-FCH2 hija ta' EUR 421 300 000 mis-Seba' Programm Kwadru, inklużi EUR 19 100 000 f'kontribuzzjonijiet in natura, u li l-membri mir-Raggruppamenti tal-Industrija u tar-Riċerka jikkontribwixxu b'riżorsi li jammontaw għal EUR 442 500 000, li jinkludu EUR 420 000 000 f'kontribuzzjonijiet in natura fi proġetti tas-Seba' Programm Kwadru li huma ffinanzjati mill-FCH2, u EUR 17 900 000 fi flus kontanti għall-ispejjeż amministrattivi;

5.  Fir-rigward tal-baġit għall-2018 tal-FCH2 disponibbli għall-proġetti tas-Seba' Programm Kwadru, ir-rata ta' implimentazzjoni għall-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 79,6 % minħabba dewmien fis-sottomissjoni tad-dikjarazzjonijiet ta' spiża għall-proġetti tas-Seba' Programm Kwadru li għaddejjin bħalissa;

Implimentazzjoni tal-baġit pluriennali taħt Orizzont 2020

6.  Jinnota li l-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-FCH2 hija ta' EUR 318 800 000 mill-Orizzont 2020, u li l-kontribuzzjoni ta' riżorsi mill-membri mir-Raggruppamenti tal-Industrija u tar-Riċerka tammonta għal EUR 649 400 000, li jinkludu EUR 1 800 000 f'kontribuzzjonijiet in natura fi proġetti ta' Orizzont 2020 li huma ffinanzjati mill-FCH2, EUR 7 700 000 f'kontribuzzjonijiet in natura għal attivitajiet addizzjonali u EUR 3 600 000 fi flus kontanti għall-ispejjeż amministrattivi;

7.  Josserva li l-livell baxx ta' kontribuzzjonijiet in natura tal-membri tal-industrija għall-attivitajiet operattivi huwa dovut għall-fatt li l-FCH2 tiċċertifikahom flimkien mad-dikjarazzjonijiet ta' spiża finali; għalhekk, iċ-ċertifikazzjoni tal-biċċa l-kbira tal-kontribuzzjonijiet in natura mwettqa se sseħħ aktar tard fil-programm Orizzont 2020 meta jsir il-pagament finali għall-proġetti u meta jkunu dovuti ċ-ċertifikati tar-rapporti finanzjarji;

8.  Josserva li r-rata ta' implimentazzjoni għall-approprjazzjonijiet ta' impenn kienet ta' 95,8 %, filwaqt li r-rata għall-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 84,4 %. jinnota li, għas-Seba' Programm Kwadru, fi tmiem l-2018, saru 29 pagament għal rapporti perjodiċi interim u prinċipalment finali li jammontaw għal total ta' EUR 21 400 000; jinnota li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-baġit (f'termini ta' approprjazzjonijiet ta' pagament) kienet ta' 79,6 % (meta mqabbla ma' 73,8 % fl-2017);

9.  Jinnota li, għal Orizzont 2020, f'termini ta' approprjazzjonijiet ta' pagament, kienu saru 19-il pagament ta' prefinanzjament għall-proġetti relatati mas-sejħiet għal proposti tal-2017 u l-2018, 11 pagamenti lil studji u 2 liċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka; jinnota, barra minn hekk, li r-rata tal-eżekuzzjoni tal-baġit (f'termini ta' pagamenti) kienet ta' 83,4 % (meta mqabbla ma' 93,3 % fl-2017); jinnota li, f'termini ta' approprjazzjonijiet ta' impenn, ir-rata ta' eżekuzzjoni tal-baġit laħqet il-95,8 % (meta mqabbla ma' 98,3 % fl-2017), minħabba l-eżitu tas-sejħa għal proposti, fejn wieħed mis-suġġetti ma kienx kopert, u minħabba d-dewmien fl-ippjanar tal-akkwist;

10.  Josserva li l-FCH2 ħejjiet pjan ta' azzjoni li kien approvat mill-bord ta' tmexxija tal-FCH2 f'Marzu 2018, li jinkludi sensiela wiesgħa ta' azzjonijiet li għandhom jiġu implimentati mill-FCH2, li għalihom diġà nbdew għadd ta' attivitajiet; jinnota li l-biċċa l-kbira ta' dawn l-attivitajiet għandhom jitwettqu fl-2018 u fl-2019, filwaqt li ftit minnhom se jiġu kkunsidrati fil-perjodu ta' programmazzjoni li jmiss;

Prestazzjoni

11.  Jinnota li l-FCH2 tuża ċerti miżuri bħala indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni biex tivvaluta l-valur miżjud tal-attivitajiet tagħha, bħall-enerġija rinnovabbli, l-effiċjenza enerġetika tal-utent finali, il-grilji intelliġenti u l-ħżin; jinnota, barra minn hekk, li l-FCH2 tuża miżuri oħrajn bħal li proġetti ta' dimostrazzjoni jiġu ospitati fl-Istati Membri u li r-reġjuni jibbenefikaw mill-fondi tal-Unjoni; jinnota r-reviżjoni tal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni approvati mill-FCH2 fl-2018 minħabba l-progress teknoloġiku sostanzjali f'dawn l-aħħar snin u tal-applikazzjonijiet il-ġodda li bdew jitfaċċaw;

12.  Josserva l-fatt li l-proporzjon tal-ispejjeż tal-ġestjoni (baġit amministrattiv u operazzjonali) baqa' taħt il-5 %, u b'hekk tixhed struttura organizzattiva simplifikata u effiċjenti tal-FCH2;

13.  Jinnota l-valur ta' effett ta' lieva għall-2018 ta' 1,36 meta mqabbel mar-rekwiżit ta' 0,56; barra minn hekk, jinnota li, jekk jitqiesu l-kontribuzzjonijiet in natura fil-proġetti mis-sħab privati kollha, l-effett ta' lieva jilħaq 1,96;

14.  Jilqa' l-fatt li s-sejħiet għall-proposti kollha kienu ppubblikati u magħluqa skont il-pjanijiet ta' ħidma rispettivi u mal-programm ta' ħidma annwali għall-2018, inklużi 20 suġġett;

15.  Jinnota li fi tmiem l-2018, l-FCH2 kellha 27 membru tal-persunal minn 10 Stati Membri u bi pjaċir jinnota li jeiżsti bilanċ bejn is-sessi fost il-persunal (51 % irġiel u 49 % nisa); jinnota wkoll li fl-2018 is-sehem tan-nisa li jipparteċipaw fil-proġetti Orizzont 2020 kien ta' 31 %, li 26 % tal-koordinaturi tal-programmi kienu nisa, li 22 % tal-membri tal-grupp tar-rappreżentanti tal-Istati Membri tal-FCH2 kienu nisa u li 33 % tal-membri tal-kumitat xjentifiku kienu nisa;

16.  Jinnota li l-komunikazzjoni effettiva hija komponent essenzjali sabiex il-proġetti ffinanzjati mill-Unjoni jirnexxu; iqis li huwa importanti li tiżdied il-viżibilità tal-kisbiet tal-FCH kif ukoll li tinxtered informazzjoni dwar il-valur miżjud tagħha; jistieden lill-FCH taħdem favur politika ta' komunikazzjoni proattiva, ixxerred ir-riżultati tar-riċerka tagħha fost il-pubbliku, pereżempju permezz tal-midja soċjali jew ta' mezzi oħrajn tal-midja, biex b'hekk issegwi l-objettiv li tissensibilizza lill-pubbliku dwar l-impatt tal-appoġġ tal-Unjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-adozzjoni mis-suq;

17.  Josserva li, mil-lat tat-trasport, l-FCH2 appoġġjat attivitajiet ta' dimostrazzjoni li kienu jikkonċernaw aktar minn 1 900 vettura ħafifa, li aktar minn 630 minnhom kienu diġà qed jitħaddmu fl-2018; jinnota wkoll li fl-2018, l-FCH2 għamlet attivitajiet ta' dimostrazzjoni li kienu jinvolvu 45 xarabank operattivi f'10 bliet tal-Unjoni; jinnota b'sodisfazzjon li l-użu ta' karozzi tal-linja elettriċi li jaħdmu biċ-ċelloli tal-fjuwil jista' jitqies bħala tal-ogħla livell fuq livell dinji, u pprogressa b'mod sinifikanti permezz tal-proġetti tal-FCH2;

Awditjar Intern

18.  Jinnota li fl-2018 l-FCH2 iffinalizzat l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' azzjoni kollha li jindirizzaw ir-rakkomandazzjonijiet tal-awditi tas-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) dwar il-ġestjoni tal-prestazzjoni mwettqa mill-IAS fl-2016, inkluża rakkomandazzjoni dwar ir-reviżjoni tal-programm ta' ħidma pluriennali u tal-objettivi strateġiċi u operattivi; jinnota li f'Jannar 2018, l-FCH2 issottomettiet pjan ta' azzjoni lill-IAS fir-rigward ta' tliet rakkomandazzjonijiet li tqajmu mill-IAS rigward il-koordinazzjoni mas-servizz ta' appoġġ ċentrali (CSC) u l-implimentazzjoni ta' għodod u servizzi CSC; josserva li bħala parti mill-pjan ta' azzjoni, l-FCH2 organizzat l-ewwel sessjoni ta' ħidma tagħha mas-CSC; jilqa' l-fatt li f'Diċembru 2018 l-FCH2 ippreżentat il-pjanijiet ta' azzjoni kollha li jindirizzaw ir-rakkomandazzjonijiet tar-rapport tal-awditjar tal-2017 lill-IAS għal rieżami; barra minn hekk, jinnota b'sodisfazzjon li fl-2019 l-IAS bagħat ittra lill-bord ta' tmexxija li tikkonferma li r-rakkomandazzjonijiet u l-pjanijiet ta' azzjoni kollha kienu ġew implimentati b'suċċess;

19.  Jinnota li l-isforzi fejn jidħlu l-awditi ex post tkomplew bit-tnedija ta' 141 awditu għall-għotjiet tas-Seba' Programm Kwadru, li minnhom 132 kienu ġew finalizzati u l-bqija kienu għad iridu jiġu ffinalizzati fl-ewwel kwart tal-2019, li jirrappreżenta kopertura kumulattiva ta' awditu ta' 23 % tal-valur ta' dikjarazzjonijiet validati ta' spiża; jinnota li r-rata tal-iżball residwu kienet inqas minn 2 %; josserva li fl-2018 tnedew 14-il awditu ġdid għal Orizzont 2020;

20.  Josserva li kienu twettqu kemm l-evalwazzjoni finali tal-Kummissjoni dwar l-FCH għall-perjodu bejn l-2008 u l-2016 kif ukoll l-evalwazzjoni interim dwar l-FCH2 li topera taħt Orizzont 2020 li tkopri l-perjodu mill-2014 sal-2016, filwaqt li pjan ta' azzjoni ġie approvat mill-bord ta' tmexxija f'Marzu 2018, li minnu diġà nbdew diversi azzjonijiet, bl-istennija tat-tlestija tal-biċċa l-kbira tal-programm bejn l-2018 u l-2019, iżda filwaqt li jitqies li għadd żgħir ta' azzjonijiet huma mistennija li jiġu implimentati fil-perjodu ta' programmazzjoni li jmiss;

Kontrolli interni

21.  Jilqa' l-fatt li l-FCH2 stabbiliet proċeduri ta' kontroll ex ante bbażati fuq analiżijiet dokumentarji finanzjarji u operazzjonali u awditi ex post għand benefiċjarji ta' għotjiet, għall-pagamenti interim u finali fil-qafas tas-Seba' Programm Kwadru u għal dikjarazzjonijiet ta' spiża tal-proġetti fil-qafas ta' Orizzont 2020, filwaqt li l-Kummissjoni hija responsabbli mill-awditjar ex post; jilqa' l-fatt li r-rata ta' żball residwu għall-awditi ex post fi tmiem l-2018 kienet ta' 1,10 % għas-Seba' Programm Kwadru u 0,46 % għal Orizzont 2020, li l-Qorti tqis li huwa taħt il-limitu tal-materjalità;

22.  Jinnota li fl-2017, l-FCH2, flimkien mas-servizz ta' awditjar komuni (CAS) tal-Kummissjoni, nediet l-ewwel awditu ex post ta' kampjun każwali ta' dikjarazzjonijiet ta' spiża interim skont Orizzont 2020; jinnota li l-FCH2 stabbiliet proċeduri ta' kontroll ex ante bbażati fuq analiżijiet dokumentarji finanzjarji u operazzjonali. jinnota li, għall-pagamenti interim u finali fil-qafas tas-Seba' Programm Kwadru, l-FCH2 twettaq awditi ex post għand il-benefiċjarji, filwaqt li għad-dikjarazzjonijiet ta' spiża ta' proġetti fil-qafas ta' Orizzont 2020, il-CAS tal-Kummissjoni huwa responsabbli mill-awditi ex post; madankollu, jinnota bi tħassib li sa tmiem l-2018 kien hemm żewġ awditi miftuħa mnedija fl-2017 u li l-FCH2 ma kinitx iffinalizzat dawn l-awditi minħabba diskussjonijiet li għaddejjin mal-benefiċjarji li wkoll kienu jeħtieġu koordinazzjoni ma' servizzi oħrajn tad-DĠ Riċerka u Innovazzjoni biex jiżguraw riżultati ta' awditjar koerenti fost il-partijiet ikkonċernati differenti.

23.  Jitlob lill-Qorti tivvaluta r-robustezza u l-affidabbiltà tal-metodoloġija għall-kalkolu u l-ivvalwar tal-kontribuzzjonijiet in natura u li dik il-valutazzjoni tivvaluta t-tfassil u r-robustezza tal-gwida għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta' kontribuzzjoni in natura sabiex tassisti fil-proċess tal-ippjanar, tar-rappurtar u taċ-ċertifikazzjoni għall-kontribuzzjonijiet in natura.

(1) ĠU C 426, 18.12.2019, p. 1.
(2) ĠU C 426, 18.12.2019, p. 42.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(5) ĠU L 169, 7.6.2014, p. 108.
(6) ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.
(7) ĠU L 142, 29.5.2019, p. 16.
(8) ĠU C 426, 18.12.2019, p. 1.
(9) ĠU C 426, 18.12.2019, p. 42.
(10) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(11) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(12) ĠU L 169, 7.6.2014, p. 108.
(13) ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.
(14) ĠU L 142, 29.5.2019, p. 16.
(15) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 521/2008 tat-30 ta' Mejju 2008 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u tal-Idroġenu (ĠU L 153, 12.6.2008, p. 1).
(16) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 559/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 (ĠU L 169, 7.6.2014, p. 108).


Kwittanza 2018: Impriża Konġunta Clean Sky 2
PDF 184kWORD 58k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Mejju 2020 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għas-sena finanzjarja 2018 (2019/2101(DEC))
P9_TA-PROV(2020)0071A9-0032/2020

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għas-sena finanzjarja 2018,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-Impriżi Konġunti tal-UE għas-sena finanzjarja 2018, flimkien mar-risposta tal-Impriża Konġunta(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2018 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2020 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2018 (05763/2019 – C9-0067/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 209 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 71 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 558/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Clean Sky 2(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0032/2020),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2018;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Mejju 2020 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għas-sena finanzjarja 2018 (2019/2101(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għas-sena finanzjarja 2018,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-Impriżi Konġunti tal-UE għas-sena finanzjarja 2018, flimkien mar-risposta tal-Impriża Konġunta(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(8) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2018 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2020 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2018 (05763/2019 – C9-0067/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 209 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 71 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 558/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Clean Sky 2(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0032/2020),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għas-sena finanzjarja 2018;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Mejju 2020 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għas-sena finanzjarja 2018 (2019/2101(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għas-sena finanzjarja 2018,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0032/2020),

A.  billi l-Impriża Konġunta bdiet taħdem b'mod awtonomu fis-16 ta' Novembru 2009;

B.  billi l-Impriża Konġunta Clean Sky 2 (l-"Impriża Konġunta") stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill Nru 558/2014(13) ħadet post, mis-27 ta' Ġunju 2014, l-Impriża Konġunta Clean Sky fl-ambitu ta' Orizzont 2020;

C.  billi l-objettivi prinċipali tal-Impriża Konġunta huma li ttejjeb b'mod sinifikanti l-impatt ambjentali tat-teknoloġiji ajrunawtiċi u li ssaħħaħ il-kompetittività tal-avjazzjoni Ewropea; billi t-tul ta' żmien tal-Impriża Konġunta ġie prorogat sal-31 ta' Diċembru 2024;

D.  billi l-membri fundaturi tal-Impriża Konġunta huma l-Unjoni, rappreżentata mill-Kummissjoni, il-mexxejja tad-Dimostraturi tat-Teknoloġija Integrata (ITDs), tal-Pjattaformi ta' Dimostrazzjoni ta' Mezzi tal-Ajru Innovattivi (IADPs) u tal-attivitajiet trasversali (TAs), flimkien mal-membri assoċjati tal-ITDs;

E.  billi l-kontribuzzjoni massima mill-Unjoni għat-tieni fażi tal-attivitajiet tal-Impriża Konġunta hija EUR 1 755 000 000 li għandha titħallas mill-baġit ta' Orizzont 2020;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti") stqarret li l-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2018 jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Impriża Konġunta fil-31 ta' Diċembru 2018, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha, il-flussi tal-flus tagħha, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, skont ir-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni;

2.  Jinnota li l-Qorti, fir-rapport tagħha dwar Clean Sky 2 (ir-"Rapport tal-Qorti"), indikat li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha;

3.  Jinnota li l-baġit finali tal-Impriża Konġunta għall-2018 kien jinkludi EUR 371 100 000 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u EUR 343 786 573 f'approprjazzjonijiet ta' pagament; jinnota li 98,7 % tal-approprjazzjonijiet ta' impenn u 98,6 % tal-approprjazzjonijiet ta' pagament jikkonsistu f'riporti minn snin preċedenti u sussidji tal-Kummissjoni;

4.  Jinnota li r-rata ta' użu tal-approprjazzjonijiet ta' impenn kienet 99,2 % (imqabbla ma' 99,6 % fl-2017) u li r-rata ta' użu tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet 97,3 % (imqabbla ma' 98,5 % fl-2017); jinnota t-tnaqqis fir-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament għall-infiq amministrattiv għal 79,23 % (minn 93,13 % fl-2017);

5.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Impriża Konġunta implimentat diversi għodod biex timmonitorja l-eżekuzzjoni tal-programm f'termini ta' produttività, kisbiet, ippjanar u riskji tal-operazzjonijiet;

Implimentazzjoni tal-baġit pluriennali taħt is-Seba' Programm Kwadru

6.  Jinnota li l-kontribuzzjoni tal-Unjoni hija EUR 800 000 000 mis-Seba' Programm Kwadru u li l-membri mir-Raggruppamenti tal-Industrija u tar-Riċerka qed jikkontribwixxu riżorsi ta' EUR 608 300 000, li jinkludu EUR 594 100 000 f'kontribuzzjonijiet in natura fi proġetti tas-Seba' Programm Kwadru li huma ffinanzjati mill-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 (FCH2), u EUR 14 900 000 fi flus kontanti għall-ispejjeż amministrattivi;

7.  Jinnota li s-Seba' Programm Kwadru ngħalaq formalment fl-2017 b'livell ta' implimentazzjoni ta' madwar 100 %; josserva li fl-2018 l-Impriża Konġunta xorta għamlet irkupri ta' madwar EUR 850 000 li jirriżultaw minn prefinanzjamenti pendenti u riżultati ta' awditjar ex post;

Implimentazzjoni tal-baġit pluriennali taħt Orizzont 2020

8.  Jinnota li sa tmiem l-2018, mill-ammont totali ta' EUR 2 064 000 000, għall-attivitajiet li għandhom jiġu ffinanzjati taħt Orizzont 2020, EUR 816 700 000 huma l-kontribuzzjoni fi flus tal-Unjoni u EUR 14 100 000 huma l-kontribuzzjoni fi flus minn membri privati; jinnota li fi tmiem l-2018, il-Bord tat-Tmexxija kien ivvalida EUR 273 900 000 f'kontribuzzjonijiet in natura u EUR 157 600 000 oħra kienu ġew irrappurtati, iżda kienu għadhom ma ġewx ivvalidati, kif ukoll EUR 801 700 000 tal-kontribuzzjonijiet in natura tal-membri tal-industrija għal attivitajiet addizzjonali;

Sejħiet għal proposti

9.  Jinnota li, fl-2018, l-Impriża Konġunta nediet żewġ sejħiet għal proposti, irċeviet 417-il proposta eliġibbli (minn total ta' 420) u għażlet 131 proposta biex jiġu ffinanzjati;

10.  Jinnota l-għeluq b'suċċess tas-sejħiet tal-erba' Sħab Ewlenin fl-2017; jieħu nota li l-attività fl-2018 kienet tikkonċerna l-implimentazzjoni tal-Ftehim il-ġdid ta' Għotja għall-Membri (GAMs) tas-Sħab Ewlenin magħżula kollha, li numru żgħir minnhom saru membri attivi fl-2018; josserva li r-riżultati mill-erba' sejħiet kollha u l-adeżjoni tal-entitajiet rebbieħa bħala membri rriżultaw f'183 Sieħeb Ewlieni li 49 minnhom huma affiljati jew partijiet terzi konnessi;

11.  Jinnota li, sa tmiem l-2018, tnedew disa' sejħiet għal proposti, li tmienja minnhom ġew evalwati u implimentati bis-sħiħ jew jinsabu fl-istadju finali, jinnota li dawn it-tmien sejħiet qed jinvolvu aktar minn 560 sieħeb minn 27 pajjiż differenti; josserva li s-seba' sejħa għal proposti ġiet implimentata f'Ottubru 2018 b'198 parteċipant; josserva li t-tmien sejħa għal proposti bdiet f'Novembru 2018 b'182 parteċipant; barra minn hekk, id-disa' sejħa għal proposti tnediet f'Novembru 2018 u l-evalwazzjoni saret f'Marzu 2019;

Prestazzjoni

12.  Jinnota li l-informazzjoni dwar ċerti indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni għadha mhijiex disponibbli minħabba n-natura tal-proġetti; jilqa' l-fatt li l-biċċa l-kbira tal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni speċifiċi nkisbu jew inkella jinsabu fit-triq it-tajba biex jinkisbu; jieħu nota tal-fatt li l-esperti jitolbu aktar attività ta' monitoraġġ u analiżi, filwaqt li jagħmlu distinzjoni ċara bejn l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni fil-fatt miksuba fi tmiem kull sena u l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni proġettati;

13.  Josserva li l-proporzjon tal-ispejjeż tal-ġestjoni (baġit amministrattiv u operattiv) għadu taħt il-5 %, u b'hekk jindika struttura organizzattiva pjuttost simplifikata u effiċjenti tal-Impriża Konġunta;

14.  Jinnota l-fatt li r-rati ta' rotazzjoni tal-Impriża Konġunta kienu għoljin għall-aġenti temporanji u l-aġenti kuntrattwali fl-2017 u fl-2018; jinnota li għall-persunal temporanju r-rata ta' rotazzjoni żdiedet għal kważi 17 %; barra minn hekk, l-użu ta' servizzi ta' persunal temporanju kważi rdoppja fl-2018;

15.  Jinnota li, fir-rapport ta' attività annwali tal-2018 tal-Impriża Konġunta, l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni rigward il-bilanċ bejn is-sessi fl-2017 u fl-2018 juru li l-livell ta' parteċipazzjoni tan-nisa, minkejja li huwa stabbli, huwa pjuttost baxx: in-nisa jirrappreżentaw 22 % ta' dawk involuti fil-programm, 13 % tal-koordinaturi tal-programm u bejn 18 % u 25 % tal-konsulenti u l-esperti li jwettqu evalwazzjonijiet u analiżi u li jaħdmu fil-Kumitat Xjentifiku; jirrakkomanda li jsiru sforzi kostanti biex jiżdied il-livell ta' parteċipazzjoni tan-nisa fil-programm;

16.  Jilqa' l-fatt li l-Impriża Konġunta tinvolvi l-aħjar talenti u riżorsi fl-Ewropa; jinnota li tuża l-ħiliet u l-għarfien ewlenin tal-istabbilimenti ta' riċerka u l-fakultajiet akkademiċi mexxejja fil-qasam tal-ajrunawtiku fl-Ewropa;

Kontrolli ewlenin u sistemi superviżorji

17.  Jinnota li l-Impriża Konġunta stabbiliet proċeduri ta' kontroll ex ante bbażati fuq rieżamijiet dokumentarji finanzjarji u operattivi, awditi ex post għand benefiċjarji ta' għotjiet għall-pagamenti interim u finali tas-Seba' Programm Kwadru u fir-rigward tat-talbiet għall-ispejjeż tal-proġetti ta' Orizzont 2020, huwa s-Servizz tal-Awditjar Komuni tal-Kummissjoni li għandu r-responsabbiltà tal-awditi ex post;

18.  Jinnota li r-rati ta' żball residwu għall-awditi ex post li ġew irrapportati mill-Impriża Konġunta kienu 1,21 % għall-proġetti tas-Seba' Programm Kwadru u 1,11 % għall-proġetti ta' Orizzont 2020, li t-tnejn li huma jinsabu taħt il-livell limitu ta' materjalità ta' 2 %;

Strateġija kontra l-frodi

19.  Josserva li l-Impriża Konġunta tagħti attenzjoni partikolari lill-prevenzjoni u d-detezzjoni tal-frodi; b'riżultat ta' dan, id-DĠ RTD jimplimenta l-Istrateġija Kontra l-Frodi tal-2020 mal-partijiet ikkonċernati sabiex jiġi identifikat u evitat finanzjament doppju; madankollu, jinnota bi tħassib li matul l-2018 instabu tliet każijiet ta' attivitajiet allegatament frodulenti b'rabta mal-benefiċjarji li rċevew fondi mill-Impriża Konġunti u dawn ġew innotifikati lill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF);

Awditu intern

20.  Jinnota li fl-2018, is-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) wettaq awditu dwar il-Koordinazzjoni maċ-Ċentru ta' Appoġġ Komuni (CSC) sabiex jivvaluta l-adegwatezza tat-tfassil tal-governanza tal-Impriża Konġunta, il-ġestjoni tar-riskju u l-proċessi interni; jinnota b'sodisfazzjon li l-IAS identifika bħala qawwa r-rwol attiv tal-Impriża Konġunta fl-iskambju ta' informazzjoni mas-CSC; barra minn hekk, jinnota li l-awdituri ħadu nota tal-approċċi konġunti meħuda mid-Diretturi biex jesprimu l-ħtiġijiet tagħhom f'suġġetti sinifikanti bħall-kunfidenzjalità; barra minn hekk, ingħataw diversi rakkomandazzjonijiet lill-IAS biex jadatta aktar is-sistemi tal-IT tal-Kummissjoni biex jiġu solvuti r-restrizzjonijiet pendenti għat-trasferiment tad-data; jistieden lill-Impriża Konġunta tiffinalizza l-iżvilupp tal-kriterji u l-proċeduri għat-trattament ta' data kunfidenzjali tal-benefiċjarji tal-Impriża Konġunta;

Kummenti oħrajn

21.  Jinnota l-estensjoni tal-kuntatti bilaterali tal-Impriża Konġunta ma' għadd ta' Stati Membri u reġjuni abbażi tal-immappjar tal-prijoritajiet tal-istrateġiji ta' riċerka u innovazzjoni għall-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti (RIS3) imfassal mill-Impriża Konġunta, li jindika aktar minn 60 reġjun li indikaw lill-Impriża Konġunta li l-ajrunawtika jew oqsma korrelatati huma fost il-prijoritajiet R&I tagħhom; jinnota b'sodisfazzjon, barra minn hekk, li ġie ffirmat Memorandum ta' Qbil (MtQ) ulterjuri fl-2018 ma' reġjun fil-Ġermanja, li ġab l-għadd ta' MtQ fis-seħħ sal-31 ta' Diċembru 2018 għal 17; jinnota li wara dan ġie ffirmat MtQ mar-reġjun Franċiż ta' Nouvelle Aquitaine f'Ġunju 2019;

22.  Jinnota li komunikazzjoni effettiva hija komponent essenzjali tal-proġetti ffinanzjati mill-UE li jirnexxu; Iqis li huwa importanti li tiżdied il-viżibbiltà tal-kisbiet tal-Impriża Konġunta u li tinxtered informazzjoni li tikkonċerna l-valur miżjud; Jistieden lill-Impriża Konġunta ssegwi politika ta' komunikazzjoni proattiva billi xxerred ir-riżultati tar-riċerka tagħha fost il-pubbliku ġenerali, pereżempju permezz tal-midja soċjali jew ta' mezzi oħra tal-midja, u b'hekk tissensibilizza lill-pubbliku dwar l-impatt tal-appoġġ tal-Unjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-adozzjoni mis-suq.

23.  Jitlob lill-Qorti tivvaluta r-robustezza u l-affidabbiltà tal-metodoloġija għall-kalkolu u l-ivvalutar tal-kontribuzzjonijiet in natura. Il-valutazzjoni għandha tevalwa d-disinn u r-robustezza tal-gwida għall-implimentazzjoni tal-proċedura tal-kontribuzzjoni in natura sabiex tassisti fil-proċess ta' ppjanar, rapportar u ċertifikazzjoni tal-kontribuzzjonijiet in natura.

Trasport u Turiżmu

24.  Jenfasizza li l-objettivi tal-Impriża Konġunta għandhom jiġu aġġustati biex iqisu l-ħtieġa tad-dekarbonizzazzjoni progressiva u li r-riżorsi finanzjarji u umani meħtieġa għandhom jiġu pprovduti awtomatikament sabiex jiġi żgurat li l-Impriża Konġunta jkollha biżżejjed kapaċità għal kwalunkwe aġġustament li jsir;

25.  Jinnota li l-Impriża Konġunta hija sħubija pubblika-privata bejn l-Unjoni u l-industrija tal-ajrunawtika li l-għan tagħha huwa li tiżviluppa teknoloġiji innovattivi sabiex titjieb b'mod sinifikanti l-prestazzjoni ambjentali tal-ajruplani u tat-trasport bl-ajru; jinnota li fl-2007 din ġiet stabbilita bħala l-"Impriża Konġunta Clean Sky" fi ħdan is-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta' riċerka, ta' żvilupp teknoloġiku u ta' dimostrazzjoni ("FP7") u li fl-2014 inbidlet għal "Impriża Konġunta Clean Sky 2" fi ħdan il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni Orizzont 2020;

26.  Jinnota li l-programmi tal-Impriża Konġunta jiġu ffinanzjati b'mod konġunt fi ħdan Orizzont 2020 (għall-perjodu 2014-2020) permezz ta' sussidji tal-Unjoni sa EUR 1 755 miljun u permezz ta' kontribuzzjonijiet in natura mill-membri privati ta' mill-inqas EUR 2 193,75 miljun; jinnota li l-Unjoni u l-membri privati jikkondividu b'mod ugwali l-ispejjeż amministrattivi li ma għandhomx jaqbżu EUR 78 miljun tul dak il-perjodu;

27.  Jilqa' l-kontribut kbir li tat l-Impriża Konġunta biex tiżdied l-effiċjenza fis-settur tal-avjazzjoni; jenfasizza r-riżultati tajbin ħafna u r-rwol essenzjali li l-Impriża Konġunta tiżvolġi fl-Ewropa biex tiżgura aċċelerazzjonijiet netti f'teknoloġiji ekoloġiċi li għandhom l-għan li jnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 u ta' gassijiet u l-livelli ta' storbju ġġenerati mill-inġenji tal-ajru; jenfasizza l-importanza strateġika li din l-Impriża Konġunta għandu jkollha fil-qafas tal-programm futur Orizzont Ewropa biex tikkontribwixxi għall-objettivi l-ġodda ta' "newtralità klimatika" għall-2050 u għat-tnaqqis ippjanat tal-emissjonijiet ta' CO2 bis-saħħa tal-progress teknoloġiku;

28.  Jenfasizza li l-użu globali tat-teknoloġiji maħluqin u promossi mill-Impriża Konġunta jista' jelimina l-ekwivalenti tal-emissjonijiet totali ta' CO2 tan-Netherlands;

29.  Jenfasizza li t-teknoloġiji Clean Sky I naqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 għal kull passiġġier bi 19 % għat-titjiriet fuq distanzi twal u b'40 % għat-titjiriet fuq distanzi medji; jitlob li l-Impriża Konġunta tingħata r-riżorsi umani u finanzjarji kollha biex tkun tista' tibni fuq is-suċċess ta' dan l-approċċ;

30.  Jinnota li sa 40 % tal-finanzjament tal-Impriża Konġunta jiġi allokat lis-16-il Mexxej tagħha u lill-affiljati tagħhom, jiġifieri l-industriji impenjati li jwettqu l-programm Clean Sky 2 kollu matul id-durata tiegħu; jinnota li 30 % tal-finanzjament tal-Impriża Konġunta għandhom jingħataw permezz ta' sejħiet għal proposti u sejħiet għal offerti lis-Sħab Ewlenin tagħha (magħżula għal impenji fit-tul għall-programm); jinnota wkoll li t-30 % tal-finanzjament li jifdal għandhom jingħataw permezz ta' sejħiet għal proposti u sejħiet għal offerti lil sħab oħra (parteċipazzjoni f'temi u proġetti speċifiċi fil-kuntest ta' impenn definit tajjeb u limitat);

31.  Jinnota li, mid-data limitu tal-kontijiet proviżorji tal-2018 (tmiem Frar 2019), il-membri privati tal-Impriża Konġunta rrapportaw somma kumulattiva ta' EUR 399 miljun bħala kontribuzzjonijiet in natura għall-attivitajiet operattivi (IKOP), u li l-Impriża Konġunta vvalidat kontribuzzjoni ċċertifikata b'valur ta' EUR 279,9 miljun; jinnota bl-istess mod li l-membri privati rrapportaw somma kumulattiva ta' EUR 827,9 miljun f'kontribuzzjonijiet in natura għal attivitajiet addizzjonali (IKAA), li minnhom EUR 620 miljun ġew ivvalidati mill-Impriża Konġunta;

32.  Jinnota li l-Impriża Konġunta issa għandha 16-il Mexxej, 193 Sieħeb Ewlieni (fosthom 50 SME) u li tnedew disa' sejħiet għal proposti (sabiex il-fondi li jkun fadal jiġu allokati lil sħab oħra); jinnota li ġew evalwati tmienja minn dawn is-sejħiet li wasslu għall-għażla ta' 560 sieħeb (inklużi 31 % tal-SMEs li huma responsabbli għal 25 % tal-finanzjament) minn 27 pajjiż;

33.  Jinnota li l-Impriża Konġunta qiegħda tippjana li tirrevedi r-Regoli Finanzjarji tagħha sabiex tallinjahom mar-regoli finanzjarji l-ġodda applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni f'konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14);

34.  Jinnota li s-Servizz tal-Awditjar Intern ħareġ rakkomandazzjoni importanti ħafna lill-Impriża Konġunta biex telabora reġistru kkonsolidat tar-riskji li għandu jkopri r-riskji li jaffettwaw il-programm u l-Impriża Konġunta bħala entità awtonoma; jinnota li l-Uffiċjal tal-Awditjar Intern (IAO) iddikjara lill-maniġment tal-Impriża Konġunta li kien hemm nuqqas ta' oġġettività minħabba l-involviment ripetut tiegħu fil-kompiti tal-maniġment u minħabba l-proċessi tal-immaniġġjar tal-kwalità; iħeġġeġ lill-Impriża Konġunta ssolvi din il-kwistjoni minnufih u timplimenta bis-sħiħ ir-rakkomandazzjoni tal-IAO;

35.  Jinnota bi tħassib li l-IAO identifika diversi oqsma ta' riskju, li jirrikjedu azzjonijiet mill-maniġment tal-Impriża Konġunta; jistenna li l-maniġment tal-Impriża Konġunta jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex itaffi dawn ir-riskji;

36.  Jinnota li matul l-2018 instabu tliet każijiet ta' attivitajiet allegatament frodulenti b'rabta mal-benefiċjarji li rċevew fondi mill-Impriża Konġunta u dawn ġew innotifikati lill-OLAF; jappella lill-Impriża Konġunta tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex fil-futur tipprevjeni każijiet ta' frodi;

(1) ĠU C 426, 18.12.2019, p.1.
(2) ĠU C 426, 18.12.2019, p. 32.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(5) ĠU L 169, 7.6.2014, p. 77.
(6) ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.
(7) ĠU C 426, 18.12.2019, p. 1.
(8) ĠU C 426, 18.12.2019, p.32.
(9) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(10) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(11) ĠU L 169, 7.6.2014, p. 77.
(12) ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.
(13) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 558/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Clean Sky 2 (ĠU L 169, 7.6.2014, p. 77).
(14) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).


Kwittanza 2018: Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'bażi Bijoloġika
PDF 175kWORD 54k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Mejju 2020 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'bażi Bijoloġika għas-sena finanzjarja 2018 (2019/2102(DEC))
P9_TA-PROV(2020)0072A9-0034/2020

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'bażi Bijoloġika għas-sena finanzjarja 2018,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-impriżi konġunti tal-UE għas-sena finanzjarja 2018, flimkien mar-risposti tal-impriżi konġunti(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2), dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2018 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2020 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2018 (05763/2019 – C9-0068/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 209 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 71 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 560/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'bażi Bijoloġika(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6),

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/887 tat-13 ta' Marzu 2019 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 71 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0034/2020),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'bażi Bijoloġika għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2018;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'bażi Bijoloġika, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Mejju 2020 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'bażi Bijoloġika għas-sena finanzjarja 2018 (2019/2102(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'bażi Bijoloġika għas-sena finanzjarja 2018,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-impriżi konġunti tal-UE għas-sena finanzjarja 2018, flimkien mar-risposti tal-impriżi konġunti(8),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(9), dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2018 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2020 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2018 (05763/2019 – C9-0068/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 209 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 71 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 560/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'bażi Bijoloġika(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(13),

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/887 tat-13 ta' Marzu 2019 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 71 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0034/2020),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'bażi Bijoloġika għas-sena finanzjarja 2018;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'bażi Bijoloġika, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Mejju 2020 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'bażi Bijoloġika għas-sena finanzjarja 2018 (2019/2102(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'bażi Bijoloġika għas-sena finanzjarja 2018,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0034/2020),

A.  billi l-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'bażi Bijoloġika (l-"Impriża Konġunta") ġiet stabbilita bħala sħubija pubblika-privata bir-Regolament (UE) Nru 560/2014 għal perjodu ta' għaxar snin bl-għan li tiġbor flimkien lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha u li tikkontribwixxi biex l-Unjoni tiġi stabbilita bħala protagonist fundamentali fir-riċerka, id-dimostrazzjoni u d-diffużjoni tal-prodotti b'bażi bijoloġika u l-bijofjuwils avvanzati;

B.  billi, skont l-Artikoli 38 u 43 tar-regoli finanzjarji tal-Impriża Konġunta, li ġew adottati bid-deċiżjoni tal-bord ta' tmexxija tagħha fl-14 ta' Ottubru 2014, l-uffiċjal tal-kontabilità ħejja l-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta għas-sena 2018;

C.  billi l-membri fundaturi tal-Impriża Konġunta huma l-Unjoni, rappreżentata mill-Kummissjoni, u s-sħab industrijali, rappreżentati mill-Konsorzju tal-Industriji b'bażi Bijoloġika (il-"BIC");

Ġenerali

1.  Jinnota li l-kontribuzzjoni massima mill-UE għall-attivitajiet tal-Impriża Konġunta hija ta' EUR 975 000 000, li għandha titħallas mill-programm Orizzont 2020; jinnota li l-membri tal-industrija tal-Impriża Konġunta għandhom jikkontribwixxu riżorsi ta' mill-inqas EUR 2 730 000 000 matul il-perjodu taċ-ċiklu tal-ħajja tal-Impriża Konġunta, li jikkonsistu f'mill-inqas EUR 182 500 000 ta' kontribuzzjonijiet in natura u fi flus kontanti għall-attivitajiet operattivi tal-Impriża Konġunta u mill-inqas EUR 1 755 000 000 ta' kontribuzzjonijiet in natura biex jimplimentaw attivitajiet addizzjonali barra mill-pjan ta' ħidma tal-Impriża Konġunta;

2.  Jinnota li 19 mill-101 proposta miżmuma mis-sejħa għal proposti tal-2018 kienu, sa tmiem l-2018, fl-istadju ta' tħejjija tal-ftehim ta' għotja; barra minn hekk, jinnota li sal-bidu tal-2018, il-programm tal-Impriża Konġunta kellu portafoll ta' 101 proġett għaddej b'total ta' 1 169 parteċipant minn 35 pajjiż b'valur ta' għotja totali ta' EUR 499 000 000;

3.  Jinnota li l-objettivi tal-Impriża Konġunta ma setgħux jiġu indirizzati bi strumenti tradizzjonali tal-Unjoni; josserva li l-Impriża Konġunta pprovdiet effett ta' strutturar, billi ġabret flimkien is-setturi u l-atturi għat-tnedija ta' katini tal-valur ġodda u mmobilizzat investimenti dejjem akbar għall-iżvilupp ta' innovazzjonijiet għall-industriji b'bażi Bijoloġika; barra minn hekk, jinnota li l-missjoni tal-Impriża Konġunta hija li timplimenta l-Aġenda Strateġika ta' Innovazzjoni u Riċerka (SIRA) żviluppata mill-BIC u approvata mill-Kummissjoni;

4.  Jinnota li komunikazzjoni effettiva hija komponent essenzjali fir-rigward ta' proġetti ffinanzjati mill-Unjoni li jirnexxu; iqis li huwa importanti li tiżdied il-viżibilità tal-kisbiet tal-Impriża Konġunta u li tinxtered informazzjoni dwar il-valur miżjud tagħhom; jappella lill-Impriża Konġunta taħdem favur politika ta' komunikazzjoni proattiva billi xxerred ir-riżultati tar-riċerka tagħha fost il-pubbliku, pereżempju permezz tal-midja soċjali jew ta' mezzi oħra tal-midja, u b'hekk tissensibilizza lill-pubbliku dwar l-impatt tal-appoġġ tal-Unjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-adozzjoni mis-suq;

5.  Jitlob lill-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti") tivvaluta r-robustezza u l-affidabbiltà tal-metodoloġija għall-kalkolu u l-ivvalwar tal-kontribuzzjonijiet in natura; jitlob li din il-valutazzjoni tevalwa d-disinn u r-robustezza tal-gwida għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta' kontribuzzjonijiet in natura sabiex tassisti fil-proċess ta' ppjanar, rapportar u ċertifikazzjoni tal-kontribuzzjonijiet in natura;

Il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja

6.  Jinnota li r-rapport tal-Qorti dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2018 (ir-"rapport tal-Qorti") sab li l-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, fir-rigward tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Impriża Konġunta fil-31 ta' Diċembru 2018 u r-riżultati tal-operazzjonijiet u l-flussi ta' flus tagħha għal tmiem is-sena, skont ir-regolament finanzjarju u r-regoli tal-kontabilità tagħha adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni;

7.  Jinnota li l-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta jipprevedu li l-baġit finali tal-2018 għandu jkun disponibbli għall-implimentazzjoni u għandu jinkludi EUR 121 231 820 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u EUR 118 126 520 f'approprjazzjonijiet ta' pagament u, minn dawn, ir-rati ta' użu għall-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament kienu 99 % u 71 % rispettivament;

8.  Josserva li l-approprjazzjonijiet ta' pagament intużaw prinċipalment għall-prefinanzjament tal-ftehimiet ta' għotja li rriżultaw mis-sejħiet għal proposti tal-2014 u mill-pagamenti għal proġetti mis-sejħiet għal proposti preċedenti; barra minn hekk, jinnota li r-rata aktar baxxa ta' implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet dovuta għal dewmien ta' xi rapporti perjodiċi u dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż ferm inqas mill-baġit approvat fil-ftehimiet ta' għotja;

9.  Jinnota li mill-ammont massimu ta' EUR 975 000 000 f'kontribuzzjonijiet fi flus kontanti mill-Unjoni li jiġu allokati għall-Impriża Konġunta tul iċ-ċiklu ta' ħajja tagħha, sa tmiem l-2018 l-Unjoni ikkontribwiet ammont totali ta' EUR 264 600 000;

10.  Jesprimi tħassib dwar il-fatt li mill-kontribuzzjonijiet ta' EUR 757 900 000 li għandhom isiru mill-membri tal-industrija għall-attivitajiet operattivi u l-ispejjeż amministrattivi tal-Impriża Konġunta, il-membri tal-industrija rrapportaw kontribuzzjonijiet in natura ta' EUR 36 800 000 għall-attivitajiet operattivi, u l-bord ta' tmexxija vvalida kontribuzzjonijiet ta' EUR 21 200 000 (EUR 12 100 000 in natura u EUR 9 100 000 fi flus kontanti) mill-membri tal-industrija għall-ispejjeż amministrattivi tal-Impriża Konġunta;

11.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li fl-2018 l-Impriża Konġunta wettqet rieżami sabiex taġġorna l-istatus ta' sħubija tal-entitajiet kostitwenti tagħha bħala l-bażi prinċipali għall-validazzjoni u għar-rikonoxximent tal-kontribuzzjonijiet in natura mill-membri tal-industrija għall-attivitajiet operattivi tal-Impriża Konġunta; josserva b'apprezzament li dak ir-rieżami huwa meqjus bħala prattika tajba u li r-rieżami għandu jitwettaq fuq bażi regolari;

12.  Jiddispjaċih li mill-ammont minimu ta' EUR 182 500 000 f'kontribuzzjonijiet fi flus kontanti li għandhom isiru mill-membri tal-industrija għall-ispejjeż operattivi tal-Impriża Konġunta, EUR 800 000 biss tħallsu sa tmiem l-2018 u li, b'riżultat ta' dan, fi tmiem l-2018 l-Kummissjoni ddeċidiet li tnaqqas b'EUR 140 000 000 il-Baġit 2020 tal-Impriża Konġunta li kien EUR 205 000 000; josserva bi tħassib li hemm riskju għoli li l-ammont minimu ta' kontribuzzjoni fi flus mhux ser jintlaħaq sat-tmiem iċ-ċiklu tal-ħajja tal-Impriża Konġunta;

Prestazzjoni

13.  Jinnota li l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni speċifiċi disponibbli tal-Impriża Konġunta nstabu li kienu sodisfaċenti; jilqa' l-fatt li l-Impriża Konġunta operat b'mod effiċjenti u li l-prestazzjoni ġenerali tagħha, fir-rigward tat-tliet indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni fi ħdan Orizzont 2020, taqbeż il-miri stabbiliti fl-2018;

14.  Jinnota bi tħassib il-valur tal-effett ta' ingranaġġ ta' 1,88 fi tmiem l-2018, li huwa inqas mill-aspettattiva; josserva bi tħassib li l-effett ta' lieva realizzat ilu jonqos mill-2015; jappella lill-Impriża Konġunta tieħu l-passi biex tissodisfa l-effett ta' ingranaġġ fil-mira ta' 2,86 fuq il-perjodu sħiħ 2014-2020;

15.  Jinnota li n-natura s-sejħiet għal proposti tal-Impriża Konġunta huma kompletament miftuħa għall-parteċipazzjoni ta' kwalunkwe parti kkonċernata; jilqa' l-isforzi kbar tal-Impriża Konġunta biex tikkomunika l-objettivi u l-kisbiet tagħha kif ukoll is-sejħiet tagħha mal-partijiet ikkonċernati fl-Unjoni permezz tal-avvenimenti, il-laqgħat u s-sit web tagħha;

16.  Jinnota li l-esperti kkonfermaw li l-Impriża Konġunta attirat livell sodisfaċenti ta' parteċipazzjoni mill-aħjar atturi tal-Unjoni fl-oqsma tal-ktajjen tal-valur magħżula; josserva li nkiseb il-bilanċ tajjeb ta' parteċipazzjoni fis-settur tal-industrija, li jirrappreżenta 61 % tal-għadd totali ta' parteċipanti; jaċċentwa l-fatt li 54 % tal-entitajiet privati bi skop ta' qligħ huma intrapriżi żgħar u ta' daqs medju u li 27 % huma intrapriżi kbar;

17.  Jinnota li fl-2018 l-operazzjonijiet tal-Impriża Konġunta inkludew il-konklużjoni ta' 17-il ftehim ta' għotja, li rriżultaw mis-sejħa għal proposti tal-2017, sabiex hekk l-għadd totali tal-portafoll tal-Impriża Konġunta sa tmiem l-2018 kien 82; barra minn hekk, jinnota li fl-2018 l-Impriża Konġunta implimentat b'suċċess sejħa għal proposti; jinnota li l-proċedura nbdiet qabel tmiem l-2018 għal 19-il proposta miżmuma;

18.  Josserva li minħabba t-tfassil tas-sejħa għal proposti fl-2018 u l-ġestjoni tas-sistema ta' klassifikazzjoni għall-proposti, waħda miż-żewġ temi ewlenin tas-sejħa baqgħet mhux iffinanzjata, minkejja li rċeviet proposti eliġibbli u evalwati ħafna għaż-żewġ temi;

19.  Jinnota b'sodisfazzjon li fl-2018 l-Impriża Konġunta kisbet bilanċ raġonevoli bejn is-sessi fid-diversi korpi tagħha (kumitat xjentifiku: 60 % nisa u 40 % irġiel; Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati: 59 % nisa u 41 % irġiel; uffiċċju tal-programm: 61 % nisa u 39 % irġiel; esperti tal-evalwazzjoni (sejħa għal proposti 2018): 48 % nisa u 52 % irġiel; koordinaturi ta' proġett: 45 % nisa u 55 % irġiel), bl-eċċezzjoni tal-bord ta' tmexxija (20 % nisa u 80 % irġiel); jinnota l-osservazzjoni tal-Impriża Konġunta li hija m'għandha ebda influwenza fuq l-għamla tal-bord ta' tmexxija; jinnota b'sodisfazzjon il-bilanċ bejn is-sessi fost il-persunal involut fil-proġetti tal-Impriża Konġunta (46 % nisa u 54 % irġiel);

Proċeduri ta' akkwist u reklutaġġ

20.  Jinnota li fl-aħħar tas-sena 2018, il-persunal tal-Impriża Konġunta kien magħmul minn 23 membru, li b'hekk jilħaq l-ammont sħiħ ta' persunal skont it-tabella tal-persunal; josserva li fl-2018 tnedew żewġ proċeduri ta' reklutaġġ, waħda għal aġent kuntrattwali u oħra għal aġent temporanju; madankollu, jinnota li l-Impriża Konġunta ssaħħet permezz ta' tliet aġenti kuntrattwali addizzjonali fl-2018; barra minn hekk, jinnota li fl-aħħar tal-2018 intgħażel kandidat wieħed għal pożizzjoni temporanja u beda fl-ewwel kwart tal-2019;

Awditu intern

21.  Jinnota li f'Novembru 2017, is-servizz ta' awditjar intern (IAS) wettaq xogħol tal-awditjar fuq il-post għall-awditu "Rieżami limitat tal-implimentazzjoni tal-istandards ta' kontroll intern (ICSs) fl-Impriża Konġunta BBI"; josserva li skont ir-rapport tal-Qorti, is-sitwazzjoni fl-aħħar tal-2018 uriet li l-Impriża Konġunta kienet fil-parti l-kbira implimentat l-ICSs;

22.  Josserva li l-uffiċċju tal-programm wettaq awtovalutazzjoni tal-ICSs tiegħu biex jivvaluta l-livell kurrenti ta' implimentazzjoni tal-ICSs u biex jesplora l-kundizzjonijiet neċessarji biex iressaq il-qafas ta' kontroll intern tal-organizzazzjoni għal livell ogħla ta' maturità; jinnota li l-IAS għamel tliet rakkomandazzjonijiet sabiex jappoġġja u jikkomplementa l-isforzi eżistenti tal-Impriża Konġunta fil-qasam; josserva li l-uffiċċju tal-programm ippropona pjanijiet ta' azzjoni korrispondenti u l-IAS qieshom bħala adegwati sabiex jittaffew il-kwistjonijiet; madankollu, jinnota bi tħassib li fil-bidu tal-2018 it-tliet standards ikkunsidrati kien għad iridu jiġu kompletament implimentati;

23.  Jinnota li skont ir-rapport annwali tal-attività, jitqies li kważi l-ICSs kollha ġew implimentati jew fil-biċċa l-kbira implimentati, u li huma biss ċerti standards li għad iridu jiġu kompletament implimentati bħal ICS 8 (proċessi u proċeduri), ICS 10 (kontinwità tal-operat) u ICS 11 (ġestjoni tad-dokumenti);

24.  Jinnota li fl-2017, l-Impriża Konġunta, flimkien mas-servizz tal-awditjar komuni tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għar-Riċerka u l-Innovazzjoni nedew l-ewwel awditu ex post ta' kampjun aleatorju ta' talbiet għall-ispejjeż interim relatati mal-programm Orizzont 2020; jinnota li t-tieni sensiela ta' awditi bdiet fl-2018 iżda minħabba l-għadd baxx ta' parteċipanti awditjati, għadha ma tista' tinsilet ebda konklużjoni;

25.  Jinnota b'apprezzament s-sejba tal-Qorti li r-rata ta' żbalji residwi għall-programm Orizzont 2020 hija inqas mill-materjalità, li tammonta għal 0,01 %;

26.  Jinnota li twettqet l-evalwazzjoni interim tal-Kummissjoni dwar l-attivitajiet tal-Impriża Konġunta mill-2014 sal-2016, u li tħejja pjan ta' azzjoni biex jindirizza r-rakkomandazzjonijiet li tqajmu; jinnota li skont il-pjan ta' azzjoni, il-parti l-kbira tal-azzjonijiet li għandhom jittieħdu bħala reazzjoni għar-rakkomandazzjonijiet għandhom jiġu implimentati fl-2018 u l-2019 u li diġà ttieħdu diversi azzjonijiet;

Qafas ġuridiku

27.  Jinnota bi tħassib li filwaqt li l-evalwazzjoni interim tal-Impriża Konġunta tlestiet f'konformità mal-iskeda ta' żmien preċiża stabbilita fil-qafas legali tagħha, madankollu, ma setgħetx tipprovdi l-aħjar valur miżjud għall-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet tal-Impriża Konġunta f'dan l-istadju bikri tal-attività tagħha;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u t-trasparenza

28.  Jinnota l-fatt li l-Impriża Konġunta, flimkien ma' sitt impriżi konġunti oħra, nediet sejħa għal espressjonijiet ta' interess komuni bejn l-impriżi biex tagħżel sa seba' konsulenti kunfidenzjali li jwaqqfu netwerk ta' konsulenti kunfidenzjali; jinnota li, bħala riżultat ta' dan, f'Novembru 2018 id-diretturi eżekuttivi ħatru żewġ konsulenti kunfidenzjali.

(1) ĠU C 426, 18.12.2019, p. 1.
(2) ĠU C 426, 18.12.2019, p. 24.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(5) ĠU L 169, 7.6.2014, p. 130.
(6) ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.
(7) ĠU L 142, 29.5.2019, p. 16.
(8) ĠU C 426, 18.12.2019, p. 1.
(9) ĠU C 426, 18.12.2019, p. 24.
(10) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(11) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(12) ĠU L 169, 7.6.2014, p. 130.
(13) ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.
(14) ĠU L 142, 29.5.2019, p. 16.


Kwittanza 2018: Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol
PDF 176kWORD 54k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Mejju 2020 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2018 (2019/2091(DEC))
P9_TA-PROV(2020)0073A9-0042/2020

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2018,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2018, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2018 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2020 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Awtorità fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2018 (005761/2020 – C9-0058/2020),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 64 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0042/2020),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità għas-sena finanzjarja 2018;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Mejju 2020 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2018 (2019/2091(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2018,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2018, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(8),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(9), dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2018 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2020 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Awtorità fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2018 (05761/2020 – C9-0058/2020),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 64 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(13), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0042/2020),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2018;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Mejju 2020 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2018 (2019/2091(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2018,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0042/2020),

A.  billi, skont ir-rapporti tad-dħul u n-nefqa tagħha(15), il-baġit finali tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol ("l-Awtorità") għas-sena finanzjarja 2018 kien jammonta għal EUR 25 207 008, li jfisser żieda ta' 5,03 % meta mqabbel ma' dak għall-2017; billi l-Awtorità hija ffinanzjata minn kontribuzzjoni mill-Unjoni (EUR 9 365 000, jiġifieri 37,15 %) u minn kontribuzzjonijiet mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali tal-Istati Membri (EUR 15 742 008, jiġifieri 62,45 %)(16);

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2018 ("ir-rapport tal-Qorti"), tistqarr li kisbet aċċertamenti raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Awtorità huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2018 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 100 %, żieda ta' 0,21 % meta mqabbla mal-2017; jinnota, barra minn hekk, li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 85,48 %, li jfisser tnaqqis ta' 2,61 % meta mqabbla mal-2017;

2.  Jinnota li l-ammont ta' xogħol tal-Awtorità qed jiżdied b'mod kostanti u jinkludi kemm kompiti regolatorji kif ukoll l-infurzar u l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni;

Prestazzjoni

3.  Jinnota li kull wieħed mit-tliet objettivi strateġiċi tal-Awtorità b'fokus operattiv għandu indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (KPIs) li jivvalutaw il-valur miżjud ipprovdut mill-attivitajiet tagħha u t-titjib tal-ġestjoni baġitarja tagħha, flimkien ma' indikaturi oħra użati internament;

4.  Jinnota li l-Awtorità laħqet il-mira tagħha għal ħdax-il indikatur ewlieni tal-prestazzjoni; jirrikonoxxi li l-Awtorità kienet qrib li tilħaq il-mira għaż-żewġ indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni li kien fadal, li ma ntlaħqux biss b'mod marġinali;

5.  Jinnota li l-biċċa l-kbira tax-xogħol ippjanat tal-Awtorità (218-il prodott u servizz) ġie kkonsenjat b'suċċess u li 25 prodott u servizz kellhom dewmien żgħir minħabba nuqqas ta' riżorsi, iżda wkoll minħabba bidliet fir-rekwiżiti u fil-prijoritajiet; jinnota wkoll li kienu biss tliet flussi ta' xogħol li ma ġewx ikkonsenjati kif ippjanat jew kellhom dewmien tollerabbli;

6.  Jinnota li l-Awtorità qed tissostitwixxi s-sistema elettronika attwali tagħha ta' ġestjoni tar-riżorsi umani b'Sysper, li hija pprovduta mill-Kummissjoni; jinnota bi tħassib id-dewmien fl-implimentazzjoni tas-Sysper 2; jistieden lill-Awtorità tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-iżviluppi f'dak ir-rigward;

7.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Awtorità hija proattiva fl-identifikazzjoni ta' opportunitajiet għall-effiċjenza u s-sinerġiji ma' aġenziji oħra, b'mod partikolari mal-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA), permezz tal-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej u permezz ta' akkwisti konġunti; jilqa' l-prijorità tal-Awtorità li tiżviluppa gwida komuni f'kooperazzjoni mal-EBA u l-ESMA dwar kif ir-riskji kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu jiġu integrati fis-superviżjoni prudenzjali; iħeġġeġ bil-qawwa lill-Awtorità biex b'mod attiv tipprova tikseb aktar kooperazzjoni u kooperazzjoni aktar mifruxa mal-aġenziji kollha tal-Unjoni; barra minn hekk jistieden lill-Awtorità tesplora modi possibbli li bihom jiġu amalgamati s-servizzi mhux esperti tagħha, bħall-ICT, ma' aġenziji oħra tal-Unjoni;

8.  Jenfasizza li r-rwol tal-Awtorità fil-promozzjoni ta' reġim superviżorju komuni fis-sistema finanzjarja Ewropea huwa essenzjali biex tiġi żgurata stabbiltà finanzjarja, suq finanzjarju integrat aħjar, aktar effiċjenti u aktar sikur, kif ukoll livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur fl-Unjoni billi tippromwovi l-korrettezza u t-trasparenza fis-suq tal-prodotti u s-servizzi finanzjarji;

9.  Jissottolinja r-rwol ċentrali li għandha l-Awtorità fil-kontribuzzjoni għal standards u prattiki regolatorji u superviżorji komuni ta' kwalità għolja, għall-applikazzjoni konsistenti tal-atti tal-Unjoni legalment vinkolanti, għall-fatt li tistimula u tiffaċilita d-delega tal-kompiti u r-responsabbiltajiet fost l-awtoritajiet kompetenti, li timmonitorja u tivvaluta l-iżviluppi fis-suq fil-kamp ta' applikazzjoni tal-kompetenzi tagħha u li tippromwovi l-ħarsien tad-detenturi ta' poloz, u tal-membri u l-benefiċjarji ta' skemi tal-pensjonijiet;

10.  Jenfasizza l-ħtieġa għal superviżjoni aktar mill-qrib f'ċerti Stati Membri bil-għan li jiġu indirizzati vulnerabbiltajiet fis-swieq tal-assigurazzjoni ta' dawk l-Istati Membri u li jitħarsu l-konsumaturi mill-prattiki inġusti tal-kumpaniji multinazzjonali tal-assigurazzjoni;

11.  Jisħaq fuq il-fatt li, filwaqt li tiżgura li l-funzjonijiet kollha assenjati lilha jitwettqu bis-sħiħ u fil-ħin, l-Awtorità għandha taderixxi u tagħmel użu sħiħ mill-kompiti u l-mandat assenjati lilha mill-Parlament u mill-Kunsill, u li l-Awtorità jeħtiġilha li qatt ma tmur lil hinn mill-mandat tagħha; jirrimarka li l-iffukar fuq il-mandat assenjat mill-Parlament u mill-Kunsill iwassal għal użu aktar effikaċi u effiċjenti tar-riżorsi;

12.  Jikkondividi t-tħassib tal-Qorti li, permezz ta' evalwazzjonijiet bejn il-pari, is-superviżuri nazzjonali għandhom vuċi deċiżiva fil-korp governattiv ewlieni tal-Awtorità, li jfisser li huma f'pożizzjoni li jiddeċiedu l-kamp ta’ applikazzjoni tal-azzjoni tal-Awtorità li tevalwa l-effikaċja proprja;

Politika dwar il-persunal

13.  Jinnota li, fil-31 ta' Diċembru 2018, it-tabella tal-persunal kienet ikkompletata b'95,54 %, bil-ħatra ta' 107 aġent temporanju minn total ta' 112-il aġent temporanju li ġew awtorizzati skont il-baġit tal-Unjoni, (imqabbla mal-101 post awtorizzat fl-2017); jinnota li, barra minn hekk, 33 aġent kuntrattwali u 18-il espert nazzjonali sekondat kienu qed jaħdmu għall-Awtorità fl-2018;

14.  Jiddispjaċih dwar il-parteċipazzjoni żbilanċjata tal-irġiel (sitt membri) u tan-nisa (membru waħda) fil-bord maniġerjali; jinnota li l-Awtorità rrappurtat bilanċ bejn is-sessi relattivament tajjeb għall-2018 fir-rigward ta' maniġers superjuri (ħamest irġiel u tliet nisa);

15.  Jinnota li l-Qorti tqis li l-Awtorità għadha ma wettqitx it-tranżizzjoni minn kompiti regolatorji għal dawk superviżorji u li l-Awtorità għandha ssaħħaħ ir-riżorsi umani assenjati għall-kompiti superviżorji;

Akkwisti

16.  Jinnota bi tħassib li l-Awtorità applikat kriterji għall-għoti li kkonsistew minn elementi ta' prezzijiet mhux kompetittivi għal proċedura ta' akkwist waħda; jistieden lill-Awtorità tuża kriterji għall-għoti li jiffukaw fuq elementi ta' prezzijiet kompetittivi;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u t-trasparenza

17.  Jirrikonoxxi l-miżuri li l-Awtorità diġà għandha fis-seħħ u l-isforzi kontinwi tagħha biex tiżgura t-trasparenza, tipprevjeni u tiġġestixxi l-kunflitti ta' interess u tipproteġi lill-informaturi; jinnota l-fatt li l-Awtorità tippubblika fuq is-sit web tagħha reġistru tal-laqgħat ma' partijiet ikkonċernati esterni;

18.  Jissottolinja l-importanza ta' amministrazzjoni miftuħa, effiċjenti u indipendenti għall-aġenziji kollha tal-Unjoni u l-Unjoni kollha kemm hi; ifakkar fil-problema tal-kunflitt ta' interess li tinqala' mis-sitwazzjonijiet ta' "bibien iduru" u jisħaq fuq il-ħtieġa għal qafas ġuridiku unifikat biex jindirizza dawn il-kwistjonijiet;

Kontrolli interni

19.  Jinnota li s-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni ħareġ rapport tal-awditjar dwar testijiet tal-istress fl-EIOPA, li wassal għal ħames rakkomandazzjonijiet għal titjib u l-implimentazzjoni ta' pjan ta' azzjoni;

20.  Jinnota li fl-2018, l-Awtorità użat 29 ħaddiem temporanju permezz ta' kuntratti ma' aġenziji tax-xogħol temporanju; ifakkar li skont id-Direttiva 2008/104/KE(17), dawk il-ħaddiema għandu jkollhom l-istess kundizzjonijiet tax-xogħol bħall-ħaddiema li jiġu impjegati direttament mill-Awtorità; jinnota bi tħassib li l-kuntratti ma kinux jirrikjedu li l-aġenziji tax-xogħol temporanju jirrispettaw dawk il-kundizzjonijiet tax-xogħol, u b'hekk dan ikkawża litigazzjoni u riskji għar-reputazzjoni; jistieden lill-Awtorità tanalizza l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema temporanji tagħha u tiżgura li jkunu jikkonformaw mal-liġijiet tax-xogħol tal-Unjoni u dawk nazzjonali;

Kummenti oħra

21.  Jinnota li huwa possibbli li, fil-ġejjieni, id-dħul tal-Awtorità jonqos bħala riżultat tad-deċiżjoni tar-Renju Unit li joħroġ mill-Unjoni Ewropea; jinnota li l-Awtorità ħarġet żewġ opinjonijiet lill-assiguraturi u lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali dwar passi li għandhom jittieħdu biex jiġu evitati interruzzjonijiet fis-servizz u biex jitnaqqas ir-riskju;

22.  Jissottolinja r-responsabbiltà li għandha s-sistema finanzjarja biex tissodisfa l-isfidi relatati mas-sostenibbiltà u tiżgura li l-Unjoni tissodisfa l-obbligi meħuda fil-qafas tal-Ftehim ta' Pariġi skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima; jenfasizza r-rwol kruċjali tal-Awtorità fl-integrazzjoni ta' fatturi relatati mal-ambjent u l-governanza u dawk soċjali fil-qafas regolatorju u superviżorju u fil-mobilizzazzjoni u l-iggwidar tal-flussi kapitali privati lejn investimenti sostenibbli; għaldaqstant jisħaq fuq il-ħtieġa li jkun hemm biżżejjed riżorsi biex tiġi mmonitorjata l-implimentazzjoni ta' dak il-qafas mill-istituzzjonijiet finanzjarji u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali;

23.  Jistieden lill-Awtorità titfa’ l-attenzjoni tagħha fuq it-tixrid tar-riżultati tar-riċerka tagħha mal-pubbliku, u tikkomunika mal-pubbliku permezz tal-midja soċjali u mezzi oħra tal-midja;

o
o   o

24.  Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta' natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Mejju 2020(18) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 417, 11.12.2019, p. 1.
(2) ĠU C 417, 11.12.2019, p. 34.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(5) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(7) ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.
(8) ĠU C 417, 11.12.2019, p. 1.
(9) ĠU C 417, 11.12.2019, p. 34.
(10) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(11) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(12) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48.
(13) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(14) ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.
(15) ĠU C 108, 22.3.2018, p. 149.
(16) ĠU C 108, 22.3.2018, p. 148.
(17) Id-Direttiva 2008/104/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar xogħol temporanju permezz ta' aġenzija (ĠU L 327, 5.12.2008, p. 9).
(18) Testi adottati, P9_TA-PROV(2020)0121.


Kwittanza 2018: Impriża Konġunta ECSEL
PDF 175kWORD 56k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Mejju 2020 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ECSEL għas-sena finanzjarja 2018 (2019/2106(DEC))
P9_TA-PROV(2020)0074A9-0045/2020

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta ECSEL għas-sena finanzjarja 2018,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-Impriżi Konġunti tal-UE għas-sena finanzjarja 2018, flimkien mar-risposti tal-Impriżi Konġunti(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2018, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2020 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2018 (05763/2019 – C9-0072/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 209 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 71 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 561/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta ECSEL(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6),

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/887 tat-13 ta' Marzu 2019 dwar il-mudell tar-regolament finanzjarju għall-korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmijin fl-Artikolu 71 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0045/2020),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ECSEL għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-impriża konġunta għas-sena finanzjarja 2018;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ECSEL, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Mejju 2020 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta ECSEL għas-sena finanzjarja 2018 (2019/2106(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta ECSEL għas-sena finanzjarja 2018,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-Impriżi Konġunti tal-UE għas-sena finanzjarja 2018, flimkien mar-risposti tal-Impriżi Konġunti(8)

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(9) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2018, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2020 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2018 (05763/2019 – C9-0072/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 209 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 71 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 561/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta ECSEL(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(13),

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/887 tat-13 ta' Marzu 2019 dwar il-mudell tar-regolament finanzjarju għall-korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmijin fl-Artikolu 71 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0045/2020),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta ECSEL għas-sena finanzjarja 2018;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ECSEL, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Mejju 2020 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ECSEL għas-sena finanzjarja 2018 (2019/2106(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ECSEL għas-sena finanzjarja 2018,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0045/2020),

A.  billi fis-7 ta' Ġunju 2014 l-Impriża Konġunta ECSEL dwar Komponenti u Sistemi Elettroniċi għal Tmexxija Ewropea (l-‘Impriża Konġunta’) ġiet stabbilita fis-sens tal-Artikolu 187 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea bl-għan li timplimenta l-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar "Komponenti u Sistemi Elettroniċi għal Tmexxija Ewropea" (‘ECSEL’) għal perjodu sal-31 ta' Diċembru 2024;

B.  billi l-Impriża Konġunta ġiet stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 561/2014(15) f'Ġunju 2014 biex tissostitwixxi u tieħu post l-Impriżi Konġunti ARTEMIS u ENIAC;

C.  billi l-membri tal-Impriża Konġunta huma l-Unjoni, l-Istati Membri u, fuq bażi volontarja, il-pajjiżi assoċjati (‘Stati Parteċipanti’) u l-assoċjazzjonijiet ta' membri privati (‘Membri Privati’) li jirrappreżentaw il-kumpaniji kostitwenti tagħhom u organizzazzjonijiet oħra li huma attivi fil-qasam tal-komponenti u s-sistemi elettroniċi fl-Unjoni;

D.  billi l-kontribuzzjonijiet lill-Impriża Konġunta previsti għall-perjodu kollu ta' Orizzont 2020 jammontaw għal EUR 1 184 874 000 mill-Unjoni, EUR 1 170 000 000 mill-Istati Parteċipanti u EUR 1 657 500 000 mill-Membri Privati;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota li r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti") dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2018 (ir-"rapport tal-Qorti") isib li l-kontijiet annwali huma ppreżentati b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, u li l-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta' Diċembru 2018 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha, il-flussi tal-flus tagħha u l-bidliet fl-assi netti tagħha għas-sena li kienet għadha kemm intemmet, huma konformi mar-regoli finanzjarji tagħha u mar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni;

2.  Jinnota li l-baġit finali tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2018 kien jinkludi approprjazzjonijiet ta' impenn ta' EUR 194 100 000 u approprjazzjonijiet ta' pagament ta' EUR 310 554 000; jinnota li r-rati ta' użu għall-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament kienu ta' 98 % u 65 % rispettivament;

3.  Jinnota li r-rapport tal-Qorti jiddikjara li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2018 huma, fl-aspetti materjali kollha, legali u regolari;

4.  Jinnota li fi tmiem l-2018, l-Unjoni kkontribwiet EUR 637 600 000 mill-fond tas-Seba' Programm Kwadru għall-kofinanzjament tal-attivitajiet konġunti, u EUR 17 900 000 aktar għall-kofinanzjament tal-ispejjeż amministrattivi relatati; jinnota li l-impenn akkumulat għall-attivitajiet operattivi tas-Seba' Programm Kwadru ammonta għal EUR 606 000 000, u li l-pagamenti relatati akkumulati kienu EUR 529 000 000; jinnota li fl-2018, ir-rata ta' implimentazzjoni għall-approprjazzjonijiet ta' pagament disponibbli ta' EUR 98 000 000 għall-proġetti tas-Seba' Programm Kwadru ta' 42 % kienet waħda baxxa, u dan kien dovut prinċipalment għad-dewmien min-naħa tal-awtoritajiet ta' finanzjament nazzjonali biex jipprovdu ċ-ċertifikati tat-tmiem tal-proġetti għall-attivitajiet li kienu għaddejjin tas-Seba' Programm Kwadru;

5.  Josserva li l-pagamenti li saru mill-Impriża Konġunta għall-proġetti tas-Seba' Programm Kwadru ammontaw għal EUR 41 000 000, liema ammont jirrappreżenta 22 % tal-pagamenti operattivi totali li saru fl-2018; jinnota, barra minn hekk, li r-rata tal-iżball residwu fi tmiem is-sena kienet ta' 3,36 %;

6.  Jinnota li għall-pagamenti operattivi tas-Seba' Programm Kwadru, l-Impriża Konġunta għadha dipendenti fuq l-awtoritajiet ta' finanzjament nazzjonali tal-Istati Membri parteċipanti, u dan jirriżulta f'riskju akbar fir-rigward tat-tempestività tal-pagamenti finali;

7.  Jinnota bi tħassib li fl-2018 l-Istati Parteċipanti, li huma meħtieġa jikkontribwixxu mill-inqas EUR 1 170 000 000 għall-attivitajiet operattivi ta' Orizzont 2020 tal-Impriża Konġunta, għamlu impenji li jammontaw għal EUR 564 000 000 u pagamenti ta' EUR 178 000 000, li jirrappreżentaw 15 % tal-kontribuzzjonijiet totali meħtieġa; jinnota li l-livell baxx ta' kontribuzzjonijiet tal-Istati Parteċipanti huwa relatat mal-fatt li xi Stati Parteċipanti jirrikonoxxu u jirrappurtaw biss l-ispejjeż tagħhom lill-Impriża Konġunta fi tmiem il-proġetti Orizzont 2020 li huma jappoġġaw; jinnota li r-rata ta' implimentazzjoni tal-baġit disponibbli għal Orizzont 2020 kienet ta' 100 % għall-approprjazzjonijiet ta' impenn u 72 % għall-approprjazzjonijiet ta' pagament, u li r-rata ta' approprjazzjonijiet ta' pagament irriżultat f'ammont aktar baxx minħabba l-kontribuzzjoni addizzjonali ta' EUR 20 000 000 li waslet f'Diċembru 2018;

8.  Jinnota li mill-kontribuzzjonijiet ta' EUR 1 657 500 000 li kellhom isiru mill-membri tal-industrija għall-attivitajiet tal-Impriża Konġunta, fi tmiem l-2018, l-Impriża Konġunta stmat li l-membri kienu għamlu kontribuzzjonijiet in natura li ammontaw għal EUR 705 400 000, meta mqabbla mal-kontribuzzjoni fi flus tal-Unjoni ta' EUR 512 000 000; jinnota, barra minn hekk, li l-kontribuzzjonijiet fi flus tal-membri tal-industrija ammontaw għal EUR 11 300 000 u li l-kontribuzzjonijiet in natura tagħhom li ġew irrappurtati iżda mhux ivvalidati ammontaw għal EUR 694 100 000;

Prestazzjoni

9.  Jinnota l-użu ta' indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni għall-kejl tal-prestazzjoni operattiva u tal-programmi, u li l-Impriża Konġunta qed taħdem mal-Impriżi Konġunti l-oħra u mal-partijiet ikkonċernati tagħha biex tiddefinixxi indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni u metodoloġiji komuni tal-impatt biex tivvaluta dawk l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni;

10.  Josserva li l-proporzjon tal-ispiża tal-ġestjoni (baġit amministrattiv/operattiv) għadu taħt il-5 %, u dan jindika struttura organizzattiva pjuttost flessibbli u effiċjenti tal-Impriża Konġunta;

11.  Jilqa' l-fatt li t-total ta' ingranaġġ miksub fl-2018 għall-programm tal-Impriża Konġunta, ikkalkulat bħala l-ispiża ta' Orizzont 2020 tnaqqas minnu l-finanzjament tal-Unjoni diviż bil-finanzjament tal-Unjoni, huwa ugwali għal 3, u dan jaqbeż l-effett ta' ingranaġġ fil-mira għall-perjodu kollu bejn l-2014 u l-2020; jinnota, barra minn hekk, li l-ingranaġġ totali miksub huwa 3,3 jekk l-ispiża nazzjonali tittieħed bħala bażi;

12.  Jinnota li l-Impriża Konġunta għamlet sforzi biex tikkonsolida u tiżviluppa l-attivitajiet tagħha biex tippermetti t-tmexxija mingħajr xkiel u effiċjenti tal-Impriża Konġunta; josserva li fl-2018 tnedew erba' sejħiet għal proposti, li rriżultaw fl-għażla ta' 13-il proġett kollaborattiv u 2 azzjonijiet ta' koordinazzjoni u appoġġ;

13.  Jinnota li l-Impriża Konġunta nediet żewġ sejħiet għal proposti; għalkemm l-għadd ta' proposti naqas għar-raba' sena konsekuttiva, l-għadd ta' proposti magħżula huwa l-istess bħal fl-2017;

14.  Jinnota li l-komunikazzjoni effettiva hija komponent essenzjali tal-proġetti ta' suċċess iffinanzjati mill-Unjoni; iqis li huwa importanti li tiżdied il-viżibilità tal-kisbiet tal-Impriża Konġunta u li tinxtered l-informazzjoni dwar il-valur miżjud tagħha; jistieden lill-Impriża Konġunta taħdem favur politika ta' komunikazzjoni proattiva billi xxerred ir-riżultati tar-riċerka tagħha fost il-pubbliku, pereżempju permezz tal-midja soċjali jew ta' mezzi oħra tal-midja, u b'hekk tissensibilizza lill-pubbliku dwar l-impatt tal-appoġġ tal-Unjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-adozzjoni mis-suq;

Persunal

15.  Jinnota li minn 31 post awtorizzat fit-tabella tal-persunal, 30 imtlew fl-2018: 14 minn aġenti temporanji u 16 minn aġenti kuntrattwali; jinnota wkoll li, fl-2018, il-postijiet ta' żewġ kapijiet ta' amministrazzjoni, uffiċjal kap finanzjarju wieħed u uffiċjal ta' programm wieħed kienu okkupati;

16.  Jinnota l-informazzjoni fir-rapport annwali tal-attività 2018 tal-Impriża Konġunta rigward il-bilanċ bejn is-sessi fil-proġetti ECSEL, li tindika li l-għadd totali ta' nisa involuti fi proġetti ECSEL li kienu għaddejjin fl-2018 u l-proġetti rrapportati dik is-sena (li kienu għaddejjin mill-2014, l-2015 u l-2016) kien ta' 3 336 (jew 18 %), meta mqabbel ma' total ta' 14 820 raġel (jew 82 %); jinnota li mhux il-membri tal-persunal kollha tal-impriżi benefiċjarji involuti fi proġetti ECSEL iwettqu attivitajiet ta' riċerka u li 16 % biss mill-membri tal-persunal tar-riċerka huma nisa;

Akkwist

17.  Jinnota bi tħassib kbir li l-Qorti sabet nuqqasijiet sinifikanti fil-ġestjoni tal-proċeduri ta' akkwist għal servizzi amministrattivi; jinnota mir-risposti tal-Impriża Konġunta li ġie nnominat assistent għall-baġit, l-akkwist u l-kuntratti biex jindirizza din il-kwistjoni;

Kontrolli interni

18.  Jilqa' l-fatt li l-Impriża Konġunta ħadet passi biex tivvaluta l-implimentazzjoni tal-awditi ex post imwettqa mill-Awtoritajiet ta' Finanzjament Nazzjonali u kisbet stqarrijiet bil-miktub mill-Awtoritajiet ta' Finanzjament Nazzjonali li jiddikkjaraw li l-implimentazzjoni tal-proċeduri nazzjonali tagħhom tipprovdi aċċertament raġonevoli dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet; jinnota li r-rapport tal-Qorti jirreferi għall-fatt li għall-pagamenti ta' Orizzont 2020 is-servizz tal-awditjar komuni tal-Kummissjoni huwa responsabbli għall-awditi ex post, u li r-rati tal-iżball residwu kkalkulati mill-Impriża Konġunta fi tmiem l-2018 kienu jammontaw għal 1,15 %;

19.  Jinnota li l-kwistjoni dwar il-varjazzjoni fil-metodoloġiji u l-proċeduri użati mill-Awtoritajiet ta' Finanzjament Nazzjonali ma għadhiex rilevanti għall-implimentazzjoni tal-proġetti taħt il-programm Orizzont 2020, peress li l-awditi ex post jitwettqu mill-Impriża Konġunta jew mill-Kummissjoni; jinnota li f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-pjan komuni ta' awditjar ex post għal Orizzont 2020, l-Impriża Konġunta rċeviet 22 dikjarazzjoni minn 27 mingħand l-Awtoritajiet ta' Finanzjament Nazzjonali, u jirrikonoxxi li dawn jipprovdu protezzjoni raġonevoli tal-interessi finanzjarji tal-membri tagħha;

20.  Josserva li l-Kummissjoni wettqet l-evalwazzjoni finali tagħha dwar l-Impriżi Konġunti ARTEMIS u ENIAC għall-perjodu mill-2008 sal-2013, flimkien mal-evalwazzjoni interim tagħha dwar l-Impriża Konġunta li topera taħt Orizzont 2020 u li tkopri l-perjodu mill-2014 sal-2016; jinnota li l-Impriża Konġunta ħejjiet u adottat pjan ta' azzjoni biex tindirizza r-rakkomandazzjonijiet ta' dawn l-evalwazzjonijiet u li diġà nbdew xi attivitajiet; madankollu, il-maġġoranza tal-attivitajiet għad iridu jiġu implimentati fl-2019, filwaqt li xi wħud minnhom ġew ikkunsidrati lil hinn mill-ambitu tal-Impriża Konġunta;

21.  Jinnota li l-pagament finali għall-implimentazzjoni tal-ftehim dwar il-livell ta' servizz konkluż ma'membru tal-industrija għall-provvista ta' servizzi ta' komunikazzjoni u għall-organizzazzjoni ta' avvenimenti, sar mingħajr id-dokumenti ta' sostenn meħtieġa;

22.  Jitlob lill-Qorti tivvaluta s-solidità u l-affidabbiltà tal-metodoloġija għall-kalkolu u l-ivvalutar tal-kontribuzzjonijiet in natura u jissuġġerixxi li l-valutazzjoni tevalwa d-disinn u r-robustezza tal-gwida għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta' kontribuzzjoni in natura sabiex tassisti fil-proċess ta' ppjanar, rapportar u ċertifikazzjoni tal-kontribuzzjonijiet in natura;

23.  Jinnota bi tħassib li l-Impriża Konġunta sabet li kontribuzzjonijiet fi flus għall-ispejjeż amministrattivi li jammontaw għal aktar minn EUR 1 000 000 ma ġewx fatturati minn ENIAC lill-membru tal-industrija AENEAS qabel ma twaqqfet l-Impriża Konġunta; sabiex tissolva din il-problema, l-Impriża Konġunta rċeviet EUR 1 000 000 mill-membri tagħha bħala "kontribuzzjoni fi flus imħallsa minn qabel"; jistieden lill-Impriża Konġunta toħroġ in-nota ta' debitu mingħajr dewmien;

Awditu intern

24.  Jinnota li fl-2018 is-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni wettaq valutazzjoni tar-riskju; jinnota li l-IAS segwa r-rakkomandazzjonijiet tal-awditjar proprja dwar il-proċess tal-għotjiet ta' Orizzont 2020 u l-prestazzjoni relattiva fl-Impriża Konġunta; jirrikonoxxi l-fatt li l-IAS ikkonkluda li r-rakkomandazzjonijiet kollha ġew implimentati b'mod adegwat;

Ġestjoni tar-riżorsi umani

25.  Jinnota li fil-31 ta' Diċembru 2018, l-Impriża Konġunta kienet timpjega 30 membru tal-persunal; jinnota li matul l-2018 l-Impriża Konġunta mliet żewġ pożizzjonijiet, waħda ta' kap tal-amministrazzjoni u l-finanzi u l-oħra ta' uffiċjal ta' programm, u rreklamat post għall-pożizzjoni ta' espert nazzjonali ssekondat;

26.  Jinnota l-fatt li, bil-ħsieb li l-istruttura tal-organizzazzjoni tiġi adattata għall-prijoritajiet u l-ħtiġijiet ta' għarfien espert, l-organigramma tal-Impriża Konġunta ġiet aġġornata fis-6 ta' Awwissu 2018; jinnota li f'Jannar 2018 il-Bord ta' Tmexxija vvalida sett ġdid ta' ħames regoli ta' implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Persunal.

(1) ĠU C 426, 18.12.2019, p. 1.
(2) ĠU C 426, 18.12.2019, p. 24.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(5) ĠU L 169, 7.6.2014, p. 152.
(6) ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.
(7) ĠU L 142, 29.5.2019, p. 16.
(8) ĠU C 426, 18.12.2019, p. 1.
(9) ĠU C  426, 18.12.2019, p. 24.
(10) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(11) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(12) ĠU L 169, 7.6.2014, p. 152.
(13) ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.
(14) ĠU L 142, 29.5.2019, p. 16.
(15) ĠU L 169, 7.6.2014, p. 152.


Kwittanza 2018: L-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2
PDF 178kWORD 59k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Mejju 2020 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2 (IMI2) għas-sena finanzjarja 2018 (2019/2103(DEC))
P9_TA-PROV(2020)0075A9-0046/2020

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2 għas-sena finanzjarja 2018,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-impriżi konġunti tal-UE għas-sena finanzjarja 2018, flimkien mar-risposti tal-impriżi konġunti(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2), dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2018 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2020 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2018 (05763/2020 – C9-0069/2020),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 209 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 71 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 557/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6),

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/887 tat-13 ta' Marzu 2019 dwar il-mudell tar-regolament finanzjarju għall-korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmijin fl-Artikolu 71 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0046/2020),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2 għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2018;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Mejju 2020 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2 għas-sena finanzjarja 2018 (2019/2103(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2 għas-sena finanzjarja 2018,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-impriżi konġunti tal-UE għas-sena finanzjarja 2018, flimkien mar-risposti tal-impriżi konġunti(8),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(9), dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2018 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2020 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2018 (05763/2020 – C9-0069/2020),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 209 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 71 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 557/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(13),

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/887 tat-13 ta' Marzu 2019 dwar il-mudell tar-regolament finanzjarju għall-korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmijin fl-Artikolu 71 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0046/2020),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2 għas-sena finanzjarja 2018;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Mejju 2020 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2 għas-sena finanzjarja 2018 (2019/2103(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2 għas-sena finanzjarja2018,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0046/2020),

A.  billi l-Impriża Konġunta għall-implimentazzjoni tal-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi ("Impriża Konġunta IMI") twaqqfet f'Diċembru 2007 għal perjodu ta' 10 snin bil-għan li ttejjeb b'mod sinifikanti l-effiċjenza u l-effikaċja tal-proċess ta' żvilupp tal-mediċini, bil-mira fit-tul tas-settur farmaċewtiku li jipproduċi mediċini innovattivi aktar effikaċi u sikuri;

B.  billi, wara l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 557/2014(15) f'Mejju 2014, l-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2 ("Impriża Konġunta IMI2") ġiet stabbilita għall-perjodu sal-31 ta' Diċembru 2024; billi din tieħu post u ssegwi l-Impriża Konġunta IMI f'Ġunju 2014 bil-għan li tiffinalizza l-attivitajiet ta' riċerka taħt is-Seba' Programm Kwadru u tvara proġett ġdid fil-qafas ta' Orizzont 2020;

C.  billi l-Unjoni, irrappreżentata mill-Kummissjoni, u l-Federazzjoni Ewropea tal-Industriji u l-Assoċjazzjonijiet Farmaċewtiċi huma l-membri fundaturi tal-Impriża Konġunta IMI u tal-Impriża Konġunta IMI2;

D.  billi l-ikbar kontribuzzjoni mill-Unjoni lill-Impriża Konġunta IMI hija ta' EUR 1 000 000 000 għall-perjodu ta' 10 snin, li għandha titħallas mill-baġit tas-Seba' Programm Kwadru, filwaqt li l-membri fundaturi għandhom jikkontribwixxu b'mod ugwali għall-ispejjeż ta' funzjonament, kull wieħed minnhom b'ammont li ma jaqbiżx l-4 % tal-kontribuzzjoni totali tal-Unjoni;

E.  billi l-ikbar kontribuzzjoni, għall-perjodu ta' 10 snin, mill-Unjoni lill-Impriża Konġunta IMI2 hija ta' EUR 1 638 000 000, li trid titħallas mill-baġit ta' Orizzont 2020, u l-membri, għajr il-Kummissjoni, iridu jikkontribwixxu 50 % tal-ispejjeż ta' funzjonament u għandhom jikkontribwixxu għall-ispejjeż operattivi permezz ta' kontribuzzjonijiet fi flus jew in natura, jew it-tnejn li huma, ugwali għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota li, r-rapporttal-Qorti Ewropea tal-Awdituri ("il-Qorti") dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta IMI2 għas-sena finanzjarja 2018 (ir-“rapport tal-Qorti”) isib li l-kontijiet annwali huma ppreżentati b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, fir-rigward tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Impriża Konġunta IMI2 fil-31 ta' Diċembru 2018 u -riżultati tal-operazzjonijiet tagħha, il-flussi tal-flus tagħha, u l-bidliet fl-assi netti tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont ir-regolament finanzjarju tagħha u r-regoli tal-kontabilità adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni;

2.  Jinnota l-opinjoni tal-Qorti dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta IMI2 għas-sena 2018, li kkonkludiet li dawn it-tranżazzjonijiet huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha;

3.  Jinnota li l-baġit finali tal-2018 kien ta' EUR 275 600 000 f'approprjazzjonijiet ta' impenn (EUR 187 900 000 fl-2017) u ta' EUR 235 900 000 f'approprjazzjonijiet ta' pagament (EUR 206 400 000 fl-2017); inklużi approprjazzjonijiet mhux użati mis-snin ta' qabel u dħul assenjat, il-baġit ta' impenn totali disponibbli kien ta' EUR 485 596 000 (EUR 322 400 000 fl-2017) u l-baġit ta' pagament disponibbli kien ta' EUR 235 963 021 (EUR 206 400 000 fl-2017);

4.  Jinnota li mill-EUR 1 000 000 000 f'kontribuzzjonijiet li għandhom isiru mill-membri tal-industrija għall-attivitajiet tal-Impriża Konġunta IMI, sa tmiem l-2018 l-Impriża Konġunta IMI2 kienet ivvalidat kontribuzzjonijiet in natura u fi flus li jammontaw għal EUR 655 200 000, b'mod aktar preċiż EUR 633 300 000 in natura u EUR 21 900 000 fi flus; jirrimarka li ammont ulterjuri ta' EUR 80 600 000 f'kontribuzzjonijiet in natura mingħajr validazzjoni kien ġie rrappurtat mill-membri lill-Impriża Konġunta IMI2; jissottolinja l-fatt li konsegwentement, fi tmiem l-2018, il-kontribuzzjonijiet in natura u fi flus mill-membri tal-industrija ammontaw għal EUR 735 800 000, imqabbla mal-kontribuzzjonijiet fi flus mill-Unjoni għall-attivitajiet tal-Impriża Konġunta IMI2, imwettqa taħt is-Seba' Programm Kwadru, li ammontaw għal EUR 916 000 000;

5.  Jinnota b'sodisfazzjon li fl-2018 ir-rati ta' użu tal-Impriża Konġunta IMI għal approprjazzjonijiet ta' pagament għall-proġetti tas-Seba' Programm Kwadru kienu ta' 88 %, titjib mill-perjodu preċedenti meta r-rati ta' użu baqgħu taħt il-75 % għal erba' snin konsekuttivi; jinnota wkoll li r-rata ta' implimentazzjoni għall-approprjazzjonijiet ta' pagament taħt Orizzont 2020 kienet ta' 86 % u li fl-2018 l-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament għan-nefqa amministrattiva u operattiva kienet akbar minn tal-2017;

6.  Jinnota li mill-EUR 1 425 000 000 ta' kontribuzzjonijiet in natura u fi flus li għandhom isiru minn membri tal-industrija u sħab assoċjati mal-attivitajiet tal-Impriża Konġunta IMI 2, kontibuzzjonijiet in natura ta' EUR 130 500 000 kienu ġew validati mid-direttur eżekuttiv, u ammont ieħor ta' EUR 83 900 000 kien ġie rrappurtat sa tmiem l-2018; jinnota, barra minn hekk, li d-direttur eżekuttiv ivvalida l-kontribuzzjonijiet fi flus mill-membri tal-industrija għal ammont ta' EUR 13 500 000; jinnota, barra minn hekk, li fi tmiem l-2018, it-total tal-kontribuzzjonijiet mill-membri tal-industrija għall-attivitajiet tal-Impriża Konġunta IMI 2 taħt Orizzont 2020 konsegwentement ammontaw għal EUR 227 700 000, imqabbla mal-kontribuzzjonijiet fi flus mill-Unjoni li ammontaw għal EUR 241 900 000;

7.  Jinnota li, fl-2018, tliet emendi baġitarji ġew adottati mill-bord tat-tmexxija tal-Impriża Konġunta IMI 2; 

   (a) fit-12 ta' Ġunju 2018, biex jinkludi l-ammonti riportati (EUR 209 698 405 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u EUR 56 133 212 f'approprjazzjonijiet ta' pagament) mis-sena ta' qabel;
   (b) fit-13 ta' Lulju 2018, biex jinkludi r-riporti addizzjonali (EUR 25 669 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u EUR 25 669 f'approprjazzjonijiet ta' pagament) mis-sena ta' qabel, li jikkorrispondu speċifikament għall-ammonti tal-Impriża Konġunta IMI miġbura mingħand il-benefiċjarji fl-2017 u riportati għall-baġit tal-2018; u
   (c) fil-5 ta' Diċembru 2018, biex inaqqas l-approprjazzjonijiet ta' pagament operattivi b'EUR 36 332 261 b'riżultat tat-tnaqqis tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-ispejjeż operattivi (EUR 34 978 261) u l-posponiment għall-2019 tal-kontribuzzjoni tal-Impriża Konġunta IMI 2 (Bill u Melinda Gates Foundation) għall-ispejjeż operattivi (EUR 1 354 000) riportati għas-sena ta' wara;

8.  Jinnota li, fi tmiem l-2018, l-istima tal-approprjazzjonijiet ta' pagament mhux użati għall-infiq operattiv u amministrattiv approvati mill-bord tat-tmexxija tal-Impriża Konġunta IMI 2 u riportati għall-2019 ammontaw għal EUR 30 943 429; jinnota bi tħassib l-osservazzjoni tal-Qorti li, filwaqt li s-sitwazzjoni tjiebet wara l-miżuri korrettivi meħuda mill-Impriża Konġunta IMI 2, għad hemm dgħufijiet rigward l-ippjanar u l-monitoraġġ tal-ħtieġa ta' approprjazzjonijiet ta' pagament ġodda;

Prestazzjoni

9.  Jinnota li l-2018 kienet l-ewwel sena li fiha l-Impriża Konġunta IMI 2 irrappurtat dwar l-indikaturi ta' prestazzjoni ewlenin fir-rapport annwali tal-attività tagħha għall-2018 (AAR); jilqa' l-fatt li dan il-pass wera li huwa għodda ta' monitoraġġ effikaċi li rriżultat fiż-żieda tal-livell ta' trasparenza rigward il-kisbiet tal-Impriża Konġunta IMI 2 u b'hekk attira l-interess tal-membri tas-soċjetà ċivili;

10.  Jinnota li, skont l-AAR, l-analiżi tad-data miġbura sal-31 ta' Diċembru 2018 turi li kważi l-oqsma prijoritarji rilevanti kollha fl-aġenda strateġika tar-riċerka tal-Impriża Konġunta IMI 2 huma indirizzati mill-proġetti tal-Impriża Konġunta IMI 2 (11 minn 12);

11.  Jilqa' l-fatt li l-Impriża Konġunta IMI 2 iffirmat total ta' 20 ftehim ta' għotja ġdid fl-2018, biex b'hekk il-portafoll sħiħ tal-proġetti tela' għal 119 (59 proġett tal-Impriża Konġunta IMI + 60 proġett tal-Impriża Konġunta IMI 2);

12.  Josserva li l-proporzjon tal-ispejjeż tal-ġestjoni (baġit amministrattiv/operattiv) baqa' taħt il-5 %, b'hekk jidher li hemm struttura organizzattiva pjuttost simplifikata u effiċjenti tal-Impriża Konġunta IMI 2;

13.  Jinnota li fl-2018 il-valur tal-effett ta' lieva tal-Impriża Konġunta IMI 2 kien ta' 0,99;

14.  Jinnota li komunikazzjoni effettiva hija komponent essenzjali fir-rigward ta' proġetti ffinanzjati mill-Unjoni li jirnexxu; iqis li huwa importanti li tiżdied il-viżibbiltà tal-kisbiet tal-Impriża Konġunta IMI 2 u li tinxtered informazzjoni dwar il-valur miżjud tagħhom; jistieden lill-Impriża Konġunta IMI 2 taħdem favur politika ta' komunikazzjoni proattiva billi xxerred ir-riżultati tar-riċerka tagħha fost il-pubbliku, pereżempju permezz tal-midja soċjali jew ta' mezzi oħra tal-midja, u b'hekk tissensibilizza lill-pubbliku dwar l-impatt tal-appoġġ tal-Unjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-adozzjoni mis-suq;

15.  Jilqa' l-varar b'suċċess tal-proġett EBOVAC3 fl-2018 li għandu l-għan li jwettaq provi kliniċi fit-tfal fi Sierra Leone u l-Guinea; jinnota, barra minn hekk, li l-proġett qed jimplimenta studju kliniku fil-fornituri tal-kura tas-saħħa fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo li qed jikkontribwixxi għall-ġlieda kontra l-marda; jinnota b'sodisfazzjon li t-tagħlimiet li ttieħdu mill-proġetti tal-Ebola+ tal-Impriża Konġunta IMI 2 jistgħu japplikaw għal mard infettiv emerġenti ieħor;

16.  Jitlob lill-Impriża Konġunta IMI 2 biex tikkunsidra li tirrevedi l-għadd ta' proġetti ffinanzjati fil-futur; jinnota wkoll li għadd iżgħar ta' proġetti akbar u ffinanzjati tajjeb jiċċaraw sew il-qasam tal-operat tal-Impriża Konġunta IMI2, u jagħmluha aktar faċli għall-pubbliku ġenerali biex jifhem il-benefiċċji tagħha;

Persunal u reklutaġġ

17.  Jinnota li, f'Diċembru 2018, l-għadd totali ta' postijiet tax-xogħol tal-persunal li mtlew fl-Impriża Konġunta IMI 2 kien ta' 48 (49 fl-2017);

18.  Jinnota li, fi tmiem l-2018, in-nazzjonalitajiet ta' 15-il Stat Membru kienu rappreżentati fl-Impriża Konġunta IMI2, sebgħa minnhom b'membru tal-persunal wieħed; jinnota li 73 % tat-48 membru tal-persunal kienu nisa u 27 % biss kienu rġiel;

19.  Jinnota bi tħassib is-sejba tal-Qorti li, fl-2018, ir-rata ta' tibdil fil-persunal tal-Impriża Konġunta IMI2 kienet għolja b'medja ta' 21 %, u partikolarment għolja għall-aġenti kuntrattwali b'medja ta' 60 %, u s-sitwazzjoni marret għall-agħar minħabba l-fatt li tmien persuni li kienu fuq liv minħabba mard fit-tul, li minnhom erbgħa kienu każijiet ġodda fl-2018, u għalhekk nofs il-persunal biss tal-Impriża Konġunta IMI 2 kien operattiv matul l-2018, li żied ir-riskju li l-objettivi operattivi tal-Impriża Konġunta IMI2 ma jinkisbux kif ippjanat; jinnota li, biex issolvi d-diffikultajiet tal-persunal, l-Impriża Konġunta IMI2 għamlet użu minn persunal interim, li rrappreżenta 9,8 % tal-persunal kollu tagħha fl-2018 u investiet riżorsi fiż-żamma tat-talenti tagħha permezz ta' attivitajiet ta' taħriġ u ta' benesseri minn naħa, u fil-kisba ta' persunal sħiħ min-naħa l-oħra; jesprimi tħassib dwar l-għadd ta' membri tal-persunal fuq liv minħabba mard fit-tul u jinsab imħasseb li xi wħud minn dawk il-każijiet jistgħu jkunu marbuta mal-eżawriment u nuqqas ta' bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata; jistieden lill-Impriża Konġunta IMI2 tkun proattiva fir-rigward tal-persunal ikkonċernat, tevalwa bir-reqqa l-ammont ta' xogħol tal-persunal u tiżgura distribuzzjoni bilanċjata tal-kompiti;

Awditu intern

20.  Jinnota li r-rapport tal-awditjar finali tas-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni dwar il-"Koordinazzjoni maċ-Ċentru ta' Appoġġ Komuni (CSC) u l-implimentazzjoni tal-għodod u s-servizzi fl-IMI JU" maħruġ f'Marzu 2018 ikkonkluda li l-Impriża Konġunta IMI2 implimentat proċessi ta' governanza, ġestjoni tar-riskju u kontrolli interni adegwati li b'mod effettiv u effiċjenti jappoġġaw l-attivitajiet ta' koordinazzjoni tagħha mas-CSC u l-implimentazzjoni tal-għodod u s-servizzi tas-CSC;

21.  Jinnota li l-awditu tal-IAS ma rriżulta fl-identifikazzjoni ta' ebda kwistjoni kritika jew importanti ħafna, u li nħarġu tliet rakkomandazzjonijiet "importanti"; jinnota li l-Impriża Konġunta IMI2 ħejjiet pjan ta' azzjoni li permezz tiegħu t-tliet rakkomandazzjonijiet wasslu għal ħames azzjonijiet, u erba' minn dawn l-azzjonijiet, li indirizzaw tnejn mir-rakkomandazzjonijiet, kienu implimentati sa tmiem l-2018;

Sistemi ta' kontroll intern

22.  Jinnota s-sejba tal-Qorti li l-Impriża Konġunta IMI2 stabbiliet proċeduri ta' kontroll ex ante affidabbli, li huma bbażati fuq eżamijiet dokumentarji finanzjarji u operattivi, b'mod partikolari, għall-pagamenti interim u finali tas-Seba' Programm Kwadru; josserva li l-Impriża Konġunta IMI2 twettaq awditi ex post fis-sede tal-benefiċjarji, filwaqt li għad-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż tal-proġett Orizzont 2020, l-IAS huwa responsabbli għall-awditi ex post; jinnota li r-rati ta' żbalji residwi għall-awditi ex post li ġew irrappurtati mill-Impriża Konġunta IMI2 fi tmiem l-2018 kienu ta' 0,87 % għas-Seba' Programm Kwadru u 0,67 % għal Orizzont 2020;

23.  Jinnota li, f'Diċembru 2017, il-bord tat-tmexxija tal-Impriża Konġunta IMI2 adotta l-qafas ta' kontroll intern tal-IMI2, li huwa allinjat mal-qafas ta' kontroll tal-Kummissjoni; jinnota li, fl-2018, il-pjan ta' kontroll intern tal-Impriża Konġunta IMI2 iffoka fuq l-implimentazzjoni tal-prinċipji l-ġodda tal-qafas ta' kontroll intern u fuq ir-reviżjoni, u fuq l-iżvilupp tal-istruttura tal-ambjent ta' kontroll intern; jinnota li ġiet adottata gwida operattiva ġdida għall-implimentazzjoni u l-kejl tal-effikaċja tas-sistema ta' kontroll;

24.  Jinnota li d-Direttorat Ġenerali għall-Baġit tal-Kummissjoni (DĠ BUDG) wettaq l-evalwazzjoni annwali tiegħu tas-sistemi finanzjarji lokali stabbiliti fl-Impriża Konġunta IMI2, u eżamina l-informazzjoni dwar il-bidliet fis-sistemi lokali u fl-ambjent ta' kontroll, evalwa n-nuqqasijiet tal-kontroll intern identifikati mill-awditi u l-kontrolli superviżorji, u vverifika kampjun ta' tranżazzjonijiet għall-operazzjonijiet; jinnota li fit-13 ta' Diċembru 2018, id-DĠ BUDG ikkonkluda li s-sistemi ta' kontroll intern tal-Impriża Konġunta IMI2 kienu qed jaħdmu kif suppost; jinnota li l-Impriża Konġunta IMI2 lestiet l-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni li ġie approvat mill-uffiċjal tal-kontabbiltà fil-5 ta' Frar 2018, li s-sitwazzjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni ġiet ivvalutata mid-DĠ BUDG u li l-ħames rakkomandazzjonijiet kollha ngħalqu sat-28 ta' Jannar 2019;

25.  Jistieden lill-Qorti tivvaluta r-robustezza u l-affidabbiltà tal-metodoloġija għall-kalkolu u l-ivvalwar tal-kontribuzzjonijiet in natura, u l-valutazzjoni għandha tivvaluta t-tfassil u r-robustezza tal-gwida għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta' kontribuzzjoni in natura sabiex tassisti fil-proċess tal-ippjanar, tar-rappurtar u taċ-ċertifikazzjoni għall-kontribuzzjonijiet in natura.

(1) ĠU C 426, 18.12.2019, p. 1.
(2) ĠU C 426, 18.12.2019, p. 1.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(5) ĠU L 169, 7.6.2014, p. 54.
(6) ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.
(7) ĠU L 142, 29.5.2019, p. 16.
(8) ĠU C 426, 18.12.2019, p. 1.
(9) ĠU C 426, 18.12.2019, p. 1.
(10) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(11) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(12) ĠU L 169, 7.6.2014, p. 54.
(13) ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.
(14) ĠU L 142, 29.5.2019, p. 16.
(15) Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 557/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2 (ĠU L 169, 7. 6. 2014, p. 54).


Kwittanza 2018: l-Impriża Konġunta Shift2Rail
PDF 186kWORD 60k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Mejju 2020 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Shift2Rail għas-sena finanzjarja 2018 (2019/2105(DEC))
P9_TA-PROV(2020)0076A9-0055/2020

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta Shift2Rail għas-sena finanzjarja 2018,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-impriżi konġunti tal-UE għas-sena finanzjarja 2018, flimkien mar-risposti tal-impriżi konġunti(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2018 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2020 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2018 (05763/2019 – C9-0071/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 209 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 71 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 642/2014 tas-16 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Shift2Rail(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 2019/887 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 71 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0055/2020),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta Shift2Rail għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2018;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta Shift2Rail, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Mejju 2020 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta Shift2Rail għas-sena finanzjarja 2018 (2019/2105(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta Shift2Rail għas-sena finanzjarja 2018,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-Impriżi Konġunti tal-UE għas-sena finanzjarja 2018, flimkien mar-risposta tal-Impriża Konġunta(8),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(9) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2018 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2020 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2018 (05763/2019 – C9-0071/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 209 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 71 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 642/2014 tas-16 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Shift2Rail(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(13),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 2019/887 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 71 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0055/2020),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta Shift2Rail għas-sena finanzjarja 2018;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta Shift2Rail, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Mejju 2020 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Shift2Rail għas-sena finanzjarja 2018 (2019/2105(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Shift2Rail għas-sena finanzjarja 2018,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0055/2020),

A.  billi l-Impriża Konġunta Shift2Rail (l-"Impriża Konġunta") ġiet stabbilita f'Ġunju 2014 għal perjodu ta' 10 snin mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 642/2014(15);

B.  billi l-membri fundaturi huma l-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Kummissjoni, u s-sħab fl-industrija ferrovjarja (partijiet interessati ewlenin, inklużi l-manifatturi ta' tagħmir ferrovjarju, il-kumpaniji ferrovjarji, il-maniġers tal-infrastruttura u ċ-ċentri tar-riċerka) bil-possibbiltà li entitajiet oħra jistgħu jipparteċipaw fl-Impriża Konġunta bħala membri assoċjati;

C.  billi l-objettivi tal-Impriża Konġunta huma li tinkiseb Żona Ferrovjarja Unika Ewropea; li ttejjeb l-attraenza u l-kompetittività tas-sistema ferrovjarja Ewropea; li tiżgura bidla modali mit-trasport bit-triq; u li żżomm il-pożizzjoni ta' tmexxija li l-industrija ferrovjarja Ewropea tokkupa fis-suq globali;

D.  billi l-Impriża Konġunta bdiet taħdem b'mod awtonomu f'Mejju 2016;

Ġenerali

1.  Jinnota li r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti") dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2018 (ir-"rapport tal-Qorti") jikkonstata li l-kontijiet annwali huma ppreżentati b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, fir-rigward tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Impriża Konġunta fil-31 ta' Diċembru 2018 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha, il-flussi tal-flus tagħha u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li kienet għadha kemm intemmet, b'konformità mar-regolament finanzjarju tagħha u mar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni;

2.  Jirrikonoxxi li r-rapport tal-Qorti jiddikjara li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2018 huma, fl-aspetti materjali kollha, legali u regolari;

3.  Jinnota li l-kontribuzzjoni massima tal-Unjoni għall-attivitajiet tal-Impriża Konġunta hija ta' EUR 450 000 000, li għandha titħallas mill-programm Orizzont 2020; jinnota li l-membri tal-industrija tal-Impriża Konġunta għandhom jikkontribwixxu riżorsi ta' mill-inqas EUR 470 000 000, li jikkonsistu f'mill-inqas EUR 350 000 000 għall-kontribuzzjonijiet in natura u flus kontanti għall-attivitajiet operattivi u l-ispejjeż amministrattivi tal-Impriża Konġunta u mill-inqas EUR 120 000 000 għall-kontribuzzjonijiet in natura għall-attivitajiet addizzjonali tal-Impriża Konġunta;

4.  Jinnota li komunikazzjoni effettiva hija komponent essenzjali ta' proġetti ffinanzjati mill-Unjoni li jirnexxu; iqis li huwa importanti li tiżdied il-viżibilità tal-kisbiet tal-Impriża Konġunta u li tinxtered informazzjoni dwar il-valur miżjud tagħhom; jistieden lill-Impriża Konġunta taħdem favur politika ta' komunikazzjoni proattiva billi xxerred ir-riżultati tar-riċerka tagħha fost il-pubbliku, pereżempju permezz tal-midja soċjali jew ta' mezzi oħra tal-midja, u b'hekk tissensibilizza lill-pubbliku dwar l-impatt tal-appoġġ tal-Unjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-adozzjoni mis-suq.

5.  Jitlob lill-Qorti tivvaluta r-robustezza u l-affidabbiltà tal-metodoloġija għall-kalkolu u l-ivvalutar tal-kontribuzzjonijiet in natura. Il-valutazzjoni għandha tevalwa d-disinn u r-reżiljenza tal-gwida għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta' kontribuzzjoni in natura sabiex tassisti fil-proċess ta' ppjanar, rapportar u ċertifikazzjoni tal-kontribuzzjonijiet in natura;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

6.  Jinnota li l-baġit finali 2018 disponibbli għall-implimentazzjoni kien jinkludi approprjazzjonijiet ta' impenn ta' EUR 84 756 000 u approprjazzjonijiet ta' pagament ta' EUR 71 890 204; jenfasizza li r-rati ta' użu tal-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament kienu ta' 100 % u 82,3 % rispettivament li jirrappreżentaw livell baxx speċjalment għall-approprjazzjonijiet ta' pagament; jinnota li r-rata aktar baxxa milli mistennija tal-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament hija dovuta għal deċiżjoni legali pendenti dwar is-sħubija tal-Impriża Konġunta; jinnota li r-rata baxxa (63,4 %) ta' implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament fit-Titolu 2 (infiq amministrattiv, li jirrappreżenta 3 % tal-baġit tal-Impriża Konġunta) minħabba dewmien fil-fatturazzjoni mill-fornituri fi ħdan kuntratti qafas pluriennali; jinnota, barra minn hekk, li ħafna mill-pagamenti li saru mill-Impriża Konġunta fl-2018 kienu pagamenti interim għall-proġetti ta' Orizzont 2020 magħżula taħt is-sejħiet għal proposti tal-2015 u l-2016, kif ukoll pagamenti ta' prefinanzjament għal proġetti ta' Orizzont 2020 magħżula skont is-sejħiet għal proposti fl-2018;

7.  Josserva li mill-EUR 411 200 000 (inklużi EUR 158 900 000 bħala l-limitu massimu tal-kontribuzzjoni fi flus kontanti tal-Unjoni u l-kontribuzzjoni fi flus kontanti tal-membri industrijali għall-ispejjeż amministrattivi tal-Impriża Konġunta fl-ammont ta' EUR 6 500 000) sa tmiem l-2018, l-Impriża Konġunta kienet ħadet impenji ta' EUR 84 756 000 u pagamenti ta' EUR 59 155 000 għall-implimentazzjoni tal-ewwel mewġa ta' proġetti; dan juri li l-Impriża Konġunta attwalment iffirmat ftehimiet ta' għotja pluriennali interdipendenti u kuntratti għall-akkwist għall-implimentazzjoni ta' 39 % tal-programm ta' riċerka u innovazzjoni tal-Impriża Konġunta, f'konformità mal-programm ta' ħidma pluriennali tal-Impriża Konġunta;

8.  Jilqa' l-fatt li mill-kontribuzzjonijiet ta' EUR 350 000 000 li għandhom isiru mill-membri industrijali għall-attivitajiet operattivi u l-ispejjeż amministrattivi tal-Impriża Konġunta, sa tmiem l-2018, jiġifieri erba' xhur wara li l-Impriża Konġunta kienet nediet l-ewwel proġetti tagħha fl-ambitu tal-programm Orizzont 2020, il-membri industrijali kienu rrappurtaw kontribuzzjonijiet in natura ta' EUR 63 700 000 għall-attivitajiet operattivi, li minnhom EUR 21 700 000 kienu ġew iċċertifikati; barra minn hekk, jinnota li minn EUR 120 000 000 f'kontribuzzjonijiet li jridu jsiru mill-membri industrijali għal attivitajiet addizzjonali tal-Impriża Konġunta, il-membri industrijali kienu rrappurtaw kontribuzzjonijiet fi flus kontanti ta' EUR 6 500 000 għal attivitajiet oħra barra mill-pjan ta' ħidma tal-Impriża Konġunta;

9.  Josserva li sa tmiem l-2018, il-kontribuzzjonijiet totali mill-membri industrijali ammontaw għal EUR 252 300 000, meta mqabbla mal-kontribuzzjoni fi flus kontanti mill-Unjoni li ammontat għal EUR 158 900 000;

10.  Jinnota li, fl-2018, l-Impriża Konġunta ffirmat 17-il ftehim ta' għotja li rriżultaw mis-sejħiet għal proposti tal-2018, u li l-valur tal-attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni ta' dawk is-sejħiet għal proposti ammontaw għal EUR 152 600 000, li għandhom jiġu kofinanzjati mill-Impriża Konġunta sa massimu ta' EUR 77 300 000; jinnota li l-membri l-oħra qablu li jillimitaw it-talba tagħhom għal kofinanzjament għal rata ta' 44,44 % tal-ispejjeż totali tal-proġett, li hija l-aktar rata baxxa fil-Programm Qafas Orizzont 2020; jinnota b'dispjaċir li 76 intrapriża żgħar u medji (SMEs) biss ipparteċipaw fis-sejħa tal-2018 (120 fl-2017) u 40 SME (50 fl-2017) inżammu għal finanzjament (21,6 % tal-parteċipanti kollha miżmuma għal finanzjament);

Prestazzjoni

11.  Jinnota li t-tielet sett ta' indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni se jiġi żviluppat fuq il-bażi tal-ewwel riżultati ta' Orizzont 2020 minħabba n-natura tal-proġetti; barra minn hekk, jieħu nota li l-Impriża Konġunta kompliet l-iżvilupp ta' mudell ta' indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni biex tkejjel il-kontribuzzjoni tal-attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni għar-Regolament tagħha; jinnota li din il-ħidma għadha għaddejja u l-ewwel riżultati ġew ippreżentati lill-bord ta' tmexxija f'Diċembru 2018;

12.  Josserva li l-proporzjon tal-kost tal-ġestjoni (baġit amministrattiv u operattiv) jibqa' taħt il-5 %, u b'hekk jindika struttura organizzattiva pjuttost simplifikata u effiċjenti tal-Impriża Konġunta;

13.  Jieħu nota li l-Impriża Konġunta għenet biex jinħolqu kontinwità u viżjoni komuni għar-riċerka ferrovjarja fi ħdan il-komunità ferrovjarja; jinnota li, barra minn hekk, l-Impriża Konġunta għenet biex tinbena l-fiduċja bejn l-atturi li kieku ma jkollhomx l-opportunità li jaqsmu l-ideat u l-interessi komuni 'l barra minn sitwazzjoni kummerċjali; josserva li l-preżenza tal-operaturi ferrovjarji fl-Impriża Konġunta għandha tissaħħaħ maż-żmien;

14.  Jinnota li l-Impriża Konġunta jenħtieġ li tikkontribwixxi għall-indirizzar tal-isfidi ffaċċjati mis-settur ferrovjarju li jiffukaw fuq il-ħtiġijiet tas-sistema ferrovjarja u tal-utenti tagħha, inkluż fl-Istati Membri li ma għandhomx sistema ferrovjarja fit-territorju tagħhom; josserva li sabiex isir dan, l-Impriża Konġunta qed timplimenta l-Programm Shift2Rail, u l-attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni fis-settur ferrovjarju fl-Ewropa, permezz tal-kollaborazzjoni bejn il-partijiet interessati u l-Istati Membri; jinnota li għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-promozzjoni ta' miżuri konkreti għat-tneħħija tal-ostakli tekniċi li fadal għat-titjib tal-interoperabilità u għall-azzjonijiet li jappoġġjaw suq ferrovjarju tal-Unjoni aktar integrat, effiċjenti u sikur, bl-għan aħħari li tinkiseb iż-Żona Ferrovjarja Unika Ewropea;

15.  Jinnota li l-Impriża Konġunta nediet is-sejħa għal proposti tal-2018 għal għotjiet għall-membri tagħha, bħala skema ta' finanzjament ta' somma f'daqqa; madankollu, l-esperti finanzjarji involuti fil-fażi tal-evalwazzjoni tal-għotja żvelaw xi devjazzjonijiet rilevanti fil-proposti finanzjarji; l-Impriża Konġunta użat il-fażi ta' preparazzjoni tal-għotjiet biex tanalizza l-ispjegazzjonijiet tal-benefiċjarji għad-devjazzjonijiet u biex tikkoreġi s-somma f'daqqa jekk din tkun ġustifikata; jistieden lill-Impriża Konġunta tkompli ssaħħaħ id-data finanzjarja fil-bażi tad-data tal-benefiċjarji tagħha u tiżvela l-kummenti importanti tal-esperti finanzjarji fir-rapport ta' sinteżi tal-evalwazzjoni; jieħu nota tat-tweġiba tal-Impriża Konġunta li l-aspetti legali u finanzjarji kollha tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 7151(16) ġew segwiti b'mod strett, u li l-Uffiċjal Awtorizzanti żgura li l-kummenti kollha tal-esperti, tekniċi u finanzjarji, ittieħdu f'kunsiderazzjoni xierqa; barra minn hekk, filwaqt li titqies ir-rakkomandazzjoni tal-Qorti, il-proċess ġenerali ser ikompli jitjieb fis-sejħa għal proposti tal-2019;

16.  Jinnota li, skont ir-rapport ta' attività annwali tal-2018 tal-Impriża Konġunta, l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni li jirrigwardaw il-bilanċ bejn is-sessi għal dik is-sena juru perċentwal baxx ħafna ta' nisa - 15 % biss - fuq il-bord, filwaqt li kienu jirrappreżentaw 34 % tar-rappreżentanti tal-Impriża Konġunta u 40 % tal-Kumitat Xjentifiku;

Għażla u reklutaġġ tal-persunal

17.  Jinnota li fl-2018, l-Impriża Konġunta rreklutat żewġ esperti nazzjonali sekondati oħra skont it-Tabella tal-Persunal, u bil-qbil tal-awtorità tal-baġit, irreklutat it-tielet wieħed għal sekondar ta' sena sabiex jissostitwixxi Maniġer tal-Programm;

18.  Jinnota li fl-aħħar tas-sena 2018, il-persunal tal-Impriża Konġunta kien magħmul minn 22 membru mit-23 li kienu previsti fit-Tabella tal-Persunal;

Kontroll intern

19.  Jinnota li l-Impriża Konġunta stabbiliet proċeduri ta' kontroll ex ante affidabbli, ibbażati fuq ir-rieżamijiet dokumentarji finanzjarji u operattivi, u li s-Servizz tal-Awditjar Komuni tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (is-"servizz tal-awditjar komuni") huwa responsabbli għall-awditjar ex post tad-dikjarazzjonijiet ta' spiża ta' proġetti tal-Programm Orizzont 2020; jinnota, barra minn hekk, li s-sitwazzjoni fl-aħħar tal-2018 uriet li l-aktar standards importanti ta' kontroll intern kienu fil-biċċa l-kbira implimentati b'xi azzjonijiet li għad iridu jitlestew fl-2019, b'mod partikolari, ir-reviżjoni tal-mudell tal-indikatur ewlieni tal-prestazzjoni;

20.  Jieħu nota li r-rata ta' żball residwu għall-Programm Orizzont 2020 kienet taħt il-limitu ta' materjalità skont il-Qorti, li jammonta għal 0,97 %; iqis li fi tmiem l-2018, l-Impriża Konġunta setgħet tibbaża l-kalkolu tagħha tar-rata ta' żball fuq erba' rapporti ta' awditu ex post, waħda relatata mal-awditjar ibbażat fuq ir-riskju u tlieta relatati mal-kampjun rappreżentattiv tal-Impriża Konġunta;

21.  Jirrikonoxxi l-fatt li s-servizz tal-awditjar intern jiżvolġi r-rwol ta' awditur intern tal-Impriża Konġunta u li, f'dan ir-rigward, jirrapporta indirettament lill-bord ta' tmexxija u lid-direttur eżekuttiv; jinnota li l-ewwel missjoni ta' awditjar stabbiliet profil ta' riskju tal-Impriża Konġunta bil-għan li jiġi stabbilit pjan ta' awditjar intern triennali; josserva li l-pjan strateġiku ta' awditjar intern tas-servizz tal-awditjar intern 2017-2019 ġie ppreżentat f'Ġunju 2017; barra minn hekk, f'konformità ma' dan il-pjan ta' awditjar, fl-2018 is-servizz tal-awditjar intern wettaq rieżami limitat tal-implimentazzjoni tal-istandards ta' kontroll intern; josserva b'sodisfazzjon li mill-ħames rakkomandazzjonijiet lill-maniġment biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet identifikati li kienu għadhom ma ġewx implimentati b'mod sħiħ, waħda biss kien fadal li kienet tirrikjedi azzjonijiet ta' implimentazzjoni fl-2019;

22.  Jinnota b'dispjaċir li fi tmiem l-2017, l-għodod komuni tal-Kummissjoni għall-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-għotjiet fl-ambitu tal-Programm Orizzont 2020, kienu għadhom ma temmewx l-iżviluppi speċifiċi meħtieġa biex jiġu pproċessati l-kontribuzzjonijiet in natura tal-Impriża Konġunta; madankollu, jinnota li l-kontribuzzjonijiet in natura ġew ivvalidati mid-direttur eżekuttiv fl-2018;

23.  Josserva li twettqet l-evalwazzjoni interim tal-Kummissjoni dwar l-attivitajiet operattivi tal-Impriża Konġunta skont Orizzont 2020 li tkopri l-perjodu bejn l-2014 u l-2016; jinnota li tħejja pjan ta' azzjoni li ġie adottat mill-bord ta' tmexxija f'Ġunju 2018; iqis li mhux ir-rakkomandazzjonijiet kollha mqajma fl-evalwazzjoni interim se jiġu indirizzati taħt il-programm qafas finanzjarju attwali; madankollu, jinnota li xi azzjonijiet inklużi fil-pjan ta' azzjoni diġà nbdew, filwaqt li oħrajn huma mistennija li jiġu implimentati sal-2020;

Kwistjonijiet oħra

24.  Jinsisti dwar l-importanza tal-kooperazzjoni bejn l-Impriża Konġunta u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji (ERA); jinnota l-involviment tal-ERA fil-laqgħat tal-bord ta' tmexxija tal-Impriża Konġunta u fil-gruppi li abbozzaw il-pjan ta' azzjoni pluriennali; jinnota li l-Impriża Konġunta vvalutat it-talbiet għar-riċerka u l-innovazzjoni ġejjin mill-ERA sabiex jiġu evitati attivitajiet li jikkoinċidu ma' oħrajn u biex tiġi massimizzata l-effiċjenza tal-użu tal-finanzjament pubbliku;

25.  Jinnota li fl-2018 Membru Assoċjat wieħed sar sussidjarju kollu kemm hu ta' membru fundatur, b'riżultat ta' żieda fir-rappreżentanza tal-membru fundatur tal-bord ta' tmexxija; josserva li d-dispożizzjonijiet tal-qafas legali attwali tal-Impriża Konġunta ma jindirizzawx biżżejjed l-akkwisti korporattivi fost il-membri industrijali tal-Impriża Konġunta u l-implikazzjonijiet li jista' jkollhom fuq ir-rappreżentanza bbilanċjata tal-membri fil-bord ta' tmexxija; jieħu nota tat-tweġiba tal-Impriża Konġunta li l-qafas legali stabbilit fi ħdan l-Impriża Konġunta ma jippermettix żieda fl-influwenza ta' membru fundatur dwar il-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet u l-governanza ġenerali; jinnota li s-sejbiet tal-Qorti se jiġu kkunsidrati fi kwalunkwe emenda possibbli għar-regolament;

26.  Jinnota li l-evalwazzjoni interim tal-Impriża Konġunta tlestiet fil-perjodu ta' żmien stabbilit mill-qafas legali tagħha; jinnota b'dispjaċir li ma setax jipprovdi l-aħjar valur miżjud għall-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet tal-Impriża Konġunta f'dan l-istadju bikri tal-attivitajiet tagħha; jieħu nota tat-tweġiba tal-Impriża Konġunta li l-evalwazzjoni saret kmieni fil-ħajja tal-Impriża Konġunta iżda dan kien rekwiżit f'konformità mar-regolament tal-Impriża Konġunta u l-Programm Orizzont 2020 ġenerali;

27.  Josserva li r-rati tad-dawran tal-persunal għall-aħħar sentejn kienu kompletament ikkawżati mid-dawran tal-aġenti kuntrattwali; jilqa' l-passi li ħadet l-Impriża Konġunta biex tkampa ma' din is-sitwazzjoni; jinnota li l-Impriża Konġunta għamlet użu minn servizzi ta' persunal interim, li rrappreżentaw madwar 17 % tal-persunal totali tagħha; jieħu nota tat-tweġiba tal-Impriża Konġunta li r-raġunijiet ewlenin għal dan jirriżultaw mill-istruttura attwali tat-tabella tal-persunal, li ma tippermettix lill-Impriża Konġunta toffri l-istess kundizzjonijiet kuntrattwali favorevoli bħal dawk offruti minn korpi u istituzzjonijiet oħra; jinnota li ġew stabbiliti miżuri mhux vinkolanti sabiex jitnaqqsu l-livelli għoljin ta' dawran; jistieden lill-Kummissjoni tindirizza dan il-punt;.

Trasport u turiżmu

28.  Jenfasizza li l-objettivi tal-Impriża Konġunta huma li tikseb Żona Ferrovjarja Unika Ewropea u li ssaħħaħ l-attrattività u l-kompetittività tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni; jinnota li l-metodu ta' trasport bil-ferrovija ser ikun determinanti fl-azzjonijiet tal-Unjoni fil-futur għall-promozzjoni ta' bidla għall-mobilità b'emissjonijiet baxxi u l-indirizzar ta' esternalitajiet negattivi; jisħaq li l-Impriża Konġunta jeħtieġ li tingħata r-riżorsi finanzjarji, materjali u umani meħtieġa biex tilħaq dawn l-objettivi ewlenin u biex tikkontribwixxi għall-bidla modali reali;

29.  Jinnota li l-Impriża Konġunta hija sħubija pubblika-privata stabbilita fl-2014 fi ħdan il-Programm Qafas Orizzont 2020; jinnota li l-Programm Shift2Rail jiġi ffinanzjat b'mod konġunt permezz ta' kontribuzzjonijiet mill-Unjoni (permezz tal-baġit operattiv tal-Impriża Konġunta) u ta' kontribuzzjonijiet in natura minn membri oħra, jiġifieri tmien membri fundaturi (għajr l-UE) u 19-il membru assoċjat;

30.  Jinnota li matul l-2018, l-Impriża Konġunta għamlet progress biex tilħaq il-miri tagħha, twettaq l-implimentazzjoni tal-Programm Shift2Rail u tiżgura ġestjoni finanzjarja tajba li tkun effettiva u effiċjenti; jinnota li fl-2018 sar progress fl-attivitajiet tar-riċerka u tal-innovazzjoni mnedija fis-snin preċedenti u li issa jinsabu fit-triq it-tajba u fil-biċċa l-kbira qegħdin jipproċedu b'pass mgħaġġel; jinnota li fi tmiem is-sena bdiet mewġa ġdida ta' attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni (Sejħa 2018); jinnota li huwa stmat li n-nefqa totali tal-proġett tal-attivitajiet imwettqa fl-2018 se tammonta għal EUR 83 400 000;

31.  Jenfasizza l-ħtieġa ta' żieda fl-attraenza tal-ferrovija għall-operaturi tal-merkanzija u l-passiġġieri, sabiex tinkiseb bidla permanenti mit-triq għall-binarji, u jinnota li l-ħames snin li ġejjin se jkunu determinanti għas-suċċess tal-ferrovija, u li l-Impriża Konġunta għandha rwol ewlieni biex tagħmel il-ferrovija orħos, aktar effiċjenti u aktar attraenti;

32.  Jisħaq li d-devjaturi, jew id-devjaturi difettużi, waħedhom huma responsabbli għal 25 % sa 30 % tal-manutenzjoni kollha fuq in-netwerk ferrovjarju u huma responsabbli għal parti sinifikanti tal-kostijiet tal-infrastruttura; jilqa' l-isforzi tal-Impriża Konġunta biex iżżid l-affidabbiltà tas-sistema u tnaqqas il-kostijiet;

33.  Jilqa' l-objettivi tal-Impriża Konġunta li tnaqqas bin-nofs il-kostijiet taċ-ċiklu tal-ħajja tas-sistema ferrovjarja, li tirdoppja l-kapaċità u ttejjeb l-affidabbiltà u l-puntwalità b'50 %; jitlob li l-Impriża Konġunta jkollha għad-dispożizzjoni sħiħa tagħha r-riżorsi umani u finanzjarji meħtieġa biex jinkisbu dawn l-objettivi;

34.  Jilqa' l-isforzi tal-Impriża Konġunta biex tintroduċi l-"Automatic Train Operation" (ATO) fis-sistema ferrovjarja; iwissi li s-settur tat-trasport bit-triq għamel progress akbar permezz tal-awtomatizzazzjoni;

35.  Jilqa' d-deċiżjoni tal-Impriża Konġunta li tipproponi lill-bord ta' tmexxija tagħha, bħala parti mill-programm ta' ħidma annwali 2018, l-adozzjoni tal-għotja ta' somma f'daqqa u li sussegwentement ġiet implimentata permezz tal-iskema pilota ta' somma f'daqqa fi ħdan is-sejħa għal membri tas-sejħa 2018;

36.  Iqis li sabiex tiġi żgurata ċ-ċarezza legali tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet u ta' governanza ġenerali tal-Impriża Konġunta, huwa tal-akbar importanza li jiġu ċċarati d-dispożizzjonijiet tal-qafas legali tal-Impriża Konġunta rigward akkwisti korporattivi fost il-membri tagħha tal-industrija u l-konsegwenzi tagħhom għas-sħubija fil-bord governattiv; jistieden, għaldaqstant, lill-Kunsill jindirizza din il-kwistjoni possibbilment b'emendi għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 642/2014;

37.  Jinnota li fl-2018 l-Impriża Konġunta nediet 14-il awditu rappreżentattiv dwar il-popolazzjoni tagħha u awditu wieħed ibbażat fuq ir-riskju (flimkien ma' 15-il awditu rappreżentattiv u awditu wieħed ibbażat fuq ir-riskju mnedija fl-2017) li wassal biex il-kopertura diretta tal-awditi tal-Impriża Konġunta tammonta għal EUR 4 660 000; jinnota li r-rata ta' żball ġenerali identifikata, għat-tliet awditi rappreżentattivi u l-awditu bbażat fuq ir-riskju ffinalizzat sal-31 ta' Diċembru 2018, hija ta' 0,94 % b'medja sempliċi u ta' 1,19 % b'medja ponderata; jinnota li r-rati ta' żbalji l-oħra kollha (rappreżentattivi u residwi), minkejja li limitati fir-rigward tal-kopertura tagħhom, huma wkoll inqas mil-livell limitu fil-mira ta' 2 %;

38.  Jilqa' l-implimentazzjoni kontinwa tal-istrateġija kontra l-frodi 20172020 tal-Impriża Konġunta, li ma rriżultat f'ebda każ ta' "monitoraġġ mill-qrib minħabba valutazzjoni ta' riskju għoli ta' frodi" u f'ebda fajls li ntbagħtu lill-OLAF għal investigazzjoni;

(1) ĠU C 426, 18.12.2019, p. 1.
(2) ĠU C 426, 18.12.2019, p. 57.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(5) ĠU L 177, 17.6.2014, p. 9.
(6) ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.
(7) ĠU L 142, 29.5.2019, p. 16.
(8) ĠU C 426, 18.12.2019, p. 1.
(9) ĠU C  426, 18.12.2019, p. 57.
(10) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(11) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(12) ĠU L 177, 17.6.2014, p. 9.
(13) ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.
(14) ĠU L 142, 29.5.2019, p. 16.
(15) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 642/2014 tas-16 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Shift2Rail (ĠU L 177, 17.6.2014, p. 9).
(16) Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 7151 tal-27 ta' Ottubru 2017 dwar l-awtorizzazzjoni tal-użu ta' rimborż abbażi ta' somma f'daqqa għall-ispejjeż eliġibbli tal-azzjonijiet skont Orizzont 2020 il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni u skont il-Programm ta' Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (2014-2018)


Kwittanza 2018: L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent
PDF 173kWORD 55k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Mejju 2020 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2018 (2019/2070(DEC))
P9_TA-PROV(2020)0077A9-0064/2020

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2018,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2018, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2018 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2020 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2018 (05761/2020 – C9-0037/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 401/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u n-Netwerk Ewropew ta' Informazzjoni u Osservazzjoni tal-Ambjent(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0064/2020),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2018;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Mejju 2020 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2018 (2019/2070(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2018,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2018, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(8),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(9) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2018 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2020 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2018 (05761/2020 – C9-0037/2020),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 401/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u n-Netwerk Ewropew ta' Informazzjoni u Osservazzjoni tal-Ambjent(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(13), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0064/2020),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2018;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Mejju 2020 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2018 (2019/2070(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2018,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0064/2020),

A.  billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq(15) tagħha, il-baġit finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (l-"Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2018 kien jammonta għal EUR 65 800 176,52, u dan jirrappreżenta tnaqqis ta' 6,57 % meta mqabbel ma' dak għall-2017; billi l-baġit tal-Aġenzija ġej prinċipalment mill-baġit tal-Unjoni (65,45 %) u mill-kontribuzzjonijiet fil-qafas ta' ftehimiet speċifiċi, jiġifieri l-programm Copernicus u l-programm Ewropew dwar il-Bijomonitoraġġ Uman - HBM4EU (34,55 %);

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2018 (ir-"rapport tal-Qorti"), sostniet li għandha fil-pussess tagħha aċċertamenti raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2018 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 99,96 %, li meta paragunata mal-2017 tirrappreżenta tnaqqis żgħir ta' 0,01 %; jinnota li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 91,06 %, li tfisser żieda ta' 2,03 % meta paragunata mas-sena preċedenti;

Prestazzjoni

2.  Jilqa' favorevolment il-fatt li, skont l-Aġenzija, sar progress sostanzjali fil-kondiviżjoni tar-riżorsi dwar kompiti li fihom trikkib fost aġenziji oħrajn li għandhom attivitajiet simili; jinnota wkoll li l-Aġenzija kkondividiet sforzi ma' aġenziji oħra bbażati fuq ix-xjenza, dwar kwistjonijiet li jitrattaw is-saħħa tal-bniedem, fosthom l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi u l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; jilqa' favorevolment il-fatt li qed ikun hemm interess dejjem ikbar fl-informazzjoni u d-data tal-Aġenzija; huwa tal-fehma li t-tixrid ta' informazzjoni dwar l-ambjent għandha importanza ewlenija fid-dawl tal-politiki l-ġodda tal-Kummissjoni u l-perikli li jirriżultaw mit-tibdil fil-klima;

3.  Jinnota li l-Aġenzja laħqet l-objettivi tagħha għall-2018, kif imsemmi fil-Programm ta' Ħidma Annwali tal-Aġenzija u hija offriet aċċess għall-informazzjoni f'waqtha u rilevanti lill-dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fl-Ewropa u liċ-ċittadini tagħha; is-sit web tal-Aġenzija żied 500 000 utent (+17 %) fl-2018 biex issa laħaq total ta' 3,45 miljun utent, u rreġistra 10,7 miljun żjara fuq il-paġna tal-Aġenzija (+15 %);

4.  Iħeġġeġ lill-Aġenzija tkompli bid-diġitalizzazzjoni tas-servizzi tagħha;

5.  Ifakkar li l-Aġenzija tipprovdi informazzjoni tajba u indipendenti dwar l-ambjent; ifaħħar il-kwalità tar-riżultati tal-Aġenzija fl-2018, bħar-rapporti tagħha dwar il-kwalità tal-arja fl-Ewropa, dwar il-merkurju fl-ambjent Ewropew u dwar l-ekonomija ċirkolari; jissottolinja l-fatt li l-kisba ta' informazzjoni ċara u affidabbli dwar xi setturi tal-ekonomija tal-Unjoni tibqa' diffiċli, u dan jipprevjeni lill-Aġenzija milli twettaq analiżi komprensiva sħiħa tal-istat tal-ambjent tal-Unjoni;

6.  Jinnota r-rwol ewlieni mwettaq mill-Aġenzija biex twassal data ta' kwalità dwar l-istat tal-ambjent tagħna, fatt li għandu rilevanza dejjem ikbar fid-dawl tal-isfida enormi li l-Unjoni qed tiffaċċja biex tiġġieled il-kriżi tal-klima u l-bijodiversità, u r-rwol tagħha biex jinstabu r-risposti permezz tal-Patt Ekoloġiku Ewropew; jilqa' favorevolment il-fatt li l-fehma tal-Aġenzija qed tingħata widen fl-istituzzjonijiet u jirrakkomanda li l-kumitat xjentifiku tal-Aġenzija jkollu rwol ewlieni fl-għoti ta' konsulenza lill-Kummissjoni;

7.  Iħeġġeġ lill-Aġenzija biex flimkien ma' aġenziji rilevanti oħrajn tal-Unjoni taħdem lejn valutazzjoni aħjar tal-impatti ambjentali kaġun tal-attività tal-bniedem;

8.  Ifakkar li fl-2018, l-Aġenzija nediet il-ħidma tagħha dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u dwar is-simplifikazzjoni tar-rappurtar ambjentali;

9.  Jiddispjaċih li xi attivitajiet ma setgħux jitwettqu kompletament fl-2018 minħabba għadd ta' ċirkostanzi, fosthom riżorsi ta' IT u ta' persunal limitati; jinnota bi tħassib li l-bord ta' mmaniġġjar saħaq li l-kapaċità tal-Aġenzija li tkompli tirrispondi b'mod xieraq għall-iżviluppi tal-politika se tiddependi fuq żieda fir-riżorsi ewlenin allokati jew fuq l-għoti ta' prijorità ikbar lill-kompiti ċentrali kurrenti u/jew id-diskontinwità tagħhom;

10.  Jinnota l-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni tal-Aġenzija u tan-Netwerk Ewropew ta' Informazzjoni u Osservazzjoni tal-Ambjent (Eionet) li wettqet il-Kummissjoni;

11.  Jenfasizza li l-Aġenzija għandha għanijiet pan-Ewropej u għalhekk jeħtieġ li hija tikkoopera mill-qrib ma' pajjiżi terzi fl-Ewropa;

12.  Jinnota li l-eżitu tar-reviżjoni interna tal-funzjonament tal-bord ta’ mmaniġġjar u tal-bureau li saret fl-2018, se jiġi implimentat fl-2019; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lura lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-miżuri li ħadet f'dan ir-rigward;

Politika dwar il-persunal

13.  Jinnota li, fil-31 ta' Diċembru 2018, it-tabella tal-persunal kienet eżegwita fil-livell ta' 98,39 %, bil-ħatra ta' 3 uffiċjali u ta' 119-il aġent temporanju mill-124 post tax-xogħol awtorizzat skont il-baġit tal-Unjoni (meta mqabbel ma' 127 post awtorizzat fl-2017); jinnota li, barra minn hekk, fl-2018 kienu qed jaħdmu għall-Aġenzija 63 aġent kuntrattwali u 19-il espert nazzjonali sekondat;

14.  Jinnota l-iżbilanċ tal-ġeneru rrapportat għall-2018 b'rabta ma' karigi maniġerjali superjuri (seba' rġiel u żewġ nisa), iżda wkoll il-bilanċ pożittiv li nkiseb fil-Bord ta' Mmaniġġjar (15-il raġel u 17-il mara);

15.  Jinnota bi tħassib, mir-rapport tal-Qorti, li l-Aġenzija ma għandhiex politika aġġornata fir-rigward ta' postijiet tax-xogħol sensittivi; jinnota mir-risposta tal-Aġenzija, li l-Aġenzija wettqet inventarju tal-postijiet sensittivi tagħha fl-2009, u li bħalissa dan qiegħed jiġi rivedut biex jirrifletti t-tibdiliet li jirriżultaw mir-riorganizzazzjoni tal-Aġenzija li saret f'Settembru 2018; jistieden lill-Aġenzija sabiex minnufih tadotta u timplimenta dik il-politika dwar il-postijiet sensittivi;

16.  Jappoġġja s-suġġeriment tal-Qorti li l-avviżi ta' postijiet tax-xogħol battala jiġu ppubblikati wkoll fuq is-sit web tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal bil-għan li tippubbliċizzahom iktar; jifhem il-kwistjoni mqajma fir-risposta tal-Aġenzija dwar l-ispejjeż involuti fit-traduzzjoni ta' dawn il-pubblikazzjonijiet; jinnota li l-Aġenzija tippubblika l-avviżi ta' postijiet tax-xogħol battala fuq is-sit web tan-Netwerk tal-Aġenziji tal-UE u fuq il-midja soċjali bil-għan li tippubbliċizzahom iktar;

Akkwist

17.  Jiddeplora l-fatt li wara tterminat kuntratt ta' EUR 1,4 miljun għal raġunijiet ta' prestazzjoni mhux sodisfaċenti tal-kuntrattur, l-Aġenzija, ftit xhur wara, iffirmat kuntratt ġdid ta' EUR 2 miljuni "f'kaskata" għall-istess tip ta' servizz mal-istess kuntrattur, mingħajr ma inkludiet fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, elementi li jinnewtralizzaw ir-riskju li jitfaċċaw problemi simili taħt il-kuntratt il-ġdid; huwa tal-fehma li tali mġiba kontraenti tqajjem tħassib serju dwar il-ġestjoni finanzjarja soda tal-Aġenzija; jistieden lill-Aġenzija tagħti kuntratti biss f'każijiet fejn hu mistenni li jkun hemm prestazzjoni sodisfaċenti; u jitlob lill-Aġenzija tirrapporta lura lill-Qorti u lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-prestazzjoni tal-kuntrattur;

18.  Jinnota bi tħassib mir-rapport tal-Qorti li fir-rigward tal-forniment ta' servizzi ta' monitoraġġ lokali tal-art ta' Copernicus, l-Aġenzija kkonkludiet kuntratt għal servizzi għal ammont ogħla mil-limitu massimu tal-kuntratt qafas li jirregola, dan mingħajr ma fformalizzat il-kuntratt permezz ta' emenda kuntrattwali; jinnota mir-risposta tal-Aġenzija li hija tqis li din iż-żieda tal-limitu massimu tal-baġit saret bi qbil mal-gwida tal-Kummissjoni; madankollu, jitlob lill-Aġenzija ma tifformalizzax l-modifiki tal-kuntratt sakemm mhux f'konformità mad-dispożizzjonijiet dwar l-akkwist pubbliku;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

19.  Jirrikonoxxi l-miżuri eżistenti tal-Aġenzija u l-isforzi kontinwi tagħha biex tiżgura t-trasparenza, tipprevjeni u timmaniġġja l-kunflitti ta' interess, u tipprovdi protezzjoni għall-informaturi; iqajjem tħassib li l-Aġenzija ma ntroduċietx sistema ta' dikjarazzjonijiet ta' kunflitti ta' interess għall-esperti interni tagħha;

20.  Jisħaq li l-pubblikazzjoni tas-CVs u tad-dikjarazzjonijiet ta' interess tal-membri tal-Bord ta' Mmanniġġjar għandha tkun obbligatorja;

Kummenti oħra

21.  Jinnota l-isforzi tal-Aġenzija biex tipprovdi post tax-xogħol kosteffikaċi u favur l-ambjent u biex preferibbilment tnaqqas u tikkumpensa l-emissjonijiet ta' CO2 tagħha fl-oqsma tal-bini u l-ivvjaġġar;

22.  Jistieden lill-Aġenzija tiffoka fuq it-tixrid tar-riżultati tar-riċerka tagħha mal-pubbliku, u tikkomunika mal-pubbliku permezz tal-midja soċjali u ta' mezzi oħra tal-midja;

o
o   o

23.  Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta' natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Mejju 2020(16) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 417, 11.12.2019, p. 1.
(2) ĠU C 417, 11.12.2019, p. 34.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(5) ĠU L 126, 21.5.2009, p. 13.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(7) ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.
(8) ĠU C 417, 11.12.2019, p. 1.
(9) ĠU C 417, 11.12.2019, p. 34.
(10) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(11) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(12) ĠU L 126, 21.5.2009, p. 13.
(13) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(14) ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.
(15) ĠU C 416, 15.11.2018, p. 1.
(16) Testi adottati, P9_TA-PROV(2020)0121.


Kwittanza 2018: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji
PDF 180kWORD 56k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Mejju 2020 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji għas-sena finanzjarja 2018 (2019/2081(DEC))
P9_TA-PROV(2020)0078A9-0061/2020

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji għas-sena finanzjarja 2018,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2018, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2018 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2020 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2018 (05761/2020 – C9-0048/2020),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/796 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 881/2004(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 65 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0061/2020),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2018;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew ta-13 ta’ Mejju 2020 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji għas-sena finanzjarja 2018 (2019/2081(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji għas-sena finanzjarja 2018,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2018, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(8),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(9) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2018 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2020 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2018 (05761/2020 – C9-0048/2020),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/796 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 881/2004(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 65 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(13), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0061/2020),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji għas-sena finanzjarja 2018;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Mejju 2020 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji għas-sena finanzjarja 2018 (2019/2081(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji għas-sena finanzjarja 2018,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0061/2020),

A.  billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tagħha(15), il-baġit finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji (l-"Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2018 kien jammonta għal EUR 28 793 243, li jirrappreżenta tnaqqis ta' 6,31 % meta mqabbel mal-2017; billi l-parti l-kbira tal-baġit tal-Aġenzija tiġi mill-baġit tal-Unjoni(16);

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2018 (ir-"rapport tal-Qorti"), sostniet li għandha fil-pussess tagħha aċċertamenti raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2018 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 99,98 %, li meta mqabbla mal-2017 tirrappreżenta tnaqqis ċkejken ta' 0,02 %; jinnota li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 88,96 %, li tirrappreżenta żieda ta' 1,66 % meta mqabbla mal-2017;

2.  Jinnota r-rwol tal-Aġenzija fl-iżgurar tas-sikurezza u l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja Ewropea u fit-titjib tal-kompetittività tat-trasport ferrovjarju ma' mezzi oħra ta' trasport, permezz tat-tnaqqis fl-ostakli amministrattivi u tekniċi, l-inkoraġġiment tad-dħul fis-suq u l-iżgurar tan-nondiskriminazzjoni, l-infiq tal-flejjes pubbliċi b'mod aktar effiċjenti fuq servizzi pubbliċi tat-trasport ferrovjarju u permezz ta' governanza aħjar tal-infrastrutturi; jappoġġja l-viżjoni tal-Kummissjoni ta' sistema ferrovjarja Ewropea minn ta' quddiem fid-dinja f'dak li jikkonċerna l-prestazzjoni tas-sikurezza;

3.  Jilqa' r-rwol tal-Aġenzija fis-segwitu mogħti lill-iżvilupp, l-ittestjar u l-implimentazzjoni tas-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju (ERTMS), kif ukoll fl-evalwazzjoni tal-proġetti speċifiċi tal-ERTMS; jinnota, barra minn hekk, li r-Raba' Pakkett Ferrovjarju jinkludi pilastru tekniku li jsaħħaħ ir-rwol tal-Aġenzija billi jintroduċi kompiti ġodda biex jiżguraw implimentazzjoni uniformi tal-qafas tal-UE; jenfasizza li, hekk kif l-Aġenzija tingħata responsabbiltajiet akbar, ikollha bżonn tingħata r-riżorsi finanzjarji, materjali u umani meħtieġa biex twettaq il-kompiti ġodda u addizzjonali tagħha b'mod effikaċi u effiċjenti;

4.  Ifakkar li l-ERTMS hija kruċjali għall-ksib ta' Żona Ferrovjarja Unika Ewropea; jenfasizza, għaldaqstant, li koordinazzjoni ottimizzata tal-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-ERTMS li tiżgura ERTMS unika, trasparenti, stabbli, aċċessibbli f'termini ekonomiċi u interoperabbli fl-Ewropa kollha hija prijorità ewlenija;

5.  Jinnota li, wara l-mandat imkabbar tal-Aġenzija fir-Regolament il-ġdid tagħha, fl-2019 l-Aġenzija se tibda tiġbor tariffi u imposti għall-kompiti ta' ċertifikazzjoni, filwaqt li tqis il-ħtiġijiet speċifiċi tal-intrapriżi ta' daqs medju (SMEs); jinnota li, skont ir-Regolament (UE) 2016/796 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, it-tariffi u l-imposti jirrappreżentaw dħul assenjat għall-Aġenzija; jinnota li xi emendi tar-regoli ta' implimentazzjoni għar-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija huma meħtieġa u jinnota, mir-risposta tal-Aġenzija, li din ressqet talba għal deroga lill-Kummissjoni għal dak il-għan; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-implimentazzjoni ta' din is-sistema l-ġdida;

6.  Jistieden lill-Aġenzija tqis il-ħtiġijiet speċifiċi tal-SMEs matul il-proċess ta' ċertifikazzjoni, b'mod partikolari billi tnaqqas il-piżijiet amministrattivi u finanzjarji tagħhom;

Prestazzjoni

7.  Jinnota li l-Aġenzija tuża ġabra ta' Indikaturi Ferrovjarji fl-attivitajiet operattivi kollha tagħha bħala Indikaturi Ewlenin tal-Prestazzjoni (KPIs) biex tivvaluta l-valur miżjud li joffru l-attivitajiet tagħha u indikaturi oħra biex ittejjeb il-ġestjoni baġitarja tagħha;

8.  Iħeġġeġ lill-Aġenzija timplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti;

9.  Jirrikonoxxi li l-Aġenzija kellha livell sodisfaċenti ta' twettiq tal-KPIs tagħha u tal-objettivi tagħha għar-riżultati, filwaqt li kkompletat bis-sħiħ l-attivitajiet inizjali wara d-dħul fis-seħħ tar-Raba' Pakkett Ferrovjarju; jinnota li l-Aġenzija laħqet l-objettiv tagħha għall-ħruġ fil-ħin ta' rapporti, pariri u opinjonijiet f’95% tal-każijiet; jirrimarka li l-Aġenzija ma laħqitx l-objettiv li tikseb 90 % tar-riżultati kollha bl-użu tal-ippjanar finanzjarju u tar-riżorsi umani, u 79,75 % biss ġew kategorizzati bħala miksuba bis-sħiħ;

10.  Jilqa' l-kooperazzjoni kontinwa tal-Aġenzija mal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq fil-kondiviżjoni tas-servizzi tal-kontabbiltà; iħeġġeġ ukoll lill-Aġenzija teżamina l-possibbiltajiet ta' kondiviżjoni tar-riżorsi għal kompiti li jikkoinċidu fost aġenziji oħra b'attivitajiet simili; iħeġġeġ lill-Aġenzija tipprova tikseb b'mod attiv aktar kooperazzjoni u kooperazzjoni usa' mal-aġenziji kollha tal-Unjoni; iħeġġeġ lill-Aġenzija teżamina l-possibbiltà ta' kondiviżjoni tal-persunal f'ċerti oqsma tekniċi, amministrattivi u mhux speċjalizzati, b'enfasi partikolari fuq l-iżvilupp tal-kollaborazzjoni mal-Istitut għall-Istudji fuq is-Sigurtà b'sede f'Pariġi;

11.  Iħeġġeġ lill-Aġenzija taħdem favur id-diġitalizzazzjoni tas-servizzi tagħha;

12.   Jinnota li l-objettiv stabbilit mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni li jinħoloq suq ferrovjarju uniku Ewropew ma ntlaħaqx; jistieden lill-Aġenzija tiffoka l-isforzi u l-pubblikazzjonijiet tagħha fuq dan il-qasam;

13.  Jinnota li l-għan tat-trasferiment tat-traffiku mit-toroq għall-ferroviji jista' jintlaħaq biss jekk tiġi stabbilita żona ferrovjarja Ewropea kompetittiva; jistieden lill-Aġenzija tfassal ġabra ta' miżuri maħsuba biex jiżguraw li fil-futur, it-trasport ferrovjarju jkun jista' jiġi inkorporat fil-ktajjen loġistiċi moderni;

14.  Jirrimarka li l-ħames snin li ġejjin se jkunu kruċjali għall-futur tas-settur ferrovjarju u li l-Aġenzija trid tingħata r-riżorsi finanzjarji u umani meħtieġa sabiex taffronta l-isfidi li ġejjin;

15.  Jinnota li ntlaħqu l-limiti massimi indikattivi ta' 10 % użati mill-Qorti tal-Awdituri biex tivvaluta l-eżekuzzjoni tal-baġit fil-livell tar-riporti għat-Titolu 1 (persunal) u ta' 20 % għat-Titolu 2 (amministrazzjoni); jinnota b'dispjaċir li ma ntlaħaqx il-limitu massimu indikattiv għat-Titolu 3 (30 % għall-infiq operattiv);

16.  Jinnota li r-riżultati tal-eżerċizzju annwali ta' valutazzjoni komparattiva fir-rigward tal-persunal huma simili għal dawk tal-2017 billi 18,4 % tal-persunal ingħataw xogħol amministrattiv (18,18 % fl-2017), 69,7 % ingħataw kompiti operattivi (70,16 %), u 11,90 % tal-persunal ingħataw kompiti ta' kontroll u kompiti finanzjarji (11,67 %);

17.  Jilqa' l-isforzi kontinwi tal-Aġenzija biex tipprepara għall-kompiti l-ġodda tagħha kif definiti fir-Raba' Pakkett Ferrovjarju u biex, f'Ġunju 2019, tassumi r-rwol tagħha ta' awtorità tal-UE responsabbli għall-ħruġ ta' awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta' vetturi ferrovjarji, ta' ċertifikati uniċi ta' sikurezza għal impriżi ferrovjarji u ta' approvazzjonijiet ta' tagħmir fuq l-art fl-ambitu tal-ERTMS; jilqa' b'mod partikolari l-fatt li t-testi ġuridiċi u d-deċiżjonijiet tal-Bord ta' Tmexxija kollha ġew adottati fil-ħin u li l-Aġenzija ppubblikat il-gwida dwar it-tressiq tal-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-vetturi; jilqa' l-miżuri l-oħra meħuda mill-Aġenzija biex tipprepara għall-kompiti l-ġodda tagħha (interazzjoni attiva mal-partijiet ikkonċernati, każijiet ta' tagħlim u testijiet mhux uffiċjali, monitoraġġ pilota tal-Awtoritajiet Nazzjonali għas-Sikurezza); jilqa' l-iżvilupp ta' one-stop shop;

jilqa' l-fatt li l-Aġenzija bdiet taħdem fuq l-armonizzazzjoni ta' aktar minn 14 000 regola nazzjonali li jirregolaw it-trasport ferrovjarju;

   (a) jiddeplora l-fatt li, għad-differenza tas-setturi tal-avjazzjoni u tat-trasport bit-triq, l-armonizzazzjoni fis-settur ferrovjarju għadha lura;
   (b) jistieden lill-Aġenzija tintensifika l-isforzi tagħha b'mod sinifikanti biex toħloq żona ferrovjarja unika Ewropea;

18.  Jinnota li l-Aġenzija tiżvolġi rwol essenzjali fit-tneħħija tal-ostakli burokratiċi fil-qasam tat-trasport ferrovjarju transfruntier;

19.  Jinnota li, kemm mil-lat tal-infrastruttura u kemm mil-lat tal-vetturi ferrovjarji, sar ftit wisq progress biex jiġi introdott it-tagħmir meħtieġ għall-ERTMS fl-Ewropa, u jistieden lill-Aġenzija tipproponi miżuri biex tħaffef dak il-proċess;

20.  Jiddispjaċih li fl-2018 ġew irreġistrati 37 każ ta' nuqqas ta' konformità, inklużi 18-il każ b'impatt finanzjarju (erbgħa minnhom kienu jinvolvu ammonti ogħla minn EUR 15 000); jitlob lill-Aġenzija tkompli bl-isforzi tagħha biex ittejjeb il-ġestjoni tagħha kif ukoll il-proċeduri ta' akkwist;

21.  Jinnota li l-Aġenzija pproponiet li teżamina mill-ġdid il-Qafas għal Imġiba Amministrattiva Tajba; jitlob lill-Aġenzija tirrapporta dwar l-iżvilupp ta' dan il-qafas fir-rapport annwali li jmiss tagħha; jilqa' l-fatt li l-Aġenzija kompliet it-taħriġ dwar l-etika u dwar il-ġlieda kontra l-frodi; jilqa' l-fatt li ebda każ ta' frodi suspetti ma ġie trażmess lill-OLAF; jinnota li l-każ irrapportat fl-2017 għadu qed jiġi investigat;

22.  Jilqa' l-eżitu pożittiv tal-awditu ta' konferma ISO 9001;

Politika dwar il-persunal

23.  Jinnota li, fil-31 ta' Diċembru 2018, it-tabella tal-persunal kienet eżegwita bil-perċentwal ta' 89,19 %, u ġew irreklutati 132 aġent temporanju mill-148 aġent temporanju awtorizzat skont il-baġit tal-Unjoni (meta mqabbla mal-139 post awtorizzat fl-2017); jinnota li, barra minn hekk, 31 aġent kuntrattwali u 2 esperti nazzjonali sekondati ħadmu għall-Aġenzija fl-2018;

24.  Jinnota bi tħassib il-bilanċ inugwali bejn il-ġeneri rrappurtat għall-2018 għall-maniġers superjuri (5 irġiel u mara waħda) u għall-Bord ta' Tmexxija (40 raġel u 15-il mara);

25.  Jinnota li l-Aġenzija adottat politika dwar il-protezzjoni tad-dinjità ta’ persuni u l-prevenzjoni tal-fastidju, li l-counsellors kunfidenzjali jiġu promossi u li l-persunal jitħeġġeġ jindirizza l-kwistjonijiet tagħhom lilhom; jinnota li ġie rrappurtat każ wieħed ta' allegat fastidju, iżda ħadd ma ġie investigat u ħadd ma tressaq il-qorti;

Akkwist

26.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, l-Aġenzija ma qabblitx sistematikament il-prezzijiet u ż-żidiet ddebitati mal-istimi u l-fatturi li nħarġu mill-fornitur lill-kuntrattur qafas għall-akkwist tal-liċenzji tas-software; jirrikonoxxi li l-Aġenzija applikat il-kuntratt qafas tal-Kummissjoni u tistenna l-kuntratt qafas il-ġdid li fih huwa previst ftuħ mill-ġdid tal-kompetizzjoni; jistieden lill-Aġenzija tadatta l-kontrolli ex ante fuq il-pagamenti li jsiru fl-ambitu tal-kuntratti qafas u tiżgura li jkun hemm proċedura kompetittiva għall-akkwisti kollha;

27.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, l-Aġenzija, permezz ta' emenda għal kuntratt dirett għall-organizzazzjoni ta' konferenza, iddeċidiet li tikkuntratta u tħallas is-servizzi relatati kollha b'mod separat, u dan wassal għal qsim artifiċjali tal-kuntratt, biex b'hekk il-kuntratt u l-pagamenti relatati kollha saru irregolari; jieħu nota tat-tweġiba tal-Aġenzija li biħsiebha tħejji termini ta' referenza għall-iffirmar ta' kuntratt qafas għall-organizzazzjoni ta' avvenimenti;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

28.  Jinnota li l-Aġenzija ppubblikat fis-sit web tagħha d-dikjarazzjonijiet tal-kunflitti ta' interess tal-Bord ta' Tmexxija u tal-membri tal-persunal u s-CVs tal-membri tal-Bord ta' Tmexxija tagħha u ta' parti mill-persunal maniġerjali tagħha; jilqa' l-fatt li, minn Ġunju 2019, il-maniġment superjuri kollu u l-membri tal-persunal kollha tal-Aġenzija jridu jiffirmaw dikjarazzjoni annwali tal-kunflitti ta' interess;

29.  Jinnota li, skont l-Aġenzija, il-Qafas għal Imġiba Amministrattiva Tajba fis-seħħ jinkludi miżuri stretti dwar il-ġestjoni ta' kunflitti ta' interess li jirrigwardaw individwi involuti fil-kompiti l-ġodda previsti fir-Raba' Pakkett Ferrovjarju; jinnota wkoll li nstabu diffikultajiet prattiċi fir-rigward tal-qafas u għalhekk huwa soġġett għal proposta riveduta; jinnota li l-każ ta' frodi suspetti rrappurtat fl-2017 għadu qed jiġi investigat mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi; jinnota li, minn dak iż-żmien, ma ġie rrappurtat ebda każ ieħor ta' frodi suspetti; iħeġġeġ lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-eżitu ta' din l-investigazzjoni;

30.  Jinnota li l-Aġenzija adottat linji gwida dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta, li ġew ippubblikati fil-21 ta' Novembru 2018;

Kontrolli interni

31.  Jinnota l-fatt li, wara r-riorganizzazzjoni tal-Aġenzija, l-uffiċjal tal-kontabbiltà huwa marbut direttament fil-livell amministrattiv mad-direttur eżekuttiv fil-livell amministrattiv u m'għadux inkarigat mit-tim tal-Finanzi u l-Akkwist;

32.  Jinnota li fl-2018, inħareġ rapport tal-awditjar dwar "Il-Ġestjoni tal-Programmi, tal-Proġetti u tas-Servizzi fl-Aġenzija" mis-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni u li l-Aġenzija ħejjiet pjan ta' azzjoni biex tindirizza kwalunkwe qasam potenzjali għal titjib; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-miżuri li ttieħdu f'dan ir-rigward;

Kummenti oħra

33.  Jinnota li, sa tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni (is-16 ta' Ġunju 2019), l-Aġenzija se tinbidel minn korp b'sempliċi rwol fit-tħejjija u d-disseminazzjoni tal-politiki, għal awtorità li taħdem direttament għas-settur fir-rigward ta' awtorizzazzjonijiet għal ċertifikati ta' sikurezza u vetturi ferrovjarji; jinnota, f'dan ir-rigward, li r-riorganizzazzjoni tal-Aġenzija ppermettiet il-bidliet meħtieġa biex tiġi żgurata l-ġestjoni tal-applikazzjonijiet il-ġodda, bl-għajnuna tal-esperti, u l-iżvilupp kemm ta' programm ta' taħriġ kif ukoll ta' sistema ta' monitoraġġ;

34.  Jinnota li, fil-15 ta' April 2019, l-Aġenzija ffirmat il-ftehim dwar is-sede mal-awtoritajiet Franċiżi; jirrikonoxxi li d-deċiżjoni dwar is-sede doppja hija deċiżjoni tal-Kunsill li l-Aġenzija jeħtiġilha tapplika;

35.  Jistieden lill-Aġenzija tiffoka fuq it-tixrid tar-riżultati tar-riċerka tagħha lill-pubbliku, u tikkomunika mal-pubbliku permezz tal-midja soċjali u mezzi oħra tal-midja;

o
o   o

36.  Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta' natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Mejju 2020(17) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 417, 11.12.2019, p. 80.
(2) ĠU C 417, 11.12.2019, p. 80.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(5) ĠU L 138, 26.5.2016, p. 1.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(7)[1] ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.
(8) ĠU C 417, 11.12.2019, p. 80.
(9) ĠU C 417, 11.12.2019, p. 80.
(10) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(11) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(12) ĠU L 138, 26.5.2016, p. 1.
(13) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(14)[1] ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.
(15) ĠU C 108, 22.3.2018, p. 79.
(16) ĠU C 108, 22.3.2018, p. 77, sussidju mill-Kummissjoni (EUR 28 135 398), kontribuzzjoni ta' pajjiżi terzi (EUR 657 845, innota li dan l-ammont huwa iżgħar mis-sena ta' qabel).
(17) Testi adottati, P9_TA-PROV(2020)0121.


Kwittanza 2018: l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima
PDF 176kWORD 55k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Mejju 2020 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2018 (2019/2076(DEC))
P9_TA-PROV(2020)0079A9-0066/2020

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2018,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2018, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2018 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2020 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2018 (05761/2020 – C9-0043/2020),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 li jistabbilixxi l-Aġenzija Marittima Ewropea tas-Sigurtà(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0066/2020),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2018;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Mejju 2020 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2018 (2019/2076(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2018,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2018, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(8),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(9) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2018 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2020 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2018 (05761/2020 – C9-0043/2020),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 li jistabbilixxi l-Aġenzia Marittima Ewropea tas-Sigurtà(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(13), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0066/2020),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2018;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Mejju 2020 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2018 (2019/2076(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2018,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0066/2020),

A.  billi skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tagħha(15), il-baġit finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (l-"Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2018 kien jammonta għal EUR 106 777 232,65, li jfisser żieda ta' 23,76 % meta mqabbel mal-2017; billi ż-żieda kienet prinċipalment relatata mal-mandat imsaħħaħ tal-Aġenzija; billi l-baġit tal-Aġenzija huwa kompletament derivat mill-baġit tal-Unjoni(16);

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2018 (ir-"rapport tal-Qorti") stqarret li kisbet aċċertament raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2018 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni baġitarja ta' 99,02 %, li tfisser żieda żgħira ta' 0,98 % meta mqabbel mal-2017, u li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 92,84 %, li tfisser tnaqqis ta' 3,41 %;

Prestazzjoni

2.  Jinnota li l-Aġenzija tuża għadd ta' indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni speċifiċi biex tkejjel l-implimentazzjoni tal-programm ta' ħidma annwali tagħha u li l-evalwazzjoni tal-Aġenzija tirrappreżenta l-istrument ewlieni għall-valutazzjoni tal-valur miżjud ipprovdut mill-attivitajiet tagħha; jirrikonoxxi s-sistema ta' ġestjoni tal-prestazzjoni tal-Aġenzija li tistabbilixxi kemm objettivi pluriennali kif ukoll indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni trimestrali fil-monitoraġġ perjodiku tal-implimentazzjoni tal-programmi ta' ħidma annwali; jinnota li l-Aġenzija tuża biss ir-rata ta' eżekuzzjoni baġitarja bħala l-indikatur ewlieni tal-prestazzjoni biex ittejjeb il-ġestjoni baġitarja tagħha;

3.  Jinnota li l-indikatur ewlieni tal-prestazzjoni tal-Aġenzija dwar il-kontinwità u l-kwalità tas-servizzi esterni tagħha laħqu b'mod ġenerali l-miri rispettivi tagħhom, u li s-sistema ta' kwalità tagħha għal żjarat u spezzjonijiet ġiet estiża;

4.  Iħeġġeġ lill-Aġenzija timplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti;

5.  Jinnota li l-Aġenzija tikkoopera mill-qrib ma' aġenziji oħra tal-Unjoni bħall-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għal dak li jikkonċerna l-funzjoni ta' gwardja tal-kosta Ewropea; iħeġġeġ bil-qawwa ulterjorment lill-Aġenzija biex b'mod attiv tipprova tikseb aktar kooperazzjoni u kooperazzjoni aktar mifruxa mal-aġenziji kollha tal-Unjoni;

6.  Jinnota li wara l-approvazzjoni tal-evalwazzjoni esterna indipendenti dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament Fundatur tal-Aġenzija fl-2017, l-Aġenzija ppreżentat il-Pjan ta' Azzjoni tagħha f'Marzu 2018; jinnota b'sodisfazzjon li ġew identifikati azzjonijiet, riskji potenzjali u miżuri ta' mitigazzjoni, kif ukoll skeda ta' żmien għall-implimentazzjoni u impatt baġitarju realistiku;

7.  Iħeġġeġ lill-Aġenzija ssegwi d-diġitalizzazzjoni tas-servizzi tagħha;

8.  Jinnota li d-dewmien fl-operazzjonijiet tas-sistemi ta' inġenju tal-ajru ppilotat mill-bogħod (RPAS) marbuta mal-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam tal-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta dovut għal sfidi tekniċi u diffikultajiet kontinwi biex jinkisbu l-permessi għat-titjir minn awtoritajiet nazzjonali wassal għal emenda tal-baġit li naqset is-sussidju tal-UE u għal rimborż ta' EUR 6 000 000 f'approprjazzjonijiet ta' pagament lill-Kummissjoni; jinnota li dan it-tnaqqis irriżulta insuffiċjenti minħabba dewmien ulterjuri kkawżat minn problemi tekniċi u temp ħażin, li wassal għal rata ta' konsum baxxa tal-approprjazzjonijiet ta' pagament; jappoġġja r-rakkomandazzjoni tal-Bord Amministrattiv li l-Aġenzija għandha tindirizza r-riskju li jirriżulta mill-kwistjoni tal-Permessi għat-Titjir fir-rigward ta' eżekuzzjoni kompleta tal-baġit;

9.  Jilqa' l-appoġġ dirett tal-Aġenzija favur l-isforzi ta' infurzar ambjentali tal-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni ambjentali, kif ukoll is-servizzi RPAS tal-EMSA li jassistu f'operazzjonijiet ta' sorveljanza marittima bħat-tniġġis marittimu u l-monitoraġġ tal-emissjonijiet; jemmen li, b'aktar riżorsi, l-Aġenzija tista' tiżvolġi rwol importanti billi tappoġġja lill-Istati Membri fl-isforzi tagħhom biex itaffu r-riskji ambjentali relatati mat-trasport marittimu u jtejbu s-sostenibbiltà tas-settur marittimu;

10.  Japprezza li l-Aġenzija hi biss fit-tieni sena kompleta tagħha ta' funzjonament wara l-estensjoni tal-mandat fl-aħħar tas-sena 2016 u li xi fatturi li waslu għall-modifiki baġitarji ma kinux magħrufa fil-mument tal-abbozzar tal-baġit tal-2018; jinnota li l-Aġenzija kellha twettaq il-modifiki baġitarji sabiex tkopri ż-żieda fis-salarji minħabba l-koeffiċjent tal-korrezzjoni għall-Portugall;

11.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Aġenzija qed tittestja psewdosatelliti ta' altitudni għolja (HAPS, High Altitude Pseudo Satellites) u jilqa' l-fatt li b'hekk qed tixxejjen id-diskrepanza bejn is-satelliti u d-droni;

12.  Jilqa' l-isforzi tal-Aġenzija biex tqiegħed għad-dispożizzjoni servizzi operattivi, analiżijiet, għarfien speċjalizzat u l-aħjar appoġġ tekniku possibbli fl-ambitu tal-proġetti tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri, kif ukoll għall-utenti tas-settur tat-trasport marittimu;

13.  Jistieden lill-Aġenzija tisfrutta bis-sħiħ u, skont il-ħtieġa, tadatta l-possibbiltajiet operattivi li joffru d-droni, il-HAPS u s-satelliti; tisħaq fuq in-natura multifunzjonali tas-sistemi, li jkopru kemm is-salvataġġ fuq il-baħar kif ukoll l-identifikazzjoni bikrija u l-monitoraġġ tat-tniġġis marittimu, kif ukoll l-isforzi indispensabbli relatati mal-ġlieda kontra l-attivitajiet illegali bħat-traffikar tad-drogi, il-faċilitazzjoni ta' dħul klandestin ta' persuni u s-sajd mhux awtorizzat;

14.  Jinnota li f'Novembru 2018 il-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija adotta Qafas ta' Kontroll Intern ġdid abbażi tal-qafas tal-Kummissjoni tal-2017;

15.  Jinnota li, fil-bidu tal-2018, l-Aġenzija wessgħet il-kamp ta' applikazzjoni tas-sistema ta' ġestjoni tal-kwalità ta' żjarat u spezzjonijiet (V&I QMS) biex tinkludi l-ispezzjonijiet ta' sikurezza marittima u l-proċess ta' analiżi orrizontali; jilqa' l-fatt li l-awditu annwali ta' verifika tal-QMS estiża twettaq b'suċċess minn TUV Rheinland Portugal mingħajr ebda każ ta' nuqqas ta' konformità;

16.  Jinnota li fl-2018 ma ġie rrapportat l-ebda każ ta' kunflitt ta' interess; jinnota li, b'mod konformi mal-Politika ta' Ġestjoni tar-Riskji, ir-reġistru tar-riskji ġie aġġornat fl-2018 u li dan l-aġġornament ma rriżultax f'xi riskji kritiċi li setgħu jwasslu għal riżerva formali fir-rigward tad-dikjarazzjoni annwali tal-assigurazzjoni tal-uffiċjal awtorizzanti; josserva wkoll li l-ebda riskju identifikat qabel ma kkonkretizza ruħu fl-2018;

17.  Japprezza li l-Aġenzija introduċiet mekkaniżmi ta' kontroll xierqa dwar il-pagamenti fil-kuntratti tal-Aġenzija;

18.  Jinnota li r-riżultati tal-ħames eżerċizzju ta' valutazzjoni komparattiva fir-rigward tal-persunal huma simili għal dawk tal-2017 fejn 20,20 % (20,42 % fl-2017) tal-postijiet huma assenjati għall-appoġġ amministrattiv ta' koordinazzjoni, 71,65 % (72,08 %) għall-kompiti operazzjonali u 8,15 % (7,50 %) għal kompiti newtrali;

Politika dwar il-persunal

19.  Jinnota li, fil-31 ta' Diċembru 2018, it-tabella tal-persunal kienet mimlija b'98,58 %, b'209 uffiċjali u aġenti temporanji maħtura minn total ta' 212-il uffiċjal u aġenti temporanji awtorizzati fl-ambitu tal-baġit tal-Unjoni (212-il post tax-xogħol awtorizzati fl-2017); jinnota wkoll li, fl-2018, l-Aġenzija ħaddmet 30 aġent kuntrattwali u 17-il espert nazzjonali sekondat; iħeġġeġ lill-Aġenzija tagħmel riċerka dwar is-suġġett tal-kondiviżjoni ta' persunal fost aġenziji oħra tal-Unjoni, b'enfasi speċjali fuq possibbiltajiet ta' aktar konnessjoni ta' persunal amministrattiv ma' Aġenziji oħra bbażati f'Lisbona, jiġifieri ċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga;

20.  Jinnota b'sodisfazzjon li kien hemm bilanċ ugwali bejn il-ġeneri fost il-maniġers superjuri (żewġt irġiel u żewġ nisa); jinsab imħasseb, madankollu, li fil-livell tal-bord amministrattiv hemm parteċipazzjoni żbilanċjata ta' rġiel (44 membru) u nisa (12-il membru);

21.  Jiddispjaċih għan-nuqqas ta' informazzjoni u dettalji dwar il-"Pjan ta' Azzjoni għall-Bilanċ bejn is-Sessi fl-EMSA";

Akkwisti

22.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li sa tmiem l-2018 l-Aġenzija ma qabblitx sistematikament il-prezzijiet u ż-żidiet debitati mal-istimi u l-fatturi li nħarġu mill-fornitur lill-kuntrattur qafas għall-akkwist tal-liċenzji tas-software; jinnota mir-risposta tal-Aġenzija li l-mekkaniżmu ta' implimentazzjoni għal dan il-kuntratt qafas ma kienx jinkludi lista ta' prezzijiet fissi iżda minflok li l-Kummissjoni ddeċidiet li tagħżel sistema li tapplika ż-żidiet fil-prezz u li l-kuntrattur eżerċita d-drittijiet tiegħu li jittermina l-kuntratt b'effett mit-12 ta' Ottubru 2019;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u t-trasparenza

23.  Jirrikonoxxi li l-Aġenzija timpjega u tippubblika dikjarazzjonijiet ta' kunflitti ta' interess għall-membri tal-bord amministrattiv u l-maniġment superjuri tagħha u li l-Aġenzija ħarġet linji gwida dwar il-kunflitt ta' interess u implimentat arranġamenti għall-iżvelar tal-informazzjoni, li huma għodda importanti biex jiġu identifikati l-frodi, il-korruzzjoni u l-irregolaritajiet serji;

Kontrolli interni

24.  Jieħu nota li s-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni ħareġ rapport ta' awditjar dwar iż-żjarat u l-ispezzjonijiet fl-Aġenzija, u kkonkluda li s-sistemi ta' ġestjoni u kontroll imfassla għal dan is-suġġett huma mfassla b'mod adegwat u implimentati b'mod effikaċi u effiċjenti; jirrimarka li l-IAS ħareġ erba' rakkomandazzjonijiet li l-Aġenzija aċċettat u impenjat ruħha li tindirizza;

25.  Jinnota li, fl-2018, l-Aġenzija implimentat il-pjanijiet ta' azzjoni kollha relatati mal-awditjar tal-IAS dwar il-Ġestjoni tar-Riżorsi Umani tal-EMSA li sar fl-2017;

Kummenti oħra

26.  Jinnota l-isforzi tal-Aġenzija biex tippromwovi post tax-xogħol kosteffikaċi u li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent; jirrimarka madankollu li l-Aġenzija ma għandhiex miżuri addizzjonali fis-seħħ biex tnaqqas jew tinnewtralizza l-emissjonijiet tas-CO2;

27.  Jistieden lill-Aġenzija tiffoka fuq it-tixrid tar-riżultati tar-riċerka tagħha lill-pubbliku, u tikkomunika mal-pubbliku permezz tal-midja soċjali u mezzi oħra tal-midja;

o
o   o

28.  Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta' natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Mejju 2020(17) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 417, 11.12.2019, p. 1.
(2) ĠU C 417, 11.12.2019, p. 1.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(5) ĠU L 208, 5.8.2002, p. 1.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(7) ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.
(8) ĠU C 417, 11.12.2019, p. 1.
(9) ĠU C 417, 11.12.2019, p. 1.
(10) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(11) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(12) ĠU L 208, 5.8.2002, p. 1.
(13) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(14) ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.
(15) ĠU C 120, 29.03.2019, p. 204.
(16) ĠU C 120, 29.03.2019, p. 202.
(17) Testi adottati, P9_TA-PROV(2020)0121.


Kwittanza 2018: l-Aġenzija tal-GNSS Ewropea
PDF 173kWORD 53k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Mejju 2020 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea għas-sena finanzjarja 2018 (2019/2084(DEC))
P9_TA-PROV(2020)0080A9-0067/2020

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea għas-sena finanzjarja 2018,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2018, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2018 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2020 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2018 (05761/2020 – C9-0051/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 912/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2010 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea GNSS, u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1321/2004 dwar l-istabbiliment ta' strutturi għat-tmexxija tal-programmi Ewropej ta' radjunavigazzjoni bis-satellita u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0067/2020),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2018;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Mejju 2020 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea għas-sena finanzjarja 2018 (2019/2084(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea għas-sena finanzjarja 2018,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2018, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(8),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(9) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2018 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2020 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2018 (05761/2020 – C9-0051/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 912/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2010 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea GNSS, u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1321/2004 dwar l-istabbiliment ta' strutturi għat-tmexxija tal-programmi Ewropej ta' radjunavigazzjoni bis-satellita u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(13), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0067/2020),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea għas-sena finanzjarja 2018;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Mejju 2020 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea għas-sena finanzjarja 2018 (2019/2084(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea għas-sena finanzjarja 2018,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0067/2020),

A.  billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tagħha(15), il-baġit finali tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea ("l-Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2018 kien ta' EUR 32 230 582, li jirrappreżenta żieda ta' 13,22 % meta mqabbel mal-2017; billi ż-żieda kienet relatata mat-titoli 2 u 3; billi l-baġit tal-Aġenzija huwa prinċipalment derivat mill-baġit tal-Unjoni(16);

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2018 ("ir-rapport tal-Qorti"), tistqarr li kellha fil-pussess tagħha aċċertamenti raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2018 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 100 %, jiġifieri l-istess rata bħal fl-2017; jinnota, barra minn hekk, li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 83,72 %, li tfisser tnaqqis ta' 2,48 % meta mqabbla mal-2017;

2.  Jinnota li, minbarra l-baġit ewlieni tagħha, l-Aġenzija fl-2018 kompliet tiġġestixxi ammont kbir ta' baġit delegat għas-Sistema Ewropea ta' Navigazzjoni b'Kopertura Ġeostazzjonarja (EGNOS), il-Ftehim ta' Delega Galileo, il-Ftehim ta' Delega għal Servizz Pubbliku Regolat u l-ftehim ta' delega ta' Orizzont 2020; jinnota li fl-2018 ġie impenjat total ta' EUR 1 173 219 279 ta' baġit delegat, u li saru pagamenti għall-ammont ta' EUR 796 500 300,84;

Kanċellazzjoni tar-riporti

3.  Jilqa' pożittivament il-fatt li l-kanċellazzjoni tar-riporti mill-2017 għall-2018 tirrappreżenta 3,25 % tal-ammont totali riportat wara tnaqqis ta' 2,05 % meta mqabbel mal-2017;

Prestazzjoni

4.  Jinnota li l-Aġenzija tuża ċerti Indikaturi Ewlenin tal-Prestazzjoni biex tkejjel il-valur miżjud li jirriżulta mill-attivitajiet tagħha u ttejjeb il-ġestjoni tal-baġit tagħha;

5.  Jinnota li l-programmi Galileo u EGNOS tal-Aġenzija issa huma kompletament fil-fażi operattiva tagħhom u li, b'mod speċifiku fir-rigward ta' Galileo, minbarra l-varar b'suċċess tal-aħħar erba' satelliti qabel il-lott 3 fl-2018, l-Aġenzija kkompletat l-attivitajiet ta' għoti ta' kuntratti;

6.  Jilqa' l-fatt li mill-2015, l-Aġenzija esternalizzat is-servizzi ta' kontabbiltà tagħha lill-Kummissjoni u li tikkondividi l-forniment tas-servizzi relatati mal-ġestjoni tal-kontinwità tan-negozju u l-kapaċità ta' awditjar intern ma' Aġenziji oħra;

7.  Jinnota li, fid-dawl tal-kummenti u l-osservazzjonijiet tas-sena l-oħra mill-awtorità ta' kwittanza, l-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu tal-programmi Galileo u EGNOS u tal-prestazzjoni tal-Aġenzija tlestiet mill-Kummissjoni u ġiet ippreżentata lill-Parlament u lill-Kunsill f'Ottubru 2017;

8.  Iħeġġeġ lill-Aġenzija ssegwi d-diġitalizzazzjoni tas-servizzi tagħha;

Politika dwar il-persunal

9.  Jinnota li, fil-31 ta' Diċembru 2018, 90,63 % tat-tabella tal-persunal kienet kompluta, u li kienu nħatru 116-il aġent temporanju mit-total ta' 128 awtorizzati skont il-baġit tal-Unjoni (meta mqabbel ma' 116-il post awtorizzati fl-2017); jinnota li, barra minn hekk, fl-2018 ħadmu għall-Aġenzija 51 aġent kuntrattwali u 3 esperti nazzjonali sekondati; jinnota li 10 postijiet addizzjonali ġew allokati lill-Aġenzija għat-tabella tal-persunal tagħha tal-2018 minbarra 2 postijiet diġà previsti;

10.  Jinnota bi tħassib in-nuqqas ta' bilanċ bejn il-ġeneri għall-2018 fost il-maniġers superjuri (10 irġiel u 2 nisa) u fil-bord amministrattiv (44 raġel u 7 nisa);

11.  Jilqa' l-fatt li l-Aġenzija adottat is-suġġeriment tal-Qorti u fl-aħħar ippubblikat l-avviżi ta' postijiet battala fis-sit web tal- EPSO sabiex tiżdied il-pubbliċità; jinnota mir-risposta tal-Aġenzija li biħsiebha tippubblika l-avviżi kollha ta' postijiet battala fuq il-portal interaġenziji, meqjus bħala ekwivalenti għall-EPSO mill-perspettiva tal-Aġenziji, u li, barra minn hekk, l-Aġenzija tippubblika l-avviżi tagħha ta' postijiet battala f’pubblikazzjonijiet speċifiċi tas-settur tal-ispazju;

Akkwist

12.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, fil-15 ta' Diċembru 2016, l-Aġenzija ffirmat kuntratt qafas dwar l-isfruttar tas-sistema satellitari Galileo matul il-perjodu mill-2017 sal-2027, li jammonta għal EUR 1 500 000 000; jinnota, barra minn hekk, li l-kuntratt ingħata wara li saret proċedura ta' akkwist pubbliku; jirrimarka li wieħed mill-offerenti involuti beda proċedimenti legali biex jikkontesta l-eżitu tal-proċedura; jinnota li s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (il-Qorti tal-Ġustizzja) se tiddeċiedi dwar il-legalità u r-regolarità tal-proċedura ta' akkwist għall-kuntratt qafas u għall-kuntratti speċifiċi relatati u l-pagamenti futuri kollha; jirrimarka li l-proċedura bil-miktub ingħalqet fl-ewwel trimestru tal-2019, li s-seduta ta' smigħ orali kienet mistennija ssir matul it-tieni jew it-tielet trimestru tal-2019, u li s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja kienet mistennija tingħata fl-aħħar trimestru tal-2019, iżda li , fit-3 ta' Diċembru 2019, il-Qorti tal-Ġustizzja waqqfet il-proċedimenti (Kawża T-99/17)(17); jinnota, mill-analiżi legali tal-Aġenzija dwar il-konsegwenzi ta' annullament potenzjali tad-deċiżjoni tal-għoti, li l-Aġenzija x'aktarx ma tkunx meħtieġa tittermina l-kuntratt iżda minflok tkun meħtieġa tkopri l-ispejjeż legali tar-rikorrent ta' madwar EUR 300 000 kif ukoll id-danni possibbli, li huma msemmija fil-kontijiet annwali tal-Aġenzija; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta' kwittanza bl-iżviluppi f'dan ir-rigward;

13.  Jinnota li, wara valutazzjoni interna, fid-dawl tal-kummenti u l-osservazzjonijiet mill-awtorità ta' kwittanza relatati mal-użu tal-proċeduri tal-akkwist elettroniku, ġie konkluż li l-modulu ta' sottomissjoni elettronika fl-istadju kurrenti tal-iżvilupp ma indirizzax il-ħtiġijiet kumplessi ta' akkwist tal-Aġenzija, u li għalissa ġie deċiż li l-offerti ma jsirux elettronikament; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-iżviluppi f'dan ir-rigward;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

14.  Jinnota li persuna li qabel kienet uffiċjal ta' livell għoli tokkupa rwol konsultattiv fl-ambitu tal-Inizjattiva għall-anzjani attiva, mingħajr emolumenti finanzjarji;

15.  Jinnota, fid-dawl tal-kummenti u l-osservazzjonijiet mill-awtorità ta' kwittanza relatati mad-dikjarazzjonijiet ta' interess u l-pubblikazzjoni tas-CVs tal-amministrazzjoni għolja tal-Aġenzija, li għall-President u l-Viċi President tal-bord amministrattiv tal-Aġenzija d-dikjarazzjonijiet ta' interess biss jiġu ppubblikati fis-sit web tal-Aġenzija; jinnota li l-Aġenzija biħsiebha tipproċedi bil-pubblikazzjoni fis-sit web tagħha tas-CVs tal-membri tal-bord amministrattiv wara l-kunsiderazzjoni dovuta tar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data personali;

16.  Jiddispjaċih li s-CVs tal-membri tal-bord amministrattiv għadhom ma ġewx ippubblikati fis-sit web tal-Aġenzija; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-azzjonijet meħuda f'dan ir-rigward;

17.  Jinnota li l-Aġenzija, f'Ġunju 2018, adottat politika interna dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta;

18.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, fl-2018, is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni wettaq awditu dwar "it-Tmexxija tal-IT fil-GSA" u li l-Aġenzija fasslet pjan ta' azzjoni biex tindirizza xi oqsma potenzjali għal titjib; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-iżviluppi f'dan ir-rigward;

Kummenti oħra

19.  Jinnota, fid-dawl tal-kummenti u l-osservazzjonijiet mill-awtorità ta' kwittanza relatati mal-impenn tal-Aġenzija li timminimizza kwalunkwe impatt negattiv mid-deċiżjoni tar-Renju Unit li joħroġ mill-Unjoni, li l-Aġenzija bagħtet ittri lill-kuntratturi u l-benefiċjarji kollha tal-kuntratti u l-għotjiet affettwati, li tirrikjedi miżuri ta' mitigazzjoni li għandhom jiġu implimentati sa tmiem Ottubru 2019, speċjalment biex jiġi żgurat li l-kuntratturi u s-sottokuntratturi prinċipali ma jkunux entitajiet stabbiliti fir-Renju Unit u li s-sit ta' riżerva taċ-Ċentru ta' Monitoraġġ tas-Sigurtà Galileo jkun ġie rilokat mir-Renju Unit lejn Spanja; jitlob li l-Aġenzija żżomm l-awtorità ta' kwittanza informata dwar l-eżitu ta' dawk il-miżuri;

20.  Jitlob li l-Aġenzija tiffoka fuq it-tixrid tar-riżultati tar-riċerka tagħha fost il-pubbliku, u tikkomunika mal-pubbliku permezz tal-midja soċjali u mezzi oħra tal-midja;

o
o   o

21.  Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta' natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Mejju 2020(18) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 417, 11.12.2019, p. 1.
(2) ĠU C 417, 11.12.2019, p.34.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(5) ĠU L 276, 20.10.2010, p. 11.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(7) ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.
(8) ĠU C 417, 11.12.2019, p. 1.
(9) ĠU C 417, 11.12.2019, p.34.
(10) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(11) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(12) ĠU L 276, 20.10.2010, p. 11.
(13) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(14) ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.
(15) ĠU C 116, 28.03.2018, p. 21.
(16) ĠU C 116, 28.03.2018, p. 21.
(17) ECLI:UE:C:2019:847.
(18) Testi adottati, P9_TA-PROV(2020)0121.


Kwittanza 2018: Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga
PDF 175kWORD 56k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Mejju 2020 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (EMCDDA) għas-sena finanzjarja 2018 (2019/2069(DEC))
P9_TA-PROV(2020)0081A9-0073/2020

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2018,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2018, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2018 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2020 dwar il-kwittanza li għandha tingħata liċ-Ċentru fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2018 (05761/2020 – C9-0036/2020),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1920/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0073/2020),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2018;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Mejju 2020 dwar l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2018 (2019/2069(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2018,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2018, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(8),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(9) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2018 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2020 dwar il-kwittanza li għandha tingħata liċ-Ċentru fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2018 (05761/2020 – C9-0036/2020),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1920/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(13), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0073/2020),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2018;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Mejju 2020 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2018 (2019/2069(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2018,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0073/2020),

A.  billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tiegħu(15), il-baġit finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (iċ-"Ċentru") għas-sena finanzjarja 2018 kien EUR 16 174 200,21, li jfisser żieda ta' 2,18 % meta mqabbel mal-2017; billi l-baġit taċ-Ċentru huwa prinċipalment derivat mill-baġit tal-Unjoni(16);

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2018 (ir-"rapport tal-Qorti"), iddikjarat li kisbet aċċertamenti raġonevoli li l-kontijiet annwali taċ-Ċentru huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jilqa' pożittivament il-fatt li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2018 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 100 %, jiġifieri l-istess rata bħal fl-2017; jinnota li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet 98,02 %, li tfisser żieda ta' 3,31 % meta mqabbla mas-sena preċedenti;

Prestazzjoni

2.  Jinnota li ċ-Ċentru jkejjel ikunux intlaħqu s-66 objettiv annwali tiegħu billi juża 50 indikatur ewlieni tal-prestazzjoni, maqsumin fi tmien objettivi strateġiċi, biex jivvaluta l-valur miżjud iġġenerat mill-attivitajiet tiegħu u jtejjeb il-ġestjoni baġitarja tiegħu; jinnota li, mill-2019, iċ-Ċentru stabbilixxa mudell ta' prestazzjoni ġdid ibbażat fuq għaxar indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni, li se jintużaw biex ikejlu kemm iċ-Ċentru hu effikaċi biex jilħaq l-objettivi tiegħu u kemm hu effiċjenti biex juża r-riżorsi allokati għal dan l-iskop;

3.  Jinnota li ċ-Ċentru laħaq 85 % tal-objettivi u tar-riżultati applikabbli ppjanati fil-programm ta' ħidma tal-2018 u li implimenta b'suċċess l-ewwel sena tal-Istrateġija 2025 tiegħu;

4.  Iħeġġeġ liċ-Ċentru jaħdem favur id-diġitalizzazzjoni tas-servizzi tiegħu;

5.  Jinnota b'sodisfazzjon il-fatt li ċ-Ċentru għadu jikkondividi sinerġiji mal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima f'dawk li huma servizzi amministrattivi u ta' appoġġ u l-ġestjoni tal-uffiċini komuni f'Lisbona, u li dawn is-sinerġiji jirrigwardaw anki l-ICT, it-telekomunikazzjoni u l-infrastrutturi u s-servizzi bbażati fuq l-internet; jinnota li ġew stabbiliti sinerġiji operattivi ma' aġenziji oħra tal-Unjoni fil-qasam tal-ġustizzja u l-affarijiet interni u fil-qasam tas-saħħa; ifaħħar lill-aġenziji għal din il-forma ta' konvivenza, li jqisha eżempju li jistħoqqlu jiġi segwit;

6.  Jenfasizza r-rwol importanti li jiżvolġi ċ-Ċentru biex jipprovdi lil dawk responsabbli mill-politika u lill-operaturi fis-settur analiżi u informazzjoni dwar id-droga u d-dipendenza fuq id-droga kif ukoll dwar it-tendenzi emerġenti bil-ħsieb li jiġu miġġielda b'mod effikaċi l-użu illeċitu u t-traffikar tad-droga, u jfakkar li t-traffikar tad-droga ġie identifikat bħala wieħed mi-sorsi ewleenin ta' profitt u kanal ta' reklutaġġ għall-kriminalità organizzata u t-terroriżmu; ifakkar li l-mandat taċ-Ċentru ġie estiż fl-2018 biex jinkludi, fost affarijiet oħra, responsabbiltajiet ġodda u sħubijiet formali ma' aġenziji oħra tal-Unjoni, bħall-Europol;

7.  Iqis li l-adozzjoni tad-Dokument ta' Programmazzjoni 2019-2021 taċ-Ċentru, li huwa kompletament ibbażat fuq l-Istrateġija tal-EMCDDA 2025(17), tirrappreżenta pass importanti fil-qafas ta' ppjanar strateġiku u operattiv taċ-Ċentru;

Politika dwar il-persunal

8.  Jinnota li, fil-31 ta' Diċembru 2018, 96,05 % tat-tabella tal-persunal kienet ġiet eseguita, u li kienu nħatru 9 uffiċjali u 64 aġent temporanju minn 10 uffiċjali u 66 aġent temporanju awtorizzat mill-baġit tal-Unjoni (meta mqabbel ma' 77 post awtorizzat fl-2017); jinnota wkoll li, fl-2018, iċ-Ċentru ħaddem 29 aġent kuntrattwali u espert nazzjonali sekondat wieħed;

9.  Jinnota li ċ-Ċentru rreġistra bilanċ bejn il-ġeneri tajjeb fl-ambitu tal-Bord ta' Ġestjoni għall-2018, jiġifieri 15-il membru ta' sess maskili u 14-il membru ta' sess femminili;

10.  Jinnota b'sodisfazzjon li ċ-Ċentru għandu dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-ħolqien u ż-żamma ta' kultura tax-xogħol ibbażata fuq id-dinjità u r-rispett, biex jiġi evitat u miġġieled il-fastidju; josserva li jqiegħed għad-dispożizzjoni servizz ta' assistenza psikoloġika kunfidenzjali;

Akkwist

11.  Jilqa' favorevolment il-fatt li ċ-Ċentru stabbilixxa pjan ta' akkwist konformi mal-pjan ta' ġestjoni taċ-Ċentru, li ġie attwat b'suċċess bis-saħħa ta' kollaborazzjoni mill-qrib mal-unitajiet kollha;

12.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, iċ-Ċentru ma attirax numru raġonevoli ta' offerenti fi proċeduri ta' akkwist ta' valur baxx, u li f'ħamsa minn dawn il-proċeduri kien hemm biss kandidat wieħed li tefa' offerta u li fi proċedura waħda ntefgħu żewġ offerti; jinnota li, skont ir-risposta taċ-Ċentru, kien stieden kif jixraq in-numru ta' offerenti meħtieġ mir-regoli finanzjarji applikabbli biex jiżgura l-livell neċessarju ta' kompetizzjoni; jistieden liċ-Ċentru jkompli bl-isforzi bla heda tiegħu ħalli jiżgura li l-proċeduri ta' akkwist pubbliku jkunu konformi mal-prinċipju tal-kompetizzjoni ġusta u jiffaċilita l-parteċipazzjoni fil-proċeduri ta' akkwist tiegħu għall-kuntratti ta' valur baxx;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

13.  Jirrikonoxxi l-miżuri eżistenti taċ-Ċentru u l-isforzi kontinwi biex jiżgura t-trasparenza, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess, u l-protezzjoni tal-informaturi; jinnota b'sodisfazzjon li l-curricula vitae u d-dikjarazzjonijiet ta' interessi tad-direttur u tal-membri tal-kumitat xjentifiku huma ppubblikati fis-sit web taċ-Ċentru;

14.  Jissottolinja li minn studju reċenti kkummissjonat mill-Kumitat għall-Petizzjonijiet tal-Parlament(18) ħareġ li, fid-dawl tal-fatt li ċ-Ċentru juża esperti u, b'mod partikolari, li l-kumitat xjentifiku jieħu deċiżjonijiet waħdu, jeżisti riskju potenzjali ta' kunflitti ta' interess;

Kontrolli interni

15.  Jinnota li, b'segwitu għar-rapport tas-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni dwar l-analiżi tal-bżonnijiet tal-proċessi ta' ġbir, validazzjoni u aċċertament tal-kwalità tad-data u tar-rieżami tal-qafas tal-ġestjoni tal-kwalità tad-data u tal-allinjament tiegħu mal-Istrateġija taċ-Ċentru 2025, ir-rakkomandazzjonijiet neċessarji kollha li jinsabu fil-pjan ta' azzjoni adottat ġew implimentati fl-2018;

16.  Jinnota bi tħassib li, skont iċ-Ċentru, diversi rakkomandazzjonijiet inklużi fl-awditu 2015 tal-IAS dwar il-ġestjoni tal-proġetti informatiċi ġew biss implimentati parzjalment u li, fi tmiem l-2018, kienu għadhom pendenti żewġ rakkomandazzjonijiet; jinnota, madankollu, li kien mistenni li dawn iż-żewġ rakkomandazzjonijiet jiġu implimentati sa nofs l-2019; jistieden liċ-Ċentru jinforma lill-awtorità ta' kwittanza bil-progress li jsir sa Ġunju 2020;

17.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, bi qbil mad-Direttiva 2008/104/KE(19) kif ukoll mal-liġi tax-xogħol tal-Portugall, il-ħaddiema interim għandhom jaħdmu fl-istess kundizzjonijiet tax-xogħol bħall-ħaddiema li jiġu impjegati direttament mill-impriża li tħaddimhom; jinnota, madankollu, li l-kuntratti rilevanti ma kinux jimponu b'mod espliċitu lill-aġenziji tax-xogħol temporanju li jirrispettaw dawn il-kundizzjonijiet u li xejn ma jindika li ċ-Ċentru għamel min-naħa tiegħu xi tqabbil bejn il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-persunal proprju tiegħu u dawk tal-ħaddiema interim, u dan jostakola kundizzjonijiet tax-xogħol sikuri u prevedibbli għall-persunal u jikkawża riskju ta' kontenzjuż u riskji għar-reputazzjoni taċ-Ċentru; jinnota li, skont ir-risposta taċ-Ċentru, il-kuntratt stipulat bejn iċ-Ċentru u l-aġenzija tax-xogħol temporanju jagħmel referenza għall-obbligu min-naħa taċ-Ċentru li josserva l-aspetti kollha tal-leġiżlazzjoni applikabbli u li, skont it-termini ta' dan il-kuntratt, hija l-aġenzija tax-xogħol temporanju li hija esposta għar-riskju ta' kontenzjuż; jevidenzja, madankollu, li sitwazzjoni bħal din tesponi liċ-Ċentru għal riskju għoli għar-reputazzjoni; jilqa' pożittivament il-fatt li ċ-Ċentru qiegħed jikkunsidra mill-ġdid il-politiki tiegħu tal-użu tal-ħaddiema temporanji biex ikunu bbażati aħjar fuq il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru li fiha għandu s-sede tiegħu, bi qbil mal-bżonnijiet operattivi tiegħu u mal-qafas ġuridiku; jistieden liċ-Ċentru janalizza l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-persunal interim tiegħu u jiżgura li dawn il-kundizzjonijiet ikunu jikkonformaw mal-liġijiet tax-xogħol tal-Unjoni u nazzjonali; jistieden liċ-Ċentru jinforma lill-awtorità ta' kwittanza bil-progress li jsir sa Ġunju 2020;

18.  Jinnota li fl-2006 l-Unjoni ffirmat ftehim man-Norveġja li jiddefinixxi l-formula għall-kalkolu tal-kontribuzzjoni finanzjarja tan-Norveġja liċ-Ċentru, kif ukoll is-soll minimu ta' kontribuzzjoni, li għandu jkun suġġett għal aġġustament annwali abbażi tal-andament tal-prezzijiet u tal-introjtu nazzjonali gross fl-Unjoni; jinnota bi tħassib li, filwaqt li s-sussidju mill-baġit tal-Unjoni żdied b'24 % bejn l-2007 u l-2018, il-kontribuzzjoni min-Norveġja baqgħet kważi l-istess; jinnota li, skont ir-risposta taċ-Ċentru, ma hemm l-ebda korrelazzjoni lineari bejn iż-żieda fis-sussidju tal-Unjoni u l-kontribuzzjoni min-Norveġja u li ċ-Ċentru ma għandux il-kapaċità ġuridika meħtieġa biex jitlob formula/metodu differenti għall-aġġustament tal-kontribuzzjoni minima mingħand in-Norveġja; jistieden liċ-Ċentru u lill-partijiet ikkonċernati jaġġustaw il-kontribuzzjoni minima min-Norveġja skont it-termini maqbula;

19.  Jistieden liċ-Ċentru jikkonċentra fuq it-tixrid tar-riżultati tar-riċerka tiegħu mal-pubbliku, u jikkomunika mal-pubbliku permezz tal-midja soċjali u mezzi oħra tal-midja;

o
o   o

20.  Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta' natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Mejju 2020(20) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 417, 11.12.2019, p. 1.
(2) ĠU C 417, 11.12.2019, p. 1.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(5) ĠU L 376, 27.12.2006, p. 1.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(7) ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.
(8) ĠU C 417, 11.12.2019, p. 1.
(9) ĠU C 417, 11.12.2019, p. 1.
(10) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(11) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(12) ĠU L 376, 27.12.2006, p. 1.
(13) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(14) ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.
(15) ĠU C 29, 23.1.2019, p. 3.
(16) ĠU C 29, 23.1.2019, p. 2.
(17) Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga, "Strateġija tal-EMCDDA 2025", Lisbona, Marzu 2017; http://www.emcdda.europa.eu/publications/work-programmes-and-strategies/strategy-2025_en.
(18) https://www.europarl.europa.eu/RegData/etudes/STUD/2020/621934/IPOL_STU(2020)621934_EN.pdf
(19) Id-Direttiva 2008/104/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar xogħol temporanju permezz ta' aġenzija (ĠU L 327, 5.12.2008, p. 9).
(20) Testi adottati, P9_TA-PROV(2020)0121.


Kwittanza 2018: Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea
PDF 182kWORD 57k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Mejju 2020 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (qabel il-11 ta’ Settembru 2018: Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni) għas-sena finanzjarja 2018 (2019/2077(DEC))
P9_TA-PROV(2020)0082A9-0074/2020

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2018, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2018 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2020 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2018 (05761/2020 – C9-0044/2020),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 60 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 121 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(8), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0074/2020),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2018;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Mejju 2020 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (qabel il-11 ta’ Settembru 2018: Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni) għas-sena finanzjarja 2018 (2019/2077(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2018, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(9),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(10) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2018 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2020 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2018 (05761/2020 – C9-0044/2020),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE(13), u b'mod partikolari l-Artikolu 60 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91(14), u b'mod partikolari l-Artikolu 121 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(15), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(16), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0074/2020),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Mejju 2020 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (qabel il-11 ta’ Settembru 2018: Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni) għas-sena finanzjarja 2018 (2019/2077(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0074/2020),

A.  billi, skont ir-rapport tad-dħul u l-infiq tagħha(17), il-baġit finali tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea ("l-Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2018 kien ta' EUR 197 871 000 – żieda ta' 3,27 % meta mqabbel mal-2017; billi l-baġit tal-Aġenzija huwa ffinanzjat mill-baġit tal-Unjoni (EUR 36 915 000) u minn tariffi u imposti (EUR 102 992 000);

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2018 ("ir-rapport tal-Qorti"), issostni li għandha fil-pussess tagħha aċċertamenti raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2018 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 98,31 % – tnaqqis ta' 1,02 % meta mqabbel mal-2017; jinnota, barra minn hekk, li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 90,26 % – tnaqqis ta' 3,49 % meta mqabbel mal-2017;

Prestazzjoni

2.  Jinnota li, f'Ġunju 2018, l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO) ppubblikat ir-riżultati ta' awditu li għamlet fuq l-Aġenzija fl-2017 u li jikkonferma rata ta' implimentazzjoni għolja ħafna, li tpoġġi lill-Aġenzija fost l-aqwa tliet regolaturi tal-avjazzjoni fid-dinja;

3.  Jirrikonoxxi li l-Aġenzija qed issaħħaħ l-intelligence tas-sikurezza u l-funzjonijiet tal-prestazzjoni tas-sikurezza u li, b'mod partikolari, qed tiżviluppa l-programm Data4Safety li se jipprovdi pjattaforma għall-big data u titjib fil-kapaċità ta' analiżi fil-livell Ewropew;

4.  Iħeġġeġ lill-Aġenzija tkompli bil-politika tagħha dwar id-diġitalizzazzjoni;

5.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Aġenzija tikkondividi riżorsi fuq ċerti kompiti biex jiġi evitat trikkib ma' Aġenziji oħra – fosthom, b'mod partikolari, l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq – fl-oqsma tal-istħarriġ, it-tagħlim elettroniku, is-servizzi tal-cloud u LinkedIn u t-taħriġ fl-għarfien dwar l-ambjent; iħeġġeġ lill-Aġenzija tibqa' tfittex attivament kooperazzjoni akbar u usa' mal-aġenziji kollha tal-Unjoni;

6.  Jinnota li, fl-2018, saret evalwazzjoni esterna tal-proċess li wassal għall-iżvilupp tad-Dokument ta' Programmazzjoni Uniku tal-Aġenzija u tal-mod kif il-partijiet ikkonċernati prinċipali tal-Aġenzija ġew ikkonsultati fit-tfassil ta' dan id-dokument; jinnota li l-Aġenzija qed tħejji pjan ta' azzjoni biex tindirizza oqsma fejn jista' jsir titjib;

7.  Jenfasizza r-rwol essenzjali tal-Aġenzija f'li tiżgura l-ogħla livell possibbli ta' sikurezza tal-avjazzjoni u ħarsien tal-ambjent f'suq tal-avjazzjoni li qed jikber b'rata mgħaġġla; jenfasizza li l-2018, bid-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2018/1139(18), kienet sena kruċjali għall-Aġenzija; jirrikonoxxi li ż-żieda fir-responsabbiltajiet u fil-volum tax-xogħol tal-Aġenzija ma kinitx akkumpanjata minn żieda proporzjonata fir-riżorsi, u dan ħolqilha sfidi sinifikanti biex twettaq il-kompiti u l-objettivi tagħha fl-2018 u wassal biex ċerti attivitajiet ġew posposti jew tnaqqsitilhom il-prijorità; itenni li l-Aġenzija għandha tingħata riżorsi finanzjarji u umani adegwati biex twettaq il-kompiti importanti fdati lilha, u dan fid-dawl tal-fatt li fil-31 ta' Diċembru 2018 irreġistrat tnaqqis għal 767 membru tal-persunal (meta mqabbel ma' 771 fl-2017);

8.  Ifakkar fil-kontribut tal-Aġenzija biex jiġu żviluppati standards intelliġenti dwar l-istorbju u l-emissjonijiet tas-CO2 u fir-responsabbiltà tagħha għaċ-ċertifikazzjoni ambjentali ta' prodotti, parts u tagħmir ajrunawtiċi; jemmen li, b'aktar riżorsi, l-Aġenzija jista' jkollha rwol ewlieni fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' miżuri biex titjieb is-sostenibbiltà tal-avjazzjoni;

9.  Jilqa' l-isforzi sinifikanti magħmulin mill-Aġenzija biex jinħoloq spazju Ewropew uniku għad-droni;

10.  Jesprimi tħassib dwar il-fatt li l-avjazzjoni hija bersall attraenti għall-attakki ċibernetiċi u li software difettuż jista' jkollu konsegwenzi serji; jistieden lill-Aġenzija biex, bi sħab maċ-Ċentru Ewropew għaċ-Ċibersigurtà fl-Avjazzjoni, tkompli ssaħħaħ ir-reżiljenza diġitali tal-avjazzjoni Ewropea;

11.  Jesprimi tħassib dwar il-fatt li l-inkorporazzjoni imminenti tas-sistemi ta' inġenji tal-ajru ppilotati mill-bogħod se toħloq ansjetà fost il-pubbliku f'dak li għandu x'jaqsam mas-sikurezza; jistieden lill-Aġenzija tagħti aktar kas tat-tħassib ġenerali dwar is-sikurezza u tat-tħassib tal-awtoritajiet dwar il-prosekuzzjoni tat-trasgressuri;

12.  Jistieden lill-Aġenzija tara li l-Unjoni, malajr kemm jista' jkun u mingħajr periklu għas-sikurezza, ikollha regoli uniformi u faċilment applikabbli għall-użu kummerċjali tad-droni; jesprimi tħassib dwar il-fatt li l-Aġenzija m'għandhiex biżżejjed riżorsi finanzjarji u umani għal din ir-responsabbiltà l-ġdida;

13.  Jinnota li l-Aġenzija kkonkludiet is-sena b'defiċit globali ta' EUR 2 000 000 (surplus ta' EUR 700 000 għal attivitajiet sussidjati u defiċit ta' EUR 2 700 000 għal attivitajiet iffinanzjati minn tariffi u imposti); jinnota li d-defiċit relatat ma' tariffi u imposti huwa mnaqqas mis-surplus akkumulat, li b'hekk jonqos minn EUR 54 900 000 għal EUR 52 200 000; josserva li fir-rigward ta' attivitajiet relatati ma' tariffi u imposti, l-introjtu żdied b'EUR 1 800 000 meta mqabbel mal-2017, iżda l-ispejjeż relatati mal-persunal żdiedu bi EUR 3 700 000, l-ispejjeż amministrattivi b'EUR 900 000 u l-ispejjeż operattivi b'EUR 2 600 000; jinnota li għall-attivitajiet relatati mas-sussidju, żieda ta' EUR 2 000 000 kienet biżżejjed biex tkopri ż-żieda ta' EUR 100 000 fl-ispejjeż amministrattivi u ta' EUR 1 400 000 fin-nefqa operattiva;

14.  Ifaħħar il-miżuri li ttieħdu biex l-Aġenzija ssir aktar effiċjenti, bħat-tnedija tal-programm Lean Efficiency Agility Programme u inizjattivi oħra, li rriżultaw fi tnaqqis totali tal-volum tax-xogħol ekwivalenti għal 16-il impjegat full-time u ppermettew lill-Aġenzija tirriassenja l-inkarigi u taffronta ż-żieda fix-xogħol u l-ħtiġijiet kwalitattivi riveduti tal-attivitajiet storiċi tagħha; jilqa' wkoll iż-żieda fid-diġitalizzazzjoni, l-awtomatizzazzjoni u s-simplifikazzjoni tal-proċessi finanzjarji, li wasslet biex 86 % tat-tranżazzjonijiet finanzjarji ġew ipproċessati elettronikament;

15.  Huwa sodisfatt li l-Aġenzija implimentat ir-rakkomandazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri biex tiżgura l-indipendenza tal-uffiċjal tal-kontabbiltà, li, issa, fuq livell funzjonali jagħti rendikont lill-Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija u, fuq livell amministrattiv, jagħti rendikont lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija;

16.  Jilqa' l-adozzjoni tal-linji gwida dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta min-naħa tal-Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija u jistieden lill-Aġenzija tiżgura l-implimentazzjoni tagħhom; jinnota li, fl-2018, is-servizzi tal-awditjar intern għamlu analiżi tal-etika li kienet tkopri l-oqsma tal-kodiċi ta' kondotta, l-etika u l-frodi, u li l-abbozz ta' rapport tal-awditu kien mistenni għall-bidu tal-2019; itenni l-ħtieġa, f'dan il-kuntest, li jiġu introdotti salvagwardji kontra l-kunflitti ta' interess;

Politika dwar il-persunal

17.  Jinnota li, fil-31 ta' Diċembru 2018, mit-tabella tal-persunal kien imtela perċentwal ta' 95,74 %, u li kienu nħatru 651 aġent temporanju mis-680 awtorizzati mill-baġit tal-Unjoni (apparagun tas-678 post awtorizzati fl-2017); jinnota li fl-2018, barra minn hekk, l-Aġenzija kellha 83 aġent kuntrattwali u 19-il espert nazzjonali sekondat jaħdmu magħha;

18.  Jinnota bi tħassib li għall-2018 ġie rreġistrat żbilanċ bejn is-sessi f'dak li għandu x'jaqsam mal-maniġment superjuri (erba' rġiel u mara waħda) u l-Bord ta' Tmexxija (26 raġel u tliet nisa);

19.  Jinnota li l-Aġenzija ssieħbet fl-inizjattiva tal-Kummissjoni "In-Nisa fit-Trasport", li għandha l-għan li ssaħħaħ l-opportunitajiet ta' impjieg għan-nisa fil-livelli kollha; jilqa' l-fatt li l-Aġenzija waqqfet task force dwar il-bilanċ bejn is-sessi biex tagħmel rakkomandazzjonijiet għall-korrezzjoni tal-iżbilanċ konsiderevoli eżistenti;

20.  Iħeġġeġ lill-Aġenzija tiżviluppa qafas ta' politika fit-tul dwar ir-riżorsi umani li jindirizza l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata tal-persunal tagħha, il-gwida tul il-ħajja u l-iżvilupp tal-karriera, il-bilanċ bejn is-sessi, it-telexogħol, in-nondiskriminazzjoni, il-bilanċ ġeografiku kif ukoll ir-reklutaġġ u l-integrazzjoni ta' persuni b'diżabilità;

Akkwist

21.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, l-Aġenzija impenjat il-fondi għal ftehim mal-Kummissjoni dwar servizzi tal-arkivjar madwar tmien xhur wara t-tiġdid tal-ftehim; jinnota li r-Regolament Finanzjarju jgħid li l-impenn ta' fondi għandu jiġi rreġistrat qabel ma wieħed jidħol f'obbligu legali; jieħu nota tat-tweġiba tal-Aġenzija, li kienet li l-impenn ġie ffirmat qabel ma waslet il-fattura iżda wara li kien beda s-servizz u li, għalhekk, dan l-impenn a posteriori kien kopert minn eċċezzjoni; jistieden lill-Aġenzija tieħu impenji baġitarji qabel ma tidħol f'impenji legali;

22.  Jinnota bi tħassib li, skont ir-rapport tal-Qorti, għall-akkwist ta' servizzi tal-analitika tad-data b'volum massimu ta' EUR 5 000 000, l-Aġenzija għażlet li tuża kuntratt qafas ma' operatur wieħed li jirriżulta minn proċedura miftuħa ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; jinnota, madankollu, li t-termini li ntużaw fil-kuntratt qafas ma kinux speċifiċi biżżejjed biex jippermettu kompetizzjoni ġusta, għax ir-rekwiżiti kienu għadhom mhux magħrufa meta saret il-proċedura tal-akkwist; ifakkar li f'ċirkustanzi bħal dawn, skont ir-Regolament Finanzjarju, l-awtorità kontraenti trid tiffirma kuntratt qafas ma' aktar minn operatur wieħed u, għal akkwisti speċifiċi, trid tintuża proċedura kompetittiva bejn il-kuntratturi magħżula; jieħu nota tat-tweġiba tal-Aġenzija, li fiha qalet li kienet għażlet kuntratt qafas ma' operatur wieħed – minflok ma' aktar minn wieħed – għax kuntratt bħal dan tal-aħħar kien jirriżulta f'bidla fil-kuntrattur tul il-perjodu kopert mill-kuntratt qafas u kien ikollu konsegwenzi serji f'termini ta' koerenza u tlestija fil-ħin; jistieden lill-Aġenzija tfassal kuntratti qafas li jippermettu kompetizzjoni ġusta u jiżguraw valur għall-flus;

23.  Josserva li, skont ir-rapport tal-Qorti, fi proċedura ta' akkwist oħra għall-attività prinċipali tal-Aġenzija, jiġifieri l-esternalizzazzjoni ta' kompiti ta' ċertifikazzjoni, il-kuntratti ġew aġġudikati abbażi tal-kwalità tas-servizzi biss, mingħajr ma tqies il-prezz; jinnota, barra minn hekk, li l-Aġenzija ffirmat kuntratt ma' operatur partikolari qabel ma rċeviet prova li l-kuntrattur ma kienx f'sitwazzjoni ta' esklużjoni; jinnota li, skont it-tweġiba tal-Aġenzija, din l-attività speċifika mhix riflessa fir-Regolament Finanzjarju; jinnota, barra minn hekk, li ma kien hemm l-ebda riskju li l-Aġenzija kienet se titlob servizzi mingħand fornitur ineliġibbli peress li qabel kwalunkwe akkreditament ta' kompiti titressaq evidenza li tirrigwarda l-kriterji ta' esklużjoni; jistieden lill-Aġenzija tiżgura li l-kuntratti jiġu ffirmati biss wara li jkunu ġew ivverifikati l-kriterji ta' esklużjoni;

24.  Jinnota li, fid-dawl tal-kummenti u l-osservazzjonijiet tal-awtorità tal-kwittanza b'rabta mal-użu ta' xi wħud mill-għodod varati mill-Kummissjoni bil-għan li tiġi introdotta soluzzjoni waħda għall-iskambju elettroniku ta' informazzjoni ma' partijiet terzi li jipparteċipaw fi proċeduri ta' akkwist (akkwist elettroniku), f'Jannar 2018 l-Aġenzija bdiet tagħti l-possibbiltà lill-fornituri kollha jippreżentaw il-fatturi elettronikament; jilqa' l-fatt, barra minn hekk, li fi tmiem l-2018 aktar minn 80 % tal-fatturi kienu qed jintbagħtulha elettronikament; jinnota, madankollu, li l-ipproċessar tal-fatturi mibgħuta elettronikament u l-kodifikazzjoni tad-data tal-fatturi ssir manwalment billi din hi meqjusa l-aktar soluzzjoni raġonevoli;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

25.  Jinnota – fid-dawl tal-kummenti u l-osservazzjonijiet tal-awtorità tal-kwittanza b'rabta mar-rieżami tal-politika tagħha dwar "l-imparzjalità u l-indipendenza: il-prevenzjoni u l-mitigazzjoni tal-kunflitti ta' interess" u l-estensjoni tat-tlestija, ir-rieżami u l-aġġornament tad-dikjarazzjonijiet tal-interessi għall-membri kollha tal-persunal – li l-Aġenzija, fl-aħħar ta' Mejju 2019, irċeviet ir-rapport tal-awditu finali tas-servizz tal-awditjar intern dwar l-etika, il-prevenzjoni tal-frodi u l-kunflitti ta' interess b'konklużjoni ġenerali pożittiva dwar is-sistemi ta' ġestjoni u kontroll; jinnota, barra minn hekk, li l-Aġenzija fasslet pjan ta' azzjoni fir-rigward tar-rakkomandazzjonijiet tas-servizz tal-awditjar intern u li l-Aġenzija kienet qed tippjana li sal-aħħar ta' Marzu 2020 tkun għamlet rieżami tal-qafas eżistenti dwar il-kodiċi ta' kondotta għall-membri tal-persunal u l-bord tal-appell tal-Aġenzija, kif ukoll rieżami tal-proċess tad-dikjarazzjoni pubblika tal-interessi għall-membri tal-Bord ta' Tmexxija;

26.  Jinnota li 62 % tad-dħul tal-Aġenzija jikkonsisti f'tariffi; jieħu nota tal-fehma tal-Aġenzija li l-fatt li l-applikanti jħallsu t-tariffi mhux bilfors jimplika kunflitt ta' interess;

Kontrolli interni

27.  Jinnota li, fl-2018, is-servizz tal-awditjar intern eżamina u kkonferma l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet kollha li kienu għadhom pendenti fl-oqsma tal-kontinwità operattiva, il-ġestjoni tas-sigurtà tal-informazzjoni u l-pjan Ewropew għas-sikurezza tal-avjazzjoni;

28.  Josserva li, fl-2018, is-servizz tal-awditjar intern tal-Kummissjoni ħareġ rapport ta' awditu dwar il-valutazzjoni strateġika tar-riskju – inkluża l-IT – fl-EASA; jinnota wkoll li l-Aġenzija ħejjiet pjan ta' azzjoni biex tindirizza oqsma fejn jista' jsir titjib;

29.  Jinnota li, fl-2018, il-kapaċità tal-awditjar intern żvolġiet erba' inkarigi ta' aċċertament biex tivvaluta jekk ir-regolamenti rilevanti ġewx rispettati, jekk l-objettivi tal-proċess intlaħqux, u jekk ir-riskji ewlenin ġewx mitigati kif xieraq; jinnota li dan il-livell ta' aċċertament sar għal kull wieħed mill-eżerċizzji u ngħataw rakkomandazzjonijiet għat-tisħiħ tal-ambjent tal-kontroll jew l-effiċjenza ġenerali tal-proċessi; jirrikonoxxi, barra minn hekk, li fl-erba' proċessi ta' segwitu tal-awditi mwettqa fl-2018, ir-riskji residwi tnaqqsu b'mod konsiderevoli u niżlu għal livell aċċettabbli, u li l-azzjonijiet miftuħa kollha implimentati fil-qafas tal-azzjoni finali kellhom jingħalqu sat-tielet trimestru tal-2019;

30.  Jistieden lill-Aġenzija tiffoka fuq it-tixrid tar-riżultati tar-riċerka tagħha fost il-pubbliku u tikkomunika mal-pubbliku permezz tal-midja soċjali u ta' mezzi ta' komunikazzjoni oħra;

o
o   o

31.  Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta' natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Mejju 2020(19) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 417, 11.12.2019, p. 48.
(2) ĠU C 417, 11.12.2019, p. 48.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(5) ĠU L 79, 19.3.2008, p. 1.
(6) ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1.
(7) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(8) ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.
(9) ĠU C 417, 11.12.2019, p. 48.
(10) ĠU C 417, 11.12.2019, p. 48.
(11) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(12) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(13) ĠU L 79, 19.3.2008, p. 1.
(14) ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1.
(15) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(16) ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.
(17) ĠU C 279, 8.8.2018, p. 4.
(18) Ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1).
(19) Testi adottati, P9_TA-PROV(2020)0121.


Kwittanza 2018: L-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil
PDF 196kWORD 56k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Mejju 2020 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2018 (2019/2096(DEC))
P9_TA-PROV(2020)0083A9-0077/2020

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2018,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2018, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2018 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2020 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Uffiċċju fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2018 (05761/2020 – C9-0063/2020),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 439/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 li jistabbilixxi Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 36 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0077/2020),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju għas-sena finanzjarja 2018;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Mejju 2020 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2018 (2019/2096(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2018,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2018, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(8),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(9) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2018 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2020 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Uffiċċju fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2018 (05761/2020 – C9-0063/2020),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 439/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 li jistabbilixxi Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 36 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(13), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0077/2020),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2018;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Mejju 2020 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2018 (2019/2096(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2018,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0077/2020),

A.  billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tiegħu(15), il-baġit finali tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (l-"Uffiċċju") għas-sena finanzjarja 2018 kien ta' EUR 97 665 322, li jirrappreżenta żieda ta' 12,52 % meta mqabbel mal-2017; billi ż-żieda kienet relatata mat-tisħiħ tal-attivitajiet operattivi; billi l-baġit tal-Uffiċċju huwa prinċipalment derivat mill-baġit tal-Unjoni(16);

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2018 (ir-"rapport tal-Qorti"), tiddikjara li hija kisbet aċċertamenti raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Uffiċċju huma affidabbli u li kisbet evidenza suffiċjenti għall-awditjar dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet; billi, madankollu, il-Qorti ħarġet bażi għal opinjoni kwalifikata b'relazzjoni mas-sejbiet tal-Qorti rrappurtati għas-snin finanzjarji 2016 u 2017 dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti; billi, ħlief għall-effetti tas-snin finanzjarji 2016 u 2017, il-Qorti hija tal-opinjoni li l-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2018 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha;

Segwitu għar-rapport ta' kwittanza tal-2017

1.  Jinnota d-deċiżjoni tas-6 ta' Ġunju 2018 tal-bord ta' tmexxija tal-Uffiċċju li jeżonera lid-direttur eżekuttiv preċedenti mid-dmirijiet tiegħu b'effett immedjat; jinnota n-nomina ta' direttur eżekuttiv ad interim fis-6 ta' Ġunju 2018 u l-ħatra ta' direttriċi eżekuttiva ġdida fis-16 ta' Ġunju 2019; jilqa' r-rapport ta' segwitu min-naħa tal-Uffiċċju dwar l-osservazzjonijiet tal-Parlament għas-sena finanzjarja 2017, b'mod partikolari l-miżuri korrettivi meħuda mill-bord ta' tmexxija tal-Uffiċċju, id-direttur eżekuttiv ad interim u d-direttriċi eżekuttiva l-ġdida sabiex isir titjib fl-istruttura ta' governanza u l-effiċjenza tal-Uffiċċju, tinġieb lura t-trasparenza u tissaħħaħ il-fiduċja; jappoġġja u japprezza l-miżuri definiti fil-Pjan ta' Azzjoni dwar il-Governanza tal-EASO għall-2019; jinnota l-messaġġ pożittiv u l-intenzjoni favur kooperazzjoni mill-qrib fil-futur li esprimiet id-direttriċi eżekuttiva l-ġdida fis-seduta ta' smigħ pubbliku tal-4 ta' Settembru 2019 u s-seduta ta' smigħ tal-aġenziji fi ħdan il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament tal-4 ta' Diċembru 2019;

L-eżitu tal-investigazzjoni tal-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF)

2.  Jiddeplora l-irregolaritajiet li sab l-OLAF b'rabta ma' ksur tal-proċeduri ta' akkwist, approprjazzjoni indebita ta' fondi tal-Unjoni, amministrazzjoni ħażina, abbuż tal-pożizzjoni fi kwistjonijiet relatati mar-riżorsi umani, ksur tar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data, fastidju u mġiba mhux xierqa fil-konfront tal-persunal fl-2017; itenni l-appell tiegħu lill-Uffiċċju biex jinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar is-segwitu tal-miżuri proposti mill-OLAF; jifhem it-talba tal-Uffiċċju li jirrapporta f'aktar dettall fil-kuntest opportun minħabba kwistjonijiet ta' kunfidenzjalità u ta' protezzjoni tad-data;

3.  Jinnota d-deċiżjoni tas-6 ta' Ġunju 2018 tal-bord ta' tmexxija tal-Uffiċċju li jeżonera lid-direttur eżekuttiv mid-dmirijiet tiegħu b'effett immedjat; jenfasizza, madankollu, li l-baġit għas-sena finanzjarja 2017 ġie implimentat taħt is-superviżjoni tal-maniġment preċedenti tal-Uffiċċju; jenfasizza li r-rapport jirrigwarda l-proċedura ta' kwittanza għas-sena finanzjarja 2017; jirrikonoxxi l-impenn tad-direttriċi eżekuttiva l-ġdida li twettaq riformi sinifikanti li jiżguraw governanza solida;

Bażi għal opinjoni avversa dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena finanzjarja 2017

4.  Jinnota, fid-dawl tal-kummenti u l-osservazzjonijiet mill-awtorità ta' kwittanza relatati mad-dipendenza qawwija tal-Uffiċċju fuq riżorsi suffiċjenti, prinċipalment fuq l-esperti li jiġu magħmula disponibbli mill-Istati Membri, li l-każijiet ta' nuqqas ta' esperti jiġu rrappurtati lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni f'livelli differenti; jinnota, barra minn hekk, li, sabiex jikkumpensa għan-nuqqasijiet marbuta man-nomini u mas-sekondar tal-Istati Membri, l-Uffiċċju żied l-istazzjonament ta' persunal temporanju reklutat lokalment u li, fl-2018, 26 % biss tal-istazzjonamenti tal-ħtiġijiet operattivi ġew koperti minn esperti tal-Istati Membri; jinnota l-fatt li l-Uffiċċju ma jkunx f'pożizzjoni li jipprovdi lill-Istati Membri b'appoġġ kritiku għas-sistemi tal-asil tagħhom mingħajr l-użu ta' aġenti temporanji; jirrikonoxxi l-proposta tal-Uffiċċju li tissuġġerixxi Riżerva ta' Intervent għall-Asil ta' 500 espert mill-Istati Membri; jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jivvalutaw u jindirizzaw din il-proposta b'mod urġenti;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

5.  Jiddispjaċih li l-baġits annwali limitati u l-assenza parzjali ta' fondi ta' kontinġenza fil-baġit tal-Uffiċċju biex ikopru l-finanzjament ta' ħtiġijiet operattivi urġenti mhux previsti joħolqu inċertezzi baġitarji u jxekklu l-ippjanar f'każ ta' emerġenza; jinnota li l-Uffiċċju jinsab fi djalogu kostanti mal-Kummissjoni u mal-awtoritajiet baġitarji fir-rigward tal-ippjanar operattiv u l-allokazzjoni tar-riżorsi tiegħu; jirrikonoxxi li l-Uffiċċju jagħmel użu parzjali mill-kontribuzzjonijiet minn pajjiżi assoċjati bħala kontinġenza għan-nefqa operattiva, b'mod partikolari sabiex jittratta t-talbiet mhux ippjanati għal appoġġ mill-Istati Membri; jistieden lill-Uffiċċju jkompli jindirizza r-restrizzjonijiet baġitarji b'konsultazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni u mal-awtoritajiet baġitarji;

6.  Jenfasizza l-fatt li t-tnaqqis propost fil-baġit jista' jxekkel l-kapaċità tal-Uffiċċju li jkompli jaqdi l-funzjonijiet tiegħu b'mod xieraq biex jagħti l-appoġġ meħtieġ lill-Istati Membri, kif fdat lilu bis-saħħa tal-mandat tiegħu; ifakkar fil-fatt li t-tisħiħ tal-mandat tal-Uffiċċju u ż-żieda fil-volum ta' xogħol għandhom ikunu akkumpanjati minn allokazzjonijiet baġitarji adegwati;

7.  Jilqa' l-istrateġija ta' kooperazzjoni mġedda tal-bord ta' tmexxija konġunt EASO-Frontex; jinnota, barra minn hekk, b'apprezzament li l-Uffiċċju jiżvolġi rwol attiv fin-Netwerk tal-Aġenziji fis-simplifikazzjoni ta' azzjonijiet komuni bħas-sejħa għar-reklutaġġ ta' esperti fl-assistenza psikoloġika kunfidenzjali, parteċipazzjoni fi proċeduri ta' akkwist konġunti għall-kuntratti qafas u programmi ta' mobilità tal-persunal; iħeġġeġ bil-qawwa lill-Uffiċċju jfittex b'mod attiv aktar kooperazzjoni u kooperazzjoni aktar mifruxa mal-aġenziji kollha tal-Unjoni; jindika r-rakkomandazzjoni fir-Rapport Speċjali tal-Qorti dwar il-Ġestjoni tal-Migrazzjoni biex jiġu żgurati komplementarjetà u koordinament aħjar bejn il-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u l-Uffiċċju; iħeġġeġ lill-Uffiċċju jaħdem fuq il-kunċett tal-kondiviżjoni tar-riżorsi mal-aġenziji l-oħra li l-attivitajiet tagħhom huma simili f'dak li għandu x'jaqsam mal-kompiti li jikkoinċidu;

Prestazzjoni

8.  Jinnota li, fil-31 ta' Diċembru 2018, 68,22 % tat-tabella tal-persunal ġiet eżegwita, b'146 aġent temporanju maħtur minn total ta' 214 -il aġent temporanju awtorizzat fil-qafas tal-baġit tal-Unjoni (meta mqabbla ma' 155 post awtorizzat fl-2017); jinnota li, barra minn hekk, 61 aġent kuntrattwali u 3 esperti nazzjonali sekondati kienu jaħdmu għall-Uffiċċju fl-2018; jinnota b'sodisfazzjon li l-pjan ta' reklutaġġ tal-Uffiċċju jipprevedi 500 membru tal-persunal sal-2020;

9.  Jinnota n-nuqqas ta' maniġers fid-dipartiment tal-amministrazzjoni, peress li erbgħa minn ħames postijiet maniġerjali kienu jew vakanti jew kellhom lill-persuni li okkupawhom sospiżi minn dmirijiethom, iżda jirrikonoxxi r-risposta mogħtija mill-Uffiċċju li l-avviż ta' post vakanti ta' kap tal-Unità tar-riżorsi umani u tas-sigurtà se jiġi ppubblikat fl-ewwel trimestru tal-2020; jinnota wkoll li, minħabba l-fatt li l-Uffiċċju kien affettwat minn riorganizzazzjoni, ir-reklutaġġ tal-kap tal-Unità tal-finanzi u tal-akkwist għadu għaddej u l-kap tal-Unità tal-ICT imtela fl-2019; jistieden lill-Uffiċċju jagħmel sforzi addizzjonali biex jimla l-postijiet vakanti, b'kollaborazzjoni mal-Kummissjoni u l-Istati Membri u jżomm l-awtorità ta' kwittanza infurmata dwar il-miżuri korrettivi meħuda biex dak ir-riskju jittaffa;

10.  Jiddispjaċih jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, sa minn tmiem l-2017, is-sitwazzjoni tar-riżorsi umani fl-Uffiċċju marret lura b'mod esponenzjali; jinnota li, sa tmiem l-2018, l-Uffiċċju kellu 216-il membru tal-persunal, intbagħtu 89 ittra ta' offerta u ġew iffirmati 60 kuntratt; josserva, madankollu, li kien għad hemm 78 post vakanti li kellhom jimtlew sa tmiem l-2018; jesprimi tħassib serju ħafna dwar il-fatt li din is-sitwazzjoni ġġib magħha riskju sinifikanti għall-kontinwazzjoni tal-operazzjonijiet tal-Uffiċċju fil-livell attwali; jinnota l-impenn espress mit-tmexxija eżekuttiva għat-twettiq trasparenti u effiċjenti tal-pjan ta' reklutaġġ tal-Uffiċċju;

11.  Jinnota bi tħassib li fl-2018 il-maniġment superjuri kien magħmul minn irġiel biss (disa' membri), iżda l-bilanċ negattiv bejn is-sessi nbidel bil-ħatra, fl-2019, ta' mara bħala direttur eżekuttiv; jinnota b'sodisfazzjon li nkiseb bilanċ tajjeb bejn is-sessi fir-rigward tal-bord ta' tmexxija (16-il raġel u 15-il mara);

12.  Jinnota l-preżentazzjoni ta' organigramma ġdida mid-direttriċi eżekuttiva lill-bord ta' tmexxija, fis-26 ta' Novembru 2019; iqis li riorganizzazzjoni tal-persunal għandha tikkontribwixxi għal kontroll intern, aċċertament tal-kwalità u ġestjoni tar-riskju msaħħa, u għal konformità ma' azzjonijiet rikjesti mill-Qorti u mis-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni.

Politika tal-persunal

13.  Jinnota bi tħassib li, fil-31 ta' Diċembru 2018, it-tabella tal-persunal imtliet fil-livell ta' 68,22 % biss, u li kienu nħatru 146 aġent temporanju minn 214-il aġent temporanju awtorizzat fil-qafas tal-baġit tal-Unjoni (meta mqabbla ma' 155 post awtorizzat fl-2017); jinnota li, barra minn hekk, 61 aġent kuntrattwali u 3 esperti nazzjonali sekondati kienu jaħdmu għall-Uffiċċju fl-2018;

14.  Jinnota b'sodisfazzjon li, fir-rigward tal-arranġamenti tal-alloġġi dwar l-akkomodazzjoni ta' timijiet ta' appoġġ fil-qasam tal-asil u forzi oħra tal-Uffiċċju fl-Istati Membri (eż. fir-rigward tal-privileġġi u l-immunitajiet għall-persunal tal-Uffiċċju stess, l-esperti tal-Istati Membri u l-esperti kkuntrattati), l-Uffiċċju ffirma arranġament ta' akkoljenza ma' Ċipru f'Lulju 2019, kellu jiffirma ftehim ta' akkoljenza mal-Greċja f'Jannar 2020, u jinsab fil-proċess li jikkonkludi ftehim ġdid mal-Italja biex jirrispetta bis-sħiħ ir-Regolament (UE) Nru 439/2010(17) u f'konformità ma' arranġamenti oħra ta' akkoljenza tal-Uffiċċju; jistieden lill-Uffiċċju biex, flimkien mal-Kummissjoni, ikompli jfittex arranġamenti effettivi mal-Istati Membri rigward l-akkomodazzjoni ta' timijiet ta' appoġġ fil-qasam tal-asil u ta' forzi oħra tal-Uffiċċju;

15.  Jinnota r-risposti tal-Uffiċċju għall-osservazzjonijiet tal-Qorti u l-isforzi tiegħu biex jindirizzahom taħt id-direttriċi eżekuttiva l-ġdida, fost l-oħrajn billi jagħti prijorità lill-konklużjoni ta' arranġamenti ta' akkoljenza mal-Italja, mal-Greċja u ma' Ċipru rigward l-akkomodazzjoni ta' timijiet ta' appoġġ fil-qasam tal-asil u forzi oħra tal-Uffiċċju fl-Istati Membri, billi jżid it-trasparenza tal-proċeduri ta' reklutaġġ u billi jsaħħaħ il-servizz legali matul l-2019;

16.  Jinnota li l-Qorti identifikat tendenza orizzontali fost l-aġenziji fir-rigward tal-użu ta' persunal estern impjegat fi rwoli ta' konsulenza tal-IT; jitlob li titnaqqas kemm jista' jkun id-dipendenza mir-reklutaġġ estern f'qasam importanti u sensittiv bħal dan, biex jiġi limitat kwalunkwe riskju potenzjali;

17.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, fl-2018 l-Uffiċċju kien nieda proċedura ta' akkwist pubbliku miftuħa biex jistabbilixxi kuntratti qafas għall-forniment ta' servizzi ta' ħaddiema temporanji fl-Italja; jinnota li l-Uffiċċju waqqaf il-proċedura għaliex ġiet riċevuta offerta waħda biss, u l-Uffiċċju kkunsidra l-offerta inaċċettabbli, peress li l-offerta finanzjarja qabżet il-baġit massimu stmat; josserva li l-Qorti sabet li l-ispeċifikazzjonijiet tal-offerta kien fihom żball sinifikanti li kien jammonta għal EUR 25 000 000; jinnota, madankollu, li l-Uffiċċju aċċetta dawn is-sejbiet u adotta u implimenta azzjonijiet korrettivi li jinkludu: it-terminazzjoni tal-kuntratt qafas għas-servizzi ta' ħaddiema temporanji permezz ta' aġenzija fl-Italja; it-tnedija ta' proċedura ta' akkwist ġdida għas-servizzi ta' ħaddiema temporanji permezz ta' aġenzija fl-Italja; it-tnedija ta' sejħa addizzjonali għall-esperti tal-Istati Membri u, fejn possibbli, l-użu ta' arranġamenti alternattivi għall-istazzjonament ta' esperti biex ikopru l-perjodu sad-dħul fis-seħħ ta' kuntratt qafas ġdid; it-tnaqqis temporanju sinifikanti fin-numru ta' ħaddiema temporanji permezz ta' aġenzija tal-Uffiċċju stazzjonati l-Italja u, flimkien mal-awtoritajiet Taljani, iż-żamma tal-livell ta' kontinwità tal-attività għal miżuri essenzjali ta' appoġġ; jinnota wkoll li l-proċedura ta' akkwist ġdida ġiet konkluża u li l-kuntratt qafas il-ġdid ingħata f'Diċembru 2019 sabiex il-kontinwità tal-attività tiġi żgurata matul il-proċedura kollha; jistieden lill-Uffiċċju japplika r-regoli tal-akkwist pubbliku tal-Unjoni b'mod rigoruż;

18.  Jinnota li l-Uffiċċju juża kuntratti ta' servizz ma' kumpaniji tal-IT li ġew ifformulati b'mod li jista' jimplika l-assenjazzjoni ta' ħaddiema temporanji permezz ta' aġenzija, minflok servizzi jew prodotti tal-IT iddefiniti b'mod ċar; ifakkar li l-forniment ta' ħaddiema temporanji permezz ta' aġenzija biex iwettqu kompiti preċiżi għal tul ta' żmien speċifiku huwa soġġett għad-Direttiva 2018/104/KE(18) u għal regoli speċifiċi adottati mill-Istati Membri; jinnota li l-użu ta' kuntratti ta' servizzi tal-IT għall-forniment ta' ħaddiema la huwa konformi mar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni u lanqas mar-regoli soċjali tal-Unjoni u ma' dawk dwar l-impjiegi; jinnota b'sodisafzzjon li l-Uffiċċju rreveda l-mudell tiegħu għall-kuntratti tat-tip "times and means" sabiex jinkludi f'kull kuntratt lista ta' riżultati tanġibbli li għandhom jitwettqu skont il-kuntratt; jistieden lill-Uffiċċju jkompli jkun diliġenti u jiżgura li l-mod li bih jiġu fformulati l-kuntratti jipprekludi kwalunkwe konfużjoni bejn l-akkwist ta' servizzi tal-IT u ta' ħaddiema interim;

Akkwist

19.  Jirrikonoxxi mill-Uffiċċju li, fl-2018, beda jimplimenta d-deċiżjoni tal-Kummissjoni rigward l-iżvelar ta' informazzjoni protetta u żviluppa gwida prattika għall-ġestjoni u l-prevenzjoni ta' kunflitti ta' interess, b'kalendarju ta' adozzjoni mill-bord ta' tmexxija sat-tielet trimestru tal-2019, kif ukoll regoli għall-protezzjoni tal-informaturi; jinnota b'apprezzament li l-Uffiċċju organizza sensiela ta' sessjonijiet ta' taħriġ iddedikati għall-persunal dwar l-etika, b'enfasi speċifika fuq il-prevenzjoni tal-kunflitti ta' interess u b'module speċjali mfassal apposta għall-maniġers; jinnota b'sodisfazzjon li r-regoli rilevanti dwar il-kunflitti ta' interess ġew trasposti wkoll fil-proċeduri u l-politiki operattivi standard rilevanti; jistieden lill-Uffiċċju jkompli jagħti attenzjoni partikolari lill-prevenzjoni ta' kunflitti ta' interess u l-implimentazzjoni xierqa tar-regoli u l-proċeduri dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta;

20.  Jinnota bi tħassib li, għalkemm l-Uffiċċju jippubblika d-dikjarazzjonijiet ta' interess u s-CVs tal-membri tal-bord ta' tmexxija tiegħu fuq is-sit web tiegħu, għadu ma jippubblikax id-dikjarazzjonijiet ta' interess tal-maniġment superjuri u jistieden lill-Uffiċċju biex immedjatament jieħu azzjoni f'dan ir-rigward;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u tat-trasparenza

21.  Huwa konxju tal-fatt li, fi tmiem l-2018, l-Uffiċċju ma kellux kapaċità tal-awditjar intern, u li, minn Jannar 2018, ma nħareġ ebda rapport komprensiv ta' awditjar tas-Servizz tal-awditjar intern; jinnota, barra minn hekk, li l-ħolqien ta' kontrolli ex post għall-verifika tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet kien għadu fil-fażi inizjali tiegħu; jilqa' r-risposta tal-Uffiċċju fis-sens li huwa qabel mal-miżuri korrettivi dwar is-sistemi ta' kontroll intern u ddokumentahom, inkluż il-ħolqien ta' kapaċità ta' awditjar sar-raba' trimestru tal-2019 u kapaċità ta' kontroll intern ex post sat-tielet trimestru tal-2019; jinnota b’soddisfazzjon li l-Uffiċċju qed jibni l-kapaċità ta' kontroll ex post tiegħu bl-ewwel uffiċjal ta' kontroll ex post irreklutat fir-raba' trimestru tal-2019, filwaqt li se jiġu reklutati uffiċjali addizzjonali matul l-ewwel nofs tal-2020; jirrikonoxxi li l-Uffiċċju jinsab fil-proċess li jibni kapaċità ta' awditjar intern u bħalissa jinsab f'taħditiet ma' aġenzija oħra tal-Unjoni li għandha esperjenza estensiva fil-qasam sabiex jidentifika l-aħjar mudell għall-Uffiċċju; jistieden lill-Uffiċċju jinforma lill-awtorità tal-kwittanza bil-miżuri meħuda f'dan ir-rigward;

Kontrolli interni

22.  Jilqa' l-fatt li l-Uffiċċju, skont ir-rapport annwali tal-Qorti dwar l-aġenziji tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2018, ħa passi konkreti u pożittivi mmirati lejn it-titjib tal-governanza organizzattiva; jinnota li, mill-61 miżura fil-pjan ta' azzjoni, 48 ġew ikkompletati, filwaqt li 13 kienu fi stat pendenti fil-mument tal-awditu tal-Qorti;

23.  Jilqa' l-adozzjoni, f'Settembru 2019, tal-politika l-ġdida tal-Uffiċċju dwar il-postijiet sensittivi, li tipprovdi l-linji gwida u l-kriterji għat-tim ta' ġestjoni biex jiġu implimentati l-valutazzjonijiet tar-riskju, jiġu identifikati u ddokumentati l-funzjonijiet sensittivi fl-Uffiċċju flimkien mal-kontrolli ta' mitigazzjoni miftiehma u, barra minn hekk, biex tiġi vvalutata l-funzjoni sensittiva u jiġu ddokumentati l-kontrolli ta' mitigazzjoni sal-ewwel trimestru tal-2020;

24.  Ifakkar fil-fatt li, fi tmiem l-2017, ma kien hemm ebda servizz legali intern fl-Uffiċċju u li diversi ditti legali kienu ġew ingaġġati taħt il-kontroll tad-direttur eżekuttiv preċedenti; josserva, madankollu, li fl-2018, l-Uffiċċju ħoloq lista tal-kuntratti kollha li ntużaw għal konsulenza legali, u li, fl-2019, konsulenta legali ġdida ta' livell għoli bdiet il-funzjonijiet tagħha fl-Uffiċċju, u l-kuntratt qafas ġdid għal konsulenza legali biex jieħu post il-kuntratti preċedenti ġie ffirmat, filwaqt li fl-2020 bosta konsulenti legali oħra se jiġu rreklutati; jinnota, madankollu, li kien għad m'hemmx stabbilit rieżami intern sistematiku tad-dokumenti ġuridiċi, filwaqt li bosta inkonsistenzi ġew innotati fl-aspetti ġuridiċi tal-proċeduri ta' akkwist pubbliku fl-2018; jistieden lill-Uffiċċju jiżgura servizz legali b'saħħtu u ġestjoni effettiva tal-proċeduri ġuridiċi; jinnota b'sodisfazzjon l-objettiv tal-Uffiċċju li jibni l-qafas ta' governanza u ta' kontroll intern bil-ħolqien ta', fost l-oħrajn, settur ġuridiku u tal-protezzjoni tad-data u settur tal-kontroll intern u l-ġestjoni tar-riskju biex jiżgura li fil-futur isir rieżami sistematiku tad-dokumenti ġuridiċi, inkluż għall-akkwist; jilqa' wkoll l-inizjattiva tal-Uffiċċju li jistabbilixxi kapaċità ta' awditjar intern fi ħdan l-Uffiċċju filwaqt li jorganizza kapaċità ta' awditjar konġunt mal-Aġenzija tal-UnjoniEwropea għall-Immaniġġjar Operattiv tas-Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja;

25.  Jiddispjaċih li għad m'hemmx politika dwar postijiet sensittivi fl-Uffiċċju, fatt li mhuwiex konformi mal-istandards ta' kontroll intern tal-Uffiċċju fejn il-funzjonijiet sensittivi għandhom jiġu definiti b'mod ċar, jiġu rreġistrati u jinżammu aġġornati; jinnota r-risposta tal-Uffiċċju li kienet qed tiġi finalizzata politika ta' postijiet sensittivi u li kienet mistennija li tiġi approvata sat-tielet trimestru tal-2019 u li tiġi implimentata sar-raba' trimestru tal-2019; jistieden lill-Uffiċċju jinforma lill-awtorità tal-kwittanza dwar l-żviluppi dwar din il-kwistjoni;

26.  Japprezza l-progress li sar fl-implimentazzjoni tas-sistemi ta' kontroll intern, inklużi l-kontrolli fuq l-operazzjonijiet relatati mal-akkwist u mal-infiq; jappoġġja d-deċiżjoni li l-esternalizzazzjoni tal-konsulenza legali tonqos u tispiċċa malajr, kif ukoll l-istabbiliment ta' servizz legali intern; jappoġġja l-osservazzjonijiet tal-Qorti dwar il-bżonn tal-introduzzjoni ta' aktar azzjonijiet korrettivi;

27.  Jinnota, wara kummenti u osservazzjonijiet mill-awtorità tal-kwittanza relatati mal-fatt li l-Uffiċċju huwa wieħed mill-ftit aġenziji tal-Unjoni b'diversi sedi, li l-Uffiċċju daħal f'kuntratti ta' kera f'diversi postijiet mingħajr ma wettaq analiżi adegwata tas-suq lokali; u jinnota li, fir-rigward tal-uffiċċju f'Ruma, dalwaqt se toħroġ offerta ġdida, preċeduta minn analiżi xierqa tas-suq għall-kiri ta' uffiċċju, sabiex is-sitwazzjoni attwali tiġi regolarizzata; josserva, barra minn hekk, fil-każ tal-uffiċċju f'Ateni, li l-kuntratt attwali ta' kiri ntemm f'Jannar 2020 u li bħalissa qed titħejja proċedura ta' akkwist ġdida li tinkludi analiżi xierqa tas-suq; jinnota, barra minn hekk, li l-faċilità tal-ipproċessar f'Pagani (Lesvos) mexxiet il-postijiet tax-xogħol operattivi fi ħdan il-hotspots barra miċ-ċentri; jinnota li, fir-rigward tal-uffiċċju ta' Ċipru, f'nofs l-2018 ġie ffirmat kuntratt ġdid mas-sid tal-bini wara sejħa għall-offerti mmirata biex tirregolarizza l-ftehim inizjali, u tinkludi l-possibbiltà ta' espansjoni jekk ikun hemm aktar ħtiġijiet; jilqa' l-proċeduri operattivi standard ta' akkwist ġodda adottati fil-15 ta' Frar 2019 li jipprovdu gwida dwar aspetti sensittivi tal-proċedura ta' akkwist u ta' ġestjoni tal-kuntratti, inklużi dispożizzjonijiet dettaljati dwar eżerċizzji ta' stħarriġ tas-suq; jinnota l-isforz tal-Uffiċċju biex jallinja l-proċeduri ta' akkwist tiegħu mal-"metodoloġija li għandha tiġi segwita mis-servizzi tal-Kummissjoni għall-ipprospettar u n-negozjar għall-bini" u biex jippubblika avviżi dwar prospettivi tas-suq għall-kuntratti tal-bini previsti kollha sabiex jiżdiedu t-trasparenza u l-kompetizzjoni;

28.  Jinnota bi tħassib li n-nuqqas ta' responsabbiltajiet u rwoli ċari rigward il-ġestjoni ta' bini mikri u servizzi u x-xogħlijiet relatati jista' jxekkel mitigazzjoni effiċjenti tar-riskji relatati mal-binjiet; jistieden lill-Uffiċċju jistabbilixxi politika effettiva għall-ġestjoni ta' bini mikri u servizzi relatati;

Kummenti oħra

29.  Jilqa' li fatt li, fid-dawl tal-kummenti mill-awtorità tal-kwittanza relatati mal-ħatra tad-direttur eżekuttiv ad interim il-ġdid, li assuma l-kariga fis-6 ta' Ġunju 2018, it-trasparenza ngħatat prijorità assoluta ma' din il-bidla fil-maniġment bħala l-prinċipju fundamentali tal-pjan ta' azzjoni tal-governanza taħt it-tmexxija tad-direttriċi eżekuttiva l-ġdida tagħha li hija impenjata li tkompli b'dan l-approċċ fil-futur;

30.  Jistieden lill-Uffiċċju jiffoka fuq it-tixrid tar-riżultati tar-riċerka tiegħu lill-pubbliku u biex jikkomunika mal-pubbliku permezz tal-midja soċjali u mezzi oħra tal-midja;

31.  Jinnota, fid-dawl tal-kummenti u l-osservazzjonijiet mill-awtorità tal-kwittanza relatati mal-fatt li l-Uffiċċju kabbar l-ispazju għall-uffiċċji tiegħu f'Malta bi blokk addizzjonali tal-bini fejn tinsab is-sede tiegħu, li l-Uffiċċju ffinalizza ftehim ta' kiri f'Ottubru 2018, li l-kostijiet tiegħu huma kompletament koperti mill-baġit tal-Uffiċċju, bil-għan li jokkupa l-kumpless sħiħ;

o
o   o

32.  Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta' natura trasversali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Mejju 2020(19) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 417, 11.12.2019, p. 1.
(2) ĠU C 417, 11.12.2019, p. 1.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(5) ĠU L 132, 29.5.2010, p. 11.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(7) ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.
(8) ĠU C 417, 11.12.2019, p. 1.
(9) ĠU C 417, 11.12.2019, p. 1.
(10) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(11) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(12) ĠU L 132, 29.5.2010, p. 11.
(13) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(14) ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.
(15) ĠU C 306/2, 30.8.2018, p. 6.
(16) ĠU C 306/2, 30.8.2018, p. 5.
(17) Ir-Regolament (UE) Nru 439/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 li jistabbilixxi Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (ĠU L 132, 29.5.2010, p. 11).
(18) Id-Direttiva 2008/104/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar xogħol temporanju permezz ta' aġenzija (ĠU L 327, 5.12.2008, p. 9).
(19) Testi adottati, P9_TA-PROV(2020)0121.


Kwittanza 2018: Baġit ġenerali tal-UE - Il-Parlament Ewropew
PDF 365kWORD 109k
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Mejju 2020 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018, Taqsima I – Il-Parlament Ewropew (2019/2056(DEC))
P9_TA-PROV(2020)0084A9-0021/2020

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018(1),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018 (COM(2019)0316 – C9-0051/2019)(2),

–  wara li kkunsidra r-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja għas-sena finanzjarja 2018, Taqsima I – Il-Parlament Ewropew(3),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Awditur Intern għas-sena finanzjarja 2018,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2018, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet(4),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(5) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2018 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikolu 318 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(6), u b'mod partikolari l-Artikoli 164, 165 u 166 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(7), u b'mod partikolari l-Artikoli 260, 261 u 262 tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Bureau tal-10 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regoli interni dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Parlament Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 34 tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100, l-Artikolu 104(3) u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0021/2020),

A.  billi l-President adotta l-kontijiet tal-Parlament għas-sena finanzjarja 2018 fis-27 ta' Ġunju 2019;

B.  billi fil-25 ta' Ġunju 2019 is-Segretarju Ġenerali, bħala l-uffiċjal prinċipali awtorizzanti b'delega, iċċertifika b'aċċertament raġonevoli li r-riżorsi assenjati lill-baġit tal-Parlament intużaw għall-iskopijiet previsti, konformement mal-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba, u li l-proċeduri ta' kontroll stabbiliti joffru l-garanziji neċessarji ta' legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi;

C.  billi skont l-awditjar tal-Qorti tal-Awdituri ġie affermat li, fil-valutazzjoni speċifika tal-amministrazzjoni u ta' nefqa oħra fl-2018, ma ġiet identifika l-ebda dgħufija serja fir-rapporti annwali tal-attività eżaminati tal-istituzzjonijiet u tal-korpi li jirrikjedi r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046;

D.  billi l-Artikolu 262(1) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 jirrikjedi li kull istituzzjoni tal-Unjoni tieħu l-passi kollha xierqa sabiex tieħu azzjoni fuq il-kummenti li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tal-kwittanza tal-Parlament;

1.  Jagħti l-kwittanza lill-President tiegħu għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2018;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Mejju 2020 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018, Taqsima I – Il-Parlament Ewropew (2019/2056(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018, Taqsima I – Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100, l-Artikolu 104(3) u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0021/2020),

A.  billi fiċ-ċertifikazzjoni tiegħu tal-kontijiet finali, l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Parlament Ewropew ("tal-Parlament") iddikjara l-aċċertament raġonevoli tiegħu li l-kontijiet, fl-aspetti materjali kollha, jippreżentaw b'mod ġust il-pożizzjoni finanzjarja, ir-riżultati tal-operazzjonijiet u l-fluss tal-flus tal-Parlament;

B.  billi, skont il-proċedura tas-soltu, intbagħtu 126 mistoqsija lill-amministrazzjoni tal-Parlament u r-risposti bil-miktub waslu għand il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament u ġew diskussi pubblikament minnu fil-preżenza tal-Viċi President responsabbli għall-baġit, tas-Segretarju Ġenerali u tal-Awditur Intern;

C.  billi dejjem hemm lok għal titjib f'termini ta' kwalità, effiċjenza u effikaċja fil-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi, u hemm bżonn ta' skrutinju biex jiġi żgurat li l-amministrazzjoni u t-tmexxija politika tal-Parlament jagħtu rendikont ta' għemilhom liċ-ċittadini tal-Unjoni,

Il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja tal-Parlament

1.  Jikkonstata li l-approprjazzjonijiet finali tal-Parlament għall-2018 ammontaw għal EUR 1 950 687 373 jew 18,9 % tal-Intestatura V tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali(8) allokati għall-infiq amministrattiv għall-2018 tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni fit-totalità tagħhom, u li jirrappreżentaw żieda ta' 2,2 % fuq il-baġit tal-2017 (EUR 1 909 590 000);

2.  Jikkonstata li d-dħul totali li tniżżel fil-kontijiet sal-31 ta' Diċembru 2018 kien jammonta għal EUR 193 998 910 (apparagun ta' EUR 206 991 865 fl-2017), u dan jinkludi EUR 30 783 590 minn dħul assenjat (apparagun ta' EUR 50 052 674 fl-2017);

3.  Jenfasizza li erba' kapitoli kienu jirrappreżentaw 67,6 % tal-impenji totali: il-Kapitolu 10 (Membri tal-istituzzjoni), il-Kapitolu 12 (Uffiċjali u persunal temporanju), il-Kapitolu 20 (Bini u spejjeż relatati) u l-Kapitolu 42 (Infiq relatat mal-assistenza parlamentari), u dan jindika livell għoli ta' riġidità li jikkaratterizza l-biċċa l-kbira tal-infiq tal-Parlament;

4.  Jikkonstata ċ-ċifri li abbażi tagħhom ingħalqu l-kontijiet tal-Parlament għas-sena finanzjarja 2018, speċifikament:

(a)  Approprjazzjonijiet disponibbli (EUR)

approprjazzjonijiet għall-2018:

1 950 687 373

riporti mhux awtomatiċi mis-sena finanzjarja 2017:

2 564 000

riporti awtomatiċi mis-sena finanzjarja 2017:

289 785 291

approprjazzjonijiet li jikkorrispondu għal dħul assenjat għall-2018:

30 783 590

riporti li jikkorrispondu għal dħul assenjat mill-2017:

47 369 977

Total:

2 318 626 231

(b)  Użu ta' approprjazzjonijiet fis-sena finanzjarja 2018 (EUR)

impenji:

2 283 150 877

pagamenti li saru:

1 933 089 380

approprjazzjonijiet riportati awtomatikament inklużi dawk li ġejjin minn dħul assenjat:

348 106 015

approprjazzjonijiet riportati mhux awtomatikament:

---

approprjazzjonijiet kanċellati:

39 994 836

(c)  Dħul tal-baġit (EUR)

miġbur fl-2018:

193 998 910

(d)  Il-karta tal-bilanċ totali fil-31 ta' Diċembru 2018 (EUR)

1 671 682 153

5.  Jikkonstata li 99,2 % tal-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-baġit tal-Parlament, li ammontaw għal EUR 1 934 477 627, ġew impenjati, b'rata ta' kanċellazzjoni ta' 0,8 %; jikkonstata b'sodisfazzjon li, bħal ma ġara fis-snin preċedenti, inkiseb livell għoli ħafna ta' implimentazzjoni tal-baġit; jikkonstata li l-pagamenti ammontaw għal EUR 1 636 858 018, u dan irriżulta f'rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament ta' 84,6 %;

6.  Jenfasizza l-fatt li l-approprjazzjonijiet kanċellati għas-sena 2018, li ammontaw għal EUR 16 209 746, prinċipalment kellhom x'jaqsmu mar-remunerazzjoni u drittijiet oħra, kif ukoll man-nefqa relatata mal-bini;

7.  Jikkonstata li fis-sena finanzjarja 2018 ġew approvati ħdax-il trasferiment skont l-Artikoli 31 u 49 tar-Regolament Finanzjarju, li ammontaw għal EUR 53 533 500 jew 2,7 % tal-approprjazzjonijiet finali; josserva li l-maġġoranza tal-fondi ttrasferiti kienu relatati mal-politika immobiljari tal-Parlament u, b'mod partikolari, kienu biex jgħinu l-finanzjament tal-pagamenti annwali għall-proġett tal-bini Konrad Adenauer;

L-opinjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet għall-2018 u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet

8.  Ifakkar li l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti") tagħmel valutazzjoni speċifika tan-nefqa amministrattiva u nfiq ieħor bħala grupp ta' politiki uniku għall-istituzzjonijiet Ewropej kollha; jirrimarka li l-infiq amministrattiv u relatat jinkludi n-nefqa għar-riżorsi umani (salarji, allowances u pensjonijiet), li jirrappreżenta 60 % tat-total, u n-nefqa għall-bini, it-tagħmir, l-enerġija u t-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni;

9.  Jikkonstata li l-evidenza kumplessiva tal-awditjar tindika li l-infiq fuq "amministrazzjoni" mhuwiex milqut minn livell materjali ta' żball; jikkonstata wkoll li, abbażi tat-13-il żball kwantifikat, il-livell ta' żball stmat preżenti fl-Intestatura 5 tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali dwar l-amministrazzjoni huwa taħt il-livell limitu ta' materjalità ;

10.  Jikkonstata s-sejbiet speċifiċi, rigward il-Parlament, li jinsabu fir-rapport tal-Qorti dwar il-kontijiet annwali tal-Parlament għas-sena finanzjarja 2018 (ir-"rapport tal-Qorti"); jikkonstata li minħabba l-attakki terroristiċi tas-snin reċenti, l-istituzzjonijiet, inkluż il-Parlament, sabu li kien meħtieġ tisħiħ b'urġenza tal-protezzjoni tan-nies u tal-bini; josserva bi tħassib li l-Qorti sabet dgħufijiet fil-proċeduri organizzati mill-Parlament u mill-Kummissjoni; jikkonstata li, sabiex jiġu akkwistati xogħlijiet speċifiċi relatati mas-sigurtà, il-Parlament irrikorra għal kuntratti qafas li kienu diġà fis-seħħ u li t-tfassil ta' dawn il-kuntratti qafas ippermetta li l-Parlament jordna xogħlijiet ta' sigurtà essenzjali li mhumiex inklużi fl-iskeda oriġinali tal-prezzijiet fuq il-bażi ta' stima unika mingħand il-kuntrattur; jikkonstata li l-Parlament uża dan il-metodu f'żewġ proċeduri mill-erbgħa eżaminati mill-Qorti;

11.  Jikkonstata bi tħassib ir-risposta mogħtija mill-Parlament fil-proċedura kontradittorja mal-Qorti, li fiha jirrikonoxxi li, minħabba l-kuntest speċifiku (pressjoni ta' ħin u struttura speċifika għas-suq), il-kompetizzjoni setgħet kienet subottimali; jikkonstata b'sodisfazzjon li l-kuntratti qafas il-ġodda mogħtija f'dan is-settur, ma' ħames kuntratturi, huma bbażati fuq il-ftuħ mill-ġdid tal-kompetizzjoni sabiex tiġi żgurata kompetizzjoni adegwata tal-prezzijiet;

Ir-rapport annwali tal-Awditur Intern

12.  Jikkonstata li, fil-laqgħa tal-kumitat responsabbli mal-Awditur Intern li saret fit-18 ta' Novembru 2019, l-Awditur Intern ippreżenta r-rapport annwali tiegħu u ddeskriva l-awditjar ta' aċċertament u l-inkarigi ta' konsultazzjoni li wettaq u rrapporta dwarhom, li fl-2018 koprew is-suġġetti li ġejjin:

   il-manutenzjoni, ir-rinnovazzjoni u l-operat tal-bini (Direttorat Ġenerali għall-Infrastruttura u l-Loġistika) (DĠ INLO);
   rieżami preliminari tas-Sigurtà tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT) tal-istituzzjoni;
   id-drittijiet individwali skont ir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra;
   il-ħanut għall-persunal fil-Lussemburgu (DĠ INLO);
   is-segwitu tal-azzjonijiet miftuħa mir-rapporti ta' awditjar intern – Fażijiet I u II tal-2018;
   l-istabbiliment ta' funzjoni ta' aċċertament intern tal-kwalità fid-Direttorat Ġenerali għas-Sigurtà u l-Protezzjoni (DĠ SAFE);
   pariri indipendenti dwar il-proġett ‘From Desktop to Hybrid’ (Mid-Desktop għat-Tagħmir Ibridu), id-Direttorat Ġenerali għall-Innovazzjoni u s-Sostenn Teknoloġiku (DĠ ITEC);
   aspetti tas-sistema tal-iskedi informattivi tad-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Esterni tal-Unjoni (DĠ EXPO);
   is-segwitu tal-indisponibbiltà tal-IT u t-tisħiħ tal-Kontinwità tal-IT;
   ir-rapport dwar l-akkwist u l-implimentazzjoni ta' kuntratt fis-settur tal-forniment ta' ikel (DĠ INLO) għadu ma nħariġx, filwaqt li s-sejbiet preliminari li qed jiġu diskussi mal-maniġment;

13.  Jilqa' u jappoġġa l-azzjonijiet li l-Awditur Intern qabel mad-direttorati ġenerali responsabbli bħala riżultat tal-inkarigi ta' aċċertament u r-rakkomandazzjonijiet li huwa ħareġ wara l-inkarigi ta' konsulenza:

Azzjonijiet maqbula:

   fir-rigward tal-awditjar dwar il-manutenzjoni, ir-rinnovazzjoni u l-operat tal-bini (DĠ INLO), it-tisħiħ tal-qafas strateġiku għall-manutenzjoni u t-titjib ulterjuri tal-attivitajiet ta' manutenzjoni tal-bini tal-Parlament permezz tal-adozzjoni ta' politika komprensiva u pjan pluriennali strutturat koerenti; żieda fil-kunfidenza li l-proċessi u l-operazzjonijiet tal-bini tal-Parlament huma effiċjenti u kosteffettivi; appoġġ għat-teħid tad-deċiżjonijiet dwar l-attivitajiet ta' manutenzjoni permezz ta' analiżi u informazzjoni affidabbli;
   fir-rigward tal-awditjar tas-sistemi tal-informazzjoni, rieżami preliminari tas-Sigurtà tal-ICT tal-istituzzjoni, tisħiħ tal-governanza tas-sigurtà tas-sistemi tal-informazzjoni (inklużi politiki, standards u linji gwida), b'mod partikolari permezz tal-adozzjoni ta' politika istituzzjonali dwar is-sigurtà tal-informazzjoni: titjib tal-identifikazzjoni, il-protezzjoni u l-monitoraġġ tal-assi tal-IT (ħardwer, softwer relatat u netwerk); identifikazzjoni u rispons aħjar fir-rigward tal-inċidenti ta' ċibersigurtà, u tisħiħ tal-kapaċitajiet ta' rkupru;
   fir-rigward tal-awditjar tad-drittijiet individwali tal-membri tal-persunal, tisħiħ tal-ambjent ta' kontroll ġenerali f'dan il-qasam u indirizzar tal-kwistjonijiet speċifiċi relatati mal-benefiċċji tal-familja;
   fir-rigward tal-awditjar dwar il-ħanut tal-persunal fil-Lussemburgu, implimentazzjoni tal-miżuri meħtieġa biex jittejbu l-ambjent ta' kontroll u l-attivitajiet ta' kontroll u l-adegwatezza tal-governanza interna; l-iżgurar tal-konformità tal-operazzjonijiet tal-ħanut, inkluż il-kont tal-imprest tiegħu, mar-Regolament Finanzjarju, mal-prinċipji tal-kontabbiltà u mal-leġiżlazzjoni tat-taxxa;

Rakkomandazzjonijiet:

   fir-rigward tas-sistema tal-iskedi informattivi ta' DĠ EXPO, implimentazzjoni tas-sitt rakkomandazzjonijiet biex isaħħaħ is-sistema ta' rappurtar tiegħu u jfassal aħjar il-kooperazzjoni bejn id-delegazzjonijiet, il-kumitati u l-partijiet interessati l-oħra;
   fir-rigward tal-istabbiliment ta' funzjoni ta' aċċertament intern tal-kwalità f'DĠ SAFE, implimentazzjoni tas-sitt rakkomandazzjonijiet għal dak il-għan, inkluż b'mod partikolari l-istabbiliment ta' politika ta' kwalità;
   b'rabta mal-proġett pilota ‘From Desktop to Hybrid’ (Mid-Desktop għat-Tagħmir Ibridu), tisħiħ tal-ġustifikazzjoni ekonomika tal-proġett; użu ta' tagħmir ibridu biex jiġu sostitwiti l-apparati multipli eżistenti; titjib tal-ġestjoni finanzjarja fir-rigward tal-prova tal-kunċett u l-proġetti pilota qabel ma jitnedew għodod ġodda;
   fir-rigward tas-segwitu tal-indisponibbiltà tal-IT u t-tisħiħ tal-Kontinwità tal-IT, żgurar tal-protezzjoni komplementari tal-infrastruttura tal-ICT; ittestjar tal-pjan ta' rkupru minn diżastru; elenkar tas-sistemi ta' informazzjoni kritiċi u d-dipendenzi tagħhom u titjib tal-ippjanar biex tiġi installata l-infrastruttura tal-ICT tal-Parlament barra l-bini tiegħu;

14.  Jikkonstata li l-proċess ta' segwitu tal-2018 irriżulta fl-għeluq ta' 28 mis-76 azzjoni miftuħa, u li t-tnaqqis progressiv tal-profil ta' riskju tal-azzjonijiet pendenti kompla fl-2018; jinnota, b'mod partikolari, li l-għadd ta' azzjonijiet miftuħa li jindirizzaw riskji sinifikanti naqas minn 22 għal 7, u ma kien hemm l-ebda azzjoni miftuħa fl-ogħla kategorija ta' riskju (‘kritika’); jikkonstata li flimkien ma' dawn l-azzjonijiet ivvalidati, kien hemm total ta' 117-il azzjoni miftuħa, inklużi dawk li għadhom mhumiex dovuti għall-implimentazzjoni, li 47 minnhom jindirizzaw riskju sinifikanti; jistenna li dawn jiġu implimentati skont l-iskadenzi miftiehma;

15.  Jilqa' b'mod partikolari l-possibbiltà li d-direttorati ġenerali jafdaw lill-Awditur Intern inkarigi ta' konsultazzjoni, u jirrakkomanda li d-direttorati ġenerali kollha jagħmlu użu minn din il-possibbiltà, jekk ikun hemm bżonn;

16.  Jikkonstata li żewġ awditi, wieħed dwar il-gruppi ta' viżitaturi u l-ieħor dwar l-allowance għall-assistenza parlamentari, huma parti mill-attività tal-2019 u se jiġu rrappurtati fil-bidu tal-2020; jitlob lill-Awditur Intern jinforma lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament dwar iż-żewġ eżiti hekk kif dawn ikunu disponibbli;

17.   Jiddispjaċih ħafna li r-rapport tal-Awditur Intern mhuwiex pubbliku; jinsisti li dan ir-rapport isir disponibbli għall-pubbliku kull sena, u li jintbagħat lill-Membri fl-istess ħin li jintbagħat lill-President u lis-Segretarju Ġenerali tal-Parlament; jiddeplora l-fatt li, fir-rigward tar-rapport tal-2018, ittieħdet id-deċiżjoni, f'Jannar 2020, li l-Membri jistgħu jaraw dan ir-rapport biss fuq talba, bl-applikazzjoni tal-proċedura tal-kamra tal-qari sikura; jemmen bis-sħiħ li permezz tal-limitu tal-aċċess għal dan id-dokument, li jikkonċerna l-użu ta' fondi pubbliċi, qed tingħata l-impressjoni spjaċevoli li hemm xi ħaġa moħbija;

Segwitu għar-riżoluzzjoni ta' kwittanza għall-2017

18.  Jieħu nota tar-risposti bil-miktub għar-riżoluzzjoni ta' kwittanza għall-2017 mogħtija lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament fis-17 ta' Settembru 2019, u tal-preżentazzjoni mis-Segretarju Ġenerali li fiha indirizza d-diversi mistoqsijiet u talbiet tar-riżoluzzjoni ta' kwittanza tal-Parlament għall-2017 u l-iskambju ta' fehmiet sussegwenti mal-Membri;

19.  Jiddeplora l-fatt li ma ttieħdet l-ebda azzjoni b'risposta għal uħud mir-rakkomandazzjonijiet fir-riżoluzzjoni tal-Parlament dwar il-kwittanza għall-2017, u li d-dokument ta' segwitu għall-kwittanza ma jipprovdi l-ebda ġustifikazzjoni għal dan; jenfasizza l-importanza li jkun hemm diskussjonijiet aktar frekwenti mas-Segretarju Ġenerali dwar il-kwistjonijiet li jikkonċernaw il-baġit tal-Parlament u l-implimentazzjoni tiegħu fil-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit;

Kwittanza tal-Parlament għall-2018

20.  Jikkonstata l-iskambju ta' fehmiet li sar bejn il-Viċi President responsabbli għall-baġit, is-Segretarju Ġenerali u l-Membri tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament fil-preżenza tal-Awditur Intern, fit-18 ta' Novembru 2019, fil-kuntest tal-kwittanza tal-Parlament għall-2018;

21.  Itenni l-appell tiegħu lill-Bureau biex jagħti segwitu għad-deċiżjonijiet ta' kwittanza kollha, skont l-Artikolu 25 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura u l-Artikoli 6 u 166 tar-Regolament Finanzjarju; jitlob lis-Segretarju Ġenerali jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Bureau, filwaqt li jevidenzja r-rikjesti kollha għal azzjoni jew deċiżjoni min-naħa tal-Bureau; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jistabbilixxi pjan ta' azzjoni u skeda ta' żmien li jippermettu lill-Bureau jagħti segwitu u/jew jirrispondi għar-rakkomandazzjonijiet li jinsabu fir-riżoluzzjonijiet ta' kwittanza tal-Parlament u jinkludi r-riżultati fid-dokument ta' monitoraġġ annwali; jitlob lis-Segretarju Ġenerali jirrapporta fi żmien xieraq lill-Kumitat tal-Baġit tal-Parlament u lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament dwar il-proġetti kollha b'impatt baġitarju sinifikanti li jkunu ġew ippreżentati lill-Bureau; itenni l-ħtieġa li l-Bureau jtejjeb sostanzjalment, b'mod proattiv, it-trasparenza tal-proċedura ta' teħid ta' deċiżjonijiet tiegħu;

22.  Jiddeplora l-fatt li, fl-2018, l-investigazzjoni interna identifikat erba' każijiet fil-qasam tal-allowance għall-assistenza parlamentari u dan ippermetta l-irkupru ta' EUR 146 814 (47 każ identifikati fl-2017 u EUR 903 741,00 irkuprati) u li, fir-rigward tal-allowances tal-ivvjaġġar u tas-sussistenza tal-Membri, ġew irkuprati EUR 173 546 minn sitt investigazzjonijiet (EUR 68 589,05 fl-2017);

23.  Jirrimarka li l-attività leġiżlattiva żdiedet b'mod sostanzjali fl-2018, peress li l-Parlament kien qed joqrob lejn tmiem il-leġiżlatura 2014-2019 tiegħu;

24.  Jinnota li żewġ kumitati temporanji, il-Kumitat Speċjali dwar it-Terroriżmu (TERR) u l-Kumitat Speċjali dwar il-proċedura ta' awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-pestiċidi (PEST), ikkonkludew b'suċċess il-ħidma tagħhom matul is-sena u ġie stabbilit Kumitat Speċjali ieħor dwar il-Kriminalità Finanzjarja, l-Evażjoni tat-Taxxa u l-Evitar tat-Taxxa (TAX3);

25.  Jenfasizza li, fid-dawl tal-elezzjonijiet Ewropej tal-2019, tnediet b'suċċess il-kampanja ta' komunikazzjoni; jinnota ż-żieda fil-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fl-elezzjonijiet Ewropej tal-2019, iżda jinnota wkoll li l-għadd ta' persuni li ħarġu jivvutaw baqa' baxx wisq f'ċerti pajjiżi; iqis li dan it-tip ta' kampanja għandu jkollu natura kontinwa, b'enfasi partikolari fuq dawk il-pajjiżi;

26.  Japprova l-miżuri tal-istituzzjoni biex ittejjeb is-sigurtà, b'mod partikolari fi kwistjonijiet ta' sigurtà fiżika u tal-bini iżda wkoll iċ-ċibersigurtà u s-sigurtà tal-komunikazzjoni;

27.  Jiddispjaċih li, minkejja l-fatt li l-Kumitat għall-Baġits tal-Parlament irrifjuta l-baġit mitlub sabiex jinħoloq osservatorju tal-intelliġenza artifiċjali, din l-inizjattiva xorta tidher li għadha għaddejja fil-forma ta' grupp ta' ħidma; jinsab imħasseb ħafna dwar l-inosservanza evidenti ta' deċiżjoni demokratika meħuda mill-Membri, li tistabbilixxi preċedent spjaċevoli ħafna; jirrakkomanda li l-attività ta' dan il-grupp ta' ħidma tiġi interrotta immedjatament sakemm l-awtorità baġitarja tkun iddeċidiet li tallokalu baġit;

28.  Huwa konxju mill-importanza tal-politika immobiljari, b'mod partikolari l-proġett tal-bini Martens u l-bini mill-ġdid tal-bini Montoyer 63 fi Brussell, li tlestew fl-2018 u l-proġett Konrad Adenauer fil-Lussemburgu, li huwa skedat li t-tlestija tiegħu hija skedata sa tmiem Ġunju 2023; jifhem li, fl-2018, il-Kumitat għall-Baġits tal-Parlament awtorizza t-trasferiment ta' tlaqqit, b'ammont ta' EUR 29 miljun, għall-prefinanzjament tal-proġett, u huwa stmat li dan wassal biex ġew iffrankati EUR 4,7 miljun fi mgħax; jinsab imħasseb dwar id-dewmien fil-kostruzzjoni tal-bini Konrad Adenauer fil-Lussemburgu, li kien ippjanat għall-2018 iżda issa mhux mistenni li jkun lest qabel l-2023;

29.  Jappoġġa l-użu tal-Iskema ta' Mmaniġġjar u Awditjar Ekoloġiċi (EMAS), li hija strument ta' ġestjoni tal-Unjoni Ewropea għall-organizzazzjonijiet privati u pubbliċi biex jevalwaw u jtejbu l-prestazzjoni ambjentali tagħhom skont ir-Regolament 1221/2009(9); jappoġġa l-miżuri meħuda biex titnaqqas l-impronta tal-karbonju tal-Parlament;

30.  Jistieden lill-amministrazzjoni tiġbed l-attenzjoni għall-kodiċi ta' kondotta għall-Membri, li jistabbilixxi li l-Membri għandhom jaġixxu biss fl-interess pubbliku u jwettqu xogħolhom b'diżinteress, integrità, trasparenza, diliġenza, onestà, responsabbiltà u rispett għar-reputazzjoni tal-Parlament; jenfasizza li l-kodiċi ta' kondotta jiddefinixxi l-kunflitti ta' interess u kif il-Membri għandhom jindirizzawhom u jinkludi regoli li jirregolaw l-attivitajiet professjonali tal-ex Membri;

31.  Jinnota bi tħassib li kien hemm almenu 24 każ ta' ksur tal-kodiċi ta' kondotta bejn l-2012 u l-2018 li ma ġewx sanzjonati; jisħaq fuq il-fatt li jekk il-ksur mhuwiex sanzjonat b'mod adegwat, huwa anqas probabbli li l-Membri jirrispettaw il-kodiċi ta' kondotta; jistieden lill-President jivvaluta bir-reqqa kull allegat ksur tal-kodiċi ta' kondotta u, jekk ikun il-każ, jimponi sanzjoni adegwata lill-Membri kkonċernati;

32.  Jieħu nota tar-Regoli dwar it-Trasport tal-Membri fil-Postijiet tax-Xogħol tal-Parlament Ewropew ("ir-Regoli"); iqis li d-dispożizzjonijiet li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għall-użu tal-karozzi uffiċjali fuq bażi permanenti mill-President, mis-Segretarju Ġenerali, mid-Deputat Segretarju Ġenerali u minn kull President tal-gruppi politiċi li hemm fir-Regoli bħala vagi wisq; jistieden lill-Bureau jirrevedi r-Regoli bil-għan li jintroduċi kundizzjonijiet aktar stretti dwar l-użu ta' dawn il-karozzi;

33.  Huwa tal-fehma li l-protezzjoni tal-informaturi hija element integrali tad-demokrazija u hija kruċjali fil-prevenzjoni u l-iskoraġġiment tal-attivitajiet illegali u l-għemil ħażin; ifakkar li, fost affarijiet oħra, l-assistenti parlamentari akkreditati (APA) jinsabu f'pożizzjoni vulnerabbli minħabba l-kuntratt ta' impjieg tagħhom; jikkonstata bi tħassib kbir il-fatt li s-Segretarju Ġenerali rrikonoxxa li "r-regoli dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta huma applikabbli għall-assistenti parlamentari akkreditati iżda l-Parlament ma jistax jipprovdi protezzjoni tal-impjieg"; peress li huma jiddependu mill-Membru individwali tagħhom; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jqis dak il-fattur meta l-APA jaġixxu ta' informaturi, u jfittex li jestendi l-opzjonijiet ta' protezzjoni kuntrattwali li l-Parlament joffri lill-APA li huma vittmi ta' fastidju għall-APA li jaġixxu ta' informaturi;

34.  Jenfasizza l-fatt li r-regoli attwali dwar it-terminazzjoni ta' kuntratti għall-APA ma jipprovdux il-possibbiltà ta' terminazzjoni permezz ta' ‘kunsens reċiproku’, li jkun mod kif tiġi rikonoxxuta r-relazzjoni speċjali bejn il-Membri u l-assistenti, meta ż-żewġ partijiet jistgħu jirrikonoxxu li l-fiduċja reċiproka m'għadhiex teżisti, u jibbenefikaw minn soluzzjoni komuni mingħajr ma jiddgħajfu d-drittijiet soċjali tal-APA; jitlob lis-Segretarju Ġenerali jsib soluzzjoni għall-fatt li s-salarji tal-APA jistgħu jitħallsu biss f'kontijiet bankarji Belġjani, peress li dan imur kontra l-idea ta' unjoni monetarja u ta' pagamenti unika;

35.  Itenni t-tħassib tiegħu dwar l-allegata prattika mill-Membri li jobbligaw lill-APA jmorru fuq missjonijiet, partikolarment fi Strasburgu, mingħajr ordnijiet tal-missjoni, mingħajr spejjeż tal-missjoni u saħansitra mingħajr spejjeż tal-ivvjaġġar; huwa tal-fehma li din il-prattika tagħti lok għal abbuż: meta l-APA jivvjġġaw mingħajr ordni tal-missjoni, huma jkollhom iħallsu minn buthom l-ispejjeż u ma jkunux koperti mill-assigurazzjoni fuq il-post tax-xogħol; itenni t-talbiet tiegħu lis-Segretarju Ġenerali biex jinvestiga din l-allegata prattika u jirrapporta dwarha sa tmiem is-sena;

36.  Itenni t-talba tiegħu lill-Konferenza tal-Presidenti u lill-Bureau biex jikkunsidraw mill-ġdid il-possibbiltà li l-APA, f'ċerti kundizzjonijiet li għad iridu jiġu stabbiliti, jakkumpanjaw lill-Membri f'delegazzjonijiet u f'missjonijiet uffiċjali tal-Parlament, kif diġà mitlub minn diversi Membri; jistieden lis-Segretarju Ġenerali janalizza l-konsegwenzi baġitarji, u l-organizzazzjoni u l-loġistika ta' tali missjonijiet;

37.  Jistieden lill-Parlament jadatta kompletament ir-regoli interni tiegħu fir-Regolamenti tal-Persunal mad-Direttiva (UE) 2019/1937(10) dwar il-protezzjoni ta' persuni li jirrapportaw dwar ksur tal-liġi tal-Unjoni, adottata dan l-aħħar, anki billi jwaqqaf kanali siguri għar-rappurtar; jitlob barra minn hekk lill-Parlament jiggarantixxi l-istess livell ta' protezzjoni lill-informaturi ta' irregolaritajiet kif jagħmel lill-vittmi ta' fastidju; jitlob lis-Segretarju Ġenerali jistabbilixxu taħriġ obbligatorju għall-maniġers ġerarkiċi biex jissensibilizza lill-membri tal-persunal parlamentari dwar il-protezzjoni tal-informaturi u dwar dmirhom skont ir-Regolament tal-Persunal li jirrappurtaw attivitajiet illegali jew kull każ ta' amministrazzjoni ħażina;

38.  Jikkonstata li d-deċiżjoni tar-Renju Unit li joħroġ mill-Unjoni Ewropea kellha impatt konsiderevoli fis-servizzi differenti tal-Parlament, b'mod partikolari fuq il-kumitati, l-unitajiet ta' riċerka u s-servizzi orizzontali;

39.  Jilqa' d-deċiżjoni tal-Bureau tat-2 ta' Mejju 2018 dwar il-persunal biċ-ċittadinanza tar-Renju Unit, jiġifieri li l-ebda uffiċjal mhu se jingħata s-sensja abbażi taċ-ċittadinanza tar-Renju Unit tiegħu; jifhem li l-valutazzjonijiet ta' każ b'każ li twettqu sad-data inizjalment prevista għall-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-persunal kuntrattwali u temporanju taċ-ċittadinanza tar-Renju Unit, ma rriżultaw fit-terminazzjoni tal-ebda kuntratt; jirrikonoxxi li l-gruppi politiċi jwettqu l-valutazzjonijiet tagħhom każ b'każ għall-persunal tagħhom;

40.  Jieħu nota tal-implimentazzjoni b'suċċess tal-objettiv ta' tnaqqis ta' 5 % fil-persunal, li fl-2018 kienet teħtieġ li l-Parlament jelimina 60 post tax-xogħol mit-tabella tal-persunal amministrattiv tiegħu; iqis li huwa importanti li jiġi żgurat il-livell għoli ta' prestazzjoni tal-Parlament, kemm fuq perjodu qasir kif ukoll fuq dak fit-tul, filwaqt li tiġi żgurata wkoll ġestjoni baġitarja responsabbli u li jkun hemm iffrankar fejn xieraq; jemmen li jista' jiġi previst iffrankar ulterjuri; jemmen bis-sħiħ li huwa essenzjali li tiġi implimentata strateġija ta' komunikazzjoni mmirata lejn il-Kunsill, l-Istati Membri u ċ-ċittadini Ewropej biex ikun hemm reazzjoni għall-kritika inġusta u mifruxa tas-servizz pubbliku tal-Unjoni Ewropea, li ilha għaddejja snin sħaħ;

41.  Jinsab imħasseb dwar l-għadd ta' membri tal-persunal fuq liv minħabba mard fit-tul u dwar iż-żieda qawwija fl-għadd ta' każijiet ta' eżawriment professjonali (burnout), u jinsab imħasseb li xi wħud minn dawk il-każijiet jistgħu jkunu marbuta mal-eżawriment u t-tħarbit tal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata; huwa partikolarment imħasseb bin-nuqqas ta' persunal u, fl-istess ħin, iqis li huwa diffiċli li tiġi ġġustifikata l-espansjoni fil-karigi maniġerjali superjuri, li qed twassal għal struttura maniġerjali żbilanċjata u b'għadd sproporzjonat ta' karigi tal-ogħla livell; jistieden lill-amministrazzjoni biex tadotta approċċ proattiv fir-rigward tal-persunal ikkonċernat, tevalwa bir-reqqa l-ammont ta' xogħol tal-persunal u tiżgura distribuzzjoni bilanċjata tal-kompiti; jitlob rapport dwar il-miżuri meħuda b'reazzjoni għal-liv minħabba mard fit-tul u l-eżawrimenti professjonali sat-30 ta' Ġunju 2020;

42.  Jinsisti, f'kuntest ta' żieda fl-aspettattivi fir-rigward ta’ dak li huwa kapaċi jwettaq il-persunal, fuq l-importanza ta' djalogu regolari u kostruttiv mal-kumitat tal-persunal, mat-trade unions u fil-każ tal-gruppi politiċi mar-rappreżentati tal-persunal tagħhom; jistenna li d-djalogu kostruttiv ma' dawk il-korpi jitkompla, b'mod partikolari dwar kwistjonijiet relatati mal-politika tal-persunal kif ukoll ma' kundizzjonijiet tax-xogħol bħall-mobbiltà, l-ambjent tax-xogħol u l-ħin flessibbli;

43.  Iqis li huwa essenzjali, għal dan il-għan, għar-rappreżentanti tal-persunal li jinstemgħu meta l-Bureau jiddiskuti kwistjonijiet ġenerali li jaffettwaw il-politika tal-persunal; jitlob lis-Segretarju Ġenerali jieħu l-miżuri xierqa biex jimplimenta din in-neċessità kruċjali;

44.  Jirrimarka li sabiex jinżamm servizz pubbliku tal-Unjoni Ewropea eċċellenti u indipendenti, leali u motivat, ir-Regolamenti tal-Persunal jeħtieġ jiġu rrispettati u applikati b'mod sħiħ fil-kliem u l-ispirtu tagħhom; jitlob, f'dan il-kuntest, li tintemm ukoll il-prattika ta' "paraxutiżmu" tan-nies f'karigi, li taf tkun dannuża għall-proċeduri u għalhekk għall-kredibbiltà tal-istituzzjoni, b’mod partikolari tal-Unjoni, b'mod ġenerali;

45.  Ifakkar fis-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman Ewropew fil-każijiet konġunti 488/2018/KR u 514/2018/K, kif ukoll fir-riżoluzzjoni tal-Parlament tat-18 ta' April 2018, b'mod partikolari li l-uffiċjali mill-korpi rappreżentattivi tal-persunal ikunu fuq il-bordijiet tal-għażla tal-Parlament għal karigi ta' maniġment superjuri, u jistieden lis-Segretarju Ġenerali jkompli jtejjeb il-proċeduri ta' ħatra tal-uffiċjali ta' grad għoli permezz ta' aktar trasparenza u ugwaljanza; jitlob, barra minn hekk, li jiġu żgurati l-konsistenza fir-rigward tal-pubblikazzjonijiet esterni ta' karigi ta' maniġment superjuri u d-diliġenza fil-pubblikazzjoni ta' dawn il-karigi kif u meta jitbattlu; jistieden lill-amministrazzjoni tal-Parlament tirrapporta kull sena dwar il-ħatra tal-uffiċjali ta' grad għoli;

46.  Jiddispjaċih profondament għan-nuqqas ta' prospettivi ta' karriera għall-persunal kuntrattwali; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jivvaluta r-riskji relatati mal-użu ta' għadd dejjem jikber ta' persunal kuntrattwali, inkluż il-periklu li tinħoloq struttura tal-persunal b'żewġ livelli fi ħdan il-Parlament; jinsisti li l-kompiti u l-karigi permanenti ewlenin għandhom jitwettqu minn persunal permanenti;

47.  Huwa konvint li l-attraenza tal-Parlament bħala post tax-xogħol hija komponent ewlieni tas-suċċess tiegħu; jiġbed l-attenzjoni għad-diffikultajiet li nqalgħu fir-reklutaġġ ta' xi ċittadinanzi; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jinsisti fuq il-ħtieġa ta' bilanċ ġeografiku reali f'termini ta' rappreżentanza proporzjonali tal-Istati Membri kollha fil-livelli kollha, inklużi l-livelli maniġerjali superjuri; jirrikonoxxi l-passi pożittivi ħafna meħuda sabiex jinkiseb bilanċ bejn is-sessi; jitlob azzjoni urġenti biex jinkiseb bilanċ aħjar bejn is-sessi fil-livelli kollha, inkluż fil-livell tad-diretturi ġenerali;

48.  Jiddispjaċih fir-rigward tas-sottorappreżentanza persistenti tal-pajjiżi li saru membri tal-Unjoni wara l-2004, speċjalment fl-aktar karigi għoljin, u l-problema hija li, filwaqt li qed jiġu reklutati ċittadini mill-Istati Membri l-ġodda, qed jingħataw promozzjonijiet aktar liċ-ċittadini tal-Istati Membri l-qodma, u dan qed jirriżulta f'qabża dejjem tikber bejn l-Istati Membri l-qodma u dawk ġodda; jitlob li din is-sitwazzjoni tiġi rettifikata;

49.  Jirrimarka li fil-kompetizzjonijiet interni bejn l-2014 u l-2019, kien hemm 30 persuna li nħatru fl-ogħla grad tal-paga AD9, li minnhom 16 kienu minn żewġ Stati Membri kbar qodma, b'tali mod li kien hemm għadd notevoli ta' ħatriet ta' persunal minn dawn iż-żewġ pajjiżi matul iċ-ċiklu leġiżlattiv kollu, u jitlob lis-Segretarju Ġenerali jispjega r-raġuni għal dan ir-riżultat sproporzjonat;

50.  Jiddispjaċih għad-diffikultà biex jiġu reklutati membri tal-persunal fil-gradi aktar baxxi fil-Lussemburgu, speċjalment fil-kategorija ta' assistenti segretarji; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi introdott koeffiċjent ta' korrezzjoni li jqis l-ispejjeż tal-għajxien ogħla f'dan il-post tax-xogħol filwaqt li jsir reklutaġġ ta' persunal fi gradi ogħla sabiex tissolva din il-problema strutturali; jitlob li r-reklutaġġ mill-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) jiġi riformat sabiex tali reklutaġġ ikun jista’ jilħaq b’mod aħjar il-ħtiġijiet tal-istituzzjonijiet, inklużi permezz ta’ proċeduri ta' reklutaġġ iqsar;

51.  Ifakkar li l-Artikolu 11 tar-Regoli ta' Proċedura introduċa obbligu għar-rapporteurs, ix-shadow rapporteurs u l-presidenti tal-kumitati li jippubblikaw informazzjoni dwar il-laqgħat li jsiru mar-rappreżentanti ta' interess fil-kuntest tar-rapporti tagħhom; jinnota b'sodisfazzjon li, mill-bidu tal-leġiżlatura l-ġdida, l-infrastruttura meħtieġa hija disponibbli fuq is-sit web tal-Parlament biex il-Membri jkunu jistgħu jippubblikaw il-laqgħat skedati mar-rappreżentanti interessati; jistieden lis-segretarjat ixerred informazzjoni dettaljata u jorganizza taħriġ sabiex ikun iktar faċli għall-uffiċċji tal-Membri biex jirrispettaw bis-sħiħ dan l-obbligu; jiddispjaċih li l-infrastruttura attwali ma tinkludix proċess li permezz tiegħu l-Membri u l-APS jistgħu jipprovdu s-suġġerimenti u l-feedback tagħhom għal titjib ibbażat fuq l-esperjenza tal-utent; jitlob lis-servizzi parlamentari jiżviluppaw kwestjonarju ta' feedback fuq bażi annwali u biex jinkludu r-riżultati f'rapport dwar l-użu tal-għodda; jilqa' l-fatt li s-Segretarju Ġenerali ta struzzjonijiet lis-servizzi tal-Parlament biex iqabbdu l-għodda mar-Reġistru tat-Trasparenza u mal-Osservatorju Leġiżlattiv u jinkoraġġixxi kwalunkwe sforz li jkompli jtejjeb din l-għodda, inkluż billi jiġi pprovdut aċċess għall-ipproċessar tad-data pprovduta mill-Membri fl-infrastruttura tas-sit web tal-Parlament dwar laqgħat ma' rappreżentanti ta' interess f'format li jista' jinqara minn magna, filwaqt li tiġi pprovduta l-possibbiltà li l-laqgħa tintrabat ma' sħubija f'delegazzjoni, li jiġi indikat li l-laqgħa saret fil-livell ta' persunal, li l-entrati fis-sit web tal-Parlament jiġu llinkjati għas-sit web tal-Membru stess u li din l-infrastruttura tkun disponibbli fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni; jistieden ukoll lill-Parlament itejjeb il-komunikazzjoni tiegħu mal-Membri dwar l-obbligu tar-rapporteurs, ix-shadow rapporteurs u l-presidenti tal-kumitati li jippubblikaw dawn il-laqgħat;

52.  Jilqa' dan il-pass pożittiv lejn trasparenza ikbar kif ukoll il-possibbiltà li l-Membri kollha li jkunu jixtiequ jippubblikaw din l-informazzjoni jistgħu jagħmlu dan permezz tal-infrastruttura tas-sit web tal-Parlament, anke jekk il-Membru ma jkunx rapporteur, shadow rapporteur jew President ta' kumitat; iqis li din iż-żieda fit-trasparenza tgħin liċ-ċittadini Ewropej jifhmu aħjar il-ħidma tal-Membri tagħhom; għalhekk jiddispjaċih li din l-infrastruttura ta' dikjarazzjoni tal-laqgħat teżisti biss bl-Ingliż u mhux bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni;

53.  Barra mir-rapport konġunt tal-Parlament u tal-Kummissjoni dwar l-attivitajiet tar-Reġistru ta' Trasparenza, jitlob lill-Parlament jabbozza rapport annwali dettaljat dwar ir-rappreżentanti ta' gruppi ta' interess u organizzazzjonijiet oħra li ngħataw aċċess fir-reċinti tal-Parlament;

54.  Jirrikonoxxi l-fatt li li l-produzzjoni ta' data pubblika f'format miftuħ u li jinqara mill-magni, faċilment aċċessibbli u li tista' tintuża, toffri opportunitajiet kbar kemm f’termini ta’ trasparenza fil-konfront tal-pubbliku kif ukoll tal-innovazzjoni; jilqa' l-inizjattivi attwali maħsuba biex tinħoloq u tiġi kkonvertita f'dak il-format dik id-data tagħha li tkun ta' interess għall-pubbliku; jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm approċċ aktar faċli għall-utent, sistematiku u kkoordinat għal tali inizjattivi, skont politika tad-data miftuħa definita sew tal-Parlament;

55.  Jirrikonoxxi l-valur miżjud li jista' joffri s-softwer liberu u b'sors miftuħ għall-Parlament; jenfasizza b'mod partikolari r-rwol tagħhom fiż-żieda tat-trasparenza u l-evitar tal-effetti ta' intrappolament tal-bejjiegħa; jirrikonoxxi wkoll il-potenzjal tagħhom ta' titjib fis-sigurtà peress li jagħmluha possibbli li jiġu identifikati u stabbiliti d-dgħufijiet; jirrakkomanda bil-qawwa li kwalunkwe softwer żviluppat għall-istituzzjoni jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku b'liċenzja ta' softwer liberu u b'sors miftuħ;

56.  Jinnota li r-riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet fil-plenarja għandhom ikunu disponibbli f'format miftuħ u li jinqara mill-magni, u għandhom ikunu viżibbli faċilment fuq is-sit web tal-Parlament; jistieden lill-Parlament, għalhekk, jippubblika l-verżjoni li tinqara mill-magni tar-riżultati tal-votazzjoni b'sejħa tal-ismijiet ħdejn il-verżjonijiet li ma jistgħux jinqraw minn magna, fuq il-paġna web tal-minuti tal-plenarja;

57.   Jikkonstata li r-regoli riveduti li jirregolaw il-ħlas tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-gruppi ta' viżitaturi sponsorizzati daħlu fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2017; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jagħti l-valutazzjoni ta' dawn ir-regoli mingħajr dewmien; huwa tal-fehma li s-sistema attwali tinjora l-ispejjeż tal-akkomodazzjoni u tat-trasport li jvarjaw u ma żżommx il-pass mal-inflazzjoni, u jappella bil-qawwa għal rieżami tas-sistema għall-kalkolu tal-kontribuzzjoni finanzjarja għall-gruppi ta' viżitaturi malajr kemm jista' jkun sabiex, fost affarijiet oħra, jiġi evitat li Membri jkunu jistgħu jieħdu kwalunkwe benefiċċju materjali mis-sistema; jistieden lill-Bureau jiġġeneralizza s-sistema ta’ rimborż abbażi tas-sottomissjoni tal-kontijiet għall-gruppi ta' viżitaturi; itenni t-talba tiegħu li titneħħa l-possibbiltà li l-APA jinħatar bħala l-kap ta' grupp;

Parlament favur l-ambjent u newtralità karbonika sal-2030

58.  Jilqa' l-kontribut pożittiv tal-Parlament għall-iżvilupp sostenibbli permezz tar-rwol politiku tiegħu u r-rwol tiegħu fil-proċeduri leġiżlattivi; jenfasizza l-ħtieġa li l-Parlament imexxi bl-eżempju u jikkontribwixxi għall-iżvilupp sostenibbli permezz tal-mod kif jopera;

59.  Ifaħħar l-impenn tal-Parlament favur l-akkwist pubbliku ekoloġiku; jinnota li l-objettiv tal-Parlament huwa li jżid il-perċentwal ponderat għall-valur tal-kuntratti fost ċerti prodotti prijoritarji kklassifikati bħala ‘Ekoloġiċi’, ‘Ekoloġiċi Ħafna’ jew ‘Ekoloġiċi min-Natura Tagħhom’; jinnota li fl-2018, 44,9 % tal-kuntratti skont il-valur fil-kategoriji ta' prodotti prijoritarji ġew ikklassifikati bħala ‘Ekoloġiċi’, ‘Ekoloġiċi Ħafna’ jew ‘Ekoloġiċi min-Natura Tagħhom’; jirrimarka li, meta l-kuntratti kollha kklassifikati bħala ‘Ekoloġiċi min-Natura Tagħhom’, indipendentement mill-kategorija tal-prodott, jiġu inklużi fiċ-ċifra, il-karattru ekoloġiku tal-kuntratti tal-Parlament jiżdied għal 55,8 % għall-2018, li huwa qrib l-objettiv intermedju ta' 60 %; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żviluppat akkwist pubbliku ekoloġiku ulterjuri billi jiġu stabbiliti objettivi ambizzjużi għal kuntratti ta' ekoloġizzazzjoni fuq perjodu ta' żmien medju;

60.  Jilqa' l-adozzjoni tar-Rieżami tal-Ġestjoni Ambjentali u d-Dikjarazzjoni Ambjentali 2018, l-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni 2018 u l-monitoraġġ regolari tiegħu;

61.  Jappoġġa l-objettiv tal-Parlament li jnaqqas kemm jista' jkun l-emissjonijiet tal-karbonju tiegħu; itenni t-tħassib tiegħu li d-dispersjoni ġeografika tal-Parlament tirriżulta fi 78 % tal-missjonijiet kollha tal-persunal tal-Parlament, u li l-impatt ambjentali jammonta għal bejn 11 000 u 19 000 tunnellata emissjonijiet ta' CO2;

62.   Huwa tal-fehma li, wara d-dikjarazzjoni tal-Emerġenza Klimatika, il-Parlament għandu jmexxi bl-eżempju u jimpenja ruħu li jikseb newtralità karbonika sal-2030; jitlob lill-Parlament jiżviluppa strateġija għall-kisba tan-newtralità karbonika sal-2030 u jippreżenta l-istrateġija tiegħu lill-awtorità ta' kwittanza; jagħti istruzzjonijiet lill-grupp ta' ħidma tal-EMAS tiegħu biex jemenda l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni u l-pjan attwali ta' tnaqqis tas-CO2 biex tinkiseb newtralità karbonika sal-2030; jitlob ukoll ir-rapportar u l-kontabbiltà tat-tpaċija tas-CO2 tal-Parlament bħala kwistjoni ta' urġenza;

63.   Jenfasizza li madwar 67 % tal-impronta tal-karbonju tal-Parlament toriġina mit-trasport tal-persuni; ifakkar li, bid-deċiżjoni tiegħu tal-15 ta' Mejju 2017, il-Bureau approva l-proposta li jiġi offrut mod ta' trasport effiċjenti u ta' kwalità għolja għall-Membri filwaqt li jiġi mminimizzat l-impatt ambjentali permezz ta' tranżizzjoni gradwali għal vetturi elettriċi għall-flotta tal-karozzi tal-Parlament u l-promozzjoni ta' kull tip ta' trasport ekoloġiku li jopera b'emissjonijiet żero fl-ambjent urban u li jkollu flotta li tkun kompletament elettrika mill-2024; jilqa' d-diversi miżuri u strumenti introdotti f'dan ir-rigward minn DĠ INLO; jistenna li l-Bureau jfassal sistema ta' rimborż tal-ivvjaġġar li tinkludi l-ispiża tat-tpaċija tas-CO2 fil-prezz tal-vjaġġ u jinċentiva l-użu ta' trasport ekokompatibbli;

64.  Jappoġġa l-objettiv tal-Parlament, li huwa li jpaċi l-emissjonijiet inevitabbli tiegħu; jissuġġerixxi t-tpaċija konġunta tal-emissjonijiet inevitabbli ma' istituzzjonijiet u korpi oħra tal-Unjoni;

65.  Jenfasizza li l-Parlament għandu jonora l-impenji tiegħu fir-rigward tal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u, konsegwentement, għandu jieħu passi xierqa fil-bini kollu tiegħu biex jagħmel parkeġġi għar-roti, fejn ir-roti jkunu protetti mis-serq, minn atti vandaliċi u mill-elementi, disponibbli għall-membri kollha tal-persunal u, tal-anqas għandu joffri l-istess arranġamenti attwalment disponibbli fil-parkeġġi għall-karozzi tal-membri tal-persunal; jinnota li f'dan ir-rigward, jista' jkun ukoll utli ħafna li jkun hemm sistema li fiha l-vinjetti jintużaw bħala mezz ta' identifikazzjoni;

66.   Jilqa' l-isforzi tal-Parlament biex iżid in-numru ta' laqgħat mingħajr karti; jitlob li jiġu offruti iktar sessjonijiet ta' taħriġ lill-Membri kollha, lill-membri tal-persunal u lill-APA dwar l-għodod mingħajr karti li nħolqu biex ikunu jistgħu jiġu stampati anqas dokumenti, u li jsiru iktar kampanji ta' komunikazzjoni;

67.  Jitlob lill-Parlament itejjeb il-komunikazzjoni tiegħu mal-Membri u jinfurmahom dwar il-possibbiltà li jużaw il-ferrovija diretta bejn il-Parlament u l-ajruport ta' Brussell, li b'kollox tieħu 20 minuti, u dwar liema Membri jistgħu jużawha bla ħlas, u li juża l-influwenza tiegħu biex jitlob li dawk il-ferroviji jaħdmu b'intervalli regolari u iqsar sabiex din il-possibbiltà tkun attraenti kemm jista' jkun;

68.  Ifaħħar lill-persunal talli għamel użu sħiħ mill-ferroviji charter lejn Strasburgu; iħeġġeġ lill-maniġers superjuri ma jużawx il-karozzi tas-servizz tagħhom għall-missjonijiet tagħhom fi Strasburgu;

69.  Jappoġġa t-tpaċija ta' 100 % tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-Parlament, inklużi l-emissjonijiet minn titjiriet tal-Membri bejn il-pajjiż ta' oriġini tagħhom u Brussell u Strasburgu, fuq bażi annwali permezz ta' krediti tal-karbonju; ifakkar li l-kuntratt ta' tpaċija li jkopri l-emissjonijiet tal-Parlament mill-2017 ġie ffirmat fid-19 ta' Lulju 2018 għal ammont totali ta' EUR 184 095,80;

70.  Jinsab imħasseb bil-volatilità tal-prezzijiet għat-tpaċija tas-CO2 fis-suq taċ-ċertifikati tal-emissjonijiet, li jagħmilha impossibbli li jiġi stmat l-ammont eżatt meħtieġ għat-tpaċija tal-ammont totali ta' emissjonijiet tal-karbonju; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-mezzi finanzjarji disponibbli fil-linja baġitarja 2390 (attwalment EUR 249 000) jistgħu ma jkunux suffiċjenti għat-tpaċija tal-ammont totali ta' emissjonijiet tal-karbonju fis-snin li ġejjin;

71.  Jilqa' d-deċiżjonijiet tal-Kwestur u tal-Bureau, f'April u Ġunju 2018 rispettivament, dwar it-tnaqqis tal-iskart tal-plastik u l-attivitajiet ta' mmaniġġjar tal-iskart; jitlob lill-Parlament jieħu azzjoni ambizzjuża ulterjuri u b'mod rapidu, favur Parlament ħieles mill-plastik;

72.  Jilqa' l-eżitu pożittiv tal-awditjar estern li sar f'Mejju/Ġunju 2018 li jikkonferma l-kundizzjoni tajba u l-maturità tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali tal-Parlament;

Dispersjoni ġeografika tal-Parlament – sede unika

73.  Jenfasizza li l-Unjoni għażlet li tkun preżenti permezz tal-istituzzjonijiet u l-aġenziji tagħha f'diversi Stati Membri, u dan jiggarantixxi rabta qawwija maċ-ċittadini u jiżgura l-viżibbiltà tal-valur miżjud tal-Unjoni (‘viżibbilta’ Ewropea’), filwaqt li titqies il-ġestjoni responsabbli tal-fondi pubbliċi;

74.  Jinnota li l-ispejjeż marbuta mat-12-il vjaġġ li l-Membri tal-Parlament jagħmlu kull sena lejn Strasburgu jammonta għal EUR 21 266 689; jinnota li l-ispejjeż tal-ivvjaġġar annwali jammontaw għal EUR 3 631 082 għall-persunal tal-Parlament u EUR 2 097 250 għall-APA;

75.  Jinnota li, fl-2018, l-ispiża għall-ferrovija charter Thalys kienet ta' EUR 3 741 900 (meta mqabbla ma' EUR 3 668 532 fl-2017);

76.  Jenfasizza li ċ-ċaqliq tal-vetturi uffiċjali tal-Parlament lejn Strasburgu u lura vojta ħlief għax-xufiera rispettivi tagħhom ikompli jżid mal-impatt finanzjarju u ambjentali tat-12-il missjoni annwali fi Strasburgu; jilqa' l-fatt li teżisti l-opportunità li l-APA jingħaqdu mal-vjaġġ lejn Strasburgu u lura, iżda jiddispjaċih li din il-possibbiltà mhux qed tiġi sfruttata bis-sħiħ; jistieden lill-Parlament jippermetti li l-membri kollha tal-persunal tal-Parlament u tal-gruppi politiċi jużaw ukoll din l-alternattiva għall-vjaġġ tagħhom lejn Strasburgu, u li jtejjeb il-komunikazzjoni tiegħu dwar din il-possibbiltà;

77.  Jikkonstata li n-nefqa addizzjonali involuta li ma jkunx hemm sede unika tmur kontra l-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja soda u kontra l-prinċipju ta' dixxiplina baġitarja; ifakkar li maġġoranza kbira tal-Membri tal-Parlament esprimew l-appoġġ, f'diversi riżoluzzjonijiet, favur sede unika biex jiġi żgurat l-infiq effiċjenti ta' flus il-kontribwenti tal-Unjoni; jinnota li l-Qorti stmat li t-trasferiment minn Strasburgu lejn Brussell jista' jiġġenera ffrankar annwali ta' EUR 114-il miljun flimkien ma' ffrankar ta' darba ta' EUR 616-il miljun f'każ ta' ċessjoni effikaċi tal-bini fi Strasburgu, jew spiża ta' darba ta' EUR 40 miljun jekk dan ma jseħħx; jinnota li sede unika tista' tinkiseb biss permezz ta' bidla unanima fit-Trattat; iħeġġeġ lill-Kunsill jieħu nota tal-pożizzjoni tal-Parlament u jerfa' r-responsabbiltà tiegħu u jaġixxi kif xieraq; jenfasizza li jista' jsir użu iktar effiċjenti jekk il-vetturi uffiċjali tal-Parlament lejn Strasburgu jittrasportaw lill-Membri, l-APA u l-membri tal-persunal b'ordnijiet ta' missjoni; iqis li l-vetturi uffiċjali tal-Parlament għandhom tal-anqas jimtlew qabel ma jiġu organizzati karozzi tal-linja charter meta l-ferroviji charter bejn Brussell u Strasburgu jkunu mimlija;

78.  Jenfasizza l-fatt li l-Unjoni, bħala waħda mill-firmatarji tal-Ftehim ta' Pariġi skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima, wiegħdet li żżomm iż-żieda fit-temperatura medja globali għal ferm inqas minn 2 °C 'il fuq mil-livelli preindustrijali, u jinnota bi tħassib li t-12-il vjaġġ fis-sena lejn Strasburgu jżidu bla bżonn l-emissjonijiet tal-karbonju prodotti mill-Parlament;

Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni (DĠ COMM)

79.  Ifakkar li, fl-2018, id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni (DĠ COMM) kellu 805 membri tal-persunal; jistieden lid-DĠ COMM biex juża persentaġġ ikbar tal-baġit globali tal-Parlament fis-snin li ġejjin mis-6,1 % li uża fl-2018;

80.  Jilqa' l-implimentazzjoni sħiħa tal-baġit fl-2018 li tixhed l-isforzi li twettqu biex ir-riżorsi kollha disponibbli għad-DĠ COMM jintużaw bis-sħiħ biex jintlaħaq numru massimu ta' ċittadini, u dan kien ta' importanza partikolari f'din is-sena preelettorali; jinnota b'sodisfazzjon li, fl-2018, ikkontribwixxa b'mod attiv għall-iżvilupp u d-definizzjoni ta' strateġija għall-kampanja elettorali Ewropea;

81.  Jikkonstata li l-indikatur ewlieni tad-DĠ COMM, mill-2017, kien is-sigħat ta' attenzjoni li l-Parlament jirċievi fil-mezzi kollha ta' komunikazzjoni; jikkonstata b'sodisfazzjon li, lil hinn mill-enfasi fuq il-livelli ta' attenzjoni, id-DĠ COMM qed jiżviluppa metodoloġija biex ikejjel l-ekonomija, l-effiċjenza u l-effikaċja tal-attivitajiet tiegħu fil-mezzi kollha ta' komunikazzjoni; japprova l-enfasi fuq il-viżibbiltà tal-Parlament;

82.  Jistieden lid-DĠ COMM jinforma lill-awtorità ta' kwittanza f'ċikli ta' kwittanza futuri dwar l-objettivi stabbiliti fis-sena rispettiva sabiex tkun tista' tivvaluta l-effikaċja tal-attivitajiet tad-direttorat ġenerali;

83.  Jistieden lid-DĠ COMM ikompli bl-isforzi tiegħu biex itejjeb is-sit web pubbliku tal-Parlament, b'mod partikolari fir-rigward tal-ottimizzazzjoni tal-magni tat-tiftix, u biex iżid il-viżibbiltà tiegħu; iħeġġeġ lid-DĠ COMM joħloq sit web li jista' jiġi kkonsultat faċilment u li jkun aċċessibbli faċilment ukoll mill-apparati kollha (jiġifieri smartphones, tablets u sal-kompjuters desktop), b'enfasi partikolari fuq verżjoni mobbli semplifikata tas-sit web;

84.  Jikkonstata li, fil-qasam tal-midja, fl-2018, ġew implimentati bosta proġetti u l-preżenza tal-Parlament fuq il-web kompliet tiġi kkonsolidata bl-użu ta' Webstreaming 3.0, li jtejjeb il-kapaċità ta' streaming tal-Parlament;

85.  Jirrikonoxxi, barra minn hekk, li kien hemm titjib sinifikanti fl-użu tal-midja soċjali min-naħa tal-Parlament, u jħeġġeġ ukoll l-użu ta' pjattaformi ta' netwerks soċjali liberi, b'sors miftuħ u self-hosted b'attenzjoni speċjali fir-rigward tal-protezzjoni tad-data tal-utenti; jirrikonoxxi wkoll l-isforzi relatati mas-sensibilizzazzjoni dwar azzjonijiet tal-Unjoni, u jħeġġeġ ukoll lill-Parlament jintensifika l-attività tiegħu fuq il-midja soċjali sabiex ixerred ir-riżultati tal-ħidma tal-Parlament fost iċ-ċittadini tal-Unjoni; jikkonstata wkoll li ġew investiti sforzi sinifikanti fi strateġija komprensiva għall-viżitaturi u, b'enfasi partikolari fuq iż-żgħażagħ, fl-implimentazzjoni tal-programm "Skola Ambaxxatriċi tal-Parlament Ewropew";

86.  Jikkonstata li, fl-2018, ġew organizzati 285 seminar għall-istampa fl-Istati Membri, u għalihom attendew aktar minn 3 629 ġurnalist. jilqa' l-fatt li, barra minn hekk, 1 905 ġurnalist ġew mistiedna jieħdu sehem fis-sessjonijiet plenarji, u 1 191 ġurnalist ġew mistiedna jieħdu sehem f'seminars tal-istampa organizzati ċentralment; ifaħħar lid-DĠ COMM talli għamel użu mill-kanali tal-midja kollha possibbli għat-tixrid tal-informazzjoni dwar il-ħidma u r-riżultati miksuba mill-Parlament; jistieden lid-Direttorat Ġenerali jagħti attenzjoni adegwata lill-importanza tal-midja soċjali u lill-potenzjal sinifikanti tagħha, li kulma jmur dejjem jikber, biex jintlaħqu ċ-ċittadini;

87.  Jappoġġa l-attivitajiet tal-Parlamentarium li sal-11 ta' Lulju 2018 kien laqa' 2 miljun viżitatur, u s-suċċess tal-proġetti pilota ta' tal-Europa Experience f'Berlin, Ljubljana, Strasburgu u Helsinki; jesprimi l-gratitudni tiegħu għall-Unità taż-Żjarat u s-Seminars li fl-2018 laqgħet numru rekord ta' viżitaturi;

88.  Ifakkar li l-2018 kienet l-ewwel sena sħiħa ta' operat għal Dar l-Istorja Ewropea; jinnota li Dar l-Istorja Ewropea laqgħet 164 158 viżitatur; jilqa' l-ftehim ta' kofinanzjament mal-Kummissjoni, li jiżgura kontribuzzjoni annwali għall-ispejjeż ta' funzjonament; għadu mħasseb ħafna bir-rapporti dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol f'Dar tal-Istorja Ewropea taħt il-kuntrattur preċedenti u jitlob b'urġenza lis-Segretarju Ġenerali jinforma lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament dwar is-sitwazzjoni tal-impjegati ta' Dar l-Istorja Ewropea taħt il-kuntrattur il-ġdid; jitlob ukoll lis-Segretarju Ġenerali jippubblika ċ-ċifri relatati mal-ispejjeż totali tal-kuntrattur u l-ammont minfuq fuq il-pagi tal-impjegati ta' Dar l-Istorja Ewropea;

Uffiċċji ta' Kollegament tal-Parlament Ewropew

89.  Ifakkar li saret riforma tal-Uffiċċji ta' Kollegament tal-Parlament Ewropew (EPLO) fl-Istati Membri, li d-dikjarazzjoni tal-missjoni riveduta tagħhom għandha l-għan li tinvolvi liċ-ċittadini u lill-midja permezz tat-tisħiħ tat-timijiet tal-istampa u l-partijiet interessati u l-multiplikaturi sabiex jintlaħqu ċ-ċittadini;

90.  Jieħu nota tal-partiti tan-nefqa differenti għall-2017, imqassma kif ġej:

Partita tan-nefqa

Nefqa 2018

Spejjeż tal-persunal

EUR 22 814 372

Spejjeż ta' bini

EUR 11 170 082

Spejjeż ta' sigurtà

EUR 1 843 339

Spejjeż ta' komunikazzjoni

EUR 11 639 088

Total

EUR 45 886 152

91.  Jinsisti fuq l-importanza ta' komunikazzjoni effikaċi fl-Istati Membri filwaqt li tiġi żgurata l-kosteffettività; jistieden lill-partijiet kollha involuti fit-teħid tad-deċiżjonijiet jirsistu għal valur miżjud, b'mod partikolari fir-rigward tal-ispejjeż operattivi;

92.  Jappella lill-Parlament u lill-Istati Membri jintensifikaw il-kooperazzjoni mal-EPLOs rispettivi tagħhom; jitlob li l-EPLOs iżidu l-viżibbiltà tagħhom permezz ta' avvenimenti u attività intensiva fuq il-midja soċjali sabiex jintlaħqu ċ-ċittadini; jistieden lill-EPLOs iżidu l-kooperazzjoni u l-komunikazzjoni tagħhom mal-istituzzjonijiet Ewropej individwali bil-għan li jissemplifikaw l-operat tal-EPLOs;

93.  Jikkonstata li l-uffiċċju tal-EPLO bbażat f'Ateni fl-2018 nefaq EUR 38 400 għall-kiri ta' spazji għall-parkeġġ; iqis li dawn l-ispejjeż huma sproporzjonatament għolja meta wieħed jikkunsidra li huma biss sitt impjegati li attwalment jaħdmu f'dan l-uffiċċju; jistieden lill-Parlament jinvestiga r-raġunijiet għal dawn l-ispejjeż u, jekk ikun meħtieġ, jieħu l-miżuri xierqa biex jirrimedja s-sitwazzjoni;

94.  Jikkonstata li, fit-30 ta' Jannar 2019, il-Bureau ddeċieda li jżomm l-uffiċċju tal-Parlament f'Londra u li l-uffiċċju antenna f'Edinburgh se jibqa' hemm mill-inqas sa tmiem l-2020; jinnota li d-deċiżjoni dwar il-preżenza tal-Parlament f'Edinburgh lil hinn mill-2020 se tittieħed fi stadju aktar tard;

95.  Jikkonstata bi tħassib id-deċiżjoni tal-Bureau tal-11 ta' Frar 2019 dwar l-appoġġ parlamentari għall-Missjoni tal-UE għall-ASEAN f'Jakarta, id-delegazzjoni tal-UE għall-Unjoni Afrikana f'Addis Ababa u d-Delegazzjoni tal-UE għan-NU fi New York; iqis li minħabba n-natura speċifika ta' dan l-appoġġ parlamentari, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament għandu jingħata informazzjoni dettaljata dwar ir-riżorsi u r-riżultati fuq bażi annwali fil-qafas tal-kwittanza tal-Parlament; jitlob lis-Segretarju Ġenerali jwettaq analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji ta' dan l-appoġġ għad-diplomazija parlamentari qabel tmiem l-2020 u qabel kwalunkwe estensjoni prevista għal reġjuni oħra tad-dinja;

Direttorat Ġenerali għall-Persunal (DG PERS)

96.  Ifakkar li, fl-2018, id-Direttorat Ġenerali għall-Persunal (DĠ PERS) kellu 456 membru tal-persunal u amministra 47,5 % tal-baġit globali tal-Parlament;

97.  Jilqa' t-trasferiment tal-kompiti relatati mal-Assistenti Parlamentari Akkreditati mid-Direttorat Ġenerali għall-Finanzi (DĠ FINS) lid-DĠ PERS u l-isforz sinifikanti meħtieġ sabiex jiġi organizzat it-trasferiment tar-responsabbiltajiet;

98.  Jikkonstata b'sodisfazzjon il-ħolqien tal-Front Office tal-Assistenti Parlamentari Akkreditati li jamministra l-proċedura ta' reklutaġġ fl-intier tagħha tal-APA, kif ukoll il-modifika u t-terminazzjoni tal-kuntratti u l-appoġġ amministrattiv lill-APA; jemmen li għandha tissaħħaħ aktar il-kapaċità tal-Front Office li jwieġeb għall-ħtiġijiet tal-APA; jilqa' l-introduzzjoni ta' proċedura semplifikata u aktar rapida għar-reklutaġġ tal-APA u l-progress lejn ġestjoni ta' fajls mingħajr karti; jitlob li t-timijiet amministrattivi tal-Parlament responsabbli għar-reklutaġġ tal-APA jissaħħu qabel il-bidu ta' kull mandat ġdid, għaż-żmien meħtieġ biex jiġi pprovdut taħriġ komprensiv minn qabel u sakemm jgħaddi l-perjodu b'volum tax-xogħol għoli;

99.  Itenni t-talba tiegħu lill-amministrazzjoni biex toffri, kemm jista' jkun malajr fil-leġiżlatura li jmiss, pubblikazzjonijiet jew korsijiet ta' taħriġ speċjalment għall-APA l-ġodda, inkluż fir-rigward ta’ kwistjonijiet prattiċi u amministrattivi (ordnijiet ta' missjoni, visti mediċi, akkreditament, stikers tal-parkeġġ, gruppi ta' viżitaturi, wirjiet, eċċ.) sabiex jiġu evitati żbalji sistemiċi li jħarbtu t-tmexxija bla xkiel tal-proċeduri amministrattivi li jaffettwaw lill-APA l-ġodda;

100.   Itenni t-talba tiegħu li l-APA jirċievu l-istess allowance ta' sussistenza bħall-persunal statutorju għall-missjonijiet tagħhom biex jattendu s-sessjonijiet parzjali fi Strasburgu;

101.  Jesprimi l-appoġġ tiegħu għall-ġestjoni tal-konsegwenzi tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni fuq l-amministrazzjoni tal-Parlament, speċjalment fir-rigward tal-impatt fuq ir-riżorsi umani u fuq il-baġit;

102.  Jikkonstata li l-indikatur ewlieni tad-DĠ PERS fl-2018 kien il-ħin għat-twettiq tal-kompiti; jikkonstata b'sodisfazzjon li l-objettivi u l-metodi tal-ġbir tad-data ġew irfinati b'valutazzjoni ġenerali pożittiva tar-riżultati;

103.  Jikkonstata li l-għadd totali ta' persunal fil-Parlament f'Diċembru 2018 kien ta' 9 883 uffiċjal attiv, u dan jinkludi l-persunal permanenti u dak temporanju, il-persunal kuntrattwali u l-APA (apparagun ta' 9 682 fl-2017);

104.  Jiġbed l-attenzjoni għar-Rapport Speċjali Nru 15/2019 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: Implimentazzjoni tal-pakkett ta' riformi tal-persunal tal-2014 fil-Kummissjoni – Iffrankar sinifikanti, iżda mhux mingħajr konsegwenzi għall-persunal; jinnota bi tħassib l-osservazzjonijiet tal-Qorti li huma applikabbli għal istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni, inkluż il-Parlament, u għalhekk jilqa' r-rieda tal-Kummissjoni li taċċetta r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti; jappoġġa l-pożizzjoni espressa mill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament(11) dwar il-kwistjoni; jenfasizza l-importanza li l-Unjoni tipprovdi salarji kompetittivi meta mqabbla mas-settur privat fil-pajjiż ta' residenza u jinsab imħasseb li kundizzjonijiet inqas favorevoli ta' impjieg jistgħu jkunu naqqsu l-attraenza li wieħed jaħdem għall-Unjoni, b'mod partikolari meta hemm diffikultajiet biex jiġi attirat persunal suffiċjenti minn għadd ta' Stati Membri; iwissi dwar il-konsegwenzi serji li kwalunkwe tnaqqis fil-baġit amministrattiv jew kwalunkwe tnaqqis tal-persunal jista' jkollu fil-futur tas-servizz pubbliku tal-Unjoni Ewropea u l-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni; jesprimi wkoll it-tħassib kbir tiegħu dwar iż-żieda fil-proporzjon ta' persunal kuntrattwali b'riżultat tar-riforma tal-persunal tal-2014 li rriżultat f'kundizzjonijiet ta' impjieg dejjem aktar prekarji fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-istabbiliment ta' kategorija ta' persunal tal-UE parallel bi prezz baxx; jistieden lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni jwettqu valutazzjoni komprensiva tal-impatt fuq il-ġestjoni tar-riżorsi umani u l-benesseri tal-persunal ta' kwalunkwe riforma jew reviżjoni futura tar-Regolamenti tal-Persunal;

105.  Ifakkar fil-fatt li l-promozzjoni ta' opportunitajiet indaqs hija komponent fundamentali tal-politika ta' ġestjoni tar-riżorsi umani tal-Parlament; jieħu nota tal-fatt li l-pjan direzzjonali għall-ugwaljanza bejn is-sessi qed ikompli jiġi implimentat permezz ta' azzjonijiet konkreti: ġew stabbiliti objettivi ta' 40 % għal kapijiet tal-unità nisa, ta' 35 % għal diretturi nisa u ta' 30 % għal diretturi ġenerali nisa sa tmiem l-2019; jiddispjaċih madankollu li l-pjan direzzjonali għall-ugwaljanza bejn is-sessi ma ġiex implimentat b'mod sħiħ, speċjalment fir-rigward tal-fatt li jintlaħaq l-objettiv tar-rappreżentanza tan-nisa f'karigi maniġerjali superjuri ta’ 40 % sal-2020; jitlob l-istabbiliment b'urġenza ta' objettivi aktar ambizzjużi u li dawn jinkisbu fuq perjodu ta' żmien qasir;

106.  Jipproponi, ukoll, li enfasi ikbar jitpoġġa fuq l-opportunitajiet indaqs għal kulħadd, b'mod partikolari pereżempju billi jiżdied l-għadd ta' persuni b'diżabbiltà li jaħdmu fl-amministrazzjoni tal-Parlament; jikkonstata li, fi ħdan il-Bureau, diġà jeżisti Grupp ta' Livell Għoli dwar il-Ġeneru u d-Diversità u jitlob li jwettaq studju tal-miżuri meħuda fl-Istati Membri u fil-livell internazzjonali li kienu effettivi biex tiżdied il-parteċipazzjoni tal-persuni b'diżabbiltà fuq il-post tax-xogħol, inklużi miżuri leġiżlattivi; jitlob li l-Grupp ta' Livell Għoli jirrapporta lura lill-Bureau b'suġġerimenti konkreti ladarba jsir l-istudju u jiġu analizzati r-riżultati; jitlob l-istabbiliment b'urġenza ta' objettivi aktar ambizzjużi, inkluż dawk li jirriflettu l-ħtieġa li jkun hemm bilanċ ġeografiku, u li dawn jinkisbu fuq perjodu ta' żmien qasir;

107.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Grupp ta' Livell Għoli dwar l-Ugwaljanza u d-Diversità inkariga lid-DĠ PERS fl-2018 biex jelabora rapport bi pjan direzzjonali li jinkludi l-lista ta' miżuri biex tiġi eliminata d-diskriminazzjoni abbażi ta' kwalunkwe raġuni bħall-oriġini etnika, id-diżabbiltà, l-orjentazzjoni sesswali u l-identità tal-ġeneru fis-Segretarjat tal-Parlament; jieħu nota tal-fatt li l-Bureau adotta r-rapport f'April 2019 u diġà qed jiġi implimentat; jitlob lill-Grupp ta' Livell Għoli jkompli jsaħħaħ u jtejjeb dan it-tip ta' miżuri u inizjattivi sabiex jitrawwem ambjent tax-xogħol inklużiv fil-PE;

108.  Jiddeplora l-fatt li ma teżisti l-ebda sistema għall-Membri li qegħdin bil-liv tal-maternità sabiex jiġu temporanjament sostitwiti; huwa tal-opinjoni li din l-impossibbiltà fundamentalment tmur kontra l-valuri fundamentali tal-Unjoni minħabba li tibgħat messaġġ li vot mogħti lil kandidat mara jista' jinvolvi nonrappreżentanza temporanja; huwa tal-opinjoni li l-fatt li ma teżisti l-ebda sistema għall-Membri li jkunu fuq assenza tal-ġenituri u anki għall-Membri li jkunu fuq liv minħabba mard fit-tul sabiex jiġu temporanjament sostitwiti, hija problema persistenti, peress li l-fatt li ma jistgħux jibgħatu lil xi ħadd biex jivvota f’isimhom joħloq żbilanċ temporanju fir-rappreżentazzjoni taċ-ċittadini tal-Unjoni; jistieden lill-Kunsill jemenda l-Artikolu 6 tal-Att li jikkonċerna l-elezzjoni tar-rappreżentanti għall-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett(12) sabiex din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata;

109.  Jiddispjaċih li, matul il-perijodu 2017 sal-2018, in-numru ta' nisa li jokkupaw pożizzjoni fil-livell ta' direttur ġenerali baqa' stabbli f'numri assoluti, għal 2, jiġifieri ħafna inqas mill-objettiv; jinnota b'sodisfazzjon li n-numru ta' nisa fil-livell ta' direttur laħaq 34 % fi tmiem l-2018 u 37 % matul l-2019 u li n-numru ta’ nisa fil-livell ta' kap ta' unità żdied għal 38 % fi tmiem l-2018 u 39 % fi tmiem l-2019; jirrikonoxxi l-ħtieġa ta' approċċ gradwali, iżda jenfasizza li s-sitwazzjoni tkun sodisfaċenti biss ladarba l-bilanċ bejn is-sessi fil-livell maniġerjali jkun jirrifletti l-bilanċ bejn is-sessi tal-popolazzjoni eliġibbli għal dawk il-pożizzjonijiet;

110.  Jinnota li hemm Stati Membri li mingħajr ebda pożizzjoni ta' direttur jew ta' direttur ġenerali, u li, minkejja li għaddew ħafna snin miċ-ċikli ta' tkabbir tal-2004, l-2007 u l-2013, ma kien hemm l-ebda żieda korrispondenti fir-rappreżentanza għall-Istati Membri l-ġodda fil-livell maniġerjali, fejn għad hemm ċerti nazzjonalitajiet b’sovrarappreżentanza kbira; jirrakkomanda li din is-sitwazzjoni tiġi indirizzata; ifakkar fl-importanza li kull reklutaġġ ikun ibbażat fuq il-kompetenza, filwaqt li tiġi rispettata l-importanza li jinkiseb bilanċ ġeografiku fost il-persunal tal-Parlament; f'dan ir-rigward, jistieden lill-Parlament jiżgura li l-persunal f'kull livell, inkluż fil-livell ta' direttur u ta' direttur ġenerali, jiġi reklutat u promoss mingħajr diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità u jiżgura li l-impjieg fil-Parlament ikun attraenti b'mod ugwali għan-nazzjonalitajiet kollha;

111.  Jieħu nota tas-soluzzjonijiet li nstabu għall-APA li jkunu ħadmu għal żewġ leġiżlaturi konsekuttivi mingħajr interruzzjoni iżda li kien jonqoshom massimu ta' xahrejn biex jikkompletaw l-għaxar snin ta' servizz meħtieġa biex ikollhom dritt għal pensjoni skont l-iskema tad-drittijiet tal-pensjoni tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni; jikkritika l-fatt li s-soluzzjoni tressqet tard wisq, minkejja t-twissijiet numerużi u bla waqfien matul il-leġiżlatura preċedenti; jikkritika, barra minn hekk, il-fatt li soluzzjoni waħda biss instabet u li kienet tiddependi biss mir-rieda tajba ta' ċerti Membri li kienu jafu bis-sitwazzjoni u li xtaqu juru solidarjetà mal-APA tagħhom f’din is-sitwazzjoni; jikkritika, barra minn hekk, il-fatt li l-Amministrazzjoni ma informatx lill-Membri eletti għal-leġiżlatura l-ġdida dwar din il-kwistjoni u dwar il-fatt li setgħu joħorġu kuntratti ta' inqas minn sitt xhur f'dawn il-każijiet, u minħabba f'hekk ħafna minn dawn l-APA kellhom diffikulta’ kbira biex isibu Membru li kien lest li jimpjegahom fuq kuntratt mingħajr interruzzjoni għal perjodu qasir ta' żmien, xi ħaġa li xi wħud mill-APA lanqas irnexxielhom jagħmlu (skont l-Amministrazzjoni, dan kien il-każ għal mill-inqas 3 mill-170 APA kkonċernat);

112.  Jilqa' l-estensjoni u s-semplifikazzjoni tal-possibbiltajiet tat-telexogħol għas-Segretarjat Ġenerali tal-Parlament iżda jitlob l-estensjoni tal-possibbiltà ta' telexogħol bi skeda fissa, bħal ma jiġri fil-Kummissjoni u f'istituzzjonijiet oħra; jappoġġa t-twettiq ta' stħarriġ dwar l-esperjenza tat-telexogħol u jitlob li r-riżultati tal-evalwazzjoni jiġu kondiviżi mal-Membri u mas-servizzi Parlamentari kollha;

113.   Jitlob mill-ġdid għal użu usa' tal-vidjokonferenzi u ta' teknoloġiji oħra sabiex jitħares l-ambjent u jiġu ffrankati r-riżorsi, b'mod partikolari biex jonqsu l-vjaġġi tal-persunal bejn it-tliet postijiet tax-xogħol sabiex iwettqu d-doveri tagħhom;

114.  Jirrikonoxxi l-politika ta' tolleranza żero tal-Parlament fir-rigward tal-fastidju fi kwalunkwe u f'kull livell inklużi l-Membri, il-persunal u l-APA kif ukoll l-azzjonijiet stabbiliti biex jiskoraġġixxi l-fastidju fuq il-post tax-xogħol, b'mod partikolari l-adozzjoni, mill-Bureau, fit-12 ta' Marzu 2018, ta' pjan direzzjonali aġġornat għall-adattament ta' miżuri ta' prevenzjoni u ta' appoġġ bikri biex jiġu indirizzati sitwazzjonijiet ta' kunflitt u ta' fastidju bejn il-Membri u l-APA, it-trainees jew membri oħra tal-persunal, awditjar estern tal-proċeduri u l-prattiki interni tal-Parlament, il-ħolqien ta' netwerk ta' konsulenti kunfidenzjali u ta' funzjoni ta' medjatur, u l-organizzazzjoni ta' smigħ pubbliku ma' esperti fil-qasam tal-fastidju fuq il-post tax-xogħol; jikkonstata li r-riżultati tal-awditjar estern kienu mistennija fil-bidu ta' Novembru 2018 u jitlob li dawn jiġu kkomunikati mingħajr dewmien, ladarba jkunu disponibbli; jitlob spjegazzjoni għal dan id-dewmien: jilqa' l-fatt li ċerti gruppi ħeġġew bil-qawwa lill-Membri tagħhom biex jipparteċipaw fis-sessjonijiet ta' taħriġ dwar id-dinjità u r-rispett fuq il-post tax-xogħol, sabiex imexxu bl-eżempju, u jitlob għas-sessjonijiet ta’ taħriġ għall-Membri u għall-membri tal-persunal; jistenna l-implimentazzjoni sħiħa u trasparenti tal-pjan direzzjonali; jieħu nota li l-Kumitat Konsultattiv dwar il-Fastidju u l-Prevenzjoni tiegħu fil-Post tax-Xogħol irċieva madwar 20 ilment dwar fastidju psikoloġiku jew sesswali fuq il-post tax-xogħol kull sena mill-2014 sal-2017 u 7 ilmenti fl-2018, li ma jistgħux jiġu injorati f'kuntest fejn kull każ huwa każ żejjed;

115.  Jitlob l-implimentazzjoni sħiħa tal-miżuri rakkomandati fir-riżoluzzjoni tal-Parlament tas-26 ta' Ottubru 2017 dwar il-ġlieda kontra l-fastidju u l-abbuż sesswali fl-Unjoni Ewropea, jiġifieri l-implimentazzjoni tat-taħriġ kontra l-fastidju għall-persunal u l-Membri kollha fuq bażi obbligatorja, kif ukoll ir-ristrutturar taż-żewġ kumitati eżistenti f'kumitat indipendenti wieħed; jitlob li l-ispejjeż ġudizzjarji u mediċi tal-vittmi ta' fastidju jkunu koperti skont l-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal;

116.  Jilqa' l-fatt li ma kien hemm l-ebda lista ta' stennija għall-ewwel tliet kategoriji ta' persunal (jiġifieri ħaddiema fil-Parlament li jkunu ġenitur wieħed u Membri; żewġ ġenituri li jaħdmu full-time fil-Parlament; żewġ ġenituri li jaħdmu fil-Parlament, li wieħed minnhom jaħdem full time u l-ieħor mill-inqas half time) li jintużaw biex tingħata prijorità lill-allokazzjoni ta' pożizzjonijiet fil-crèches tal-Parlament u l-crèches privati fi Brussell li l-Parlament għandu kuntratt magħhom; jikkonstata li, fl-2018, ġew offruti 197 post u ġew aċċettati 116-il post mill-membri tal-persunal; jinnota b'sodisfazzjon li l-crèches Wayenberg qed tiġi estiża u se jkollha kapaċità għal 320 tifel u tifla (attwalment għandha 230 post);

117.  Jinnota li mill-1 ta' Frar 2020, il-kumpanija “Esedra” saret il-fornitur ta' servizz ġdid tal-crèches u tal-iskejjel preprimarji tal-Parlament; jinnota b’ansjetà l-informazzjoni limitata mogħtija mis-servizzi rilevanti tal-Parlament (DĠ PERS) dwar il-bidliet li dan il-kuntratt ġdid se jinvolvi qabel ma nbidel il-fornitur tas-servizz; jenfasizza l-ħtieġa li l-Parlament iqiegħed dejjem il-benesseri tat-tfal fil-crèches tiegħu fil-quċċata tal-kriterji tiegħu meta jkun qed jevalwa sejħa għall-offerti, kif ukoll li jagħti importanza kbira għall-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-persunal impjegat mill-fornitur tas-servizz;

118.  Jenfasizza l-importanza ta' regoli ċari li jirregolaw il-crèches u l-iskejjel preprimarji; jitlob lill-Kumitat ta' Tmexxija tat-Taqsimiet tal-Crèches u l-Iskejjel Preprimarji tal-Parlament jadotta speċifikazzjonijiet suffiċjenti biex jagħmel ir-regoli tiegħu ċari u trasparenti u wiesgħa biżżejjed sabiex ikopru kwalunkwe sitwazzjoni mhux tas-soltu u speċifika, bħalma huma s-sitwazzjonijiet familjari individwali jew it-tfal bi bżonnijiet speċjali; jissuġġerixxi li tinżamm informazzjoni aġġornata dwar s-servizzi tal-crèches u l-iskejjel preprimarji fuq is-siti web, li tinkludi l-kontribuzzjonijiet u l-kapaċità attwali; jirrakkomanda, barra minn hekk, li jiġi emendat l-Artikolu 4 tar-regoli li jirregolaw il-crèches u l-iskejjel preprimarji li huma amministrati taħt is-superviżjoni tal-Parlament Ewropew biex jiddikjara b’mod ċar il-kontribuzzjoni massima tal-ġenituri biex tiġi żgurata trasparenza suffiċjenti u biex tiġi evitata kwalunkwe diskrepanza potenzjali;

119.  Ifakkar fil-ħtieġa li l-fornituri kollha tas-servizzi jirrispettaw bis-sħiħ il-leġiżlazzjoni Belġjana u jiżguraw li s-sottokuntrattur ikun allinjat mal-politika tal-Parlament ta' rispett u dinjità fuq il-post tax-xogħol; jistieden lis-servizzi responsabbli tal-Parlament jiżguraw li jkun hemm tranżizzjoni bla xkiel u li l-ebda waħda mill-bidliet possibbli għal kif joperaw t-taqsimiet tal-crèches u l-iskejjel preprimarji, introdotta mill-maniġment il-ġdid, ma twassal għal tnaqqis fil-kwalità tas-servizz u fil-kundizzjonijiet tax-xogħol, apparagun tal-fornitur ta' qabel tas-servizz;

120.  Jikkonstata li, minħabba l-ammont kbir ta' xogħol tal-persunal fid-DĠ PERS, hemm nuqqas ta' flessibbiltà fil-modifika tas-salarji tal-APA, meta dan jintalab minn Membru u jkun iġġustifikat minn żieda fir-responsabbiltajiet tal-APA;

Direttorat Ġenerali għall-Infrastruttura u l-Loġistika (DĠ INLO)

121.  Ifakkar li, fl-2018, id-DĠ INLO kellu 607 membru tal-persunal u amministra 12,6 % tal-baġit globali tal-Parlament;

122.  Jikkonstata li l-approprjazzjonijiet ta' impenn ammontaw għal EUR 239 547 603, u dan jikkorrispondi għal tnaqqis ta' 11 % meta mqabbel mal-2017 (EUR 265 839 576);

123.  Jenfasizza li, fir-rigward tal-politika tal-bini tal-Parlament, il-prinċipju ta' kosteffettività għandu jiġi osservat kemm jista' jkun possibbli, kemm f'termini ta' spejjeż relatati ma' bini eżistenti kif ukoll f'termini ta' proġetti ġodda; jenfasizza li t-tħassib primarju tal-Parlament għandu jkun il-ġestjoni finanzjarja effikaċi, bil-għan li jitwettaq ix-xogħol bl-inqas spiża possibbli;

124.  Jikkonstata li l-istrateġija l-ġdida dwar il-bini fuq perjodu ta' żmien medju u fit-tul ġiet adottata mill-Bureau f'April 2018; jinnota li l-istrateġija immobiljari tal-Bureau tiffoka fuq miżuri mfassla biex jissodisfaw ħtiġijiet futuri lil hinn mill-2019, inkluża r-rinnovazzjoni tal-bini, li għadha waħda mill-isfidi ewlenin li jridu jiġu indirizzati; ifakkar li l-Parlament iffoka fuq ix-xiri ta' proprjetajiet, u dan ifisser li issa huwa s-sid ta' 80 % tal-bini li jokkupa;

125.  Jirrikonoxxi li fi Brussell il-bini Martens tlesta u l-bini Montoyer 63 inbena mill-ġdid;

126.  Jinnota li l-akbar proġett ta' bini tal-Parlament – it-tkabbir tal-bini Konrad Adenauer fil-Lussemburgu – jinsab fil-punt tal-finalizzazzjoni tal-ewwel fażi tiegħu, is-sit tal-Lvant, li jirrappreżenta madwar 70 % tal-proġett kollu; ifakkar li, attwalment, il-persunal tal-Parlament fil-Lussemburgu jinsab f'erba' binjiet; jirrikonoxxi li l-binja Konrad Adenauer se tlaqqa' s-servizzi kollha taħt saqaf wieħed u, għalhekk, se jippermetti ekonomiji ta' skala fl-oqsma tal-enerġija, l-ilma, is-sigurtà u l-ġestjoni tal-faċilitajiet tal-bini; jirrimarka bi tħassib li ċerti spejjeż relatati mad-dewmien fil-kostruzzjoni kienu ogħla milli kien previst oriġinarjament, iżda bis-saħħa tal-ispejjeż konsiderevolment aktar baxxi għall-ispejjeż finanzjarji tal-krediti, il-Parlament kien kapaċi jikkumpensa l-ħtiġijiet finanzjarji addizzjonali; jieħu nota li, f'dan l-istadju, l-ispiża totali tal-proġett Adenauer għadha EUR 32,5 miljun taħt il-baġit globali approvat, u dan jeskludi l-ispejjeż tal-ġestjoni tal-proġett, l-ispejjeż finanzjarji, il-korpi ċċertifikati, eċċ.; jiddispjaċih dwar iż-żieda fl-ispejjeż minħabba d-dewmien fil-kostruzzjoni u jinnota li kien hemm bżonn ta' tranżazzjonijiet mal-kumpaniji tal-kostruzzjoni (b'rabta mad-dewmien bil-proġett) biex jiġu evitati dewmien u spejjeż ulterjuri (bejn 5 % u 15 % tal-ammont tal-kuntratt);

127.  Jinnota bi tħassib li, bħal fis-snin preċedenti, ġie awtorizzat trasferiment ta' tlaqqit ġdid – ta' EUR 29 miljun – għall-prefinanzjament tal-proġett tal-bini Konrad Adenauer; jenfasizza li tali "tlaqqit" jirrappreżenta rilassament tal-prinċipju tal-ispeċifikazzjoni u jikser intenzjonalment il-prinċipju tal-eżattezza tal-baġit; ma jaqbilx mal-prattika attwali ta' "trasferiment ta' tlaqqit" ta' tmiem is-sena bħala kontribuzzjoni għall-proġetti ta' bini attwali; jitlob ġestjoni aħjar tal-baġit sabiex tali trasferimenti jitnaqqsu għall-minimu possibbli u biex jittejbu ċ-ċarezza u t-trasparenza tal-linji baġitarji relatati;

128.  Ifaħħar it-titjib tal-ambjent tax-xogħol għall-Membri fi Brussell (uffiċċju personali 1 + 2 uffiċċji għall-persunal tagħhom) u Strasburgu (1 + 1 uffiċċji); jappoġġa wkoll it-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-Membri b'konformità mal-paragrafu 147 iktar l’isfel;

129.  Jappoġġa l-isforzi tad-DĠ INLO biex jissikka l-arranġamenti ta' sigurtà tiegħu permezz ta' titjib strutturali u organizzattiv, inkluż fir-rigward tas-sigurtà tas-siti fiżiċi kollha; jinsisti fuq il-ħtieġa li jkun hemm rikonċiljazzjoni bejn it-trasparenza għaċ-ċittadini u l-ħtiġijiet ta' sigurtà;

130.  Jinnota b'dispjaċir li għadd ta' fornituri ta' servizzi kruċjali reċentement iddeċidew li ma jestendux il-kuntratti fit-tul iffirmati mal-Parlament (banek u ħwienet tal-ikel) u jitlob lis-servizz jinvestiga r-raġunijiet għat-tnaqqis fis-servizzi disponibbli fil-Parlament;

131.  Jirrikonoxxi li x-xogħlijiet biex tiġi estiża l-crèche ta' Wayenberg bdew fl-2018; jinsab imħasseb madankollu dwar l-aċċess mhux sikur ipprovdut għal dawn is-siti matul ix-xogħlijiet, u jissuġġerixxi li d-DĠ INLO u d-DĠ SAFE jenħtieġ li jagħtu attenzjoni akbar biex tiġi żgurata s-sikurezza tal-utenti matul tali xogħlijiet ta' bini fil-futur;

132.  Jieħu nota tal-infrastruttura sinifikanti tal-Parlament, li tista' tinqasam kif ġej:

Il-bini fi Brussell

Il-bini fil-Lussemburgu

Il-bini fi Strasburgu

13 bi sjieda

1 bi sjieda

5 bi sjieda

7 b'kiri

6 b'kiri

parkeġġ 1 b'kiri

671 285 m2

176 283 m2

344 283 m2

Antenna u Uffiċċji ta' Kollegament tal-PE

 

Total

37

bi sjieda

12

b'kiri

25

Superfiċje

28 383 m2

133.  Jirrikonoxxi li l-Bureau ta istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali biex jawtorizza lid-DĠ INLO jniedi konkors tal-arkitettura għar-risistemazzjoni tal-binja Paul-Henri Spaak, b'żewġ possibbiltajiet biss: jiġifieri r-rinnovazzjoni jew ir-riproġettazzjoni tal-binja; jirsisti biex il-binja tkun lesta għal evoluzzjoni ulterjuri tal-attivitajiet tal-Parlament fid-deċennji li ġejjin, bi qbil mat-Trattati; ifakkar li tnieda konkors tal-arkitettura sabiex ikun hemm proposti arkitettoniċi konkreti u li d-deċiżjoni finali dwar il-proġett għandha tittieħed mill-awtoritajiet politiċi u baġitarji; jenfasizza li tali deċiżjoni għandha sseħħ wara l-pubblikazzjoni ta' valutazzjoni tas-sikurezza tal-bini u li s-Segretarju Ġenerali għandu jfassal baġitizzazzjoni tal-pjan qabel ma tittieħed id-deċiżjoni;

134.  Jikkonstata li l-ħolqien ta' "Europa Experience" f'bosta Uffiċċji ta' Kollegament ġie approvat mill-Bureau u li dan qed jiġi implimentat tul is-snin li ġejjin;

135.  Jappoġġa l-internalizzazzjoni tas-servizz tax-xufiera u jinnota r-rata għolja ħafna ta' sodisfazzjon (99,9 %) għas-servizz uffiċjali tal-karozzi fl-2018; jissuġġerixxi li l-karozzi uffiċjali ma għandhomx jivvjaġġaw vojta u li, waqt is-sewqan minn Brussell għal Strasburgu u lura, huma għandhom jiġu użati sabiex jittrasportaw Membri, persunal u APA b'ordnijiet ta' missjoni; jieħu nota tar-regola l-ġdida li tirrikjedi li x-xufiera jistennew għal massimu ta' ħames minuti fil-post tal-ġbir u jifhem in-neċessità ta' tali regola iżda huwa madankollu, imħasseb li dan il-limitu ta' żmien huwa qasir wisq; jinnota ż-żmien twil ta' stennija għall-Membri fl-ajruport qabel ma l-karozzi jitilqu lejn il-Parlament u jissuġġerixxi li jinstab mod aktar effiċjenti kif jiġi ġestit dan id-dewmien;

136.  Jesprimi tħassib qawwi rigward il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-persunal ta' tnejn mill-konċessjonijiet esterni kkuntrattati mill-Parlament, jiġifieri l-persunal tat-tindif u l-persunal tar-ristoranti, u jirrakkomanda bil-qawwa li d-DĠ INLO jorganizza stħarriġ indipendenti dwar is-sodisfazzjon tagħhom bil-kundizzjonijiet tax-xogħol, sabiex jiġu żgurati r-rispett u d-dinjità fuq il-post tax-xogħol; jitlob evalwazzjoni tal-politika tal-akkwist pubbliku tal-Parlament immirata biex jitjiebu l-kundizzjonijiet tax-xogħol trasparenti u prevedibbli għas-servizzi kollha kkuntrattati; jistieden lill-Parlament jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar ir-riżultati ta' din l-evalwazzjoni; jirrikonoxxi li l-Parlament jirrispetta l-leġiżlazzjoni rilevanti;

137.  Jinsab imħasseb li s-servizz għadu ma kienx kapaċi jsolvi l-problema bis-sistema tal-misħun tal-Parlament u jitlob lill-kumitat responsabbli biex fil-futur jipprovdi informazzjoni dwar l-azzjoni meħuda biex tiġi miġġielda l-infezzjoni tal-legionella fil-Parlament;

138.  Jilqa' ż-żieda fil-varjetà tal-ikel offert fil-kantin self-service tal-Parlament; huwa, madankollu, imħasseb minħabba li l-bilanċ tal-prezz/kwalità tal-ikel offert ma kienx sodisfaċenti, minkejja li saret sejħa pubblika għall-valutazzjoni tal-ispejjeż/benefiċċji; jitlob valutazzjoni mill-ġdid tal-evalwazzjoni tal-kwalità u tal-prezz tal-fornituri potenzjali tas-servizzi fis-suq; jitlob li jsiru l-emendi neċessarji fir-rigward tal-proporzjon żbilanċjat tal-kwalità u l-prezz li joħroġ mir-riżultati tal-istħarriġ; jesprimi tħassib serju dwar il-prezz u l-kwalità tal-ikel u x-xorb;

139.  Jesprimi solidarjetà mal-ħaddiema tal-Grupp COMPASS li qed jiffaċċjaw tnaqqis fil-persunal u deterjorament fil-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom; huwa mħasseb dwar l-użu li qed jiżdied mill-kumpanija esterna tal-forniment tal-ikel ta’ persunal temporanju u interim, peress li dan għandu konsegwenzi għall-kwalità tas-servizzi u għall-benefiċċji u l-kwalità tal-kundizzjonijiet tax-xogħol għall-persunal permanenti;

140.  Jilqa' l-ħolqien ta' unità ta' koordinament tal-akkwist pubbliku u tal-kontroll ex ante fl-2017 sabiex jissaħħaħ ir-rwol ċentrali tal-unità ta' verifika ex ante u biex jiġi pprovdut appoġġ ħalli jiġu żgurati l-applikazzjoni u l-monitoraġġ uniformi tal-proċeduri ta' akkwist fid-DĠ INLO;

141.  Jikkonstata b'sodisfazzjon li matul l-2018 twettaq awditjar dwar l-aċċessibbiltà tal-bini għall-persuni b'diżabbiltà bħala parti mill-politika "Disinn għal kulħadd" u t-tnedija tan-netwerk ta' aċċessibbiltà tad-DĠ INLO;

142.  Japprova r-rwol tad-DĠ INLO fil-politika ambjentali tal-Parlament, b'mod partikolari l-objettiv li l-bini jsir aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija u jitnaqqas il-konsum tal-ilma;

Direttorat Ġenerali għal-Loġistika u l-Interpretazzjoni għall-Konferenzi (DĠ LINC)

143.  Ifakkar li, fl-2018, id-Direttorat Ġenerali għal-Loġistika u l-Interpretazzjoni għall-Konferenzi (DĠ LINC) kellu 534 membru tal-persunal u amministra 3,1 % tal-baġit globali tal-Parlament;

144.  Jinsisti dwar l-applikazzjoni tal-kodiċi ta' kondotta dwar il-multilingwiżmu, li jippermetti lil kull Membru jesprimi ruħu bil-lingwa tiegħu stess; jenfasizza li l-profili lingwistiċi aktar dettaljati introdotti mir-reviżjoni tal-kodiċi ta' kondotta dwar il-multilingwiżmu għandhom jintużaw biss f'ċirkostanzi eċċezzjonali; l-għan tagħhom mhuwiex li tiġi limitata l-offerta lingwistika iżda li jiġi fornut servizz aktar immirat lill-Membri fil-każ ta' limitazzjonijiet tas-suq u restrizzjonijiet loġistiċi;

145.  Japprova t-trasformazzjoni tal-2018 tad-Direttorat Ġenerali biex jissaħħu l-kapaċitajiet tal-Parlament fl-organizzazzjoni tal-konferenzi u t-tlestija tal-proċess biex jiġu stabbiliti kundizzjonijiet tax-xogħol ġodda għall-interpreti;

146.  Jirrikonoxxi l-istrateġija għall-modernizzazzjoni tal-ġestjoni tal-konferenzi, iffukata l-aktar fuq it-titjib u l-adattament tal-forniment tas-servizzi fil-Parlament, skont il-ħtiġijiet tal-utenti, u l-iżvilupp ta' interfaċċa unika għall-organizzaturi;

147.  Jinnota b'sodisfazzjon il-ftehim dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-interpreti tat-8 ta' Settembru 2018; iħeġġeġ lill-grupp ta' segwitu konġunt, li jikkonsisti minn rappreżentanti tal-amministrazzjoni u tal-interpreti, biex ikompli joffri forum għall-kooperazzjoni produttiva tiegħu sabiex isolvi bla xkiel il-kwistjonijiet li jistgħu jinqalgħu;

148.  Jikkonstata li n-numru medju kumplessiv ta' sigħat fil-ġimgħa li l-interpreti jqattgħu jagħtu servizzi ta' interpretazzjoni fil-kabini tagħhom żdied minn 11-il siegħa u 54 minuta fl-2014 għal 13-il siegħa u 47 minuta u fl-2018 minħabba, fost affarijiet oħrajn, żieda fl-attività parlamentari;

149.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li hemm differenzi kbar fl-ispiża tat-traduzzjoni minn lingwi partikolari u jitlob lis-servizz jinvestiga r-raġunijiet għal dawn id-diskrepanzi kbar;

Direttorat Ġenerali għat-Traduzzjoni (DĠ TRAD)

150.  Ifakkar li fl-2018, id-Direttorat Ġenerali għat-Traduzzjoni (DĠ TRAD) kellu 1 145 membru tal-persunal u amministra 0,9 % tal-baġit globali tal-Parlament;

151.  Jirrikonoxxi li, fl-2018, id-DĠ TRAD ra żieda ta' 10 % fil-produzzjoni apparagun tas-sena preċedenti, minħabba n-natura ċiklika tad-domanda ta' traduzzjoni, li hija marbuta mill-qrib mal-attività parlamentari; jinnota bi tħassib li l-produzzjoni ta' traduzzjoni interna fir-rigward tal-kapaċità laħqet 119,4 % (parametru ta' riferiment: 100 %) u r-rata ta' esternalizzazzjoni kienet ta' 32,8% (31,4 % fl-2017); jappella lid-DĠ TRAD biex jikkunsidra żieda fil-kwantità ta' esternalizzazzjoni, filwaqt li jirrispetta l-parametru ta' riferiment ta' 100 % u jiffoka fuq il-kwalità u n-nuqqas ta' żbalji ta' traduzzjoni tad-dokumenti; jistieden lid-DĠ TRAD ikompli l-ħidma tiegħu biex iżid il-verifika tat-traduzzjonijiet esternalizzati għall-konformità u l-kwalità;

152.  Jinnota l-migrazzjoni progressiva lejn it-traduzzjoni elettronika, li tipprovdi produzzjoni ta' traduzzjoni awtomatika għall-kombinazzjonijiet lingwistiċi kollha; jinsisti fuq ir-rwol insostitwibbli u l-valur miżjud tat-tradutturi umani;

153.  Josserva li fl-2018 ġew introdotti kompiti ġodda għat-tradutturi, u dan qed jittrasforma t-traduzzjoni f'medjazzjoni lingwistika interkulturali, pereżempju, permezz tal-istabbiliment tas-Servizz ta' Kapaċità Awdjo, li jinvolvi xi tradutturi li jittraduċu l-aħbarijiet fil-qosor (il-bullettini tal-aħbarijiet ta' kuljum) f'24 lingwa u l-podcasts f'6 lingwi; jinnota li d-DĠ TRAD qabbad voice coach li ħarreġ kważi 180 membru tal-persunal; jinsab imħasseb li l-persunal tad-DĠ TRAD kellu jaffaċċja mhux biss volum ta' xogħol eċċezzjonalment għoli minħabba t-tmiem tal-leġiżlatura iżda wkoll inċertezzi relatati ma' kompiti futuri ġodda u mhux familjari; jistieden lill-persunal u lill-maniġment ta' livell għoli tad-DĠ TRAD ikomplu d-diskussjonijiet dwar l-impatt tal-volum ta' xogħol ċikliku fuq il-benesseri tal-persunal; iħeġġeġ it-twaqqif ta' grupp ta' segwitu konġunt, li jkun magħmul minn rappreżentanti tal-amministrazzjoni u tat-tradutturi, simili għal dik stabbilita mid-DĠ LINC;

Direttorat Ġenerali għall-Finanzi (DĠ FINS)

154.  Ifakkar li, fl-2018, id-DĠ FINS kellu 222 membru tal-persunal u amministra 20,8 % tal-baġit globali tal-Parlament;

155.  Huwa konxju li l-qafas regolatorju tad-DĠ FINS evolva ħafna minn mindu daħal fis-seħħ l-Istatut għall-Membri fl-2009; jinnota, barra minn hekk, id-dħul fis-seħħ tar-Regolament Finanzjarju l-ġdid fit-2 ta' Awwissu 2018, u l-modifiki konsegwenti tar-regoli interni dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Parlament, li jaffettwa l-ħidma tad-DĠ FINS;

156.  Jinsab imħasseb dwar l-iskarsezza u l-mobbiltà tar-riżorsi umani, fis-sens li kellha tingħata prijorità lis-servizzi ewlenin għall-Membri u għall-Parlament, u dan wassal għal problemi fir-rigward tal-livell ta' kontrolli li saru, l-iskadenzi, il-ħeffa li biha saru l-pagamenti, u l-ibbilanċjar tal-operazzjonijiet tan-nefqa; jinsab imħasseb dwar din it-tendenza u l-impatt negattiv tagħha, b'mod partikolari, dwar id-deterjorament tal-benesseri fuq il-post tax-xogħol u aktar mard fit-tul, li saru aktar evidenti matul is-sena;

157.  Jesprimi t-tħassib kbir tiegħu dwar l-obsolexxenza tal-applikazzjonijiet tal-IT tad-direttorat ġenerali u r-riskju ta' falliment tal-IT, li t-tnejn li huma meqjusa bħala għolja; jistieden lid-DĠ FINS u lid-DĠ ITEC isaħħu l-kooperazzjoni kostruttiva tagħhom sabiex jimplimentaw miżuri ta' mitigazzjoni xierqa, inkluż l-użu bla xkiel tas-sistema l-ġdida ta' ġestjoni finanzjarja u kontabilistika;

158.  Japprova l-isforzi sinifikanti favur l-investiment kontinwu fid-diġitalizzazzjoni tal-proċessi finanzjarji, bħall-firem elettroniċi tal-Membri, bil-ħsieb li jissaħħu s-servizz tal-klijenti, l-effiċjenza amministrattiva u l-livell ta' kontrolli, b'mod partikolari, l-introduzzjoni ta' rimborż online tal-ispejjeż mediċi tal-Membri u l-awtomatizzazzjoni tar-reġistru ċentrali tal-attendenza, bil-għan li jitħaffu l-pagamenti tad-drittijiet relatati u l-estensjoni tal-funzjonijiet tal-e-Portal, bħala punt ta' dħul uniku għall-Membri biex jimmaniġġjaw id-drittijiet finanzjarji u soċjali tagħhom; jiddeplora l-ineffiċjenzi fid-dħul u l-kontroll tad-data, b'mod partikolari li d-data dwar l-ispejjeż tal-ivvjaġġar tal-Membri tiddaħħal fis-sistema darbtejn, l-ewwel mill-Membri u mill-ġdid fit-tieni pass mill-amministrazzjoni;

159.  Jikkonstata li l-aġenzija tal-ivvjaġġar il-ġdida tal-Parlament bdiet topera fl-1 ta' Jannar 2019, wara sejħa pubblika għall-offerti; jinnota l-użu limitat taċ-ċentru telefoniku tas-servizz tal-ivvjaġġar, li huwa disponibbli fi tmiem il-ġimgħa iżda li ma jkoprix il-kumpaniji kollha użati mill-aġenzija tal-ivvjaġġar; jiddeplora l-fatt li l-Membri esperjenzaw diffikultajiet biex jikkomunikaw maċ-ċentru telefoniku tas-servizz tal-ivvjaġġar matul u barra l-ħinijiet tax-xogħol; jiddeplora s-sigħat ta' ftuħ limitati tal-aġenzija, b'mod partikolari l-fatt li tkun magħluqa nhar ta' Ġimgħa waranofsinhar, ħlief għall-Ġimgħa ta' qabel is-sessjoni ta' Strasburgu, peress li dan jillimita serjament il-kapaċità tal-persunal tal-Membri li jaħdem b'mod effiċjenti; jitlob titjib fid-disponibbiltà; jinsisti fuq l-implimentazzjoni obbligatorja ta' mekkaniżmu tal-ilmenti sempliċi u faċli għall-utent, li jippermetti r-riżoluzzjoni rapida ta' kwalunkwe problema; jiddeplora ż-żmien ta' reazzjoni bil-mod tal-aġenzija meta tittratta talbiet għal biljetti; iħoss li huwa assolutament inaċċettabbli li l-biljetti proposti mill-aġenzija mhux dejjem ikunu dawk l-aktar kosteffikaċi u li l-Membri jesperjenzaw dewmien fir-rimborż tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar tagħhom; jistieden lid-DĠ FINS iniedi stħarriġ ta' sodisfazzjon dwar is-servizzi tal-aġenzija tal-ivvjaġġar, u, bil-għan li jippreżenta r-riżultati sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2020, jinforma lill-klijenti dwar l-organizzazzjoni u r-responsabbiltajiet tad-DĠ FINS u tal-aġenzija tal-ivvjaġġar tal-Parlament; iħeġġeġ lill-aġenzija tal-ivvjaġġar il-ġdida tirrifletti fuq ir-riżultati pprovduti mill-istħarriġ ta' sodisfazzjon u timplimenta t-titjib kif xieraq;

Allowance għall-Ispejjeż Ġenerali

160.  Jilqa' l-miżuri meħuda mill-Bureau biex jiġu żviluppati aktar trasparenza u responsabbiltà finanzjarja;

161.  Ifakkar li huwa obbligatorju kont bankarju separat biex titħallas l-allowance għall-ispejjeż ġenerali; jistieden lill-Parlament jinforma regolarment lill-awtorità ta' kwittanza dwar kemm ikun hemm Membri li jikkonformaw ma' dan l-obbligu;

162.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li, fil-laqgħa tiegħu tat-2 ta' Lulju 2018, il-Bureau adotta lista ġdida mhux eżawrjenti ta' spejjeż li jistgħu jitħallsu mill-allowance għall-ispejjeż ġenerali li fiha l-aktar eżempji komuni ta' spejjeż eliġibbli; jinnota li għall-Membri li jkunu jixtiequ dan, l-ispejjeż relatati mal-awditjar ta' verifika volontarju tal-użu tal-allowance għall-ispejjeż ġenerali jistgħu jiġu koperti mill-allowance għall-ispejjeż ġenerali; ifakkar li l-Membri kollha huma liberi li jiddokumentaw l-użu tal-allowance għall-ispejjeż ġenerali tagħhom, u li jippubblikaw din l-informazzjoni fis-siti web personali tagħhom; jistieden lill-Parlament jinforma regolarment lill-awtorità ta' kwittanza dwar kemm ikun hemm Membri li jsegwu dawn ir-rakkomandazzjonijiet;

163.  Jirrikonoxxi t-titjib li sar fl-aħħar snin fil-verifika u l-kontroll effiċjenti u trasparenti tar-rimborżi tal-infiq, bħar-rimborż tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar tal-Membri u l-allowances tal-Assistenti Parlamentari, li fir-rigward tagħhom għandha tiġi pprovduta dokumentazzjoni għall-ispejjeż imġarrba; jitlob trattament strett tal-każijiet fejn tkun ġiet żvelata mġiba ħażina; iħeġġeġ lill-Bureau jislet konklużjonijiet mill-inċidenti ta' frodi li seħħew fil-passat u jimponi miżuri punittivi severi f'każijiet ta' frodi; iħeġġeġ bil-qawwa lill-Membri jużaw l-Allowance għall-Ispejjeż Ġenerali tagħhom strettament għall-finijiet stabbiliti fil-Miżuri ta' Implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew; iħeġġeġ lill-Bureau biex jipproċedi bl-evalwazzjoni tal-linji gwida kif previst fl-aħħar deċiżjoni tal-Bureau; ifittex, fl-interess taċ-ċittadini u r-reputazzjoni tal-Kamra u tal-Membri tagħha, bilanċ aġġustat tajjeb bejn il-Libertà tal-mandat u l-ġlieda kontra r-riskji ta' użu ħażin u frodi; iqis xieraq li ssir evalwazzjoni regolari tad-dispożizzjonijiet rilevanti kull ħames snin lejn nofs il-leġiżlatura;

164.  Ifakkar fl-Artikoli 62(1) u 62(2) tad-Deċiżjoni tal-Bureau tad-19 ta' Mejju u d-9 ta' Lulju 2008 (l-aħħar modifika fl-1 ta' Lulju 2019), dwar miżuri ta' implimentazzjoni għall-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew, li jistipulaw li ‘l-ammonti mħallsa’, inklużi l-allowance għall-ispejjeż ġenerali, ‘għandhom ikunu riservati esklużivament għall-finanzjament ta' attivitajiet marbuta mal-qadi tal-mandat ta' Membru u ma jistgħux jintużaw biex ikopru spejjeż personali jew biex jiffinanzjaw donazzjonijiet ta' natura politika’ u li ‘[I]l-Membri għandhom iroddu lura lill-Parlament kwalunkwe ammont mhux użat ħlief meta jitħallsu f'forma ta' ammont f'daqqa’; jistieden lis-Segretarju Ġenerali u lill-Bureau jiżguraw li dawk id-dispożizzjonijiet jiġu implimentati u rrispettati bis-sħiħ u jinfurmaw regolarment lill-awtorità ta' kwittanza dwar kemm ikun hemm Membri li jkunu ħallsu lura l-ammonti mhux użati tagħhom;

165.  Ifakkar li l-Grupp ta' Ħidma ad hoc inkarigat mid-definizzjoni u mill-pubblikazzjoni tar-regoli li jikkonċernaw l-użu tal-allowance għall-ispejjeż ġenerali rrakkomanda lill-Bureau, fil-leġiżlatura li għaddiet, jissokta bid-diskussjonijiet dwar l-allowance għall-ispejjeż ġenerali u jilħaq ftehim li jirrikjedi lill-Membri:iżommu l-irċevuti kollha tal-ispejjeż marbuta mal-allowance għall-ispejjeż ġenerali, jgħadduhom lil awditur indipendenti inkarigat mill-kontroll annwali tal-kontijiet u tal-pubblikazzjoni tal-opinjoni tal-awditur, u jirrimborżaw is-sehem li ma ntefaqx tal-allowance għall-ispejjeż ġenerali fi tmiem il-mandat tagħhom;

166.  Ifakkar ukoll li l-plenarja adottat il-modifiki ulterjuri li ġejjin rigward l-allowance għall-ispejjeż ġenerali, li jiżdiedu ma' dawk diġà kien ħareġ il-Grupp ta' Ħidma ad hoc, li jirrikjedu: li s-Servizz ta' Awditjar Intern tal-Parlament jagħmel kontroll f'kampjun ta' 5 % tal-infiq fl-ambitu tal-allowance għall-ispejjeż ġenerali, li r-riżultati finali u l-konstatazzjonijiet tiegħu għandhom ikunu parti mir-rapport annwali tal-awditjar intern ippubblikat mill-Parlament, u li l-Membri jippubblikaw annwalment sinteżi tan-nefqiet imqassma skont il-kategorija (spejjeż ta' komunikazzjoni, kiri ta' uffiċċji, fornituri għall-uffiċċju, eċċ.);

167.  Iħeġġeġ lill-Bureau jimplimenta, kemm jista' jkun malajr, ir-rieda demokratika tal-plenarja fir-rigward tal-allowance għall-ispejjeż ġenerali;

168.   Jilqa' l-fatt li l-Bureau tal-leġiżlatura preċedenti ħoloq l-infrastruttura meħtieġa fuq il-paġna online tal-Membri fuq is-sit web tal-Parlament għal dawk il-Membri li jixtiequ jippubblikaw konferma jew awditu fuq bażi volontarja tan-nefqa tagħhom li l-użu tagħhom tal-allowance għall-ispejjeż ġenerali jikkonforma mar-regoli applikabbli tal-Istatut tal-Membri u l-miżuri ta' implimentazzjoni tiegħu; jistieden lill-Parlament itejjeb il-komunikazzjoni tiegħu lill-Membri dwar din il-possibbiltà u dwar kif jagħmlu użu minnha fil-prattika;

Fond Volontarju tal-Pensjoni

169.  Jikkonstata li fi tmiem l-2018 id-defiċit attwarjali stmat tal-iskema volontarja tal-pensjoni kien ta' EUR 286,1 miljun; jikkonstata barra minn hekk li, fi tmiem l-2018, l-ammont nett ta' assi għal kunsiderazzjoni u l-impenn attwarjali ammontaw għal EUR 112,3 miljun u EUR 398,4 miljun rispettivament;

170.  Ifakkar li tali obbligazzjonijiet futuri previsti jinfirxu fuq bosta deċennji iżda josserva li l-ammont totali mħallas fl-2018 mill-fond volontarju tal-pensjoni jammonta għal EUR 17,8-il miljun;

171.  Jindika li dan iqajjem tħassib dwar il-possibbiltà li l-Fond jiġi eżawrit u li l-Parlament qiegħed jiggarantixxi l-pagament tad-drittijiet għal pensjoni jekk u meta dan il-fond ma jkunx f'pożizzjoni li jissodisfa l-obbligi tiegħu;

172.  Jappoġġa bil-qawwa r-riżultati tal-laqgħa tal-10 ta' Diċembru 2018, meta l-Bureau ddeċieda li jimmodifika r-regoli applikabbli għall-iskema tal-pensjoniji billi jżid l-età tal-irtirar minn 63 għal 65 sena u jintroduċi imposta ta' 5 % għall-pagamenti tal-pensjoni għall-pensjonanti futuri bl-għan li jtejjeb is-sostenibbiltà tal-iskema; japprova d-deċiżjoni tal-Bureau bħala pass pożittiv; jinnota madankollu li fil-futur il-Parlament se jibqa' responsabbli għal ammont sinifikanti ħafna; ifakkar li l-Artikolu 27(2) tal-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew jistabbilixxi li ‘[d]rittijiet miksuba u drittijiet futuri għandhom jinżammu fl-intier tagħhom’;

173.  Jistieden lis-Segretarju Ġenerali, kif ukoll lill-Bureau, jeżawrixxu b'konformità sħiħa mad-dispożizzjonijiet tal-Istatut għall-Membri, jiġifieri l-Artikolu 27(1) u (2) – il-possibbiltajiet kollha biex isibu soluzzjoni ġusta għall-problema filwaqt li r-responsabbiltà tal-Parlament tinżamm f'livell minimu, peress li huma involuti l-flus tal-kontribwenti, u jinfurmaw lill-Awtorità ta' kwittanza dwar il-miżuri meħuda f'dan ir-rigward;

Direttorat Ġenerali għall-Innovazzjoni u s-Sostenn Teknoloġiku (DĠ ITEC)

174.  Ifakkar li, fl-2018, id-DĠ ITEC kellu 484 membru tal-persunal u amministra 6,4 % tal-baġit globali tal-Parlament;

175.  Jikkonstata li l-indikatur ewlieni tad-DĠ ITEC fl-2018 huwa r-responsività tiegħu għat-talbiet tal-utenti u tas-sħab fl-oqsma kollha ta' attività b'mod f'waqtu u effiċjenti ; jinsisti li d-DĠ ITEC għandu jkompli jinvesti biex jipprovdi interfaċċi tal-IT moderni, mingħajr intoppi, effiċjenti u orjentat lejn l-utenti;

176.  Jappoġġa l-iżvilupp kontinwu tal-applikazzjonijiet tal-Parlament elettroniku, ir-rinfurzar tal-attivitajiet ta' innovazzjoni tal-IT u t-tisħiħ tal-kapaċità ta' ċibersigurtà tal-Parlament; jilqa' d-deċiżjoni li jiġu rduppjati r-riżorsi allokati lill-Iskwadra ta' Rispons f'Emerġenza relatata mal-Kompjuters għall-Istituzzjonijiet, korpi u aġenziji tal-UE (CERT-UE); ifaħħar it-tisħiħ tal-kapaċità tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni li jiżguraw l-aħjar protezzjoni kontra l-attakki ċibernetiċi;

177.  Jirrikonoxxi l-fatt li huwa diffiċli ħafna għad-DĠ ITEC li jirrekluta biżżejjed esperti kwalifikati biżżejjed bi profili, għarfien u esperjenza speċifiċi ħafna; jistieden lill-Parlament jiżgura li din it-talba tiġi trażmessa b'mod xieraq lill-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal sabiex ikun hemm reazzjoni aħjar għal tali ħtiġijiet speċifiċi tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni;

178.  Jinsisti li d-DĠ ITEC iwettaq sforzi iktar b'saħħithom biex jiggarantixxi l-kontinwità u r-reżiljenza tal-infrastrutturi tal-ICT tal-Parlament miksuba minn żmien il-perjodu ta' qtugħ tal-IT ta' Ottubru 2017; jitlob żieda fl-isforzi u fil-kapaċità ta' forniment ta' aċċertament dwar ir-robustezza tal-ICT tal-Parlament; jitlob it-tkomplija tal-ħidma u tal-progress li saru fl-oqsma tal-kontinwità tal-operat, il-ġestjoni tar-riskju, il-ġestjoni tal-inċidenti u l-kapaċità ta' rkupru; jenfasizza l-eżistenza ta' nuqqasijiet fil-funzjonament tan-netwerk tal-internet fil-Parlament;

179.  Jenfasizza r-riskji dejjem jiżdiedu b'rabta mad-data u l-privatezza; jindika bi tħassib ir-rappurtar reċenti dwar il-ħżin u l-ipproċessar tad-data tal-utenti meta dawn jirreġistraw fil-wi-fi tal-Parlament; jesprimi dubji kbar dwar il-ħtieġa li d-data tinżamm sa sitt xhur(13); jistieden lill-Parlament jiżviluppa strateġija u politika b'rabta mas-sigurtà tal-informazzjoni; jenfasizza li l-kooperazzjoni mill-qrib bejn id-DĠ ITEC u d-DĠ SAFE hija tal-akbar importanza; iħeġġeġ lid-direttoratti ġenerali jippjanaw attivitajiet komuni fuq żmien medju u fit-tul;

Direttorat Ġenerali għas-Sigurtà u l-Protezzjoni (DĠ SAFE)

180.  Ifakkar li, fl-2018, id-DĠ SAFE kellu 756 membru tal-persunal u amministra 1,5 % tal-baġit globali tal-Parlament;

181.  Jinsab imħasseb dwar ir-riżultati tal-istħarriġ reċenti tad-DĠ SAFE dwar il-persunal, u jittama li tista' tinstab soluzzjoni fil-futur qarib biex jiġi indirizzat it-tħassib tal-persunal;

182.  Ifakkar li t-trasparenza fil-konfront tal-pubbliku hija karatteristika importanti tal-Parlament u għandu jinżamm bilanċ adegwat mal-livell ta' sigurtà meħtieġ;

183.  Jilqa' d-deċiżjonijiet ewlenin relatati mas-sigurtà meħuda mill-Bureau fit-8 leġiżlatura, b'mod partikolari (a) il-miżuri li jikkonċernaw ir-relazzjonijiet mal-awtoritajiet nazzjonali tal-pajjiżi ospitanti u mal-istituzzjonijiet l-oħrajn, b'mod partikolari l-miżuri ta' sigurtà għad-distrett Ewropew ta' Brussell, l-iskrinjar tas-sigurtà tal-persunal tal-fornituri esterni tas-servizzi, il-valutazzjoni tat-theddid u l-bidliet fil-livelli ta' twissija, (b) il-miżuri għat-titjib tal-binjiet tal-Parlament u (c) il-miżuri interni; ifakkar li dawk id-deċiżjonijiet jimplikaw investiment fl-infrastrutturi;

184.  Jilqa l-ftehim, konkluż mill-Parlament fl-2018, dwar l-eżenzjoni reċiproka mill-kontrolli tas-sigurtà mal-Kummissjoni, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u l-Kumitat tar-Reġjuni; jiddispjaċih madankollu li għadu ma ġie ffirmat l-ebda ftehim bħal dan mal-Kunsill, u jittama li tinstab soluzzjoni malajr f'dak ir-rigward;

185.  Japprova s-sostituzzjoni tal-badges ta' aċċess għall-Membri u l-persunal tagħhom; jistenna b'interess is-sostituzzjoni futura ta' dawk użati mill-persunal tal-Parlament;

186.  Ifaħħar il-kooperazzjoni tajba bejn id-DĠ SAFE u d-DG INLO fit-tisħiħ tas-sigurtà tal-bini kollu tal-Parlament u fit-titjib tal-aċċess, inkluż għall-parkeġġi, kif mitlub mill-Bureau;

187.  Jirrikonoxxi l-ħolqien tal-Unità tal-Protezzjoni, b'mod partikolari l-protezzjoni mill-qrib tal-President tal-Parlament u t-tisħiħ tas-sigurtà tal-postijiet strateġiċi tal-Parlament;

188.  Jappoġġa l-estensjoni tas-sistema ta' twissija tas-sigurtà tal-SMS għall-utenti kollha ta' telefons tas-servizz li, fil-futur, se tintuża għall-Membri u l-persunal kollha;

Servizz Legali

189.  Japprova l-istrateġija tas-Servizz Legali li l-avukati jsiru aktar disponibbli għall-kumitati parlamentari; jitlob tisħiħ tal-persunal li jittratta l-attivitajiet parlamentari;

190.  Jinnota b'sodisfazzjon li s-Servizz Legali jirrispetta l-bilanċ bejn is-sessi fil-livell ta' amministraturi, ta' kapijiet ta' unità u ta' diretturi;

191.  Jenfasizza li s-Servizz Legali rebaħ 95 % tal-kawżi li ttieħdu quddiem il-qorti matul it-8 leġiżlatura; jesprimi l-konvinzjoni tiegħu li s-Servizz Legali għandu r-rwol tiegħu fis-salvagwardja tal-interessi finanzjarji tal-Parlament u taċ-ċittadini tal-Unjoni billi jirkupra l-flus pubbliċi permezz tal-proċedimenti ġudizzjarji;

192.  Jinsab imħasseb dwar id-diffikultajiet biex jinstabu individwi kwalifikati minn ċerti pajjiżi biex jimtlew xi postijiet, peress li dan huwa obbligu biex jiġu koperti s-sistemi ġuridiċi kollha u l-lingwi kollha tal-Istati Membri;

Rapport annwali dwar il-kuntratti mogħtija

193.  Ifakkar li ż-żewġ Regolamenti Finanzjarji suċċessivi(14) u r-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(15) jistabbilixxu l-informazzjoni li għandha tingħata lill-awtorità baġitarja, kif ukoll lill-pubbliku, dwar l-għoti tal-kuntratti min-naħa tal-istituzzjoni; jinnota li r-Regolamenti Finanzjarji jirrikjedu l-pubblikazzjoni tal-kuntratti mogħtija ta' valur ogħla minn EUR 15 000, valur li jikkorrispondi għal-limitu minimu li jekk jinqabeż jiskatta l-obbligu tal-proċedura kompetittiva ta' offerti;

194.  Jikkonstata li minn total ta' 251 kuntratt mogħtija fl-2018, 94 kienu bbażati fuq proċeduri miftuħa jew ristretti, b'valur ta' EUR 569,5 miljun, u 155 fuq proċeduri negozjati, b'valur totali ta' EUR 35,9 miljun; jinnota li l-għadd totali ta' kuntratti mogħtija bi proċeduri negozjati naqas f'termini ta' valur bħala perċentwal tal-valur totali ta' kuntratti mogħtija, minn 12 % fl-2017 għal 6 % fl-2018, kif ukoll f'termini ta' volum, minn EUR 70,5 miljun fl-2017 għal EUR 35,86 miljun fl-2018;

195.  Jikkonstata t-tqassim li ġej tal-kuntratti mogħtija fl-2018 u fl-2017, inklużi l-kuntratti ta' bini:

Tip ta' kuntratt

2018

2017

Numru

Perċentwal

Numru

Perċentwal

Servizzi

Forniment

Xogħlijiet

Bini

199

37

12

3

79 %

15 %

5 %

1 %

177

36

11

0

79 %

16 %

5 %

0 %

Total

251

100 %

224

100 %

Tip ta' kuntratt

2018

2017

Valur (f'EUR)

Perċentwal

Valur (f'EUR)

Perċentwal

Servizzi

256 374 627

42 %

446 313 270

76 %

Forniment

210 526 209

35 %

133 863 942

23 %

Xogħlijiet

133 431 628

22 %

6 892 972

1 %

Bini

5 039 824

1 %

0

0 %

Total

605 372 288

100 %

587 070 184

100 %

(Rapport annwali dwar il-kuntratti mogħtija mill-Parlament Ewropew, 2018, p. 6.)

196.  Jikkonstata t-tqassim tal-kuntratti mogħtija fl-2018 u fl-2017 skont it-tip ta' proċedura użata kif ġej, f'termini ta' numru u valur:

Tip ta' proċedura

2018

2017

Numru

Perċentwal

Numru

Perċentwal

Miftuħa

Ristretta

Negozjata

Kompetizzjoni

Eċċezzjonali

89

5

155

1

1

35,46 %

1,99 %

61,75 %

0,40 %

0,40 %

78

1

145

-

-

35 %

1 %

64 %

-

-

Total

251

100 %

224

100 %

Tip ta' proċedura

2018

2017

Valur (f'EUR)

Perċentwal

Valur (f'EUR)

Perċentwal

Miftuħa

Ristretta

Negozjata

Kompetizzjoni

Eċċezzjonali

486 039 380

83 433 046

35 859 040

24 221

16 600

80

14

6

-

-

488 368 460

28 200 000 70 501 724

-

-

83 %

5 %

12 %

-

-

Total

605 372 288

100 %

587 070 184

100 %

(Rapport annwali dwar il-kuntratti mogħtija mill-Parlament Ewropew, 2018, p. 8.)

Gruppi politiċi (partita baġitarja 4 0 0)

197.  Jikkonstata li, fl-2018, l-approprjazzjonijiet imdaħħla taħt il-partita baġitarja 4 0 0, attribwiti lill-gruppi politiċi u l-Membri mhux affiljati, intużaw kif ġej(16):

Grupp

2018

2017

Approprjazzjonijiet annwali

Riżorsi proprji u approprjazzjonijiet riportati

Nefqa

Rata ta' użu tal-approprjazzjonijiet annwali

Ammonti riportati għall-perjodu li jmiss

Approprjazzjonijiet annwali

Riżorsi proprji u approprjazzjonijiet riportati

Nefqa

Rata ta' użu tal-approprjazzjonijiet annwali

Ammonti riportati għall-perjodu li jmiss

Partit Popolari Ewropew (PPE)

18 282

6 690

20 820

113,88

4 152

17 790

8 150

19 330

108,66

6 610

Alleanza Progressiva tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi (S&D)

15 792

5 863

16 888

106,94

4 767

15 610

5 469

15 268

97,81

5 812

Grupp tal-Konservattivi u r-Riformisti Ewropej (ECR):

6 182

2 962

7 200

116,47

1 944

6 200

2 810

6 051

97,60

2 959

Grupp tal-Alleanza tal-Liberali u d-Demokratiċi għall-Ewropa (ALDE)

5 823

1 824

6 033

103,61

1 614

5 711

1 694

5 596

97,99

1 809

Grupp tal-Ħodor/Alleanza Ħielsa Ewropea (Verts/ALE)

4 478

1 579

4 669

104,27

1 388

4 333

1 826

4 583

105,77

1 578

Grupp tax-Xellug Magħqud Ewropew - Xellug Aħdar Nordiku (GUE/NGL)

4 443

1 257

4 590

103,31

1 110

4 421

1 407

4 571

103,39

1 257

Grupp għal Ewropa tal-Libertà u d-Demokrazija Diretta (EFDD)

3.829

1 828

2 725

71,17

1 915

3 654

1 917

3 523

96,41

1 827

Grupp għal Ewropa tan-Nazzjonijiet u tal-Libertà (ENF)

3 238

1 094

3 612

111,55

720

2 719

846

2 474

90,99

1 091

Membri mhux affiljati

1 153

314

537

46,57

442

929

257

494

53,18

318

Total

63 220

23 412

67 073

106,09

18 052

61 365

24 377

61 889

100,85

23 258

198.  Jilqa' l-fatt li awdituri esterni indipendenti għall-gruppi politiċi ħarġu biss opinjonijiet mhux kwalifikati għas-sena finanzjarja 2018;

Partiti politiċi Ewropej u fondazzjonijiet politiċi Ewropej

199.  Jikkonstata li l-Awtorità għall-Partiti Politiċi Ewropej u l-Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej (APPF) inħolqot fl-2016 bil-kompitu li tivvaluta t-talbiet ta' reġistrazzjoni, ir-reġistrazzjoni ta' partiti u fondazzjonijiet ġodda tal-Unjoni, li tissorvelja l-finanzjament tagħhom u li timponi sanzjonijiet f'każijiet ta' nuqqas ta' rispett tal-obbligi tagħhom; jirrikonoxxi li din saret kompletament operattiva fl-2017;

200.  Jikkonstata li l-Kummissjoni, il-Kunsill u l-Parlament qablu li jipprovdu riżorsi finanzjarji u umani addizzjonali għall-APPF fil-baġit għas-sena finanzjarja 2019;

201.  Jirrimarka li, skont l-Artikolu 6(10) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014(17), id-direttur tal-APPF għandu jippreżenta kull sena rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar l-attivitajiet tal-Awtorità; jikkonstata li r-rapport annwali ntbagħat lill-President u lis-Segretarju Ġenerali tal-Parlament fil-21 ta' Novembru 2019; jiddeplora l-fatt li r-rapport tal-2018 tressaq quddiem il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament f'Jannar 2020 biss; jesprimi tħassib dwar id-deċiżjoni li r-rapport jitqies bħala kunfidenzjali, wara talba espliċita mill-APPF biex tagħmlu disponibbli biss għal numru limitat ta' persuni f'kundizzjonijiet ristretti; iqis li bil-limitazzjoni tal-aċċess għal dan id-dokument, li jikkonċerna l-użu ta' fondi pubbliċi, sfortunatament tingħata l-impressjoni li xi ħadd għandu xi ħaġa x'jaħbi; jinsisti li r-rapport tal-APPF jiġi ppubblikat kull sena, u jintbagħat lill-Membri fl-istess ħin li jintbagħat lill-President u lis-Segretarju Ġenerali tal-Parlament;

202.  Jitlob lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament jistieden lid-direttur tal-APPF għas-seduta ta' smigħ annwali tal-kwittanza tal-Parlament, bħalma jiġri fir-rigward tal-kapijiet tal-aġenziji u l-istituzzjonijiet l-oħra;

203.  Jenfasizza l-importanza tar-rappurtar pubbliku tal-APPF dwar l-attivitajiet tagħha bħala element tar-responsabbiltà tagħha, li huwa essenzjali għall-bini kontinwu ta' fiduċja u aċċertament, kif ukoll biex jiġi vvalutat jekk l-APPF hijiex mgħammra b'mod adegwat b'persunal, riżorsi u kompetenzi biex tevita b'mod effikaċi l-użu ħażin tal-fondi min-naħa tal-partiti politiċi u tal-fondazzjonijiet;

204.  Jikkonstata li, fl-2018, l-approprjazzjonijiet imdaħħla taħt il-partita baġitarja 4 0 2 intużaw kif ġej:

Partit

Abbrevjazzjoni

Riżorsi proprji

Kontribuzzjoni finali tal-PE – l-ewwel parti

Dħul totali (18)

Għotja tal-PE bħala % tan-nefqa rimborżabbli (massimu 85 %)

Bilanċ favorevoli mid-dħul (trasferiment għar-riservi jew telf)

Partit Popolari Ewropew

PPE

1 427 466

7 356 802

11 340 157

85 %

64 271

Partit tas-Soċjalisti Ewropej

PSE

1 153 831

6 309 079

7 462 911

85 %

—  

Partit tal-Alleanza tal-Liberali u d-Demokratiċi għall-Ewropa

ALDE

759 642

2 674 543

3 935 648

85 %

157 524

Partit tal-Ħodor Ewropej

PĦE

544 072

2 244 342

2 961 972

85 %

—  26 538

Partit tax-Xellug Ewropew

XE

301 456

1 513 876

1 875 332

85 %

—  6 798

Partit Demokratiku Ewropew

PDE

125 374

532 075

754 587

85 %

18 913

Alleanza Ħielsa Ewropea

ALE

156 351

628 696

910 047

85 %

32 110

Alleanza tal-Konservattivi u r-Riformisti fl-Ewropa

AKRE

—  286 814

1.253  918

1.245  829

71 %

—  729 991

Moviment Politiku Kristjan Ewropew

MPKE

125 110

624 532

749 641

85 %

5 995

Moviment għal Ewropa tan-Nazzjonijiet u tal-Libertà

MENL

211 768

1 045 592

1 257 360

85 %

—  28 579

TOTAL

 

4 518 257

24 183 454

32 493 485

 

-513 092

205.  Jikkonstata li, fl-2018, l-approprjazzjonijiet imdaħħla taħt il-partita baġitarja 4 0 3 intużaw kif ġej:

Fondazzjoni

Abbrevjazzjoni

Affiljata mal-partit

Riżorsi proprji

Għotja finali tal-PE

Dħul totali

Għotja tal-PE bħala % tal-ispejjeż eleġibbli (massimu 85 %)

Bilanċ favorevoli mid-dħul (trasferiment għar-riservi jew telf)

Ċentru għall-Istudji Ewropej Wilfried Martens

ĊSEWM

PPE

1 097 171

5 816 345

6 913 516

85 %

31 397

Fondazzjoni għall-Istudji Progressivi Ewropej

FEPS

PSE

1 050 548

4 895 825

5 946 373

85 %

-

Forum Liberali Ewropew

FLE

ALDE

292 141

1 650 538

1 942 680

85 %

-

Fondazzjoni Ħadra Ewropea

FĦE

PĦE

185 182

1 038 822

1 224 004

85 %

1 368

Nittrasformaw l-Ewropa

NE

XE

244 655

1 193 712

1 438 367

85 %

16 375

Istitut tad-Demokratiċi Ewropej

IDE

PDE

45 755

255 000

300 755

85 %

-

Fondazzjoni Coppieters

CF

ALE

115 193

388 702

503 895

85 %

38 617

Direzzjoni Ġdida – Fondazzjoni għar-Riforma Ewropea

AKRE

279 636

1 215 011

1 494 647

85 %

—  156 378

Sallux

SALLUX

MPKE

77 416

418 444

495 860

85 %

2 159

Fondazzjoni għal Ewropa tan-Nazzjonijiet u tal-Libertà

FENL

MENL

53 600

329 251

382 851

85 %

—  4 503

TOTAL

 

 

3 441 296

17 201 651

20 642 947

 

-70 965

(1) ĠU L 57, 28.2.2018.
(2) ĠU 327, 30.9.2019, p. 1.
(3) ĠU 340, 8.10.2019, p. 1.
(4) ĠU C 340, 8.10.2019, p. 1.
(5) ĠU C 340, 8.10.2019, p. 9.
(6) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(7) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(8) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).
(9) Ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta' organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta' ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 u d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2001/681/KE u 2006/193/KE (ĠU L 342, 22.12.2009, p. 1).
(10) Id-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2019 dwar il-protezzjoni ta' persuni li jirrapportaw dwar ksur tal-liġi tal-Unjoni (ĠU L 305, 26.11.2016, p. 17).
(11) Dokument ta' Ħidma dwar l-Implimentazzjoni tal-pakkett ta' riformi tal-persunal tal-2014 fil-Kummissjoni – Iffrankar sinifikanti, iżda mhux mingħajr konsegwenzi għall-persunal.
(12) Att li jikkonċerna l-elezzjoni tal-membri tal-Parlament Ewropew b'vot universali dirett, anness mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 76/787/KEFA, KEE, Euratom tal-20 ta' Settembru 1976 (l-Att Elettorali Ewropew) (ĠU L 278, 8.10.1976, p. 5).
(13) https://euobserver.com/institutional/146270
(14) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
(15) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1).
(16) L-ammonti kollha qed jiġu espressi f'eluf ta' EUR.
(17) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (ĠU L 317, 4.11.2014, p. 1).
(18) Id-dħul totali jinkludi r-riport tas-sena preċedenti skont l-Artikolu 125(6) tar-Regolament Finanzjarju (verżjoni fis-seħħ matul is-sena finanzjarja kkonċernata).


Kwittanza 2018: Baġit ġenerali tal-UE - Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
PDF 178kWORD 64k
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Mejju 2020 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018, Taqsima IV - Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (2019/2058(DEC))
P9_TA-PROV(2020)0085A9-0027/2020

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018(1),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018 (COM(2019)0316 – C9-0053/2019)(2),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2018,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2018, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet(3),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2018 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(5), u b'mod partikolari l-Artikoli 55, 99, 164, 165 u 166 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(6), u b'mod partikolari l-Artikoli 59, 118, 260, 261 u 262 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0027/2020),

1.  Jagħti l-kwittanza lir-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Mejju 2020 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018, Taqsima IV – Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (2019/2058(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018, Taqsima IV - Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0027/2020),

A.  billi fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, l-awtorità ta' kwittanza tixtieq tenfasizza l-importanza partikolari li tissaħħaħ ulterjorment il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni billi jittejbu t-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont, u billi jiġi implimentat il-kunċett ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni u l-governanza tajba tar-riżorsi umani;

1.  Jinnota b'sodisfazzjon li, fir-rapport annwali tagħha għall-2018, il-Qorti tal-Awdituri ma identifikat l-ebda dgħufija sinifikanti fir-rigward tas-suġġetti awditjati relatati mar-riżorsi umani u l-proċeduri ta' akkwist għall-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ("il-QĠUE");

2.  Jilqa' l-konklużjoni tal-Qorti tal-Awdituri li l-pagamenti kollha għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2018 fir-rigward tal-infiq amministrattiv tal-QĠUE kienu ħielsa minn żbalji materjali u li s-sistemi ta' sorveljanza u kontroll eżaminati kienu effettivi;

3.  Jiddispjaċih, bħala osservazzjoni ġenerali, li l-Kapitolu 10, "Amministrazzjoni", tar-rapport annwali tal-2018 tal-Qorti tal-Awdituri għandu kamp ta' applikazzjoni u konklużjonijiet pjuttost limitati, minkejja l-fatt li l-Intestatura 5, "Amministrazzjoni", tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali titqies li hija ta' riskju baxx;

4.  Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri għażlet kampjun ta' 45 tranżazzjoni mill-Intestatura 5, "Amministrazzjoni", tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-istituzzjonijiet u l-korpi kollha tal-Unjoni; jinnota li l-kampjun tfassal biex ikun rappreżentattiv tal-firxa ta' nfiq taħt l-Intestatura 5, li jirrappreżenta 6,3 % tal-baġit tal-Unjoni; jinnota li l-ħidma tal-Qorti tal-Awdituri tindika li l-infiq amministrattiv huwa ta' riskju baxx; jikkunsidra, madankollu, in-numru ta' tranżazzjonijiet magħżula b'rabta mal-"istituzzjonijiet l-oħra" bħala mhux suffiċjenti u jitlob lill-Qorti tal-Awdituri żżid l-għadd ta' tranżazzjonijiet li għandhom jiġu eżaminati tal-inqas b'10 %;

5.  Jinnota li fl-2018, il-baġit tal-QĠUE ammonta għal EUR 410 025 089 meta mqabbel ma' EUR 399 344 000 fl-2017, u dan ifisser żieda ta' 2,67 % jinnota rata globali ta' implimentazzjoni ta' 99,18 % (meta mqabbla ma' 98,69 % fl-2017);

6.  Jilqa' l-ġestjoni finanzjarja kumplessivament prudenti u soda tal-QĠUE fil-perjodu tal-baġit tal-2018; jinnota r-rata għolja ta' implimentazzjoni tal-baġit għat-Titolu 1 (persuni li jaħdmu mal-QĠUE, li jirrappreżentaw 75 % tal-baġit implimentat) u għat-Titolu 2 (bini, għamara, tagħmir u l-infiq varju għall-operat amministrattiv, li jirrappreżenta l-bqija tal-baġit implimentat) li jammonta għal 99,0 % u 99,8 % (meta mqabbla ma' 98,6 % u 99,1 % fl-2017);

7.  Jirrikonoxxi l-isforzi tal-QĠUE biex jiġu evitati diskrepanzi sinifikanti bejn l-impenji (99,18 %) u l-pagamenti (94,04 %); jilqa' l-fatt li l-QĠUE tissorvelja mill-qrib l-eżekuzzjoni tal-baġit tagħha matul is-sena billi tistabbilixxi tabelli ta' kull xahar sabiex tiżgura l-aħjar użu tar-riżorsi disponibbli;

8.  Jenfasizza l-applikazzjoni tal-QĠUE tal-prinċipji ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni għas-servizzi amministrattivi kollha tagħha; jinnota l-istabbiliment ta' objettivi speċifiċi akkumpanjati minn indikatur wieħed jew aktar li jistgħu jitkejlu, li huma essenzjali fit-tħejjija tal-baġit annwali; jirrikonoxxi l-organizzazzjoni ta' sessjonijiet ta' ħidma mas-servizzi kollha sabiex jiġi armonizzat l-approċċ baġitarju u jiġu skambjati l-aħjar prattiki;

9.  Jiddispjaċih, madankollu, dwar iż-żieda fl-infiq ta' 11,81 % bejn l-2017 u l-2018 fir-rigward tal-partita tal-baġit 2022 "Tindif u manutenzjoni" li tirriżulta minn kuntratt ġdid tal-manutenzjoni tal-bini u fatturi oħra, li fir-rigward tagħhom ma saritx stima u li rriżultaw f'żieda f’din il-linja baġitarja matul l-2018; jistieden lill-QĠUE tkompli bl-isforzi tagħha biex tħejji estimi tal-baġit sodi;

10.  Jilqa' l-fatt li r-rata ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-approprjazzjonijiet finali għal-laqgħat u l-konferenzi żdiedet għal 98,83 % fl-2018 (meta mqabbla mal-81,40 % fl-2017); jirrikonoxxi li din il-partita tal-baġit hija parzjalment maħsuba biex tiffinanzja żjarat uffiċjali u avvenimenti ċerimonjali li għalihom ippjanar baġitarju huwa inqas prevedibbli minħabba avvenimenti mhux previsti;

11.  Jilqa' l-isforz tal-QĠUE biex tippubblika r-rapport tal-attività annwali tagħha fid-29 ta' April; jinnota li l-QĠUE qed tkompli tesplora, f'kooperazzjoni ma' istituzzjonijiet oħra, il-possibbiltà li tmexxi l-kalendarju tagħha aktar 'il quddiem, biex l-awtorità ta' kwittanza jkollha aktar ħin biex tidħol aktar fil-fond u biex twettaq il-proċedura ta' kwittanza;

12.  Jirrikonoxxi l-impenn tal-QĠUE li taħdem favur l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri, b'mod partikolari fir-rigward tal-ġestjoni proattiva tal-kawżi bi skedi ta' żmien adatti skont in-natura u l-kumplessità tal-kawżi differenti; jirrikonoxxi l-ippjanar u l-monitoraġġ bir-reqqa tal-QĠUE biex tiġi żgurata kontinwità bla xkiel tal-attività ġudizzjarja; jinnota li t-tul medju tal-proċedimenti fl-2018 fil-Qorti tal-Ġustizzja kien  15,7 xhur (meta mqabbel ma' 16,4 xhur fl-2017) u fil-Qorti Ġenerali kien  20 xahar (meta mqabbel ma' 20,6 xhur fl-2015 u 16-il xhar fl-2017); iħeġġeġ lill-QĠUE tkompli bl-isforzi tagħha biex tqassar it-tul ta' żmien tal-proċedimenti kull fejn hu possibbli;

13.  Jirrikonoxxi li l-prijoritajiet ewlenin tal-QĠUE huma li tiżgura perjodu ta' żmien raġonevoli għat-trattament tal-kawżi mressqa quddiem iż-żewġ Qrati filwaqt li fl-istess ħin iżżomm il-kwalità tad-deċiżjonijiet; jinnota li, minħabba sistema ta' kontroll rigoruża u livell għoli ta' viġilanza, kien possibbli li jinkiseb tnaqqis fid-dewmien medju tal-proċedimenti matul snin reċenti; jinnota, madankollu, li dan jitlob attenzjoni kontinwa, b'mod partikolari fil-kuntest tal-fatt li x-xogħol kulma jmur qiegħed dejjem jiżdied;

14.  Jilqa' s-sodisfazzjon espress minn utenti tal-applikazzjoni e-Curia (li saret obbligatorja għall-iskambju ta' dokumenti proċedurali bejn l-avukati u l-Qorti Ġenerali sa mill-1 ta' Diċembru 2018); jinnota li l-użu ta' e-Curia ma sarx obbligatorju min-naħa tal-Qorti tal-Ġustizzja; jinkoraġġixxi lill-Qorti tal-Ġustizzja biex issegwi l-eżempju tajjeb tal-Qorti Ġenerali u biex tikkunsidra l-introduzzjoni obbligatorja tal-applikazzjoni e-Curia; ifaħħar il-fatt li dan l-iżvilupp tejjeb kemm is-sigurtà kif ukoll ir-rapidità ta' skambji bħal dawn, huwa aħjar għall-ambjent (naqas l-użu ta' karti) u naqqas l-ispejjeż postali; iħeġġeġ lill-QĠUE tkompli bl-isforzi tagħha biex tikseb diġitalizzazzjoni mifruxa tal-istadji kollha tal-proċess ġudizzjarju;

15.  Iqis il-fatt li aktar miżuri organizzattivi u proċedurali huma meħtieġa biex jippermettu lill-QĠUE tlaħħaq ma' ammont ta' xogħol dejjem akbar filwaqt li tibqa' tirrispetta l-objettivi tagħha; jinnota li, fis-26 ta' Marzu 2018, il-QĠUE, abbażi tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 281 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), għamlet talba biex temenda l-Protokoll Nru 3 dwar l-istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u li din il-proċedura leġiżlattiva ntemmet bl-adozzjoni u d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE, Euratom) 2019/629(7);

16.  Jinnota li l-QĠUE kellha 2 217-il post tax-xogħol fl-2018, magħmula minn 1 413-il uffiċjal (jew 64 %), 650 aġent temporanju (jew 29 %) u 154 aġent kuntrattwali (jew 7 %) (meta mqabbla ma' 2 180 kariga fl-2017);

17.  Jindika li d-distribuzzjoni ta' persunal skont is-settur ta' attività għadha simili għal dik tas-snin preċedenti, b'mill-inqas 85 % tal-postijiet tax-xogħol okkupati minn membri tal-persunal li jwettqu attivitajiet legali u lingwistiċi; jinnota li r-rata ta' okkupazzjoni tal-postijiet tax-xogħol baqgħet għolja ħafna fl-2018 (97 %) minħabba l-attività ġudizzjarja sostnuta, li tinvolvi l-mili rapidu u ottimali tal-postijiet tax-xogħol battala kollha;

18.  Itenni li, fil-kuntest taż-żieda kontinwa fl-għadd ta' kawżi, allokazzjoni flessibbli tar-riżorsi, b'mod partikolari ta' assistenti legali eżistenti, tista' żżid l-effikaċja tal-QĠUE; jistieden lill-QĠUE tirrapporta dwar il-miżuri konkreti meħuda;

19.  Jesprimi t-tħassib tiegħu li filwaqt li ħadmu 274 trainee mal-QĠUE fl-2018, 87 biss minnhom kienu intitolati għal stipendju ta' EUR 1 120 kull xahar; jilqa' l-fatt li l-QĠUE adottat regoli ġodda dwar it-trainees u talbet approprjazzjonijiet addizzjonali sabiex tkun tista' tiffinanzja internship għal trainees fil-kabinetti tal-membri mill-2019 'il quddiem; jinnota, madankollu, li sa issa, mhux it-traineeships kollha offruti se jiġu akkumpanjati b'remunerazzjoni ġusta; jagħti istruzzjonijiet (b’kunsiderazzjoni dovuta għall-prattiki ta' nondiskriminazzjoni u ta' remunerazzjoni ġusta) lill-QĠUE biex taċċetta malajr id-deċiżjoni li tibda tħallas it-trainees kollha; jistieden lill-QĠUE tiżgura remunerazzjoni ġusta lill-persunal kollu tagħha;

20.  Jilqa' r-riforma tal-Qorti Ġenerali, li ċekknet l-għadd ta' kawżi pendenti u d-dewmien medju tal-proċedimenti; jinnota li fl-2018, il-Qorti Ġenerali għalqet 13 % aktar kawżi mill-2017, u naqqset l-għadd ta' kawżi pendenti bi 12 %;

21.  Jilqa' l-fatt li, b'mod ġenerali, iż-żewġ qrati li jiffurmaw il-Qorti tal-Ġustizzja għalqu 1 769 kawża fl-2018, (dan huwa rekord f'termini ta' produttività) u li dan jikkonferma tendenza ġenerali lejn żieda qawwija fl-attività ġudizzjarja matul il-perjodu 2012-2018;

22.  Jindika li fl-2018, il-Qorti tal-Ġustizzja b'mod eċċezzjonali rreġistrat l-akbar għadd ta' kawżi ġodda introdotti (total ta’ 849, jiġifieri żieda ta' 15 % meta mqabbla mal-2017); jilqa' l-għadd rekord ta' kawżi magħluqa (total ta’ 760, jiġifieri żieda ta' 10 % meta mqabbla mal-2017);

23.  Jilqa' l-fatt li għall-ewwel darba fl-istorja tagħha, il-Qorti Ġenerali għalqet aktar minn 1 000 kawża fl-2018 (1 009); jenfasizza, barra minn hekk, it-tnaqqis sinifikanti fl-għadd ta' kawżi pendenti, 12 % meta mqabbel mal-2017 (1 333 kawża pendenti fil-31 ta' Diċembru 2018 meta mqabbel ma' 1 505 is-sena ta' qabel).

24.  Jinnota żieda kostanti fl-għadd ta' nisa f'pożizzjonijiet maniġerjali: 37,7 % fl-2018, 35 % fl-2016 u 30 % fl-2013; jinnota li hemm 27 mara fil-maniġment (21 fil-maniġment intermedju u 6 fil-maniġment ogħla) meta mqabbla ma' 45 raġel fil-maniġment fl-2018; jilqa' b'sodisfazzjon l-isforzi tal-QĠUE biex issaħħaħ il-politika tagħha dwar l-opportunitajiet indaqs u d-diversità billi tistabbilixxi entità speċjali li tintroduċi u ssegwi programmi, miżuri u laqgħat ta' sensibilizzazzjoni konkreti; jistieden lill-QĠUE tkompli bl-isforzi tagħha;

25.  Jinnota, madankollu, li għad hemm żbilanċ fl-għadd ta' nisa fost l-imħallfin, kemm fil-Qorti tal-Ġustizzja kif ukoll fil-Qorti Ġenerali; iħeġġeġ għal darb'oħra lill-Membri tal-Kunsill jirrimedjaw din is-sitwazzjoni billi jippromwovu b'mod attiv il-parità bejn is-sessi fil-ħatra tal-imħallfin, f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 8 tat-TFUE u l-Artikolu 23 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll mal-impenji meħuda skont ir-Regolamenti (UE, Euratom) 2015/2422(8) u (UE, Euratom) 2019/629;

26.  Itenni li l-bilanċ ġeografiku tal-persunal, b'mod partikolari fil-pożizzjonijiet maniġerjali, għandu jiġi mmonitorjat mill-qrib; jinnota li 15 biss mis-57 Kap ta' Unità tal-QĠUE, u 2 biss mit-13-il Direttur tagħha huma minn Stati Membri li ssieħbu fl-Unjoni f'Mejju 2004; jinkoraġġixxi lill-QĠUE għal darba oħra biex tiżviluppa politika biex ittejjeb il-bilanċ ġeografiku u biex tirrapporta lura għand l-awtorità ta' kwittanza f’dan ir-rigward;

27.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-impenn tal-QĠUE li tippromwovi miżuri ta' bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata bħall-adozzjoni ta' deċiżjoni li tippermetti t-telexogħol okkażjonali flimkien mal-arranġamenti strutturali tat-telexogħol; jinnota wkoll il-kisbiet fi ħdan l-IT biex jitjieb l-aċċess remot għall-applikazzjonijiet għax-xogħol; jinnota, barra minn hekk, b'sodisfazzjon l-isforzi biex tiġi protetta s-saħħa psikoloġika tal-persunal billi jiġi pprovdut l-appoġġ ta' psikologu, li jaħdem fuq bażi part-time;

28.  Jesprimi tħassib dwar l-għadd ta' każijiet ta' eżawriment fil-QĠUE (12 fl-2017 u 12 fl-2018); jitlob lill-QĠUE, għalhekk, tivvaluta jekk l-ammont tax-xogħol hux imqassam b'mod proporzjonali fost it-timijiet differenti u l-membri tal-persunal;

29.  Jistieden lill-QĠUE tippubblika fuq bażi annwali tabella b'data dettaljata dwar il-ftehimiet ta' kooperazzjoni interistituzzjonali tagħha rigward it-tariffi, is-servizzi u kwistjonijiet relatati; itenni l-importanza tal-kooperazzjoni interistituzzjonali permezz ta' ftehimiet dwar il-livell ta' servizz għal oqsma differenti, bħar-riżorsi umani, is-sigurtà u l-IT; jaqbel mar-rakkomandazzjonijiet tas-servizz tal-awditjar intern biex jiżdied l-iskambju ta' prattiki tajba ma' istituzzjonijiet oħra u biex jiġu esplorati l-possibbiltajiet ta' kooperazzjoni msaħħa għat-tħejjija tal-kuntratti u l-ġestjoni tal-kuntratti, bħal fi kwistjonijiet tal-IT; jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta' informazzjoni mogħtija b'rispons għall-mistoqsija tal-Parlament dwar il-kooperazzjoni tal-QĠUE mal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi; iħeġġeġ lill-QĠUE tfittex modi biex iżżid il-kooperazzjoni tagħha mal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi;

30.  Josserva li l-QĠUE aġġornat l-operazzjonijiet tagħha tal-ipproċessar tad-data wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2018/1725(9); jinnota b'apprezzament li nħolqot proċedura speċifika biex tirrapporta każijiet ta' ksur ta' data;

31.  Jilqa' l-isforzi tal-QĠUE biex ittejjeb iċ-ċibersigurtà tal-istituzzjoni; jinnota li l-attivitajiet ġew ikkoordinati mal-Iskwadra ta' Rispons f'Emerġenza relatata mal-Kompjuters għall-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-UE (CERT-EU) u mas-sottogrupp dwar is-sigurtà tal-Kumitat Interistituzzjonali għall-Informatika ;

32.  Jilqa' l-awditjar intern dwar il-funzjonament xieraq tal-għażla tal-persunal u l-proċeduri ta' reklutaġġ sabiex jiġu identifikati s-sinerġiji u s-simplifikazzjoni tal-opportunitajiet biex dawn isiru aktar effettivi; jinnota li pjan ta' azzjoni nbeda fl-2016 u tlesta fl-2018 bl-introduzzjoni ta' miżuri bħal manwal ġdid ta' reklutaġġ, moduli ġodda u aġġornati għas-sistema ta' informazzjoni tal-ġestjoni tar-riżorsi umani, is-simplifikazzjoni taċ-ċirkwiti amministrattivi u s-simplifikazzjoni tal-abbozzar tal-avviżi ta' postijiet vakanti; jinnota l-miżuri meħuda biex titjieb l-attraenza tal-QĠUE u tas-sit tal-Lussemburgu f'kuntest interistituzzjonali;

33.  Jenfasizza s-segwitu tal-awditur intern biex jevalwa jekk l-azzjoni meħuda mid-dipartimenti awditjati hijiex xierqa, effettiva u f'waqtha u biex jidentifika u jirreġistra titjib li jkun sar; jinnota b'sodisfazzjon li l-awditi kollha mwettqa ngħalqu mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe eżami addizzjonali;

34.  Jinnota l-istrateġija kontra l-frodi tal-QĠUE fil-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali li tista' tkun ta' detriment għall-interessi tal-Unjoni; jinnota li din l-istrateġija hija msejsa fuq id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament Finanzjarju u tar-Regolament tal-Persunal, issupplimentati minn sensiela ta' deċiżjonijiet u regoli interni; jirrikonoxxi li l-istrateġija hija parti integrali tal-politika ta' ġestjoni tar-riskju tal-QĠUE fil-qafas tas-sistema ta' kontroll intern;

35.  Jirrikonoxxi s-sistema ta' ġestjoni ambjentali tal-QĠUE bbażata fuq ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009(10); jinnota li l-QĠUE tejbet il-prestazzjoni ambjentali tagħha fl-2018 meta mqabbla mas-sena bażi 2015 kif ġej: tnaqqis fil-konsum tal-karta ta' 15,5 %, tnaqqis fil-konsum tal-elettriku ta' 8,3 % u żieda ta' 52,9 % fl-għadd ta' vidjokonferenzi; jilqa' diversi proġetti addizzjonali, bħat-tnaqqis fl-użu tal-plastik li jintuża darba biss, it-tnaqqis fl-għadd ta' printers individwali u dawk parteċipanti, flimkien mal-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni bbażati fil-Lussemburgu, fis-sistema "vel'OH" ta' roti għad-dispożizzjoni tal-pubbliku;

36.  Jilqa' l-impenn tal-QĠUE li tirrispetta bis-sħiħ l-iskeda ta' żmien u l-baġit għall-ħidma tal-ħames estensjoni tal-bini tal-QĠUE (il-kostruzzjoni tat-tielet torri li joffri 50 000 m2 addizzjonali) li ser jagħmilha possibbli li l-persunal kollu tal-QĠUE jinġabar f'sit wieħed; jinnota x-xogħlijiet ta' titjib tal-miżuri ta' sigurtà u jilqa' l-fatt li l-bini tal-QĠUE huwa mfassal biex jiżgura aċċess faċli għall-persuni b'diżabbiltà;

37.  Jilqa' l-fatt li se jinkiseb iffrankar ta' madwar EUR 100 miljun matul il-perjodu ta' deprezzament ta' 25 sena għal dik il-ħames estensjoni, meta mqabbel mal-kontinwazzjoni ta' politika ta' kiri, li juri b'mod ċar il-valur tal-politika magħżula ta' xiri tal-bini; jissottolinja l-eżitu tar-rapport speċjali Nru 34/2018 tal-Qorti tal-Awdituri dwar uffiċini tal-istituzzjonijiet tal-UE, li fih għamlet sejbiet pożittivi ħafna rigward l-effiċjenza tal-politika tal-bini tal-QĠUE;

38.  Jinnota b'interess li fl-2017, il-kumitat tal-persunal tal-QĠUE organizza stħarriġ dwar "spazji miftuħa" u ppreżenta s-sejbiet tiegħu lid-diretturi ġenerali fit-30 ta' Jannar 2018; jilqa' l-inizjattiva tal-QĠUE għall-ħolqien ta' grupp ta' ħidma li jinkludi d-direttur tal-bini u s-sigurtà, il-president tal-kumitat tal-persunal u membri tal-persunal li jaħdmu fi spazji miftuħa; jinnota li, b'segwitu għar-rakkomandazzjonijiet ta' dan il-grupp ta’ ħidma, id-direttorat tat-teknoloġija tal-informazzjoni kkonverta parti mill-ispazju tal-uffiċċji tiegħu f'uffiċċji individwali; jistieden lill-QĠUE tikkondividi l-għarfien tagħha minn din l-esperjenza ma' istituzzjonijiet oħra u mal-Kummissjoni b'mod partikolari;

39.  Jifraħ lill-QĠUE talli ġiet inkluża mill-Ombudsman Ewropew bħala waħda mit-tliet finalisti għall-Premju għall-Amministrazzjoni Tajba (fil-kategorija tal-"eċċellenza permezz tal-kollaborazzjoni") fir-rigward tal-ħolqien tan-Netwerk Ġudizzjarju tal-Unjoni Ewropea; jaqbel li f'termini ta' trasparenza u kooperazzjoni, it-tnedija tal-pjattaforma sigura f'Jannar 2018 (fejn dokumenti mhux żvelati preċedentement huma disponibbli għall-qrati parteċipanti) huwa pass importanti fid-direzzjoni t-tajba;

40.  Jinnota t-tnedija tas-sit web tal-QĠUE mfassal mill-ġdid f'Ġunju 2018 u l-passi u x-xogħlijiet importanti li saru sabiex tissaħħaħ, tiċċara u tiġi ssimplifikata l-informazzjoni mogħtija lill-pubbliku; jilqa' b'sodisfazzjon prodott ġdid fuq is-sit web imsejjaħ "skedi informattivi" li għandu l-għan li jippreżenta ħarsa ġenerali tal-ġurisprudenza ta' referenza f'qasam speċifiku tad-dritt tal-Unjoni fil-lingwi uffiċjali kollha; jinnota li stħarriġ reċenti wera livell għoli ħafna ta' sodisfazzjon tal-utenti: 80 % tal-utenti jagħtu klassifikazzjoni ta' bejn 4 u 5 minn 5;

41.  Jilqa' l-istrateġija ta' komunikazzjoni tal-QĠUE li tfittex li tressaq lill-QĠUE eqreb lejn iċ-ċittadini; jirrikonoxxi l-baġit li qed jevolvi tal-komunikazzjoni tal-QĠUE, li kien jammonta għal EUR 429 000 fl-2018 (meta mqabbel ma' EUR 330 500 fl-2013); jinnota l-films animati qosra li huma disponibbli fi 23 lingwa uffiċjali fuq il-kanal YouTube tal-QĠUE (segwit minn  82 800 spettatur fl-2018), il-preżenza tagħha fuq Twitter b'aktar minn 74 000 persuna jsegwuha (meta mqabbel ma' 42 000 fl-2017), l-avvenimenti ta' sensibilizzazzjoni tagħha, inklużi seminars għall-ġurnalisti u l-jiem għall-pubbliku tagħha;

42.  Iħeġġeġ lill-QĠUE xxandar is-seduti ta' smigħ pubbliċi tagħha u tagħmel ir-recordings tagħhom aċċessibbli online; iqis li dan it-titjib fit-trasparenza jkun konformi mal-Artikolu 15 tat-TFUE u jkun ta' benefiċċju għal dawk kollha li jaħdmu jew jistudjaw fil-qasam ġuridiku fl-Unjoni;

43.  Jiġbed l-attenzjoni li n-Netwerk Ġudizzjarju tal-Unjoni Ewropea, li jinkludi l-Qrati Kostituzzjonali u Supremi tal-Istati Membri, ġie stabbilit mill-QĠUE u huwa kkoordinat minnha;

44.  Jilqa' l-fatt li lista tal-missjonijiet (rappreżentazzjoni tal-QĠUE f'ċerimonja jew avveniment uffiċjali) imwettqa minn membri, f'konformità mal-kodiċi ta' kondotta rivedut tal-QĠUE, hija ppubblikata fuq is-sit web tal-QĠUE u fiha informazzjoni bħall-isem tal-membru parteċipanti u l-fini, il-post u l-organizzatur tal-avveniment; jistieden lill-QĠUE tippubblika wkoll l-ispejjeż relatati, bħalma jsir mill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni; itenni l-appell tiegħu lill-QĠUE biex tippubblika informazzjoni aktar dettaljata dwar l-attivitajiet esterni tal-membri, inklużi l-fini, id-data, il-post u l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u ta' sussistenza tal-avvenimenti elenkati, u jekk tħallsux mill-QĠUE jew minn parti terza;

45.  Jilqa' l-fatt li l-membri tal-QĠUE huma suġġetti għal kodiċi ta' kondotta li jirregola l-indipendenza, l-imparzjalità, l-integrità, l-impenn, il-kolleġjalità, ir-responsabbiltajiet u l-obbligi tagħhom; jinnota li l-QĠUE tqis id-dikjarazzjonijiet tal-interessi finanzjarji tal-membri tagħha bħala mezz intern biex tiżgura l-imparzjalità u l-indipendenza; jistieden lill-QĠUE tikkunsidra li tippubblikahom, fl-interess tal-iskrutinju pubbliku;

46.  Jinnota li d-dikjarazzjonijiet tal-interessi finanzjarji huma neċessarjament ta' natura awtodikjaratorja u minħabba l-qafas legali attwali, il-QĠUE m'għandha l-ebda setgħa investigattiva biex tiżgura l-veraċità u l-eżawrjenza tad-data ddikjarata; jistieden lill-QĠUE ttejjeb is-sistema f'kooperazzjoni ma' istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni;

47.  Itenni t-talba tiegħu lill-QĠUE biex tippubblika s-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interess tal-membri kollha tagħha fuq is-sit web tagħha; jinnota li fuq is-sit web hemm ippubblikati bijografiji qosra ta' kull membru (madankollu dawn ma fihomx informazzjoni dwar sħubija ma' xi organizzazzjoni oħra); jinnota li l-membri huma meħtieġa jippreżentaw dikjarazzjoni tal-interessi finanzjarji tagħhom lill-president tal-qorti tal-QĠUE li huma membri tagħha meta jieħdu l-kariga, skont il-Kodiċi ta' Kondotta l-ġdida għall-membri; jistieden lill-QĠUE tippubblika dawk id-dikjarazzjonijiet fuq is-sit web tagħha;

48.  Jirrikonoxxi l-proċeduri interni biex jiġi verifikat, qabel ma kawża tingħata lil membru, fuq il-bażi tad-dikjarazzjonijiet ta’ interess, jekk dak il-membru għandux interess finanzjarju fil-kawża; jinnota li l-membri jikkuntattjaw lill-President tal-qorti tal-QĠUE li huma membri tagħha kull meta tqum kwistjoni relatata mal-interpretazzjoni tal-kodiċi ta' kondotta u li l-kumitat konsultattiv jitlaqqa' biss f'każijiet eċċezzjonali, pereżempju meta jkun tressaq ilment kontra membru; jitlob lill-QĠUE tagħti parir lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament dwar kemm hu sod dan il-mekkaniżmu;

49.  Jiddispjaċih il-fatt li ma rċeviex informazzjoni dwar il-progress miksub rigward proċeduri interni dwar "bibien iduru" għall-membri anzjani tal-persunal; ifakkar lill-QĠUE dwar l-inizjattiva strateġika mwettqa mill-Ombudsman Ewropew fl-2018 dwar kif għandhom jiġu implimentati d-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolamenti tal-Persunal dwar "ċaqliq b'bibien iduru" tal-membri anzjani tal-persunal; jistieden lill-QĠUE tistabbilixxi u tippubblika regoli stretti f’dan ir-rigward mingħajr dewmien;

50.  Jieħu nota tal-proċedura relatata mad-dikjarazzjoni ta' qabel ir-reklutaġġ dwar in-nuqqas ta' kunflitti ta' interessi għall-membri ġodda tal-persunal; jinnota wkoll li l-proċess ta' reklutaġġ ġie modifikat biex jiġi żgurat li dikjarazzjonijiet bħal dawn jiġu vvalutati u li, jekk ikun meħtieġ miżuri partikolari jiġu proposti lill-awtorità tal-ħatra; jinnota wkoll li l-QĠUE qed taħdem fuq regoli li jirregolaw l-eżerċizzju ta' attivitajiet esterni mill-persunal; jistieden lill-QĠUE tirrapporta dwar dan lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament;

51.  Jirrikonoxxi l-proċeduri u r-regoli interni tal-QĠUE għall-prevenzjoni ta' kull forma ta' fastidju fuq il-post tax-xogħol, li huma ppubblikati fuq is-sit web tagħha; jilqa' l-informazzjoni pprovduta dwar kif tinbeda proċedura formali jew informali f'każ ta' mġiba mhux xierqa;

52.  Jifraħ lin-netwerk interistituzzjonali tal-counsellors (li jinvolvi l-parteċipazzjoni tal-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni li jinsabu fil-Lussemburgu u li twaqqaf sabiex isir skambju tal-aħjar prattiki fil-qasam tal-prevenzjoni tal-fastidju u tal-konsulenza); jilqa' t-taħriġ intensiv mogħti lill-counsellors tal-QĠUE;

53.  Jiddeplora l-fatt li ma ġiex infurmat mill-QĠUE dwar pjanijiet biex tissaħħaħ is-sistema ta' kontroll relatata mal-użu ta' karozzi uffiċjali; jenfasizza r-rekwiżit li x-xufiera għandhom biss jakkumpanjaw il-membri f'pajjiżhom f'każijiet eċċezzjonali u ġustifikati; iħeġġeġ lill-QĠUE biex tadotta miżuri rapidament biex jiġu evitati sitwazzjonijiet li fihom ix-xufiera jmorru fil-pajjiżi tal-membri mingħajr ma jkollhom il-membru abbord; jissottolinja r-riskji kbar - etiċi u għar-reputazzjoni tal-QĠUE - li jistgħu joħolqu dawn il-prattiki; jistieden lill-QĠUE tirrapporta lura għand l-awtorità ta' kwittanza dwar il-progress miksub f'dan ir-rigward sa Ġunju 2020;

54.  Jinnota li aktar minn 40 % tal-ammont ta' xogħol ta' traduzzjoni ġie esternalizzat, u li l-ispiża ta' paġna tradotta esternalizzata fl-2018 tammonta għal EUR 103,10 (meta mqabbla ma' EUR 111,30 fl-2017); jinnota li l-ispiża ta' paġna tradotta internament fl-2018 ammontat għal EUR 128,07 (meta mqabbla ma' EUR 136,70 fl-2017); jinnota li l-ispiża interna tinkludi s-sottospejjeż kollha meħtieġa, bħalma huma l-IT, l-ispazju għall-uffiċċji u elementi oħra simili; jinnota li bil-kundizzjonijiet attwali, il-QĠUE ma tqisx li żieda ulterjuri fir-rata ta' esternalizzazzjoni hija rakkomandabbli u li, minħabba n-natura sensittiva tal-informazzjoni trattata minn din l-istituzzjoni, parti mill-ammont tax-xogħol ta' traduzzjoni għandha tibqa' ssir internament; jitlob lill-QĠUE tispjega lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament ir-raġunament għal dan il-ħsieb;

55.  Jirrikonoxxi li l-membri tal-persunal mir-Renju Unit ġew infurmati li l-awtorità tal-ħatra m'għandhiex l-intenzjoni li tirrikjedi r-riżenja obbligatorja tal-uffiċjali li ma għadhomx ċittadini ta' Stat Membru wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni; jinnota li, bl-istess mod, aġenti temporanji u kuntrattwali mir-Renju Unit ġew infurmati li se ssir valutazzjoni abbażi tal-interessi tas-servizz fuq bażi ta' każ b'każ;

56.  Jenfasizza l-ħidma kollha li nkisbet fi snin reċenti f'oqsma bħal ibbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni, il-qafas etiku bil-bosta regoli u proċeduri relatati tiegħu, attivitajiet ta' komunikazzjoni msaħħa u n-numru dejjem jiżdied ta' miżuri biex titjieb it-trasparenza; jilqa' n-numru importanti ta' ftehimiet interistituzzjonali dwar is-servizzi u l-kooperazzjoni; jissottolinja l-importanza ta’ kollaborazzjoni u ta’ kondiviżjoni tal-esperjenza fost istituzzjonijiet u korpi tal-Unjoni; jissuġġerixxi li ssir analiżi dwar il-possibbiltà ta' attivitajiet formalizzati ta' netwerking f'oqsma differenti sabiex jiġu kondiviżi l-aħjar prattiki u biex jiġu żviluppati soluzzjonijiet komuni.

(1) ĠU L 57, 28.2.2018.
(2) ĠU C 327, 30.9.2019, p. 1.
(3) ĠU C 340, 8.10.2019, p. 1.
(4) ĠU C 340, 8.10.2019, p. 9.
(5) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(6) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(7) Regolament (UE, Euratom) 2019/629 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2019 li jemenda l-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 111, 25.4.2019, p. 1).
(8) Regolament (UE, Euratom) 2015/2422 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2015 li jemenda l-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 341, 24.12.2015, p. 14).
(9) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
(10) Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta' organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta' ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 u d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2001/681/KE u 2006/193/KE (ĠU L 342, 22.12.2009, p. 1).


Kwittanza 2018: Baġit ġenerali tal-UE - L-Ombudsman Ewropew
PDF 160kWORD 53k
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Mejju 2020 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018, Taqsima VIII - L-Ombudsman Ewropew (2019/2062(DEC))
P9_TA-PROV(2020)0086A9-0028/2020

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018(1),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018 (COM(2019)0316 – C9-0057/2019)(2),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Ombudsman Ewropew lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2018,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2018, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet(3),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2018 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(5), u b'mod partikolari l-Artikoli 55, 99, 164, 165 u 166 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(6), u b'mod partikolari l-Artikoli 59, 118, 260, 261 u 262 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0028/2020),

1.  Jagħti l-kwittanza lill-Ombudsman Ewropew għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Ombudsman Ewropew għas-sena finanzjarja 2018;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Ombudsman Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Mejju 2020 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018, Taqsima VIII – L-Ombudsman Ewropew (2019/2062(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018, Taqsima VIII - L-Ombudsman Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0028/2020),

A.  billi, fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, l-awtorità ta' kwittanza tixtieq tisħaq fuq l-importanza partikolari li tissaħħaħ aktar il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni permezz ta' titjib fit-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont, u permezz tal-implimentazzjoni tal-kunċett ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni u governanza tajba tar-riżorsi umani;

1.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Ombudsman Ewropew ("l-Ombudsman") għas-sena finanzjarja 2018, osservat li ma ġiet identifikata l-ebda dgħufija serja fir-rigward tat-temi awditjati relatati mar-riżorsi umani u mal-akkwist;

2.  Jinnota l-konklużjoni tal-Qorti li l-pagamenti kollha kemm huma għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2018, fir-rigward tan-nefqa amministrattiva tal-Ombudsman, kienu ħielsa minn żbalji materjali u li s-sistemi ta' superviżjoni u kontroll eżaminati kienu effikaċi;

3.  Jiddispjaċih, bħala osservazzjoni ġenerali, li l-Kapitolu 10, "Amministrazzjoni", tar-Rapport Annwali tal-Qorti għandu kamp ta' applikazzjoni u konklużjonijiet pjuttost limitati, minkejja l-fatt li l-Intestatura 5, ‘Amministrazzjoni’, tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali titqies li hija ta’ riskju baxx;

4.  Jinnota li l-Qorti għażlet kampjun ta' 45 tranżazzjoni li jikkorrispondu għall-Intestatura 5 ‘Amministrazzjoni’ tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-istituzzjonijiet u l-korpi kollha tal-Unjoni; jinnota li l-kampjun tfassal biex ikun rappreżentattiv tal-firxa ta' nfiq fl-ambitu tal-Intestatura 5, li tirrappreżenta 6,3 % tal-baġit tal-Unjoni; jinnota li l-ħidma tal-Qorti tindika li n-nefqa amministrattiva hija ta' riskju baxx; jikkunsidra, madankollu, li n-numru ta' tranżazzjonijiet magħżula b'rabta mal-"istituzzjonijiet l-oħra" mhuwiex suffiċjenti u jitlob lill-Qorti żżid l-għadd ta' tranżazzjonijiet li għandhom jiġu eżaminati b'tal-inqas b'10 %;

5.  Jilqa' favorevolment il-fatt li l-Ombudsman tirrispetta l-aħjar prattika li tiġi stabbilita skadenza għall-preżentazzjoni tar-rapport annwali tal-attività fil-31 ta' Marzu tas-sena li tiġi wara s-sena kontabilistika; jilqa' pożittivament il-fatt li, għaldaqstant, il-fatt li l-Ombudsman adotta r-rapport annwali tal-attività tiegħu sat-28 ta' Marzu, bil-għan li jagħti lill-awtorita’ ta' kwittanza aktar żmien biex tifli r-rapport u biex il-proċedura ta' kwittanza tkun tista' ssir b'mod aqwa;

6.  Jenfasizza li l-baġit tal-Ombudsman huwa wieħed purament amministrattiv u fl-2018 ammonta għal EUR 10 837 545 (meta mqabbel ma' EUR 10 905 441 fl-2017), li wassal għal tnaqqis ta' EUR 67 896 (0,62 %); jilqa' favorevolment il-ġestjoni finanzjarja kumplessivament prudenti u soda tal-Ombudsman fil-perjodu tal-baġit tal-2018; jinnota li 95,33 % tal-approprjazzjonijiet kollha ġie impenjat (meta mqabbel ma' 93,91 % fl-2017) u 91,33 % ġie mħallas (meta mqabbel ma' 86,20 % fl-2017);

7.  Jinnota t-titjib relatat mal-approprjazzjonijiet riportati mill-2018 għall-2019 li jirrappreżenta EUR 433 865,17 (4 % tal-baġit tal-2018) meta mqabbel ma' EUR 841 340,68 (7,71 % tal-baġit tal-2017) mill-2017 sal-2018;

8.  Josserva, madankollu, li kien hemm approprjazzjonijiet li ma ntużawx fir-rigward ta' diversi linji baġitarji, bħal fil-każ tal-‘laqgħat esterni’ (linja baġitarja B3-030) b'EUR 13 514,61 mhux użati minn EUR 45 000, ‘il-pubblikazzjonijiet’ (linja baġitarja B3-210) b'EUR 47 530,48 mhux użati minn EUR 161 100, eċċ.; ifakkar fil-ħtieġa ta' miżuri ħalli jitnaqqsu s-soprastimi tal-baġit;

9.  Jieħu nota tar-riżorsi limitati tal-Ombudsman biex jiġi trattat il-volum ta' xogħol dejjem jiżdied; jappoġġja t-talba tal-Ombudsman biex il-pjan ta' stabbiliment jiġi allinjat mal-ħtiġijiet reali u max-xogħol, billi jiġu identifikati dawk il-funzjonijiet ta' natura permanenti li għandhom jiġu mwettqa minn persunal permanenti; jieħu nota li t-tabella tal-persunal fl-2018 kienet tinkludi 82 post (meta mqabbel mas-77 post fl-2013); jitlob lill-Ombudsman tirrapporta lura f'termini potenzjali ta' titjib fl-effiċjenza, dovut biss għall-fatt li organizza ruħu mill-ġdid u qassam il-kompiti mill-ġdid;

10.  Iħeġġeġ lill-Uffiċċju tal-Ombudsman jikkoopera ma' istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni bil-ħsieb li jiġu limitati l-ispejjeż; josserva li, f'dak li għandu x'jaqsam mat-traduzzjoni, l-Ombudsman ma għandux tradutturi interni u, għalhekk, jiddependi fuq il-Parlament u ċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea; jieħu nota, madankollu, tal-fatt li fl-2018 kien hemm żieda fl-ispiża għat-traduzzjoni, peress li l-Ombudsman nefaq EUR 343 771 għat-traduzzjoni (meta mqabbel ma' EUR 262 631 fl-2017);

11.  Jilqa' favorevolment il-bilanċ bejn il-ġeneri eżemplari fil-postijiet maniġerjali, b'4 nisa u 4 rġiel; jinnota, madankollu, li globalment il-persunal huwa kompost minn 65 % nisa, u 35 % biss irġiel; iħeġġeġ lill-Uffiċċju tal-Ombudsman joħloq ambjent tax-xogħol b'ugwaljanza bejn il-ġeneri akbar;

12.  Jinnota li rigward il-bilanċ ġeografiku, fil-postijiet maniġerjali tal-Ombudsman fl-2018 kien hemm sitt nazzjonalitajiet differenti (Ġermaniżi, Griegi, Irlandiżi, Taljani, Pollakki u Żvediżi), meta mqabbel mat-tmien nazzjonalitajiet rappreżentati fl-2013 (Awstrijaki, Ġermaniżi, Daniżi, Griegi, Irlandiżi, Portugiżi, u Britanniċi); jikkunsidra l-fatt li bejn l-2013 u l-2018 kien hemm tnaqqis fl-għadd totali ta' maniġers, minn ħdax għal tmienja; jistieden lill-Ombudsman tkompli bl-isforzi tagħha biex tilħaq bilanċ ġeografiku, madankollu fid-dawl tad-daqs żgħir tal-Uffiċċju tal-Ombudsman u tal-attivitajiet speċifiċi ewlenin tiegħu;

13.  Jilqa' favorevolment l-isforzi tal-Ombudsman b'rabta mal-politika l-ġdida dwar il-ġeneri, iżda jiddispjaċih għad-disparità’ fil-medja ta' ġranet ta' taħriġ skont il-ġeneru: 6,80 għall-irġiel meta mqabbel ma' 5,90 għan-nisa;

14.  Jirrikonoxxi li l-implimentazzjoni tal-qafas ta' politika dwar ir-riżorsi umani tal-2017 qed tkompli, bl-adozzjoni ta' regoli ġodda dwar ir-reklutaġġ ta' aġenti temporanji, permezz ta' deċiżjoni dwar ix-xogħol part-time u s-sigħat ta' kreditu, u b'politika kontra d-diskriminazzjoni u favur l-ugwaljanza; jieħu nota ta' aktar inizjattivi li jtejbu l-proċeduri u l-azzjonijiet ta' reklutaġġ, bħal żjarat ta' studju għall-persunal u programmi ta' skambju tal-persunal;

15.  Iħeġġeġ lill-Ombudsman tkompli l-iżvilupp ta' qafas ta' politika fit-tul għar-riżorsi umani biex jiġu indirizzati l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, l-iggwidar tul il-ħajja u l-iżvilupp tal-karriera, il-bilanċ bejn il-ġeneri, in-nondiskriminazzjoni, it-telexogħol, il-bilanċ ġeografiku u r-reklutaġġ tal-persunal tagħha, u wkoll l-integrazzjoni ta' persuni b'diżabilità fil-persunal tagħha;

16.  Jinnota b'interess li fir-rigward tal-attivitajiet interni tiegħu, l-Ombudsman stiednet lill-Forum Ewropew dwar id-Diżabilità biex juża l-kanali tiegħu ħalli jxerred is-sejħa għal traineeship mal-Ombudsman bil-għan li persuni b'diżabilità jiġu mħeġġa japplikaw; jieħu nota li l-formola ta' applikazzjoni ġiet riveduta bil-għan li tiddaħħal mistoqsija dwar akkomodazzjoni raġonevoli meħtieġa matul il-proċeduri tal-għażla;

17.  Jilqa' pożittivament il-fatt li, fil-qafas tal-istandards ta' kontroll intern tal-Ombudsman, ittieħdu azzjonijiet biex tiġi implimentata d-deċiżjoni dwar il-prevenzjoni tal-fastidju, inkluż bil-ħatra ta' uffiċjali tal-etika (wieħed fi Brussell u ieħor fi Strasburgu) u ta' membri tal-kumitat ta' konċiljazzjoni; jieħu nota tal-fatt li f'Settembru 2018, il-persunal kollu pparteċipa f’kors ta’ taħriġ obbligatorju dwar l-imġiba etika (li kien jinkludi l-prevenzjoni tal-fastidju), u f'Novembru 2018 ġiet organizzata sessjoni speċifika għall-kapijiet ta' unità;

18.  Jilqa' favorevolment l-implimentazzjoni tal-gwida dwar l-etika u l-mġiba tajba għall-persunal tal-Ombudsman, li ġiet adottata fl-2017, li tirrikjedi li membri ġodda tal-persunal jimlew formola ta' dikjarazzjoni ta' interess, u li tinforma lill-membri tal-persunal li jitilqu mill-uffiċju dwar l-obbligi tagħhom.

19.  Jiddispjaċih għall-fatt li s-segwitu tal-Ombudsman għar-riżoluzzjoni dwar il-kwittanza tal-2017 sempliċiment jirrikonoxxi l-kummenti tal-Parlament b'rabta mal-parti l-kbira tal-punti msemmija, mingħajr ma jagħti aktar dettalji; jenfasizza l-importanza tar-rapport ta' segwitu għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament, u jistieden lill-Ombudsman sabiex fir-rapport ta' segwitu jiġu nklużi r-risposti u l-ispjegazzjonijiet meħtieġa dwar il-punti mqajma;

20.  Jinnota li l-indikatur ewlieni tal-prestazzjoni għall-konformità globali tal-Ombudsman, li kellu mira ambizzjuża ta' 90 %, ma setax jintlaħaq fl-2018; jinnota li ntlaħqet ir-rata ta' 81 % (meta mqabbla ma' 85 % fl-2017), filwaqt li r-rata ta' konformità għal inkjesti ta' interess pubbliku laħqet il-85 % (meta mqabbla ma' 79 % fl-2017); jirrikonoxxi li r-rata tal-aħħar hija sinifikanti b'kunsiderazzjoni tal-fatt li l-effett ta' konformità x'aktarx li jibbenefika udjenza akbar;

21.  Jappoġġja l-intenzjoni tal-Ombudsman li tikkoopera aktar mill-qrib mal-Parlament biex tiżgura li jiġi informat dwar in-nuqqasijiet, b'mod partikolari dwar każijiet ta' amministrazzjoni ħażina li joħorġu mill-injkesti jew mir-risposti negattivi tal-istituzzjonijiet għar-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-Ombudsman; jemmen li sakemm din l-informazzjoni tingħata f'format imqassar u organizzat, hija jkollha valur kbir għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament; jinnota, madankollu, li l-Ombudsman tikkonferma x-xejra li ġeneralment, l-istituzzjonijiet jikkomunikaw mal-Ombudsman b'mod kostruttiv;

22.  Jenfasizza l-fatt li r-riżultati għat-tliet elementi kollha tal-indikatur ewlieni tal-prestazzjoni 7 (effiċjenza: l-indikatur kompost għat-trattament ta' lmenti u inkjesti) jindikaw li l-miri kollha ntlaħqu jew inqabżu; jinnota li l-proporzjonijiet ta' inkjesti magħluqa fi żmien sitt xhur u fi żmien tmintax-il xahar huma ta' 57 % u 88 % rispettivament (bil-miri jkunu ta' 50 % u 80 % rispettivament), u li t-tielet element, il-‘proporzjon ta' deċiżjonijiet ta' ammissibilità’ li ttieħdu fi żmien xahar, wera żieda sinifikanti minn 69 % fl-2016 għal 86 % fl-2017, u laħaq il-mira ta' 90 % fl-2018;

23.  Jinnota li fl-2018, il-medja ta' żmien għat-trattament tal-kategoriji kollha ta' lmenti żdiedet għal 79 jum (meta mqabbla ma' 64 jum fl-2017), filwaqt li ż-żmien medju għat-trattament tal-inkjesti naqas għal 255 jum fl-2018 (meta mqabbel ma' 266 jum fl-2017 u ma' 369 jum fl-2013); jinnota, madankollu, li n-numru ta' inkjesti magħluqa abbażi ta' lmenti li ngħalqu żdied b'53 % (li jiġġustifika ż-żieda fil-medja taż-żmien għat-trattament tal-kategoriji kollha ta' lmenti);

24.  Jinnota li fl-2018 l-għadd ta' lmenti fi ħdan il-mandat (880 meta mqabbel ma' 751 fl-2017) kompla jiżdied b'mod sinifikanti (+ 17 %) wara żieda ta' 5,5 % fl-2017; jinnota li l-għadd ta' inkjesti miftuħa minħabba lmenti kien ta' 482 meta mqabbel ma' 433 fl-2017 (+ 11 %), u l-għadd ta' inkjesti magħluqa abbażi ta' lmenti kien ta' 534 meta mqabbel ma' 348 fl-2017 (+ 53 %); jinnota li ż-żieda fl-inkjesti miftuħa u magħluqa hija parzjalment dovuta għall-fatt li, minħabba l-klassifikazzjoni mill-ġdid, għadd ta' każijiet li qabel kienu jiġu kklassifikati bħala ‘l-ebda bażi għal inkjesta’, issa huma magħluqa bħala ‘inkjesti li fihom ma nstabet l-ebda amministrazzjoni ħażina’;

25.  Jieħu nota tar-riżultati tal-inkjesti magħluqa mill-Ombudsman fl-2018, li kienu (a) 253 każ bħala ‘l-ebda każ ta' amministrazzjoni ħażina’ (46,6 %), (b) 221 każ bħala ‘solvuti mill-istituzzjonijiet ikkonċernati - suġġerimenti aċċettati - soluzzjonijiet miksuba’ (40,6 %), (c) 56 każ bħala ‘mhux ġustifikati aktar inkjesti’ (10,3 %), (d) 29 każ bħala ‘evidenza ta' amministrazzjoni ħażina’ (5,3 %), u (e) 10 każijiet bħala ‘oħrajn’(1,8 %); jirrikonoxxi li l-missjoni fundamentali tal-Ombudsman hija li jiġi żgurat li l-amministrazzjoni tal-Unjoni taqdi l-interess pubbliku, u li jiġi megħjun kulmin jiffaċċja problemi mal-istituzzjonijiet tal-Unjoni;

26.  Jinnota li sa mill-2013, id-dettalji dwar il-missjonijiet tal-Ombudsman, inklużi l-ispejjeż, l-iskop u t-tul ta' żmien, ġew ippubblikati fuq is-sit web tal-Ombudsman; jinnota li fl-2018, l-ispejjeż ta' missjonijiet ammontaw għal EUR 27 206,79 (meta mqabbla ma' EUR 30 592 tal-2017); itenni li għal raġunijiet ta' trasparenza, fir-rapport tal-attività annwali, għandha tiġi inkluża lista li tittratta s-sitwazzjoni annwali tal-missjonijiet;

27.  Jirrikonoxxi l-inizjattiva ‘Premju għal Amministrazzjoni Tajba’, li hija pożittiva għaliex tirrikonoxxi ix-xogħol tajjeb b'mod formali, tippromwovi l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki fost l-istituzzjonijiet, u sservi ta' ispirazzjoni għal proġetti futuri; jilqa' favorevolment il-kooperazzjoni man-Netwerk Ewropew tal-Ombudsmen, ma' korpi oħra tal-Istati Membri u ma' netwerks u organizzazzjonijiet internazzjonali biex jiġu identifikati u promossi l-ogħla standards;

28.  Jilqa' pożittivament l-azzjonijiet meħuda mill-Ombudsman biex jiġu mtejba ċ-ċibersigurtà u l-protezzjoni tad-data, pereżempju permezz ta' korsijiet ta’ taħriġ dwar is-sigurtà tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, l-iżvilupp ta' proċeduri dwar it-trattament tal-ksur tad-data, iż-żamma ta' konsultazzjoni f'waqtha mal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data biex tiġi garantita l-privatezza waqt it-tfassil tal-proġetti; jitlob lill-Ombudsman tirrapporta aktar dwar l-implimentazzjoni tal-punti ta' azzjoni li għadhom għaddejjin, inkluż dwar l-istabbiliment ta' mudell għall-valutazzjonijiet tal-impatt tal-privatezza tad-data u wkoll ta' reġistru ċentrali ta' rekords ta' operazzjonijiet ta' pproċessar;

29.  Jirrikonoxxi l-valur miżjud għall-Ombudsman li jiġi minn software liberu u b'sors miftuħ; jenfasizza b'mod partikolari r-rwol li dawn għandhom biex tiżdied it-trasparenza u jiġu evitati l-effetti ta' intrappolament tal-bejjiegħa; jirrikonoxxi wkoll il-potenzjal li għandhom biex itejbu s-sigurtà, li hu dovut għall-fatt li jippermettu li jiġu identifikati u rranġati n-nuqqasijiet; jirrakkomanda bil-qawwa li kwalunkwe software żviluppat għall-istituzzjoni jkun disponibbli għall-pubbliku taħt liċenzja ta' software liberu u b'sors miftuħ:

30.  Jissottolinja l-importanza li ċ-ċittadini tal-Unjoni jifhmu li għandhom il-possibbiltà li jirrikorru għand l-Ombudsman fil-każ ta' amministrazzjoni ħażina; jieħu nota tal-isforzi kontinwi magħmula biex tiżdied il-viżibbiltà tal-Uffiċċju tal-Ombudsman bl-użu ta' għodod bħas-sit web il-ġdid, varat fl-2018, li jinkludi interfaċċja riveduta għal ilmenti potenzjali u wkoll funzjoni ta' tiftix faċli għall-utent; jinnota l-filmat il-ġdid li jenfasizza suġġetti bħall-aċċess għall-informazzjoni, il-problemi bil-finanzjament tal-Unjoni u t-trasparenza tal-lobbjar; jinnota ż-żidiet fl-utenti li jużaw il-pjattaformi tal-Ombudsman, +17 % fuq Twitter, +13 % fuq LinkedIn, u żieda sostanzjali ta' +61 % ta' utenti fuq Instagram; barra minn hekk, iħeġġeġ l-użu ta' pjattaformi ta' netwerks soċjali self-hosted b'sors miftuħ li jagħtu attenzjoni speċjali lill-protezzjoni tad-data tal-utenti;

31.  Jinkoraġġixxi li l-Ombudsman twettaq progress fuq politika koerenti għad-diġitalizzazzjoni tas-servizzi tiegħu;

32.  Jilqa' favorevolment l-iżvilupp ta' linji gwida dwar il-midja soċjali, f'kooperazzjoni ma' istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni, u l-iskambju tal-aħjar prattiki bil-għan li jiġu indirizzati l-isfidi ffaċċjati mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni f'termini ta' użu dejjem akbar tal-midja soċjali u l-esponiment għalihom;

33.  Iħeġġeġ lill-Uffiċċju tal-Ombudsman ikompli bl-isforzi tiegħu biex inaqqas l-impronta ambjentali tiegħu, bħall-promozzjoni tad-diġitalizzazzjoni biex jitnaqqas l-użu tal-karti, il-limitazzjoni tal-missjonijiet tal-persunal billi jiġi promoss l-użu ta' faċilitajiet ta' vidjokonferenza, u bil-promozzjoni tal-użu ta' trasport kollettiv; jitlob li jingħata aktar informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta' tali attivitajiet fil-kwittanza 2019;

34.  Jissottolinja t-talba ripetuta tal-Parlament, fid-dawl tar-realtajiet u l-isfidi l-ġodda, biex jiġi rivedut l-istatut tal-Ombudsman; jinnota li l-aħħar reviżjoni twettqet fl-2008 u finalment, fi Frar 2019, saret votazzjoni dwar riżoluzzjoni dwar abbozz ta' regolament tal-Parlament li jistabbilixxi r-regolamenti u l-kundizzjonijiet ġenerali li jirregolaw il-prestazzjoni tal-obbligi tal-Ombudsman (l-Istatut tal-Ombudsman Ewropew); jinnota li d-deċiżjoni dwar l-adozzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni għal dan ir-Regolament tinsab f'idejn l-Ombudsman; jitlob lill-Uffiċċju tal-Ombudsman biex jirrapporta dwar dawn il-kwistjonijiet fir-rapport tal-attività annwali li jmiss tiegħu;

35.  Jilqa' pożittivament il-fatt li l-Ombudsman wettqet inkjesta dwar l-immaniġġjar ta' "sitwazzjonijiet ta' bibien iduru" u eżaminat kif 15-il istituzzjoni u korp tal-Unjoni (inkluż il-Parlament Ewropew, il-Kunsill, u l-Qorti) jippubblikaw informazzjoni meta l-membri anzjani tal-persunal tagħhom jitolbu approvazzjoni biex jaċċettaw impjieg estern (inkluż eżami dwar kemm-il darba din l-informazzjoni tiġi ppubblikata kif ukoll l-ambitu u l-kontenut tal-informazzjoni); jinnota li l-Ombudsman sabet livell ta' sensibilizzazzjoni għoli dwar l-importanza ta' regoli ta' implimentazzjoni sodi f'dan il-qasam, madankollu, ġew ippreżentati xi suġġerimenti għal titjib; jilqa' favorevolment l-intenzjoni tal-Ombudsman li twettaq inkjesta ta' segwitu fl-2020;

36.  Jifraħ lill-Ombudsman għall-proċedura interna FAST-Track ġdida biex jiġu trattati lmenti relatati ma' aċċess għal dokumenti; jieħu nota li skont is-sistema l-ġdida, id-deċiżjonijiet dwar l-ilmenti qed jittieħdu tliet darbiet aktar malajr milli skont il-proċedura standard; jitlob lill-Ombudsman tikkondividi l-eżitu tal-evalwazzjoni tagħha dwar l-effikaċja ta' din il-proċedura l-ġdida ma' istituzzjonijiet u korpi oħra tal-Unjoni;

37.  Jilqa' pożittivament il-kooperazzjoni tal-Ombudsman mal-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi fir-rigward ta' każijiet ippreżentati liż-żewġ organizzazzjonijiet; jinnota l-kanal ta' kuntatt dirett bil-għan jiġi evitat it-trikkib ta' investigazzjonijiet, li ta l-ewwel frott tiegħu fl-2018;

38.  Jenfasizza l-ħidma kollha li saret fis-snin li għaddew f'oqsma bħall-ibbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni, il-qafas etiku bir-regoli u l-proċeduri kollha relatati tiegħu, it-tisħiħ tal-attivitajiet ta' komunikazzjoni u n-numru ta' miżuri dejjem akbar għat-titjib tat-trasparenza; jilqa' favorevolment l-għadd sinifikanti ta' ftehimiet interistituzzjonali dwar is-servizzi u l-kooperazzjoni; jissottolinja l-importanza tal-kollaborazzjoni u l-kondiviżjoni tal-esperjenza fost l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni; jissuġġerixxi li tiġi analizzata l-possibilità ta' attivitajiet ta' netwerking formali f'oqsma differenti, bil-għan li jiġu kondiviżi l-aħjar prattiki u jiġu żviluppati soluzzjonijiet komuni.

(1) ĠU L 57, 28.2.2018.
(2) ĠU C 327, 30.9.2019, p. 1.
(3) ĠU C 340, 8.10.2019, p. 1.
(4) ĠU C 340, 8.10.2019, p. 9.
(5) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(6) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.


Kwittanza 2018: Baġit ġenerali tal-UE – Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
PDF 164kWORD 58k
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Mejju 2020 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018, Taqsima IX – Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (2019/2063(DEC))
P9_TA-PROV(2020)0087A9-0029/2020

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018(1),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018 (COM(2019)0316 – C9-0058/2019)(2),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2018,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2018, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet(3),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2018 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(5), u b'mod partikolari l-Artikoli 55, 99, 164, 165 u 166 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(6), u b'mod partikolari l-Artikoli 59, 118, 260, 261 u 262 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0029/2020),

1.  Jagħti l-kwittanza lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għas-sena finanzjarja 2018;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Ombudsman Ewropew u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Mejju 2020 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018, Taqsima IX – Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (2019/2063(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018, Taqsima IX – Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0029/2020),

A.  billi, fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, l-awtorità ta' kwittanza tixtieq tisħaq fuq l-importanza partikolari li tissaħħaħ aktar il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni permezz ta' titjib fit-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont u permezz tal-implimentazzjoni tal-kunċett ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni u governanza tajba tar-riżorsi umani;

1.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD) għas-sena finanzjarja 2018 (ir-"rapport tal-Qorti"), osservat li ma ġiet identifikata l-ebda dgħufija serja fir-rigward tat-temi awditjati relatati mar-riżorsi umani u mal-akkwist;

2.  Jieħu nota tal-fatt li, skont ir-rapport annwali tal-attività tal-KEPD, il-Qorti eżaminat tranżazzjoni waħda mis-sena finanzjarja 2018 u dan l-eżami ma wassal għal ebda osservazzjoni;

3.  Jilqa' l-konklużjoni tal-Qorti li l-pagamenti kollha kemm huma għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2018, fir-rigward tan-nefqa amministrattiva tal-KEPD, kienu ħielsa minn żbalji materjali u li s-sistemi ta' superviżjoni u kontroll eżaminati kienu effikaċi; jinnota t-talba tal-Qorti biex jerġa' jimplimenta l-kontroll ex post, li ġie stabbilit mill-ġdid;

4.  Jiddispjaċih, bħala osservazzjoni ġenerali, li l-Kapitolu 10, "Amministrazzjoni", tar-Rapport Annwali tal-Qorti għandu kamp ta' applikazzjoni u konklużjonijiet pjuttost limitati, minkejja l-fatt li l-Intestatura 5, "Amministrazzjoni", tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali titqies li għandha riskju baxx;

5.  Jinnota li l-Qorti għażlet kampjun ta' 45 tranżazzjoni li jikkorrispondu għall-Intestatura 5 "Amministrazzjoni" tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-istituzzjonijiet u l-korpi kollha tal-Unjoni; jinnota li l-kampjun tfassal biex ikun rappreżentattiv tal-firxa ta' nfiq fl-ambitu tal-Intestatura 5, li tirrappreżenta 6,3 % tal-baġit tal-Unjoni; jinnota li l-ħidma tal-Qorti tindika li n-nefqa amministrattiva hija ta' riskju baxx; jikkunsidra, madankollu, li n-numru ta' tranżazzjonijiet magħżula b'rabta mal-"istituzzjonijiet l-oħra" mhuwiex suffiċjenti u jitlob lill-Qorti żżid l-għadd ta' tranżazzjonijiet li għandhom jiġu eżaminati b'tal-inqas b'10 %;

6.  Ifakkar li l-KEPD mhuwiex aġenzija deċentralizzata tal-Unjoni u hu tal-fehma li minkejja l-fatt li l-baġit tiegħu jirrappreżenta perċentwal żgħir ħafna tal-baġit tal-Unjoni, il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet tal-KEPD għandhom madankollu jiġu eżaminati kif xieraq mill-Qorti peress li t-trasparenza hija vitali għall-funzjonament xieraq tal-korpi kollha tal-Unjoni; jinnota li l-KEPD la huwa kopert mir-rapport tal-Qorti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni għall-2018 u lanqas mir-rapport tal-2018 dwar l-aġenziji u l-korpi l-oħra tal-Unjoni; jenfasizza, madankollu, li l-informazzjoni dwar ir-riżultati ta' awditjar estern indipendenti mill-Qorti għandha tkun disponibbli pubblikament għall-korpi kollha tal-Unjoni; jistieden, għalhekk, lill-Qorti tikkunsidra mill-ġdid il-pożizzjoni tagħha u tibda tippubblika r-rapporti tal-awditjar li jkopru lill-KEPD mis-sena li ġejja 'l quddiem; jitlob, għalhekk, li l-Qorti toħroġ rapporti annwali tal-attività separati dwar il-kontijiet annwali ta' dan il-korp importanti tal-Unjoni, li għandu l-għan li jiżgura li l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni jirrispettaw bis-sħiħ id-dritt għall-privatezza u l-protezzjoni tad-data;

7.  Jilqa' l-ġestjoni finanzjarja kumplessivament prudenti u soda tal-KEPD; jinnota li l-KEPD għamel distinzjoni ċara bejn l-hekk imsejħa l-attivitajiet "attwali" u dawk "ġodda"; jinnota ż-żieda ta' 1,54 % għall-attivitajiet attwali konformement mal-politika ta' awsterità tiegħu, b'żieda ta' 0 % fil-każ tal-biċċa l-kbira tal-linji baġitarji; jieħu nota, madankollu, taż-żieda għall-attivitajiet il-ġodda, prinċipalment minħabba l-ħolqien ta' entità tal-Unjoni ġdida li jisimha Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (EDPB) u l-operazzjonijiet relatati tagħha (li saret operattiva mill-25 ta' Mejju 2018);

8.  Jinnota li fl-2018 il-KEPD kellu baġit totali allokat ta' EUR 14 449 068 (meta mqabbel ma' EUR 11 324 735 fl-2017), li jirrappreżenta żieda ta' 27,59 % meta mqabbla mal-baġit tal-2017 (mill-2016 sal-2017 iż-żieda kienet 21,93 %); jilqa' l-fatt li 93,7 % tal-approprjazzjonijiet kollha ġie impenjat sa tmiem l-2018, meta mqabbel ma' 89 % tal-2017; josserva bi tħassib li l-implimentazzjoni tal-baġit f'termini ta' approprjazzjonijiet ta' pagament tammonta għal 75,2 % meta mqabbla ma' 77 % tal-2017 għall-approprjazzjonijiet kollha;

9.  Ifakkar fil-bżonn li jkun hemm estimi baġitarji ħalli jiggarantixxu prestazzjoni baġitarja effiċjenti fis-snin li ġejjin; jirrikonoxxi li jeżistu elementi li għandhom impatt kruċjali, bħall-baġit għas-salarji tal-KEPD, li sehmu hu ogħla minn 53 %, f'liema każ anki ċaqliq tal-persunal moderat għandu riperkussjonijiet sinifikanti fuq ir-rata ġenerali ta' implimentazzjoni tal-baġit; jirrikonoxxi li l-estimi baġitarji li jirreferu għall-EDPB li nħoloq dan l-aħħar se jiksbu preċiżjoni biss wara li jgħaddu ftit snin ta' ħidma;

10.  Jinnota b'interess li l-KEPD organizza konkors ġenerali ġdid biex joħloq grupp ta' esperti kkwalifikati ħafna fil-qasam tal-protezzjoni tad-data, bil-għan li jissodisfa l-bżonnijiet futuri tiegħu f'termini ta' reklutaġġ; jirrikonoxxi, fir-rigward tal-ippjanar tar-reklutaġġ tal-persunal, li l-KEPD talab żieda moderata ta' sitt membri tal-persunal fil-kuntest tax-xogħlijiet preparatorji biex jitwaqqaf l-EDPB;

11.  Jirrikonoxxi li l-2018 kienet sena determinanti għall-KEPD minħabba l-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2016/679(7) u tad-Direttiva (UE) 2016/680(8) fl-2016, fil-kuntest tal-proċess ta' modernizzazzjoni tar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data; josserva li l-kompiti u r-responsabbiltajiet il-ġodda previsti mir-Regolament (UE) 2016/679 se jirrikjedu riżorsi addizzjonali fil-futur; jinnota l-fatt li fl-2018 il-persunal tal-KEPD kien magħmul minn 97 membru (meta mqabbel mal-55 membru fl-2013); jitlob madankollu lill-KEPD janalizza s-sitwazzjoni f'termini ta' titjib potenzjali fl-effiċjenza dovut biss għall-fatt li organizza ruħu mill-ġdid u qassam il-kompiti mill-ġdid;

12.  Jinnota li bis-saħħa ta' din il-leġiżlazzjoni l-ġdida, ġie stabbilit l-EDPB, magħmul mill-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-data tat-28 Stat Membru u mill-KEPD, u inkarigat li jiżgura l-implimentazzjoni konsistenti tar-Regolament (UE) 2016/679 fl-Unjoni kollha; josserva li l-KEPD iddedika parti sinifikanti ta' ħinu u tal-isforzi tiegħu fil-bidu tal-2018 għall-appoġġ lis-segretarjat tal-EDPB, kif ukoll għall-parteċipazzjoni fil-bord bħala membru sħiħ;

13.  Jinnota li, abbażi tar-regoli l-ġodda fil-qasam tal-ipproċessar tad-data personali, l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni jeħtiġilhom ukoll jiżguraw ir-rispett ta' dawn ir-regoli, inklużi l-ġestjoni u l-governanza tal-infrastrutturi u tas-sistemi informatiċi tagħhom; jikkonstata li l-KEPD wessa' l-katalogu tiegħu ta' linji gwida speċifiċi u beda programm biex jivverifika l-konformità mar-regoli fost il-korpi tal-Unjoni;

14.  Jinnota li jeżisti bżonn ta' aktar trasparenza u kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet Ewropej għall-protezzjoni tad-data; jissottolinja l-importanza tal-kooperazzjoni bejn il-KEPD u l-awtoritajiet nazzjonali għall-protezzjoni tad-data tal-Istati Membri bil-għan li jkunu żgurati superviżjoni effikaċi u kollaborazzjoni fit-tħejjija tal-qafas ġuridiku l-ġdid; jistieden lill-KEPD jinforma lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament dwar ir-riżultati li jikseb;

15.  Jirrikonoxxi l-fatt li l-KEPD jippubblika annwalment data dwar il-kooperazzjoni interistituzzjonali tagħhom, li tikkonsisti fi ftehimiet dwar il-livell ta' servizz fir-rigward tas-servizzi mediċi, ta' traduzzjoni/interpretazzjoni, ta' forniment tal-ikel u ta' taħriġ, u fir-rigward ta' ftehimiet amministrattivi għall-binjiet, il-loġistika, is-servizzi tas-sigurtà u t-teknoloġiji tal-informazzjoni, eċċ.; jilqa' l-ftehim ta’ memorandum ta' qbil bejn il-KEPD u l-EDPB (prinċipalment fir-rigward tat-teknoloġiji tal-informazzjoni), li jippermetti lill-korp il-ġdid tal-Unjoni jibbenefika mix-xogħol kollu li għamel il-KEPD fis-snin riċenti;

16.  Jilqa' l-intenzjoni tal-KEPD (fil-kuntest tal-modernizzazzjoni tal-proċeduri tal-akkwist tiegħu) li jdaħħal fluss tax-xogħol elettroniku ħalli tinħoloq sistema ta’ funzjonament mingħajr karti; itenni l-importanza tal-kooperazzjoni interistituzzjonali bejn il-KEPD u l-Kummissjoni f'termini ta' akkwist, ġestjoni finanzjarja u riżorsi umani; jilqa' l-ftehim dwar il-livell ta' servizz konkluż mad-Direttorat Ġenerali għall-Baġit u d-Direttorat Ġenerali għall-Informatika tal-Kummissjoni fir-rigward tal-istrumenti informatiċi "ABAC" u "Sysper II", kif mitlub fl-aħħar rapport ta' kwittanza; jinkoraġġixxi lill-KEPD jagħmel progress f'politika koerenti għad-diġitalizzazzjoni tas-servizzi tiegħu;

17.  Jinnota li l-ewwel pjan ta' azzjoni tal-uffiċjal għall-etika intlaħaq bis-sħiħ u li t-tieni rapport jipprevedi bosta miżuri bħar-reviżjoni tal-kodiċijiet ta' kondotta għall-kontrolluri u l-persunal, deċiżjoni riveduta dwar l-attivitajiet esterni, l-adeżjoni possibbli mar-reġistru ta' trasparenza l-ġdid tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, eċċ.; jistieden lill-KEPD jimplimenta mill-aktar fis possibbli tali miżuri rikjesti; jilqa' s-sessjonijiet ta' sensibilizzazzjoni konformement mal-qafas etiku; jitlob li fir-rapport annwali tal-attività li jmiss tiġi ppreżentata informazzjoni dettaljata dwar ir-riżultati li jinkisbu bis-saħħa tal-qafas etiku;

18.  Jilqa' l-fatt li r-regoli interni relatati mal-iżvelar ta' informazzjoni protetta adottati fl-2016 se jiġu aġġornati biex tissaħħaħ il-protezzjoni tal-informaturi u ta' dawk li allegatament huma responsabbli minn irregolaritajiet; jinnota l-eżistenza ta' ċerti miżuri ta' protezzjoni, bħal valutazzjoni tar-riskju u l-limitazzjoni tal-aċċess għall-fajls relatati fuq bażi stretta ta' "ħtieġa ta' tagħrif"; jinkoraġġixxi lill-KEPD jitlob lill-uffiċjal etiku tiegħu jagħti attenzjoni partikolari lil din il-kwistjoni fis-sessjoni ta' sensibilizzazzjoni li jmiss organizzata għall-persunal kollu; jinnota b'sodisfazzjon li s'issa l-KEPD ma kellu l-ebda każ ta' żvelar ta' informazzjoni protetta;

19.  Itenni l-importanza tal-protezzjoni tad-data fir-rigward taċ-ċibersigurtà; jilqa' l-isforzi tal-KEPD biex jagħti gwida lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni dwar il-mod kif jipproteġu d-data personali huma u jimplimentaw il-miżuri ta' ċibersigurtà, kif is-sistemi komprensivi ta' ġestjoni tas-sigurtà tal-informazzjoni jservu bħala l-bażi biex jiġu onorati l-obbligi relatati kemm mal-protezzjoni tad-data kif ukoll maċ-ċibersigurtà u kif jitwettqu l-obbligi relatati man-notifika u mal-informazzjoni tal-protezzjoni tad-data fir-rigward tal-ksur tad-data personali; jinnota li l-iskandlu tal-użu ħażin tad-data ta' Facebook min-naħa ta' Cambridge Analytica u l-provi dejjem aktar numerużi ta' ndħil illegali fl-elezzjonijiet jirrikjedu risposti mill-KEPD; jissottolinja li l-KEPD jeħtieġlu jiġġieled kontra l-użu ħażin potenzjali tad-data diġitali;

20.  Jirrikonoxxi l-valur miżjud li s-software liberu u b'sors miftuħ jista' jagħti lill-KEPD; jissottolinja, b'mod partikolari, ir-rwol tagħhom biex iżidu t-trasparenza u jevitaw effetti ta' "vendor lock-in"; jirrikonoxxi wkoll il-potenzjal tagħhom biex itejbu s-sigurtà, billi jippermettu l-identifikazzjoni u t-tiswija tad-dgħufijiet; jirrakkomanda b'mod qawwi li kwalunkwe software żviluppat għall-istituzzjoni jsir disponibbli pubblikament taħt liċenzja għal software b'sors miftuħ;

21.  Jilqa' l-fatt li d-deċiżjoni dwar il-miżuri kontra l-fastidju tqiegħdet għad-dispożizzjoni tal-persunal kollu kemm hu permezz tal-intranet tal-KEPD; jinnota b'sodisfazzjon il-fatt li attwalment il-KEPD qiegħed jaħdem fuq ir-reviżjoni tad-deċiżjoni kontra l-fastidju, kif ukoll fuq mandat għall-ħatra ta' konsulenti kunfidenzjali addizzjonali; josserva li 69 % tal-kollegi rrikonoxxa, fl-istħarriġ li sar lill-persunal fl-2016, li kien jaf bil-politika eżistenti fil-qasam tal-fastidju psikoloġiku u sesswali; jilqa' l-fatt li fl-2018 tħarreġ konsulent kunfidenzjali wieħed;

22.  Jilqa' l-fatt li s-CVs u d-dikjarazzjonijiet tal-interessi tal-kontrolluri huma disponibbli fuq is-sit web tal-KEPD; jinnota li dawn id-dikjarazzjonijiet tal-interessi għandhom neċessarjament natura awtoċertifikattiva u li, la il-KEPD u lanqas l-uffiċjal għall-etika tiegħu ma għandhom setgħat investigattivi biex jiggarantixxu l-veradiċità u l-eżawstività tad-data ddikjarata; jistieden lill-KEPD jevalwa l-mod kif itejjeb is-sistema flimkien ma' istituzzjonijiet u korpi oħrajn tal-Unjoni;

23.  Jistieden lill-KEPD jiggarantixxi l-pubblikazzjoni u l-aġġornament regolari fis-sit web tiegħu tal-linji gwida u tal-proċeduri kollha tiegħu relatati mal-qafas etiku; jistieden lill-KEPD ikompli l-isforzi tiegħu biex itejjeb l-informazzjoni disponibbli online, f'termini ta' trasparenza u ta' skrutinju pubbliku;

24.  Jiddispjaċih bil-fatt li r-rapport annwali tal-attività ma kienx fih informazzjoni aktar dettaljata relatata ma' miżuri konkreti dwar il-mod kif jitjieb il-benesseri fuq il-post tax-xogħol; jilqa', madankollu, il-fatt li, fl-2018, deċiżjonijiet u politiki ġew adottati u/jew implimentati, fosthom rapport dwar l-istħarriġ tal-persunal, deċiżjoni riveduta dwar it-telexogħol u deċiżjoni riveduta dwar il-mentoraġġ; jitlob lill-KEPD jagħti informazzjoni aktar dettaljata fir-rapport annwali tal-attività li jmiss;

25.  Jilqa' l-inizjattiva fl-2018 tal-KEPD li joffri traineeships bi ħlas permezz tal-programm ta' "Blue Book Traineeship" biss; josserva li din il-bidla fil-proċess ta' reklutaġġ tat-trainees fi ħdan il-KEPD saret bis-saħħa ta' rakkomandazzjoni fformulata mill-Ombudsman biex jadatta l-kriterji ta' eleġibbiltà fir-rigward tat-traineeships bi ħlas; itenni l-bżonn ta' garanzija ta' allowance adegwata mħallsa lit-trainees tal-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni biex jiġi evitat li tiżdied id-diskriminazzjoni fuq bażi ekonomika;

26.  Jinnota b'interess li fost il-membri tal-persunal tal-KEPD hemm rappreżentati 20 nazzjonalità tal-Unjoni (meta mqabbel ma' 16-il nazzjonalità tal-Unjoni differenti fl-2017); jinnota li, għal dak li għandu x'jaqsam mal-bilanċ bejn il-ġeneri, l-irġiel fi ħdan il-KEPD jirrappreżentaw 40 % (meta mqabbel ma' 32 % fl-2017) u n-nisa 60 %; jirrikonoxxi l-isforzi kontinwi tal-KEPD biex jilħaq bilanċ, fid-dawl tad-daqs żgħir tiegħu u tal-attivitajiet speċifiċi ewlenin tiegħu;

27.  Jinnota b'interess li l-KEPD ġie allokat erba' uffiċċji oħra fil-binja MTS, li attwalment jaqsam mal-Ombudsman Ewropew; josserva li l-persunal tal-KEPD, inkluż is-segretarjat tal-EDPB, mistenni jkompli jiżdied fl-2020 u li għaldaqstant se tkun meħtieġa espansjoni akbar għall-binja kollha kemm hi; isostni t-talba tal-KEPD u jitolbu jinforma lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament bil-passi kollha li saru u r-riżultati kollha li nkisbu f'dan ir-rigward;

28.  Jilqa' l-inizjattivi mmirati tal-KEPD biex inaqqas l-impronta ambjentali tal-istituzzjoni; jinkoraġġixxi lill-KEPD jattwa pjan ta' azzjoni konkret biex inaqqas l-impronta ambjentali;

29.  Jilqa' l-fatt li l-importanza tal-attivitajiet ta' komunikazzjoni tal-KEPD żdiedet konsiderevolment fis-snin riċenti; jirrikonoxxi l-isforzi li saru biex jitjieb l-impatt tal-preżenza tiegħu online; jieħu nota tal-organizzazzjoni ta' żewġ kampanji ta' komunikazzjoni importanti, partikolarment il-Konferenza Internazzjonali tal-2018 iċċentrata fuq it-tema "Dibattitu dwar l-Etika" (b'hekk jintlaħaq pubbliku kemm jista' jkun vast bid-dibattitu dwar l-etika diġitali) u, f'Diċembru 2018, il-kampanja ta' komunikazzjoni tiegħu rigward ir-regolament il-ġdid dwar il-protezzjoni tad-data għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni;

30.  Ifakkar li l-KEPD juża għadd ta' indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni li jgħinuh jagħmel monitoraġġ tal-operat tiegħu u l-użu tar-riżorsi tiegħu; jinnota b'sodisfazzjon li fl-2018 il-KEPD laħaq u qabeż l-objettivi stabbiliti fil-biċċa l-kbira tal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni tiegħu (eż. fir-rigward tal-indikatur ewlieni tal-prestazzjoni 4 "Livell ta' interess tal-partijiet ikkonċernati" bl-objettiv ta' 10 konsultazzjonijiet, laħaq 13-il konsultazzjoni); jinnota li l-implimentazzjoni tal-objettivi strateġiċi rilevanti tinsab fi stadju tajjeb u li mhumiex meħtieġa miżuri korrettivi; jinkoraġġixxi lill-KEPD ikompli jaħdem f'din id-direzzjoni;

31.  Jilqa' l-fatt li l-KEPD segwa kważi s-16-il standard ta' kontroll intern, li huma mmonitorjati regolarment biex jiżguraw li l-objettivi jinkisbu mil-lat ekonomiku, tal-effiċjenza u tal-effikaċja; jinnota li s-servizz tal-awditjar intern għamel awditu ta' segwitu fuq ir-rakkomandazzjonijiet pendenti ta' reviżjoni tal-istandards ta' kontroll intern u kkonkluda li l-livell ta' kontroll intern huwa sodisfaċenti u effikaċi;

32.  Jinnota li s-servizz tal-awditjar intern għamel stħarriġ iċċentrat fuq it-tliet oqsma ewlenin (il-governanza tal-KEPD b'rabta mal-EDPB, il-qafas għall-forniment ta' riżorsi umani, l-amministrazzjoni baġitarja u finanzjarja u s-sostenn loġistiku għall-EDPB u t-timijiet ta' appoġġ tal-KEPD) li kienu s-suġġett ta’ skrutinju bir-reqqa; jinnota li s-servizz tal-awditjar intern ippubblika rapport finali li fih ir-rakkomandazzjonijiet kollha kienu meqjusa biss bħala "aspetti li għandhom jiġu kkunsidrati" u li mhuma se jkunu suġġetti għall-ebda segwitu min-naħa tas-servizz tal-awditjar intern;

33.  Jinnota li l-infiq fuq traduzzjonijiet tammonta għal EUR 337 057,35 għall-KEPD u EUR 516 461,90 għall-attivitajiet tal-EDPB; jinnota li l-EDPB jibbenefika minn kwota ta' traduzzjonijiet b'xejn imwettqa mid-Direttorat Ġenerali għat-Traduzzjoni tal-Kummissjoni; jieħu nota tal-fatt li l-bżonn ta' traduzzjonijiet frekwenti fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni, flimkien mad-daqs ferm żgħir tal-istituzzjoni, iwassal biex l-internalizzazzjoni tat-traduzzjoni tkun impossibbli mil-lat tal-proporzjon bejn il-kostijiet u l-benefiċċji;

34.  Jieħu nota tal-fatt li l-missjonijiet tal-persunal huma kkodifikati fis-sistema integrata ta' pproċessar tal-missjonijiet u li rapport ta' missjoni jittella' bħala dokument ġustifikattiv fil-lista tal-ispejjeż; jilqa' l-fatt li d-data mogħtija fir-rapport annwali tal-attività, kif rikjest mir-rapport ta' kwittanza preċedenti, ma turi l-ebda differenza sinifikanti f'termini ta' numru u kostijiet tal-missjonijiet fl-erba' snin li għaddew;

35.  Jilqa' l-fatt li l-KEPD jirrispetta l-aħjar prattika li jistabbilixxi skadenza għall-preżentazzjoni tar-rapport annwali tal-attività fil-31 ta' Marzu tas-sena li tiġi wara s-sena kontabilistika; jilqa' l-fatt li, għaldaqstant, il-KEPD adotta r-rapport annwali tal-attività tiegħu sas-26 ta' Marzu 2019 bil-għan li jagħti lill-awtorità ta' kwittanza aktar żmien biex tifli r-rapport u biex il-proċedura ta' kwittanza tkun tista' ssir b'mod aqwa;

36.  Jenfasizza l-ħidma kollha li saret fis-snin li għaddew f'oqsma bħall-ibbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni, il-qafas etiku bir-regoli u l-proċeduri kollha relatati tiegħu, it-tisħiħ tal-attivitajiet ta' komunikazzjoni u ż-żieda li għadha għaddejja fil-miżuri biex titjieb it-trasparenza; jilqa' l-għadd sinifikanti ta' ftehimiet interistituzzjonali dwar is-servizzi u l-kooperazzjoni; jissottolinja l-importanza tal-kollaborazzjoni u l-kondiviżjoni tal-esperjenza fost l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni; jissuġġerixxi li tiġi analizzata l-possibbiltà li jkun hemm attivitajiet formalizzati ta' netwerking f'oqsma differenti sabiex tiġi kondiviża l-aħjar prattiki u jiġu żviluppati soluzzjonijiet komuni;

37.  Jissottolinja l-fatt li l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea se jkollu riperkussjonij sinifikanti fuq ix-xogħol ippjanat tal-KEPD; jenfasizza l-importanza li jsiru malajr in-negozjati mar-Renju Unit għal ftehim fil-qasam tad-data.

(1) ĠU L 57, 28.2.2018.
(2) ĠU C 327, 30.9.2019, p. 1.
(3) ĠU C 340, 8.10.2019, p. 1.
(4) ĠU C 340, 8.10.2019, p. 9.
(5) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(6) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(7) Ir-Regolament (KE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p 1).
(8) Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89).


Kwittanza 2018: Baġit ġenerali tal-UE – Il-Qorti tal-Awdituri
PDF 169kWORD 60k
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Mejju 2020 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018, Taqsima V – Il-Qorti tal-Awdituri (2019/2059(DEC))
P9_TA-PROV(2020)0088A9-0031/2020

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018(1),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018 (COM(2019)0316 – C9-0054/2019)(2),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2018,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2018, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet(3),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2018 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(5), u b'mod partikolari l-Artikoli 55, 99, 164, 165 u 166 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(6), u b'mod partikolari l-Artikoli 59, 118, 260, 261 u 262 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0031/2020),

1.  Jagħti l-kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Qorti tal-Awdituri għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2018;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Mejju 2020 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018, Taqsima V – Il-Qorti tal-Awdituri (2019/2059(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018, Taqsima V – Il-Qorti tal-Awdituri,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0031/2020),

A.  billi fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, l-awtorità ta' kwittanza tixtieq tenfasizza l-importanza partikolari li tissaħħaħ ulterjorment il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni billi jittejbu t-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont, u billi jiġi implimentat il-kunċett ta' baġitjar abbażi tal-prestazzjoni u l-governanza tajba tar-riżorsi umani;

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali tal-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti") huma awditjati minn kumpanija esterna, PricewaterhouseCoopers Sàrl, bl-għan li jiġu applikati l-istess prinċipji ta' trasparenza u ta' obbligu ta' rendikont li l-Qorti tapplika fil-konfront ta' dawk suġġetti għall-awditjar tagħha; jinnota b'sodisfazzjon li r-rapport tal-awditur estern jiddikjara li d-dikjarazzjonijiet finanzjarji jagħtu stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Qorti fil-31 ta' Diċembru 2018, u tar-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha, il-flussi tal-flus tagħha, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar;

2.  Jenfasizza l-fatt li fl-2018, l-approprjazzjonijiet finali tal-Qorti ammontaw għal total ta' EUR 146 469 000 (imqabbel ma' EUR 141 240 000 fl-2017), li jirrappreżenta żieda globali ta' 3,7 % meta mqabbel mal-2017 (iż-żieda fil-livelli tal-prezzijiet hija stmata li hi 1,9 % għal-Lussemburgu); jinnota li 96,21 % tal-approprjazzjonijiet kollha ġew impenjati sa tmiem l-2018 (imqabbel ma' 97,73 % fl-2017 u 99 % fl-2016) u li 94,73 % tal-approprjazzjonijiet kollha tħallsu fl-2018 (imqabbel ma' 94,27 % fl-2017 u 93,29 % fl-2016);

3.  Jenfasizza li l-baġit tal-Qorti huwa kompletament amministrattiv, u huwa marbut mal-infiq li jirrigwarda l-persuni li jaħdmu fl-istituzzjoni (Titolu 1), il-binjiet, it-tagħmir mobbli tal-proprjetà u nfiq operattiv mixxellanju (Titolu 2); jinsab imħasseb dwar is-sovrastimi kontinwi tal-baġit għat-Titolu 2, b'rata ta' impenn ta' 59,13 % (imqabbel ma' 57,13 % fl-2017) u rata ta' pagament ta' 55,11 % (imqabbel ma' 55,75 % fl-2017);

4.  Jinnota li l-impenji riportati għall-2019 ammontaw għal EUR 6 068 597 jew 4,1 % tal-baġit tal-2018 (imqabbel ma' EUR 7 908 250 riportati għall-2018 jew 5,5 % tal-baġit tal-2017); jinnota li l-partita ewlenija li kkontribwiet għar-riport kienet l-ammont ta' EUR 4 310 280 riportat taħt il-Kapitolu 21 (ipproċessar ta' data, apparat u beni mobbli: xiri, kiri u manutenzjoni) għal proġetti tal-IT li kienu għadhom għaddejjin fi tmiem l-2018;

5.  Jiddispjaċih, bħala osservazzjoni ġenerali, li l-Kapitolu 10, "Amministrazzjoni", tar-Rapport Annwali tal-2018 tal-Qorti għandu kamp ta' applikazzjoni u konklużjonijiet pjuttost limitati, minkejja l-fatt li l-Intestatura 5, "Amministrazzjoni", tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali titqies ta' riskju baxx; jitlob li l-ħidma ta' awditjar għall-Kapitolu 10 titwessa' sabiex jiġu rieżaminati d-dgħufijiet fl-infiq amministrattiv f'kull istituzzjoni;

6.  Jilqa' l-fatt li l-Qorti, b'mod ġenerali, applikat id-dixxiplina baġitarja tagħha b'mod sod fis-snin riċenti biex iżżomm l-ispejjeż amministrattivi tagħha stabbli mingħajr ma dan iħalli impatt negattiv fuq il-ħidma prinċipali tagħha; jinnota li l-ebda pożizzjoni addizzjonali ma ġiet mitluba għall-2018, u li, għaldaqstant, it-tabella tal-persunal tal-Qorti (bħal fl-2017) tipprevedi total ta' 853 post awtorizzat;

7.  Jilqa' l-isforzi magħmula mill-Qorti biex tippubblika r-rapport annwali tal-attività tagħha sal-5 ta' Mejju tas-sena ta' wara u biex tadotta l-kontijiet finali tagħha sal-31 ta' Mejju; jaqbel li l-Qorti jeħtieġ li tingħata ż-żmien meħtieġ biex twettaq il-ħidma ta' awditjar tagħha (kif espress fir-rapport annwali tal-Qorti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni); jissuġġerixxi, madankollu, li l-Qorti għandha tiddiskuti l-kwistjoni ulterjorment mal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament u ma' atturi rilevanti oħra, sabiex jiġi valutat aħjar it-tul ta' żmien tal-proċedura ta' kwittanza;

8.  Jilqa' l-inklużjoni fir-rapport annwali tal-attività tat-tabella li turi d-diversi ftehimiet dwar il-livell ta' servizz iffirmati mal-Kummissjoni u ma' istituzzjonijiet oħra dwar kwistjonijiet bħar-riżorsi umani, it-traduzzjoni u l-infrastruttura u li tindika l-impatt baġitarju tagħhom; jinnota bi tħassib li l-ftehim dwar is-servizzi għall-infiq tal-uffiċċju tal-ħlas fir-rigward tal-ġestjoni tal-fajls tal-persunal u tal-ġestjoni tal-missjonijiet tal-Qorti żdied għal EUR 325 000 fl-2018 (imqabbel ma' EUR 180 000 fl-2017) minħabba kuntratt ġdid; itenni l-importanza tal-kooperazzjoni interistituzzjonali;

9.  Japprezza l-isforzi tal-Qorti biex tikseb l-aktar użu kosteffiċjenti tal-vetturi uffiċjali tagħha; jinnota li, bħala parti minn kooperazzjoni mal-Qorti tal-Ġustizzja, il-Qorti ffirmat kuntratt ta' lokazzjoni ta' erba’ snin għal dawk il-vetturi, bir-riżultat li ħadet prezzijiet aħjar u li ġew introdotti kriterji ambjentali;

10.  Jinnota li l-Qorti ddeċidiet tagħmel rieżami tar-regoli dwar l-użu tal-vetturi uffiċjali u li skont ir-regoli l-ġodda, il-membri u s-Segretarju Ġenerali jistgħu jużaw il-vetturi uffiċjali għal vjaġġi oħra apparti dawk li jsiru għat-twettiq ta' dmirijiet uffiċjali billi jħallsu rata fissa ta' EUR 100 fix-xahar flimkien ma' ċerti spejjeż u imposti; jinnota li l-Qorti tistenna ffrankar sinifikanti meta mqabbel mas-sitwazzjoni taħt ir-regoli eżistenti; jinnota li r-regoli l-ġodda japplikaw mill-1 ta' Jannar 2020; huwa tal-fehma li l-vetturi uffiċjali m'għandhom fl-ebda ċirkostanza jintużaw għal finijiet privati; iqis li din il-prattika tista' tagħmel ħsara lir-reputazzjoni tal-Qorti u, b'mod ġenerali, lir-reputazzjoni tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni; jitlob lill-Qorti, għaldaqstant, biex tikkunsidra mill-ġdid dan is-suġġett, u biex iżżomm lill-Parlament infurmat;

11.  Jinnota li l-Qorti adottat sett ġdid ta' indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni għall-perjodu 2018sa 2020, li jikkonsistu f'indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni li jipprovdu ħarsa ġenerali wiesgħa dwar it-tixrid, l-impatt u l-perċezzjoni tal-ħidma tagħha; jinnota li inklużi fost l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni hemm il-parteċipazzjonijiet tal-Qorti fil-Parlament, fil-Kunsill u fil-parlamenti nazzjonali, u l-għadd ta' rapporti speċjali ppubblikati (aktar milli dawk sempliċement adottati); jilqa' t-titjib ċar fl-effiċjenza tal-ħidma tal-Qorti, li jintwera miż-żieda fl-għadd ta' rapporti speċjali b'25 % mill-2008 u, mill-2017, il-parteċipazzjonijiet fil-Parlament żdiedu b'47 %, fil-Kunsill b'39 %, u fil-parlamenti nazzjonali b'164 %; jistieden lill-Qorti tikkunsidra li tinkludi l-valur miżjud tal-awditu fl-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni tagħha u tirrapporta b'mod kontinwu dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet;

12.  Jilqa' l-fatt li l-Qorti qed tesperjenza żieda qawwija fl-interess tal-midja, b'kopertura partikolarment kbira mogħtija lir-rapporti speċjali tagħha; jilqa' l-fatt li l-Qorti se tkompli tippromwovi l-pubblikazzjonijiet tagħha permezz tal-mezzi tal-midja soċjali; jinnota b'interess li l-biċċa l-kbira tal-pubblikazzjonijiet tal-Qorti huma disponibbli fis-sit web tagħha permezz tal-link "fittex il-pubblikazzjonijiet"; jinnota li r-rapporti li dehru l-aktar fil-midja fl-2018 kienu r-rapporti speċjali dwar in-netwerk ferrovjarju Ewropew ta' veloċità għolja, dwar l-effiċjenza operazzjonali tal-ġestjoni ta' kriżijiet bankarji mill-Bank Ċentrali Ewropew u dwar il-faċilità għar-rifuġjati fit-Turkija; jilqa' l-istrateġija ta' komunikazzjoni diġitali tal-Qorti għal ħidma ma' partijiet ikkonċernati mhux istituzzjonali, bħal gruppi ta' riflessjoni, NGOs, assoċjazzjonijiet tal-industrija u l-qasam akkademiku (li jistgħu jaġixxu bħala multiplikaturi tal-messaġġi tal-Qorti); barra minn hekk, iħeġġeġ l-użu ta' pjattaformi ta' netwerks soċjali awtoospitati liberi u b'sors miftuħ li jagħtu attenzjoni speċjali lill-protezzjoni tad-data tal-utenti;

13.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-preżenza ġenerali fil-midja (inkluża l-midja soċjali) kważi triplikat fil-2018 mqabbel mal-2017 (żdiedet minn madwar 15 500 artiklu online u referenzi fuq il-midja soċjali għal aktar minn 44 000); jinnota li fl-2018, il-posts fil-midja soċjali mill-kontijiet uffiċjali tal-Qortirigward il-pubblikazzjonijiet tagħha ntwerew madwar 11-il miljun darba, jiġifieri kważi 18-il darba aktar milli fl-2017; jinnota li fl-2018, aktar minn 11 000 artiklu online dwar ir-rapporti speċjali tal-Qorti kienu disponibbli (imqabbel ma' 1 500 artiklu online fl-2013);

14.  Jirrikonoxxi l-pubblikazzjoni ta' 35 rapport speċjali (imqabbel ma' 28 fl-2017), 9 pubblikazzjonijiet ibbażati fuq rieżami (imqabbel ma' 2 fl-2017) u 10 opinjonijiet (imqabbel ma' 5 fl-2017); jilqa' l-isforzi tal-Qorti, f'konformità mar-Regolament Finanzjarju, biex tipproduċi r-rapporti speċjali tagħha fi żmien 13-il xahar, filwaqt li jinnota li l-medja ta' żmien tal-produzzjoni tar-rapporti speċjali ppubblikati matul l-2018 kienet ta' 15,2-il xahar; jenfasizza, madankollu, li 15 mill-35 rapport speċjali (43 %) saru f'inqas minn 13-il xahar (imqabbel ma' 29 % fl-2017);

15.  Jinnota bi tħassib li l-Qorti għażlet kampjun ta' 45 tranżazzjoni (imqabbel ma' 55 fl-2017 u 100 fl-2016) mill-Intestatura 5 "Amministrazzjoni" tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali tal-istituzzjonijiet u l-korpi kollha tal-Unjoni; jinnota li l-kampjun tfassal biex ikun rappreżentattiv tal-firxa ta' nfiq fl-ambitu tal-Intestatura 5, li tirrappreżenta 6,3 % tal-baġit tal-Unjoni; jinnota li l-ħidma tal-Qorti tindika li l-infiq amministrattiv għandu riskju baxx; jikkunsidra, madankollu, li n-numru ta' tranżazzjonijiet magħżula b'rabta mal-"istituzzjonijiet l-oħra" mhuwiex suffiċjenti, u jitlob lill-Qorti żżid l-għadd ta' tranżazzjonijiet li għandhom jiġu eżaminati b'tal-inqas 10 %; jitlob lill-Qorti tikkunsidra li tippreżenta rapport annwali indipendenti dwar l-istituzzjonijiet tal-Unjoni (bħalma tagħmel diġà fir-rigward tal-aġenziji tal-Unjoni); jitlob lill-Qorti biex iżżomm lill-Parlament infurmatdwar l-iżviluppi f’dan ir-rigward;

16.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-kapitolu dwar it-trasparenza fis-sit web tal-Qorti jippreżenta kalendarju tal-laqgħat tal-Qorti u tabella tal-missjonijiet tal-membri tal-Qorti (bid-data, il-post, l-iskop u l-ispejjeż) kif ukoll links għal dokumenti relatati u portali oħra tat-trasparenza;

17.  Jenfasizza l-introduzzjoni ta' reġistru tal-attendenza biex jirreġistra l-preżenza tal-membri fil-laqgħat tal-Qorti, l-awli tagħha u l-kumitati tagħha (li ilu effettiv mill-1 ta' Jannar 2019); jitlob lill-Qorti tirrapporta dwar dawk il-kwistjonijiet lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament fir-rapport annwali tal-attività tagħha li jmiss;

18.  Jistieden lill-Qorti tistabbilixxi proċeduri għaż-żamma ta' reġistru tal-liv annwali, il-liv tal-mard u assenza mix-xogħol tal-membri għal raġunijiet oħra, biex tiżgura li l-liv kollu meħud mill-membri jiġi reġistrat b'mod effettiv; jenfasizza li l-prattika attwali tista' ddgħajjef il-fiduċja taċ-ċittadini u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni fil-Qorti;

19.  Josserva b'interess li l-Qorti tiġbor informazzjoni dwar il-missjonijiet tal-membri li jkunu relatati max-xogħol, biex tivvaluta jekk l-attività ppjanata kinitx taqa' fil-qasam ta' interess tal-Qorti; jilqa' l-fatt li l-membri jipprovdu l-ismijiet u l-karigi tal-persuni li jkunu se jiltaqgħu magħhom, deskrizzjoni ġenerali tas-suġġetti li għandhom jiġu diskussi u, fejn tkun disponibbli, l-istedina li jkun fiha d-dettalji meħtieġa sabiex jitnaqqas ir-riskju ta' abbużi possibbli;

20.  Jinnota li d-deċiżjoni li tiċċara r-regoli li jirregolaw il-missjonijiet tal-membri daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Frar 2018; jinnota li d-deċiżjoni tiddefinixxi b'mod partikolari l-informazzjoni li għandha tiġi kkomunikata meta tintalab ordni ta' missjoni;

21.  Jinnota li l-Qorti, fil-qafas tas-sistema ta' kontroll intern tagħha, iddeċidiet minn Frar 2018 li tiddelega lis-segretarju ġenerali s-setgħat tal-uffiċjal awtorizzanti fir-rigward tal-kontijiet relatati mal-ispejjeż tal-missjonijiet u l-ispejjeż ta' rappreżentanza tal-membri; jinnota li dak l-infiq issa huwa suġġett għas-sistema ta' kontroll ġenerali mħaddma mis-servizzi tas-segretarjat ġenerali li tinvolvi l-ġestjoni tar-riskju u kontroll ex ante u ex post, u li huwa inkluż fid-dikjarazzjoni annwali tal-uffiċjali awtorizzanti b'sottodelega u b'delega; jiddeplora bil-qawwa l-fatt li kellha tinqala' sitwazzjoni kritika partikolari biex il-Qorti ħadet azzjoni dwar din il-kwistjoni;

22.  Jinnota li s-servizz tal-awditjar intern għamel rieżami tar-rapporti annwali ta' kontroll tal-2018 u d-dikjarazzjonijiet tal-uffiċjali awtorizzanti b'sottodelega sabiex jivvaluta l-affidabbiltà tal-informazzjoni pprovduta; jinnota li s-segretarju ġenerali talab rapporti ta' kontroll mingħand id-direttorati kollha; jirrikonoxxi li s-servizz tal-awditjar intern jikkonferma l-kwalità affidabbli tal-kontrolli ex ante u ex post imwettqa mis-servizzi, u li b'mod ġenerali l-informazzjoni fir-rapporti ta' kontroll hija affidabbli;

23.  Jinnota d-deċiżjoni tal-Qorti, fir-rigward tal-perjodu 2012 sa 2018, li twettaq awditu intern tal-ispejjeż tal-missjonijiet u tal-użu tal-karozzi uffiċjali (awditu li ġie ffinalizzat f'Lulju 2019); jinnota li r-rapport ta' awditjar ikkonkluda li l-maġġoranza vasta tal-operazzjonijiet magħżula b'mod aleatorju eżaminati mis-servizz tal-awditjar intern kienu konformi mar-regoli u l-proċeduri applikabbli; jiddeplora l-fatt li r-rapport ikkonkluda wkoll li, qabel ir-riformi tal-2017 sa 2018, is-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll tal-Qorti kellhom ċerti nuqqasijiet; jinnota wkoll li r-rapport ikkonkluda li r-riformi tal-2017 sa 2018 fil-fatt ikkoreġew in-nuqqasijiet fis-sistemi ta’ kontroll, u li l-proċeduri ta' ġestjoni u ta' kontroll fis-seħħ bħalissa b'mod ġenerali huma affidabbli;

24.  Jinnota li abbażi ta' dak ir-rapport ta' awditjar ma ġiet identifikata l-ebda indikazzjoni dwar użu ħażin, minn membri jew minn membri preċedenti, tal-pożizzjoni tagħhom; jinnota li ma kien hemm l-ebda investigazzjoni interna oħra wara dak ir-rapport ta' awditjar;

25.  Josserva li l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) bagħat ir-rapport tiegħu dwar ex membru lill-awtoritajiet ġudizzjarji tal-Lussemburgu; jinnota li l-immunità tal-ex membru tneħħiet; jinnota li l-Qorti rkuprat is-somma ta' EUR 153 407,58 mingħand l-ex membru;

26.  Jinnota li l-OLAF fetaħ investigazzjoni fl-2016 dwar il-possibbiltà ta' abbuż tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tas-sussistenza minn membru attwali tal-Qorti (relatat maż-żmien meta kien Membru tal-Parlament); jinnota li l-OLAF ikkonkluda l-każ f'Settembru 2019, b'rakkomandazzjoni lill-Parlament li jirkupra EUR 11 243; jinnota li ma saret l-ebda rakkomandazzjoni dixxiplinari jew ġudizzjarja f'dan ir-rigward, u li ma ġiet indirizzata l-ebda rakkomandazzjoni lill-Qorti;

27.  Jilqa' l-fatt li l-membri tal-Qorti huma suġġetti għal kodiċi ta' kondotta li jirregola l-indipendenza, l-imparzjalità, l-integrità, l-impenn, il-kolleġjalità, il-kunfidenzjalità, ir-responsabbiltà u l-obbligi tagħhom wara li ma jibqgħux fil-kariga; jilqa' l-fatt li l-Qorti tippubblika d-dikjarazzjonijiet ta' interessi (dikjarazzjonijiet ta' interessi finanzjarji u tal-attivitajiet esterni) u s-CVs tal-membri tagħha fis-sit web tagħha, u b'hekk tagħmel il-Qorti suġġetta għall-istess skrutinju pubbliku bħall-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni;

28.  Jinsab imħasseb li d-dikjarazzjonijiet ta' interess huma ta' natura awtodikjaratorja u li, minħabba l-qafas legali attwali, la l-Qorti u lanqas il-kumitat tal-etika tagħha m'għandhom setgħat ta' investigazzjoni biex jiżguraw il-veraċità u l-kompletezza tad-data ddikjarata; jistieden lill-Qorti tiżgura li l-membri jippreżentaw dikjarazzjonijiet ta' interess minflok dikjarazzjonijiet ta' nuqqas ta' kunflitti ta' interess; jenfasizza li l-proċeduri attwali, inkluż dawk tal-kumitat tal-etika, jeħtieġ li jissaħħu biex jiġi żgurat li ma jkunx hemm kunflitti ta' interess; jitlob lill-Qorti tirrapporta dwar kwalunkwe progress magħmul;

29.  Jilqa' l-pubblikazzjoni tal-linji gwida tal-Qorti dwar l-etika, applikabbli għall-membri kollha u għall-persunal kollu; jilqa' d-diskussjoni mill-kumitat tal-etika ta' kwalunkwe kwistjoni ta' natura etika li jqis rilevanti, inkluża l-valutazzjoni tal-attivitajiet esterni tal-membri tal-Qorti; jinnota l-ħatra ta' konsulenti tal-etika fost il-persunal tal-Qorti, bil-għan li jiġi żgurat li kull membru tal-persunal ikollu d-dritt u l-opportunità li jfittex parir kunfidenzjali u imparzjali dwar kwistjonijiet sensittivi, bħal kunflitti reali ta' interess, l-aċċettazzjoni ta' rigali u dwar kif tingħata informazzjoni f'każ ta' irregolaritajiet serji (żvelar ta' informazzjoni protetta), eċċ.;

30.  Jenfasizza l-fatt li l-Qorti toffri, lill-membri kollha tal-persunal, kors ta' taħriġ speċifiku dwar l-etika pubblika, (li huwa obbligatorju għall-membri ġodda kollha tal-persunal), li jkun fih taqsima dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta (inkluża l-proċedura li għandha tiġi segwita, u d-drittijiet tal-persunal); jilqa' l-fatt li, fil-gwida interna dwar "mistoqsijiet frekwenti dwar kwistjonijiet etiċi", jingħataw għadd ta' eżempji bl-għan li jiġi ffaċilitat ir-rikonoxximent ta' kunflitti potenzjali ta' interess; jistieden lill-Qorti ssaħħaħ l-isforzi tagħha billi ttejjeb l-informazzjoni u l-komunikazzjoni u permezz ta' attivitajiet ta' monitoraġġ;

31.  Jenfasizza l-fatt li qafas tal-etika għandu jikkonsisti f'regoli għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-evitar ta' kunflitti potenzjali ta' interess; jinnota li l-qafas tal-etika tal-Qorti ġie rieżaminat mill-esperti tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-Polonja u l-Kroazja; jieħu nota tar-rapport finali ta' evalwazzjoni bejn il-pari; jistieden lill-Qorti tinforma lill-Parlament dwar kwalunkwe azzjoni ta' segwitu li tiġi deċiża abbażi tal-eżitu tal-evalwazzjoni bejn il-pari;

32.  Jilqa' l-fatt li l-Qorti stabbiliet mezzi għall-iżvelar ta' informazzjoni protetta li jiżguraw protezzjoni xierqa għall-informaturi, u li hi ppubblikat ir-regoli ta' proċedura relatati; jinnota li teżisti formola ta' kuntatt online għar-rappurtar ta' kwalunkwe irregolarità serja; jilqa' l-link fil-paġna ewlenija tagħha dwar kif persuna tista' tirrapporta każijiet ta' frodi lill-OLAF;

33.  Jinnota l-fatt li l-Qorti qed tkompli torganizza taħriġ u preżentazzjonijiet għall-maniġers, il-membri ġodda tal-persunal u l-persunal tar-riżorsi umani biex titqajjem kuxjenza dwar il-fastidju fl-ambjent tax-xogħol; jinnota, barra minn hekk, li l-persuni ta' kuntatt għall-ġlieda kontra l-fastidju jirċievu t-taħriġ rilevanti fuq bażi annwali; jinnota li l-Qorti saħħet ir-regoli tagħha kontra l-fastidju fl-2017 u li għandhom l-għan li jevitaw sitwazzjonijiet ta' fastidju, li jżommu ambjent tax-xogħol sodisfaċenti u li jiffaċilitaw s-soluzzjoni ta' kunflitti interpersonali permezz ta’ soluzzjoni amikevoli;

34.  Jilqa' l-isforzi li għamlet il-Qorti biex tiżgura l-benesseri tal-persunal, bħal billi tippermetti ħinijiet tax-xogħol flessibbli u telexogħol u jinnota li, f’dan ir-rigward, il-Qorti tipprovdi preżentazzjonijiet dwar opportunitajiet indaqs u aċċess mingħajr ħlas għall-psikologi; jinnota, madankollu, li kien hemm tliet każijiet ta' eżawriment fl-2018; jitlob lill-Qorti, għaldaqstant, tivvaluta jekk l-ammont tax-xogħol hux imqassam b'mod proporzjonat fost it-timijiet u membri tal-persunal;

35.  Jinnota li kien hemm ilment formali wieħed ta' fastidju ppreżentat fl-2018 u li ġew stabbiliti l-fatti ta' fastidju sesswali; jinnota li l-proċedura kollha (li ntemmet bit-teħid ta' miżuri preventivi u dixxiplinari) ħadet ħames xhur mid-data meta tressaq l-ilment biex tlestiet għalkollox;

36.  Jenfasizza l-fatt li (kif imsemmi fit-tielet paragrafu tal-Artikolu 16 tar-Regolamenti tal-Persunal fir-rigward tal-attivitajiet okkupazzjonali ta' uffiċjali għolja wara t-tluq mis-servizz) il-Qorti tippubblika informazzjoni relatata dwar l-attivitajiet okkupazzjonali ta' uffiċjali għolja tal-Qorti; jinnota wkoll il-pubblikazzjoni tar-regoli relatati fis-sit tagħha;

37.  Jinnota l-fatt li l-Qorti u l-OLAF jaħdmu f'kooperazzjoni mill-qrib sabiex jipproteġu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni; jinnota wkoll li fl-2018 il-Qorti kkomunikat disa' każijiet ta' suspett ta' frodi żvelati fil-kuntest tal-awditi tagħha (imqabbel ma' 13 fl-2017); jifraħ lill-Qorti dwar il-fatt li n-negozjati li għaddejjin irriżultaw f'arranġament ta' kooperazzjoni amministrattiva bejn il-Qorti u l-OLAF (iffirmat f'Mejju 2019) li għandu l-għan li jiffaċilita r-relazzjoni prattika tax-xogħol bejn dawk il-korpi, b'mod partikolari rigward it-trażmissjoni ta' każijiet ta' suspett ta' frodi, u li jorganizza azzjonijiet ta' interess komuni, bħal taħriġ, workshops u skambji ta' persunal;

38.  Jiddispjaċih li s-segwitu tal-Qorti għar-riżoluzzjoni tal-kwittanza tal-2017 ipprovda biss risponsi limitati għall-kummenti tal-Parlament; jenfasizza li s-segwitu huwa essenzjali biex jippermetti lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament jiddetermina jekk il-Qorti tkunx implimentat ir-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament; jistieden lill-Qorti tinkludi r-risponsi kollha meħtieġa u spjegazzjonijiet aktar dettaljati dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament fir-rapport ta' segwitu li jmiss tagħha;

39.  Jinnota li l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni mhux ser ikollu impatt maġġuri fuq l-istruttura u r-riżorsi umani tal-Qorti; jinnota li l-Qorti impenjat ruħha li tuża s-setgħa diskrezzjonali tagħha skont l-Artikolu 49 tar-Regolamenti tal-Persunal b’effett li l-uffiċjali ma jitkeċċewx unikament għax ma jkunux għadhom ċittadini ta' Stat Membru; jinnota li, fir-rigward tal-aġenti temporanji u kuntrattwali, il-Qorti hija meħtieġa bil-liġi li teżamina kull każ individwalment, u li tawtorizza eċċezzjonijiet meta jkun ġustifikat fl-interess tas-servizz; jilqa' l-fatt li l-Qorti madankollu impenjat ruħha li tagħmel użu miftuħ u trasparenti minn din il-kapaċità li tawtorizza l-eċċezzjonijiet; jinnota li l-valutazzjoni tal-Qorti se tkun ibbażata unikament fuq l-interessi tas-servizz;

40.  Jenfasizza l-impenn tal-Qorti li ttejjeb il-bilanċ bejn is-sessi fil-livelli maniġerjali kollha; jinnota li 45 % tal-awdituri u l-amministraturi tagħha huma nisa, jiġifieri l-proporzjon ta' nisa u rġiel huwa kważi ndaqs; jinnota li 38 % tal-maniġers tagħha,  24, huma nisa, u li 3 minn 10 diretturi huma nisa; jistieden lill-Qorti tkompli bl-isforzi tagħha biex tippromwovi l-bilanċ bejn is-sessi, b'mod partikolari rigward pożizzjonijiet maniġerjali u karigi maniġerjali ogħla; jilqa' l-fatt li l-proporzjoni ta' nisa f'pożizzjonijiet maniġerjali fil-kmamar tal-awditjar żdied minn 7 % fl-2015 għal kważi 24 % fi tmiem l-2018 (imqabbel ma' 20 % fl-2017); jinnota li l-politika tal-opportunitajiet indaqs tal-Qorti għall-perjodu 2018 sa 2020 (approvata fi Frar 2018) tindirizza wkoll il-kwistjonijiet tal-età u tad-diżabilità;

41.  Itenni li 6 biss mit-28 membru tal-Qorti (imqabbel ma' 4 fl-2016) huma nisa; jenfasizza l-kwistjoni ta' żbilanċ bejn is-sessi fost il-membri; ifakkar li l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu lin-nisa b'mod aktar attiv biex japplikaw għal dawn it-tipi ta' pożizzjonijiet; itenni li l-Kunsill dejjem għandu jippreżenta mill-inqas żewġ kandidati, waħda mara u wieħed raġel, matul il-proċedura tal-ħatra;

42.  Jinnota li ż-żieda fl-ammont ta' xogħol fit-traduzzjoni ġiet ikkumpensata mill-kisbiet fl-effiċjenza permezz tar-razzjonalizzazzjoni tal-proċeduri interni tal-Qorti, inkluża ċ-ċentralizzazzjoni tal-ipproċessar ta' qabel u ta' wara t-traduzzjonijiet; jinnota li dan ippermetta tnaqqis sinifikanti fl-ispejjeż għal kull paġna (aktar minn 10% mqabbel ma-2017);

43.  Jilqa' għal darba oħra l-kooperazzjoni tal-Qorti ma' istituzzjonijiet pubbliċi u partijiet ikkonċernati oħra; jinnota b'sodisfazzjon il-kooperazzjoni bejn il-kapijiet tal-istituzzjonijiet supremi tal-awditjar u l-adozzjoni ta' pjan ta' ħidma konġunt mill-2018 'il quddiem; jappoġġa, barra minn hekk, is-sħubijiet li saru ma' diversi universitajiet fil-kuntest tal-politika tal-Qorti biex testendi l-firxa ta' taħriġ tagħha; jitlob lill-Qorti testendi l-kuntatti tagħha lil universitajiet addizzjonali sabiex fil-futur tistabbilixxi kooperazzjoni li tkun diversifikata u żżomm bilanċ ġeografiku;

44.  Jilqa' l-fatt li l-ispazji tal-arkivji tal-bini K2 ma baqgħux meħtieġa minħabba li żdiedet id-diġitalizzazzjoni; jinnota li dawn l-ispazji se jiġu konvertiti fi spazji ġodda kollaborattivi jew ta' benesseri, u li l-ispiża se tkun milqugħa mill-baġit li fadal tal-proġett ta' kostruzzjoni tal-K3 li tlesta ftit snin ilu; jinnota li l-livell ta' kumdità tal-bini K1 għadu ferm iktar baxx minn dak tal-binjiet l-oħra tal-kampus; jirrikonoxxi l-konklużjoni ta' studju li jirrakkomanda li jsiru xogħlijiet li jirriżultaw f'investimenti kbar; jinnota li l-alternattivi biex tinstab l-aktar soluzzjoni effiċjenti għall-futur tal-K1 għadhom qed jiġu kkunsidrati (inkluż f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet Lussemburgiżi); jistieden lill-Qorti tinforma lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament rigward kwalunkwe soluzzjoni,flimkien ma’ estimi baġitarji;

45.  Jilqa' l-fatt li l-Qorti stabbiliet programm ambjentali komprensiv biex tindirizza diversi temi identifikati fl-analiżi ambjentali tagħha u biex tnaqqas l-impatt ambjentali tagħha; jinnota b'apprezzament li rnexxielha tnaqqas il-konsum tal-enerġija tagħha bi 11,5 % mill-2014 għall-2018, il-konsum tal-ilma tagħha b'21,1 % mill-2016 għall-2018, u l-konsum tal-karta tagħha b'50,8 % mill-2014 għall-2018;

46.  Jappoġġa l-isforzi tal-Qorti biex ittejjeb il-protezzjoni tad-data u ċ-ċibersigurtà billi tadotta pjan ta' azzjoni taċ-ċibersigurtà ta' tliet snin f'nofs l-2018, b'għadd ta' azzjonijiet biex ittaffi r-riskji identifikati; jinnota b'sodisfazzjon il-kooperazzjoni tal-Qorti mal-Iskwadra ta' Rispons f'Emerġenza relatata mal-Kompjuters għall-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji Ewropej (CERT-UE) biex jiġu implimentati wħud mill-kontrolli previsti fil-pjan;

47.  Jirrikonoxxi l-valur miżjud li s-software liberu u b'sors miftuħ jista' joffri lill-Qorti; jissottolinja b'mod partikolari r-rwol ta’ tali software biex tiżdied it-trasparenza u jiġu evitati l-effetti ta' intrappolament tal-bejjiegħa; jirrikonoxxi wkoll il-potenzjal tiegħu għal titjib fis-sigurtà għax jippermetti l-identifikazzjoni tad-dgħufijiet u r-rimedji għalihom; jirrakkomanda b'mod qawwi li kwalunkwe software żviluppat għall-Qorti jsir disponibbli pubblikament taħt liċenzja għal software liberu u b'sors miftuħ;

48.  Jenfasizza l-ħidma kollha li saret mill-Qorti fis-snin reċenti f'oqsma bħall-baġitjar abbażi tal-prestazzjoni, il-qafas etiku (bir-regoli u l-proċeduri kollha relatati tiegħu), tisħiħ tal-attivitajiet ta' komunikazzjoni u l-għadd dejjem akbar ta' miżuri biex titjieb it-trasparenza; jilqa' l-għadd sinifikanti ta' ftehimiet interistituzzjonali ta' servizz u ta' kooperazzjoni; jissottolinja l-importanza tal-kollaborazzjoni u l-qsim tal-esperjenzi fost l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni; jissuġġerixxi l-possibbiltà li jiġu analizzati attivitajiet formalizzati ta' netwerking f'oqsma differenti għall-qsim tal-aħjar prattiki u l-iżvilupp ta' soluzzjonijiet komuni.

(1) ĠU L 57, 28.2.2018.
(2) ĠU C 327, 30.9.2018, p. 1.
(3) ĠU C 340, 8.10.2019, p. 1.
(4) ĠU C 340, 8.10.2019, p. 9.
(5) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(6) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.


Kwittanza 2018: Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea
PDF 174kWORD 54k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Mejju 2020 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018 (2019/2072(DEC))
P9_TA-PROV(2020)0089A9-0035/2020

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2018, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2018 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2020 dwar il-kwittanza li għandha tingħata liċ-Ċentru fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2018 (05761/2020 – C9-0039/2020),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom)  2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2965/94 tat-28 ta' Novembru 1994 li jistabbilixxi ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet tal-Unjoni Ewropea(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0035/2020),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2018;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Mejju 2020 dwar l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018 (2019/2072(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2018, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(8),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(9) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2018 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2020 dwar il-kwittanza li għandha tingħata liċ-Ċentru fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2018 (05761/2020 – C9-0039/2020),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom)  2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2965/94 tat-28 ta' Novembru 1994 li jistabbilixxi ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet tal-Unjoni Ewropea(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(13), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0035/2020),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Mejju 2020 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018 (2019/2072(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0035/2020),

A.  billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq(15), il-baġit finali taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea (iċ-"Ċentru") għas-sena finanzjarja 2018 kien jammonta għal EUR 47 142 100, li meta mqabbel mal-2017 jirrappreżenta tnaqqis ta' 4,63 %; billi 91,48 % tal-baġit taċ-Ċentru jiġi minn kontribuzzjonijiet diretti minn istituzzjonijiet, aġenziji u korpi oħra;

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2018 (ir-"rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet aċċertamenti raġonevoli li l-kontijiet annwali taċ-Ċentru huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2018 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 94,94 %, li tirrappreżenta żieda ta' 1,82 % meta mqabbla mas-sena preċedenti; jinnota li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 87,94 %, li tirrappreżenta żieda ta' 2,53 % meta mqabbla mas-sena preċedenti;

Prestazzjoni

2.  Jinnota li ċ-Ċentru juża indikaturi tal-input u tal-output bħala indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni biex jivvaluta r-riżultati tal-attivitajiet tiegħu u diversi indikaturi biex itejjeb il-ġestjoni baġitarja tiegħu; jinnota l-evalwazzjoni ex ante riveduta u r-reviżjoni ex post li għaddejja bħalissa tal-programmi u tal-attivitajiet taċ-Ċentru; jistieden liċ-Ċentru jkompli jiżviluppa l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni biex jivvaluta l-eżitu u l-impatt tal-attivitajiet tiegħu sabiex jikseb pariri kwalitattivi dwar kif jipprovdi aktar valur miżjud għall-output taċ-Ċentru u jtejjeb il-mudell kummerċjali taċ-Ċentru;

3.  Jinnota b'apprezzament li, fl-2018, iċ-Ċentru ħa passi kbar 'il quddiem fl-użu tat-teknoloġija tat-traduzzjoni u li, f'kooperazzjoni mill-qrib mad-direttorat ġenerali sieħeb fil-Kummissjoni, implimenta b'suċċess it-traduzzjoni awtomatika u l-Euramis fil-fluss tal-produzzjoni tiegħu;

4.  Jinnota, barra minn hekk, li fl-2018 il-verżjoni ġdida fjamanta tal-ikbar bażi tad-data tat-terminoloġija fid-dinja, l-Interactive Terminology for Europe (IATE), ġiet varata għall-pubbliku u li ċ-Ċentru jiżviluppaha u jimmaniġġjaha f'isem is-sħab istituzzjonali tiegħu;

5.  Jilqa' pożittivament il-fatt li ċ-Ċentru implimenta żewġ azzjonijiet biex jikkondividi r-riżorsi ma' aġenziji oħra dwar il-kompiti li jikkoinċidu permezz tan-Network tal-Aġenziji tal-UE: katalgu tas-servizzi kondiviż, li jelenka s-servizzi kollha li jistgħu jiġu kondiviżi mill-aġenziji tal-Unjoni, u portal tal-akkwist konġunt li fuqu l-aġenziji tal-Unjoni jikkondividu l-pjanijiet ta' akkwist; iħeġġeġ bil-qawwa liċ-Ċentru biex ifittex b'mod attiv kooperazzjoni ulterjuri u usa' mal-aġenziji kollha tal-Unjoni, speċjalment minħabba l-pożizzjoni strateġikament ideali tiegħu fil-Lussemburgu, fejn ħafna aġenziji oħra tal-Unjoni għandhom il-kwartieri ġenerali;

6.  Iħeġġeġ liċ-Ċentru jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti;

7.  Jilqa' l-progress li sar rigward l-evalwazzjoni esterna tal-mudell kummerċjali taċ-Ċentru, li twettqet fl-2017; jistieden liċ-Ċentru jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-eżitu tal-evalwazzjoni finali;

8.  Jinnota b'apprezzament l-impatt persistenti tal-istruttura tal-prezzijiet introdotta fl-2017 għat-traduzzjoni tad-dokumenti – li permezz tagħha l-klijenti taċ-Ċentru ffrankaw EUR 4,4 miljun fl-2018 – u jenfasizza l-effetti pożittivi tiegħu;

9.  Iħeġġeġ liċ-Ċentru jadotta mudell kummerċjali sostenibbli bi qbil mal-pjan ta' trasformazzjoni mfassal abbażi tal-istudju estern bit-titlu "Study on the Translation Centre as the Linguistic Shared Service Provider for the EU Agencies and Bodies" (Studju dwar iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni bħala l-Fornitur ta' Servizzi Lingwistiċi Kondiviżi għall-Aġenziji u l-Korpi tal-UE); iħeġġeġ liċ-Ċentru jimplimenta bis-sħiħ dawk l-azzjonijiet li jgħinu biex il-mudell kummerċjali l-ġdid jiġi adattat għall-avvanzi teknoloġiċi, bħall-proġett dwar it-traduzzjoni tal-paġni web u l-għarfien tat-taħdit;

10.  Jinnota bi tħassib li ċ-Ċentru ma lestiex il-pjan għal kontra l-frodi li kellu jiġi implimentat sa tmiem l-2018 u li dik is-sena kellu rata ta' implimentazzjoni ta' 66 %; iħeġġeġ liċ-Ċentru jħaffef l-implimentazzjoni ta' dak il-pjan;

11.  Jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu dwar l-isforzi magħmula miċ-Ċentru fl-iżvilupp ta' kapaċitajiet tal-persunal ewlieni fl-oqsma tal-ġestjoni tal-kwalità u l-ġestjoni tal-proġetti, billi 86,8 % tal-persunal ewlieni rċieva t-taħriġ, li jaqbeż il-mira stabbilita għall-2018;

12.  Jirrikonoxxi l-fatt li ċ-Ċentru żamm mal-impenn tiegħu li verżjoni ġdida tal-IATE tkun disponibbli għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni sa tmiem l-2018, u li dan l-objettiv intlaħaq f'Novembru 2018; jinnota li ċ-Ċentru ppubblika l-verżjoni interistituzzjonali tal-IATE fi Frar 2019;

Politika dwar il-persunal

13.  Jinnota li, fil-31 ta' Diċembru 2018, it-tabella tal-persunal kienet eżegwita bil-perċentwal ta' 94,82 %, u li kienu nħatru 50 uffiċjal u 133 aġent temporanju minn 55 uffiċjal u 138 aġent temporanju awtorizzati mill-baġit tal-Unjoni (meta mqabbel ma' 195 post awtorizzat fl-2017); jinnota li, barra minn hekk, 23 aġent kuntrattwali ħadmu għaċ-Ċentru fl-2018;

14.  Jinnota b'sodisfazzjon li bilanċ tajjeb bejn il-ġeneri ntlaħaq fl-2018 fir-rigward ta' pożizzjonijiet maniġerjali superjuri (tlett irġiel u żewġ nisa) u fi ħdan il-membri tal-bord amministrattiv (32 raġel u 27 mara);

15.  Iħeġġeġ liċ-Ċentru jiżviluppa qafas ta' politika fit-tul dwar ir-riżorsi umani biex jindirizza l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata tal-persunal tiegħu, l-iggwidar tul il-ħajja u l-iżvilupp tal-karriera, il-bilanċ bejn il-ġeneri, it-telexogħol, in-nondiskriminazzjoni, il-bilanċ ġeografiku kif ukoll ir-reklutaġġ u l-integrazzjoni ta' persuni b'diżabilità;

Akkwist

16.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, sa tmiem l-2018 iċ-Ċentru kien introduċa l-fatturazzjoni elettronika iżda ma kienx għadu introduċa għodod bħas-sejħa għall-offerti elettronika u s-sottomissjoni elettronika ta' offerti varati mill-Kummissjoni biex tiġi introdotta soluzzjoni waħda għall-iskambju elettroniku ta' informazzjoni ma' partijiet terzi li jipparteċipaw fi proċeduri ta' akkwist pubbliku (akkwist elettroniku); jistieden liċ-Ċentru jintroduċi l-għodod neċessarji kollha biex jamministra l-proċeduri ta' akkwist u jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-implimentazzjoni tagħhom;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

17.  Jinnota li ċ-Ċentru għażel li jippubblika d-dikjarazzjonijiet ta' interess biss, mingħajr is-CVs, minħabba l-problemi ta' ġestjoni assoċjati mad-daqs tal-bord amministrattiv tiegħu (madwar 130 membru u membru supplenti); jinnota li s-CV u d-dikjarazzjoni tal-interessi tad-direttur huma ppubblikati fuq is-sit web taċ-Ċentru; jinnota li ċ-Ċentru jqis li r-riskji assoċjati mal-kunflitti ta' interess huma baxxi ħafna minħabba n-natura tal-attivitajiet tiegħu;

18.  Jinnota bi tħassib li, għalkemm iċ-Ċentru mhuwiex iffinanzjat mit-tariffi, jiddependi fuq id-dħul li jirċievi mill-klijenti tiegħu, li huma rrappreżentati fil-bord amministrattiv taċ-Ċentru, u li għalhekk hemm riskju għoli ta' kunflitt ta' interess fir-rigward tal-ipprezzar tal-prodotti taċ-Ċentru, li jista' jiġi rrimedjat jekk il-Kummissjoni tiġbor tariffi f'isem il-klijenti taċ-Ċentru, li jwassal biex iċ-Ċentru jkun iffinanzjat kompletament mill-baġit tal-Unjoni; jirrikonoxxi l-kumment taċ-Ċentru li l-possibbiltà li jkun iffinanzjat mill-baġit tal-Unjoni tkun tirrikjedi ftehim bejn il-Kummissjoni u l-awtorità tal-baġit; jistieden liċ-Ċentru jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-miżuri meħuda biex jimmitiga tali riskju;

Kummenti oħra

19.  Jilqa' pożittivament il-varar, fl-2018, tal-verżjoni l-ġdida tal-IATE maħsuba biex iżżid il-viżibbiltà pubblika u l-preżenza online taċ-Ċentru; jistieden liċ-Ċentru jikkonċentra ulterjorment fuq it-tixrid tar-riżultati tal-kompiti tiegħu mal-pubbliku, u jikkomunika mal-pubbliku permezz tal-midja soċjali u mezzi oħra tal-midja;

20.  Iħeġġeġ liċ-Ċentru jaħdem favur id-diġitalizzazzjoni tas-servizzi tiegħu;

21.  Jiddispjaċih mill-fatt li l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) iddeċieda, fis-26 ta' April 2018, li jtemm l-arranġament tat-traduzzjoni li kkonkluda maċ-Ċentru, minkejja l-obbligu legali tiegħu li juża s-servizzi taċ-Ċentru, kif previst fl-Artikolu 148 tar-Regolament (UE) 2017/1001(16), li stabbilixxa l-EUIPO; jinnota l-azzjoni legali mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali miċ-Ċentru fis-6 ta' Lulju 2018 u l-għeluq tal-fażi orali tas-seduta ta' smigħ fl-4 ta' Ġunju 2019; jinnota li fis-7 ta' Diċembru 2018 ġie ffirmat arranġament ġdid għal sentejn biss bejn iċ-Ċentru u l-EUIPO; jistieden liċ-Ċentru jżomm lill-awtorità ta' kwittanza aġġornata bl-iżvilupp tal-proċedimenti ġudizzjarji;

o
o   o

22.  Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta' natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Mejju 2020(17) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 417, 11.12.2019, p. 1.
(2) ĠU C 417, 11.12.2019, p. 1.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(5) ĠU L 314, 7.12.1994, p. 1.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(7) ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.
(8) ĠU C 417, 11.12.2019, p. 1.
(9) ĠU C 417, 11.12.2019, p. 1.
(10) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(11) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(12) ĠU L 314, 7.12.1994, p. 1.
(13) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(14) ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.
(15) ĠU C 416, 15.11.2018, p. 16.
(16) Ir-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2017 dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 154, 16.6.2017, p. 1).
(17) Testi adottati, P9_TA-PROV(2020)0121.


Kwittanza 2018: Baġit Ġenerali tal-UE – Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill
PDF 179kWORD 59k
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Mejju 2020 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018, Taqsima II – Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill (2019/2057(DEC))
P9_TA-PROV(2020)0090A9-0038/2020

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018(1),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018 (COM(2019)0316 – C9-0052/2019)(2),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kunsill għall-awtorità ta' kwittanza dwar il-verifiki interni mwettqa fis-sena 2018,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2018, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet(3),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità li fuqhom huma bbażati l-kontijiet, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2018 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(5), u b'mod partikolari l-Artikoli 55, 99, 164, 165 u 166 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(6), u b'mod partikolari l-Artikoli 59, 118, 260, 261 u 262 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0038/2020),

1.  Jiddifferixxi d-deċiżjoni tiegħu dwar l-għoti ta' kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill għas-sena finanzjarja 2018;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Mejju 2020 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018, Taqsima II – Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill (2019/2057(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018, Taqsima II – Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill,

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Ombudsman Ewropew fil-każ 1069/2019/MIG dwar l-isponsorship tal-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali tal-Ombudsman Ewropew fl-inkjesta strateġika OI/2/2017/TE dwar it-trasparenza tal-proċess leġiżlattiv tal-Kunsill,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Jannar 2019 dwar l-inkjesta strateġika OI/2/2017 tal-Ombudsman Ewropew dwar it-trasparenza tad-diskussjonijiet leġiżlattivi fil-korpi preparatorji tal-Kunsill tal-UE(7),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0038/2020),

A.  billi, fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, l-awtorità tal-kwittanza tixtieq tisħaq fuq l-importanza partikolari li tissaħħaħ aktar il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni billi jittejbu t-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont, u jiġi implimentat il-kunċett ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni u governanza tajba tar-riżorsi umani;

1.  Jinnota b'sodisfazzjon li fir-rapport annwali tagħha għall-2018, il-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti") ma identifikat l-ebda dgħufija sinifikanti rigward is-suġġetti awditjati b'rabta mar-riżorsi umani u l-proċeduri ta' akkwist għall-Kunsill Ewropew u l-Kunsill;

2.  Jinnota l-konklużjoni tal-Qorti li l-pagamenti kollha kemm huma għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2018 għan-nefqa amministrattiva tal-Kunsill kienu ħielsa minn żbalji materjali u li s-sistemi ta' superviżjoni u kontroll eżaminati kienu effikaċi;

3.  Jiddispjaċih, bħala osservazzjoni ġenerali, li l-Kapitolu 10, ‘Amministrazzjoni’, tar-Rapport Annwali 2018 tal-Qorti għandu kamp ta' applikazzjoni u konklużjonijiet pjuttost limitati, minkejja l-fatt li l-Intestatura 5, ‘Amministrazzjoni’, tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali titqies li hija ta' riskju baxx;

4.  Jinnota li l-Qorti għażlet kampjun ta' 45 tranżazzjoni li jikkorrispondu għall-Intestatura 5 ‘Amministrazzjoni’ tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-istituzzjonijiet u l-korpi kollha tal-Unjoni; jinnota li l-kampjun tfassal biex ikun rappreżentattiv tal-firxa ta' nfiq fl-ambitu tal-Intestatura 5, li tirrappreżenta 6,3 % tal-baġit tal-Unjoni; jinnota li l-ħidma tal-Qorti tindika li n-nefqa amministrattiva għandha riskju baxx; jikkunsidra, madankollu, n-numru ta' tranżazzjonijiet magħżula b'rabta mal-‘istituzzjonijiet l-oħra’ bħala mhux suffiċjenti u jitlob lill-Qorti żżid l-għadd ta' tranżazzjonijiet li għandhom jiġu eżaminati tal-inqas b'10 %;

5.  Jiddispjaċih li t-talba biex il-baġit tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill jiġi sseparat f'baġit wieħed għal kull istituzzjoni, magħmula mill-Parlament f'riżoluzzjonijiet preċedenti ta' kwittanza, ma ġietx ikkunsidrata; jistieden lill-Kunsill biex jissepara l-baġit b'dak il-mod għal raġunijiet ta' trasparenza u biex itejjeb l-obbligu ta' rendikont u l-effiċjenza tan-nefqa għaż-żewġ istituzzjonijiet;

6.  Jinnota li, fl-2018, il-Kunsill kellu baġit globali ta' EUR 572 854 377 (meta mqabbel ma' EUR 561 576 000 fl-2017), b'rata globali ta' implimentazzjoni ta' 91,9 % (meta mqabbla ma' 93,8 % fl-2017); jinnota żieda fil-baġit ta' EUR 11,3-il miljun, ekwivalenti għal 2,0 %, meta mqabbel ma' żieda ta' 3 % fl-2017 u 0,6 % fl-2016;

7.  Jilqa' bi pjaċir il-ġestjoni finanzjarja tajba u prudenti tal-Kunsill; jirrikonoxxi l-evoluzzjoni tal-baġit tal-Kunsill minn baġit ta' EUR 634 miljun fl-2010 għal baġit ta' EUR 573 miljun fl-2018, tnaqqis ta' 9,63 %;

8.  Jinnota li l-approprjazzjonijiet riportati mill-2018 għall-2019 ammontaw għal total ta' EUR 56 599 584, ekwivalenti għal 10,7 % (meta mqabbel ma' EUR 60 576 175 jew 11,5 % fl-2017), prinċipalment minn kategoriji bħas-sistemi tal-kompjuter (EUR 18,3-il miljun), il-bini (EUR 16,0-il miljun) u l-interpretazzjoni (EUR 11,9-il miljun); jinnota l-approprjazzjonijiet ikkanċellati fl-2018 ta' EUR 46 348 862 (meta mqabbla ma' EUR 35 025 789 fl-2017); ifakkar lill-Kunsill li r-riporti huma eċċezzjonijiet għall-prinċipju tal-annwalità u għandhom jirriflettu l-ħtiġijiet attwali u, għaldaqstant, jistieden lill-Kunsill isaħħaħ l-isforzi tiegħu biex jevita sovrastimi tal-baġit;

9.  Jinnota għal darb'oħra r-rata baxxa ta' implimentazzjoni għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar tad-delegazzjonijiet b'impenn ta' EUR 11,1-il miljun meta mqabbel ma' baġit finali, inklużi r-riallokazzjonijiet interni, ta' EUR 22,3 miljun; jinnota li, billi l-Istati Membri kellhom jirrimborżaw l-ammonti mhux użati mis-snin preċedenti, il-Kunsill impenja biss EUR 11,1-il miljun għall-pagamenti sussegwenti; jistieden lill-Kunsill jinforma lill-Parlament dwar il-kisbiet li ntlaħqu b'rabta ma' politika negozjata mal-Istati Membri biex tissolva din il-kwistjoni li ilha pendenti żmien twil;

10.  Jagħraf li l-għadd ta' postijiet tax-xogħol inklużi fit-tabella tal-persunal għall-2018 ġie stabbilit għal 3 031 post (meta mqabbel ma' 3 027 post fl-2017); jinnota li fl-2018 ġew irreklutati 137 persuna (74 uffiċjal permanenti u 63 aġent temporanju) u li matul is-sena telqu 184 persuna (154 uffiċjal permanenti u 30 aġent temporanju) u li bħala riżultat ta' dan kien hemm tnaqqis nett ta' 47 post okkupat, li kien il-kawża ewlenija għat-tnaqqis fl-infiq ta' EUR 18,8-il miljun għall-partita tal-baġit iddedikata għat-tabella tal-persunal;

11.  Jirrikonoxxi ż-żieda fl-ammont ta' xogħol espress fl-għadd totali ta' laqgħat ta' 7 733 fl-2018 meta mqabbel ma' 6 338 fl-2010; jinnota indikatur kwantitattiv ieħor tal-attivitajiet bħall-għadd ta' atti legali ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali li laħaq l-1 210 atti legali ppubblikati fl-2018 meta mqabbel ma' 825 fl-2010;

12.  Jilqa' l-isforzi tal-Kunsill fl-implimentazzjoni tal-"Pjan ta' Azzjoni għal Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (SĠK) aktar dinamiku, flessibbli u kollaborattiv"; jinnota l-passi biex ikomplu jittejbu l-ġestjoni finanzjarja u l-prestazzjoni tal-Kunsill permezz ta' miżuri bħall-istabbiliment ta' bord konsultattiv tat-tmexxija, l-adozzjoni ta' linji gwida għal qafas ta' ġestjoni ta' proġetti komuni u tat-task force, il-ħolqien ta' task force għar-riorganizzazzjoni u r-rieżami tar-regoli interni wara l-pubblikazzjoni ta' Regolament Finanzjarju ġdid;

13.  Jinnota s-sitwazzjoni tal-bini tal-Kunsill li rriżultat f'negozjati intensivi fl-2018 mal-awtoritajiet Belġjani, li ma pproċedewx bil-bejgħ tal-erba' plottijiet ta' art maġenb xulxin minkejja l-ftehim dwar il-prezz finali tal-proġett tal-bini Europa; jinnota li l-partijiet waslu għal ftehim dwar soluzzjoni alternattiva li bis-saħħa tiegħu l-prezz inizjali ta' EUR 4 672 944 għall-plottijiet ma kellux għaliex jintefaq;

14.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-informazzjoni allarmanti rrappurtata mill-midja dwar il-bini tal-binja l-ġdida Europa; jistieden lill-Kunsill biex jagħmel riċerka bir-reqqa dwar il-kuntrattur ewlieni u l-katina kollha ta' sottokuntratturi (sa 12 skont il-midja), kif ukoll il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema impjegati, u jippreżenta s-sejbiet tiegħu lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament;

15.  Jinnota li l-qafas ta' kontroll Intern daħal fis-seħħ fl-1 ta' Novembru 2018 u ġie stabbilit b'ħames komponenti – li huma ambjent ta' kontroll, valutazzjoni tar-riskju, attivitajiet ta' kontroll, attivitajiet ta' informazzjoni u komunikazzjoni u attivitajiet ta' monitoraġġ – u bi 17-il prinċipju u 33 karatteristika oħra bil-ħsieb li jipprovdi aċċertament raġonevoli tal-kisbiet tal-objettivi stabbiliti;

16.  Jilqa' l-fatt li, fl-2018, 92 % tar-rakkomandazzjonijiet tal-awditjar intern maħruġa matul is-snin 2015–2017 ġew implimentati jew kienu qegħdin fil-proċess li jiġu implimentati; jinnota li l-programm ta' ħidma annwali għall-awditjar intern tal-2018 huwa bbażat fuq valutazzjoni tar-riskju aġġornata, fid-dawl tar-rieżami tar-reġistri tar-riskju, u ġie implimentat b'mod effikaċi; jinnota l-oqsma li fihom twettqu awditi fl-2018, bħalma huma l-ġestjoni teknika, l-akkwist pubbliku tal-IT, is-servizz legali u l-istrateġija ta' komunikazzjoni;

17.  Jinnota li, rigward il-proposta għal ftehim interistituzzjonali ġdid dwar reġistru ta' trasparenza obbligatorju, aċċessibbli f'format li jinqara mill-magni, għar-rappreżentanti ta' interess li jkopru l-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni, saru żewġ sessjonijiet ta' negozjati fl-2018 taħt il-Presidenza Bulgara u waħda fl-2019 taħt il-Presidenza Rumena; ifakkar fid-deċiżjoni tat-18 ta' Ġunju 2019 tal-Ombudsman Ewropew (l-Ombudsman) li s-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandu jżomm rekord sħiħ ta' kwalunkwe laqgħa li ssir bejn ir-rappreżentanti ta' interess u l-President tal-Kunsill Ewropew u li dan għandu jiġi ppubblikat; jiddispjaċih dwar il-fatt li l-Kunsill għadu ma qabilx mar-reġistru ta' trasparenza minkejja dawk in-negozjati kollha u jistieden lill-Kunsill isegwi n-negozjati biex jintlaħaq eżitu ta' suċċess li finalment se jinkludi lill-Kunsill fir-reġistru; jistieden lill-Kunsill biex juri impenn ġenwin lejn il-prinċipji tat-trasparenza u tal-obbligu ta' rendikont billi jadotta miżuri konkreti u billi jibni fuq l-eżempju stabbilit mill-Presidenza Finlandiża; jistieden lit-trios kollha tal-Presidenza biex ikunu ta' eżempju fit-tmexxija tagħhom billi jirrifjutaw laqgħat ma' lobbisti mhux irreġistrati;

18.  Jinnota r-rakkomandazzjoni tal-Ombudsman li l-President tal-Kunsill Ewropew u l-kabinett tal-President jippubblikaw lista sħiħa ta' kull laqgħa ta' lobbisti li ssir; jinsab diżappuntat mill-fatt li l-President il-ġdid tal-Kunsill Ewropew għad irid jimplimenta dik ir-rakkomandazzjoni; jinnota li filwaqt li jidher li l-President tal-Kunsill Ewropew ma jiltaqax ma' ħafna lobbisti, il-prinċipju tat-trasparenza tal-lobbying huwa meqjus importanti; iħeġġeġ lill-President tal-Kunsill Ewropew biex jiżgura li hu u l-kabinett tiegħu jirrifjutaw il-laqgħat kollha ma' lobbisti mhux irreġistrati u jippubblikaw b'mod proattiv lista komprensiva tal-laqgħat ta' lobbying li jsiru; jistieden lis-segretarjat ġenerali tal-Kunsill jiżgura li r-regoli tal-etika li jirregolaw lill-President tal-Kunsill Ewropew jiġu allinjati ma' dawk tal-President tal-Kummissjoni b'tali mod li r-regoli ta' "bibien idur" japplikaw għal tliet snin u tkun meħtieġa approvazzjoni formali għal kwalunkwe rwol ġdid b'rabta mal-attivitajiet tal-Unjoni;

19.  Jilqa' l-ħolqien ta' dipartiment tas-servizzi diġitali bħala parti mir-riorganizzazzjoni tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill fl-1 ta' Lulju 2018; jinnota li l-programm ta' informazzjoni u ġestjoni huwa mistenni jissemplifika u jiddiġitalizza l-proċessi ewlenin tan-negozju billi jipprovdi sistema kompletament integrata ta' applikazzjonijiet u servizzi, li se tkun aċċessibbli għall-utenti permezz ta' post tax-xogħol diġitali kollaborattiv u sigur għall-persunal, għall-presidenzi u għad-delegati;

20.  Jinnota l-kopertura intensiva fil-midja u l-livell partikolarment għoli ta' interess tal-midja fin-negozjati b'rabta mal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni; jilqa' l-iżvilupp kontinwu tas-sit web tal-Kunsill u l-ħidma intensiva biex l-udjenza tiegħu tiżdied fuq il-kanali kollha (żidiet ta' 9 % ta' żjarat fuq is-sit web, 13 % ta' fans fuq Facebook, 26 % ta' segwaċi fuq Twitter u 92 % ta' segwaċi fuq Instagram meta mqabbla mas-sena ta'qabel); jinnota l-ammont għoli ta' laqgħat ta' informazzjoni u konferenzi stampa; jinnota l-pjattaforma tal-kamra tal-aħbarijiet li tippermetti lill-istampa u lill-midja jaraw, jiddawnlowdjaw u jinkorporaw il-produzzjonijiet tal-Kunsill, f'termini kemm ta' ritratti u kemm ta' filmati, bi kwalità ta' riżoluzzjoni għolja; iħeġġeġ aktar l-użu ta' pjattaformi nonproprjetarji ta' netwerks soċjali, b'kunsiderazzjoni speċjali tal-protezzjoni tad-data tal-utenti;

21.  Itenni l-appoġġ tiegħu għar-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman dwar it-trasparenza tad-diskussjonijiet leġiżlattivi fil-korpi preparatorji tal-Kunsill(8); jitlob lill-Kunsill isaħħaħ l-isforzi tiegħu biex il-proċess leġiżlattiv isir aktar traċċabbli u faċli biex jinqara, biex jiċċentralizza t-trasparenza madwar stadji importanti fil-proċess leġiżlattiv u biex jinnormalizza l-identifikazzjoni u l-pubblikazzjoni, fil-ħin opportun, tal-kontribut tal-Istati Membri f'format li jista' jinqara mill-magni (eż. dikjarazzjonijiet u proposti għal emendi) f'dibattiti leġiżlattivi jew waqt il-laqgħat tal-Kunsill, f'diskussjonijiet preparatorji fil-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti tal-Kunsill jew fi kwalunkwe korp preparatorju tiegħu; isejjaħ, lill-Kunsill biex iżid l-isforzi ta' trasparenza tiegħu billi, inter alia, jippubblika dokumenti leġiżlattivi tal-Kunsill, jieħu l-minuti b'mod formali waqt il-korpi preparatorji tal-Kunsill biex jirreġistra l-pożizzjonijiet tal-Istati Membri u jippubblika dawk il-minuti, u jagħmel disponibbli aktar dokumenti ta' trilogu f'konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman; jagħraf l-isforzi tal-Kunsill biex itejjeb it-trasparenza permezz ta' bidliet kontinwi fis-sit web tiegħu u l-attivitajiet tat-tim tiegħu ddedikat għat-trasparenza interna; iħeġġeġ lill-Kunsill jintroduċi aktar miżuri sabiex il-politika ta' trasparenza jkollha suċċess u tippermetti lill-pubbliku jsegwi l-proċess leġiżlattiv tal-Unjoni b'faċilità akbar;

22.  Ifakkar fil-konklużjonijiet tar-Rapport Speċjali tal-Ombudsman fl-investigazzjoni strateġika OI/2/2017/TE dwar it-trasparenza tal-proċess leġiżlattiv tal-Kunsill, minn Mejju 2018, li sabet li "l-prattiki attwali tal-Kunsill jikkostitwixxu amministrazzjoni ħażina"; ifakkar fid-dokument informali konġunt tal-Belġju, id-Danimarka, l-Estonja, l-Irlanda, il-Latvja, il-Lussemburgu, is-Slovenja, l-Iżvezja u n-Netherlands ta' Ottubru 2019 dwar aktar trasparenza u responsabbiltà tal-Unjoni, li speċifikament jitlob lill-Kunsill biex "iżid it-trasparenza fin-negozjati tat-trilogu permezz ta' pubblikazzjoni sistematika ta' dokumenti importanti leġiżlattivi"; jitlob lill-Kunsill jikkunsidra serjament dawk ir-rakkomandazzjonijiet fl-interess tat-trasparenza u jirrapporta lura għand il-Parlament;

23.  Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar l-informazzjoni rrapportata mill-mezzi tal-midja Ewropej dwar l-isponsorship korporattiv tal-Istati Membri li jkollhom il-Presidenza tal- Unjoni u jirrifletti t-tħassib espress miċ-ċittadini tal-Unjoni u mill-Membri tal-Parlament dwar il-kwistjoni;; ; jirrikonoxxi li l-Istati Membri huma mistennija jiffinanzjaw il-Presidenzi tagħhom u jiddispjaċih li f'dawn l-aħħar snin saret prassi komuni li jsir użu minn sponsorship korporattiv biex jiġu koperti wħud mill-ispejjeż tagħhom f'dan ir-rigward; jinsab imħasseb ħafna dwar il-ħsara possibbli għar-reputazzjoni u r-riskju ta' telf ta' fiduċja li din il-prattika jista' jkollha fuq l-Unjoni, fuq l-istituzzjonijiet tagħha u b'mod speċjali fuq il-Kunsill f'għajnejn iċ-ċittadini tal-Unjoni; jinnota li l-Kunsill jargumenta li l-kwistjoni tal-isponsorships hija r-responsabbiltà unika tal-Istat Membru li jkollu l-Presidenza; huwa tal-istess opinjoni bħall-Ombudsman li l-pubbliku ma jagħmilx distinzjoni bejn il-Presidenza tal-Kunsill u l-Istat Membru li jkollu l-Presidenza; jappoġġja bis-sħiħ il-valutazzjoni u r-rakkomandazzjoni tal-Ombudsman(9) biex il-Kunsill joħroġ gwida lill-Istati Membri dwar il-kwistjoni; barra minn hekk, jirrakkomanda bis-sħiħ li l-Kunsill jipprevedi l-ibbaġitjar tal-Presidenzi; jitlob lill-Kunsill biex iqis bis-serjetà dawk ir-rakkomandazzjonijiet u jirrapporta lura għand il-Parlament; jitlob lill-Kunsill jippreżenta dan it-tħassib lill-Istati Membri, b'mod partikolari lit-trio ta' Presidenzi attwali, biex iqis serjament dawk ir-rakkomandazzjonijiet u jirrapporta lura lill-Parlament;

24.  Jitlob li l-kodiċi ta' mġiba għall-President tal-Kunsill Ewropew jiġi allinjat ma' dawk tal-Kummissjoni u tal-Parlament sabiex tiġi assigurata l-approvazzjoni formali għal attivitajiet relatati mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għal tliet snin wara li jkun telaq mill-Kunsill;

25.  Jinsab imħasseb ħafna dwar l-allegazzjonijiet ta' kunflitt ta' interess kontra għadd ta' rappreżentanti tal-Istati Membri involuti fil-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet ta' politika u baġit ta' livell għoli; jitlob lill-Kunsill jiżgura li r-rappreżentanti tal-Istati Membri li huma soġġetti li jibbenefikaw direttament minn sussidji tal-Unjoni permezz tan-negozji li huma proprjetarji tagħhom ma jipparteċipawx fid-diskussjonijiet u l-votazzjonijiet politiċi jew baġitarji relatati; jitlob ukoll lill-Kunsill jingħaqad mal-Parlament fis-sejħa tiegħu lill-Kummissjoni biex tipproponi proċeduri ġodda ta' awditjar biex titħaffef l-investigazzjoni ta' każijiet urġenti u gravi ta' kunflitt ta' interess u biex tiżgura li l-Parlament jiġi infurmat kif xieraq dwar il-konklużjonijiet tal-awditjar;

26.  Jiddispjaċih li l-Kunsill reġa' naqas milli jipprovdi risposti għall-mistoqsijiet bil-miktub li ntbagħtu mill-Parlament, u li s-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ma attendiex is-seduta ta' smigħ organizzata fit-12 ta' Novembru 2019 fil-kuntest tal-kwittanza annwali, li għal darb'oħra jindika nuqqas ta' kooperazzjoni totali min-naħa tal-Kunsill; jisħaq li n-nefqa tal-Kunsill trid tgħaddi minn skrutinju bl-istess mod bħal dik tal-istituzzjonijiet l-oħra u jirrimarka li l-elementi fundamentali ta' skrutinju bħal dan huma stabbiliti fir-riżoluzzjonijiet ta' kwittanza tiegħu tas-snin li għaddew; jirrimarka li l-Parlament huwa l-unika istituzzjoni eletta direttament miċ-ċittadini tal-Unjoni u li r-rwol tiegħu fil-proċedura ta' kwittanza għandha konnessjoni diretta mad-dritt taċ-ċittadini li jkunu infurmati dwar kif qed jintefqu l-flus pubbliċi;

Kooperazzjoni futura bejn il-Kunsill u l-Parlament

27.  Jinnota li r-rwol tal-Parlament fir-rigward tal-kwittanza baġitarja huwa stipulat fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), fir-Regolament Finanzjarju u fir-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament;

28.  Jinnota li, skont l-Artikolu 319 tat-TFUE, il-Parlament, fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill, jagħti l-kwittanza lill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni; jinnota li r-rwol tal-Kunsill huwa rikonoxxut bis-sħiħ bħala istituzzjoni li tagħti rakkomandazzjonijiet fil-proċedura ta' kwittanza;

29.  Jenfasizza l-prerogattiva tal-Parlament li jagħti l-kwittanza skont l-Artikoli 316, 317 u 319 tat-TFUE, f'konformità mal-interpretazzjoni u l-prassi tal-lum, jiġifieri li jagħti l-kwittanza b'rabta ma' kull intestatura tal-baġit b'mod separat sabiex jinżammu t-trasparenza u r-responsabbiltà demokratika lill-kontribwenti tal-Unjoni;

30.  Huwa tal-fehma li għandha ssir distinzjoni bejn ir-rwoli differenti tal-istituzzjonijiet rispettivi fil-proċedura ta' kwittanza u għalhekk għandu jiġi eskluż rwol ekwivalenti u reċiproku taż-żewġ istituzzjonijiet fil-proċedura annwali ta' kwittanza;

31.  Ifakkar fil-fatt li, skont l-Artikoli 316 u 335 tat-TFUE, l-istituzzjonijiet igawdu minn awtonomija amministrattiva u l-infiq tagħhom huwa stabbilit f'partijiet separati tal-baġit; jinnota li, skont l-Artikolu 59 tar-Regolament Finanzjarju, l-istituzzjonijiet huma responsabbli b'mod individwali għall-implimentazzjoni tal-baġits tagħhom; jissottolinja l-importanza li l-istituzzjonijiet jaġixxu b'mod responsabbli u professjonali fl-implimentazzjoni tal-baġits tagħhom;

32.  Jinnota li, matul kważi għoxrin sena, il-Parlament żviluppa l-prattika li jagħti l-kwittanza lill-istituzzjonijiet u lill-korpi kollha tal-Unjoni; ifakkar li l-Parlament jagħti kwittanza lill-istituzzjonijiet u lill-korpi tal-Unjoni wara li jikkunsidra d-dokumenti pprovduti u r-risposti mogħtija għall-kwestjonarji bil-miktub, u wara li jisma' lis-segretarji ġenerali tagħhom; jinnota li l-istituzzjonijiet u l-korpi kollha tal-Unjoni jaċċettaw li jipparteċipaw fil-proċedura ta' kwittanza tal-Parlament, ħlief il-Kunsill, li huwa l-unika eċċezzjoni; jiddispjaċih li l-Kunsill irrifjuta li jwieġeb il-mistoqsijiet imressqa mill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament fit-12 ta' Novembru 2019;

33.  Jilqa' l-fatt li l-Kunsill wera r-rieda tiegħu li jilħaq ftehim mal-Parlament dwar kif jista' jikkoopera fil-proċess ta' kwittanza.

34.  Jiddispjaċih li n-nuqqas ta' kooperazzjoni min-naħa tal-Kunsill fil-proċedura ta' kwittanza rriżulta fir-rifjut tal-Parlament li jagħti l-kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill sa mis-sena finanzjarja 2009;

35.  Jissottolinja l-ħtieġa ta' Memorandum ta' Qbil bejn il-Kunsill u l-Parlament biex jinstabu soluzzjonijiet għad-diverġenzi fil-fehmiet li ilhom jeżistu bejn il-Kunsill u l-Parlament dwar il-prattika attwali tal-għoti ta' kwittanza;

36.  Jilqa' l-fatt li l-kompożizzjoni tat-tim tan-negozjati maħtur dal-aħħar tal-Parlament ġiet approvata; jistieden lit-tim tan-negozjati jiżgura l-konsistenza sħiħa tal-ftehim mal-pożizzjoni kif approvata mill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament fi Frar 2020; jistieden lill-Kunsill ikompli n-negozjati mingħajr aktar dewmien żejjed;

37.  Jemmen li t-tweġibiet għal għadd ta' mistoqsijiet rikorrenti fil-kwestjonarji li ntbagħtu lill-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji differenti, bħal dawk dwar il-bilanċ bejn il-ġeneri u l-bilanċ ġeografiku, il-kunflitt ta' interess, il-lobbying u l-protezzjoni tal-informaturi, jistgħu possibbilment jiġu inklużi fir-rapport ta' evalwazzjoni dwar il-finanzi tal-Unjoni, imfassal skont l-Artikolu 318 tat-TFUE, sa fejn dawk il-kwistjonijiet għandhom rabta mal-implimentazzjoni tal-baġit; ifakkar fil-fatt li r-rapport imsemmi fl-Artikolu 318 tat-TFUE huwa msemmi b'mod espliċitu fl-Artikolu 319(1) tat-TFUE bħala wieħed mid-dokumenti li għandhom jiġu eżaminati fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza;

38.  Ifakkar fil-fatt li l-istituzzjonijiet u l-korpi kollha huma obbligati, skont ir-Regolament Finanzjarju, jieħdu miżuri xierqa biex jaġixxu skont l-osservazzjonijiet li jakkumpanjaw id-deċiżjoni ta' kwittanza tal-Parlament u jirrappurtaw dwar il-miżuri meħuda fid-dawl ta' dawk l-osservazzjonijiet; jinnota li rifjut minn istituzzjoni li tikkonforma ma' dan ir-rekwiżit, wara li tkun intalbet taġixxi, jista' jagħti lok għal azzjoni għal nuqqas ta' aġir skont l-Artikolu 265 tat-TFUE;

39.  Jilqa' d-dikjarazzjonijiet tal-Viċi President innominat Věra Jourová u l-Kummissarju nnominat Johannes Hahn, fis-seduti ta' smigħ tagħhom quddiem il-Parlament, li huma lesti jimpenjaw ruħhom f'din il-kwistjoni sabiex jgħinu biex tinkiseb aktar trasparenza dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kunsill; jirrimarka dwar il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea dwar id-dritt tal-kontribwenti tat-taxxa u l-opinjoni pubblika li jinżammu infurmati dwar l-użu tad-dħul pubbliku;

40.  Iqis li l-impenji ta’ dawk il-Kummissarji jikkostitwixxu bidla pożittiva fl-attitudni meta mqabbla mal-pożizzjoni meħuda s'issa mill-Kummissjoni, kif espress fl-ittra tagħha tat-23 ta' Jannar 2014, li fiha ddikjarat li l-Kummissjoni m'għandhiex tkun mistennija tissorvelja l-implimentazzjoni tal-baġits tal-istituzzjonijiet l-oħra;

41.  Jitlob lill-Kunsill jissodisfa r-rwol partikolari tiegħu u jagħti rakkomandazzjonijiet dwar il-kwittanza fir-rigward tal-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni.

(1) ĠU L 57, 28.2.2018.
(2) ĠU C 327, 30.9.2019, p. 1.
(3) ĠU C 340, 8.10.2019, p. 1.
(4) ĠU C 340, 8.10.2019, p. 9.
(5) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(6) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(7) Testi Adottati, P8_TA(2019)0045.
(8) Ara r-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Jannar 2019 dwar l-inkjesta strateġika OI/2/2017 tal-Ombudsman dwar it-trasparenza tad-diskussjonijiet leġiżlattivi fil-korpi preparatorji tal-Kunsill tal-UE (Testi adottati, P8_TA(2019)0045).
(9) Rakkomandazzjoni tal-Ombudsman Ewropew fil-każ 1069/2019/MIG dwar l-isponsorship tal-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.


Kwittanza 2018: Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA)
PDF 174kWORD 56k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Mejju 2020 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) (li issa saret ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà)) għas-sena finanzjarja 2018 (2019/2080(DEC))
P9_TA-PROV(2020)0091A9-0039/2020

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni (ENISA) għas-sena finanzjarja 2018,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2018, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2018 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2020 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2018 (05761/2020 – C9‑0047/2020),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 526/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 460/2004(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/881 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2019 dwar l-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) u dwar iċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 526/2013 (l-Att dwar iċ-Ċibersigurtà) (6) u b'mod partikolari, l-Artikolu 31 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill7, u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0039/2020),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-ENISA (Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2018;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-ENISA (Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Mejju 2020 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) (li issa saret ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà)) għas-sena finanzjarja 2018 (2019/2080(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni (ENISA) għas-sena finanzjarja 2018,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2018, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(8),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(9) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2018 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2020 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2018 (05761/2020 – C9‑0047/2020),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 526/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 460/2004(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/881 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2019 dwar l-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) u dwar iċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 526/2013 (l-Att dwar iċ-Ċibersigurtà) (13) u b'mod partikolari, l-Artikolu 31 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill7, u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0039/2020),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) għas-sena finanzjarja 2018;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-ENISA (Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Mejju 2020 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) (li issa saret ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà)) għas-sena finanzjarja 2018 (2019/2080(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) għas-sena finanzjarja 2018,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0039/2020),

A.  billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tagħha(15), il-baġit finali tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (l-"Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2018 kien ta' EUR 11 473 788, li jfisser żieda ta' 2,67 % meta mqabbla mal-2017; billi l-baġit tal-Aġenzija huwa derivat fil-parti l-kbira mill-baġit tal-Unjoni(16);

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2018 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet aċċertament raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2018 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 99,98 %, li meta mqabbla mal-2017 tirrappreżenta tnaqqis ta' 0,01 %; jirrimarka, barra minn hekk, li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 88,56 %, li tirrappreżenta żieda żgħira ta' 0,37 % meta mqabbla mar-rata tal-2017;

Prestazzjoni

2.  Jinnota li l-Aġenzija tuża ċerti indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni biex tkejjel il-valur miżjud ipprovdut mill-attivitajiet tagħha u biex issaħħaħ il-ġestjoni baġitarja tagħha, filwaqt li tiffoka aktar indikaturi kwalitattivi għall-valutazzjoni tal-kisba tal-għanijiet operattivi tagħha u aktar fuq indikaturi kwantitattivi għall-għanijiet amministrattivi tagħha; jinnota li sabiex tissodisfa aħjar l-aspettattivi tal-partijiet ikkonċernati tagħha, l-Aġenzija qed issaħħaħ il-pakkett ta' rapportar tagħha billi tadatta indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni kwalitattivi u kwantitattivi tagħha biex tkejjel l-impatt tal-attività tagħha b'mod aktar effiċjenti;

3.  Jistieden lill-Aġenzija żżid l-azzjoni tagħha biex tittratta l-vulnerabbiltajiet fis-sigurtà tal-5G u tqassam kemm jista' jkun informazzjoni dwar is-suġġett sabiex tiżgura li s-soluzzjonijiet tekniċi eżistenti jiġu adottati mill-industrija;

4.  Jiddispjaċih li, wara l-istudju dwar l-evalwazzjoni esterna tal-prestazzjoni tal-Aġenzija matul il-perjodu 2013-2016 imwettaq f'isem il-Kummissjoni fl-2017, ma ġie fformalizzat l-ebda pjan ta' azzjoni; madankollu, jinnota li r-rakkomandazzjonijiet rilevanti ġew implimentati u li awditu intern imwettaq mis-servizz tal-awditjar intern tal-Kummissjoni għamel rakkomandazzjonijiet li jikkoinċidu, li għalihom intlaħaq qbil dwar pjan ta' azzjoni formali ta' rimedju;

5.  Iħeġġeġ lill-Aġenzija tkompli bid-diġitalizzazzjoni tas-servizzi tagħha;

6.  Jistieden lill-Kummissjoni twettaq Studju ta' Fattibbiltà sabiex tivvaluta l-possibiltà li tistabbilixxi sinerġiji kondiviżi mas-Cedefop li għandu l-kwartieri f'Tessaloniki; jistieden lill-Kummissjoni tevalwa ż-żewġ xenarji, jiġifieri t-trasferiment tal-Aġenzija lejn is-sede tas-Cedefop f'Tessaloniki, u t-trasferiment tas-sede tal-Aġenzija għas-sede ta' Heraklion; josserva li t-trasferiment tal-Aġenzija lejn is-sede tas-Cedefop ikun jinvolvi l-kondiviżjoni tas-servizzi korporattivi u ta' appoġġ u l-ġestjoni tal-bini komuni, kif ukoll il-kondiviżjoni tal-infrastrutturi tal-ICT, it-telekomunikazzjonijiet u dawk ibbażati fuq l-internet, u għaldaqstant l-iffrankar ta' ammont sinifikanti ta' flus, li jkun jista' jintuża għall-finanzjament ulterjuri taż-żewġ aġenziji;

Politika dwar il-persunal

7.  Jinnota bi tħassib li fil-31 ta' Diċembru 2018, it-tabella tal-persunal kienet eżegwita biss sal-livell ta' 93,62 %, b'44 aġent temporanju maħtura mis-47 aġent temporanju awtorizzati taħt il-baġit tal-Unjoni (imqabbel mat-48  post tax-xogħol awtorizzati fl-2017); jinnota li, barra minn hekk, 27 aġent kuntrattwali u tliet esperti nazzjonali sekondati kienu qed jaħdmu għall-Aġenzija fl-2018;

8.  Jinnota li fl-2015, l-Aġenzija ppjanat li tirriloka l-persunal involut fl-amministrazzjoni tagħha lejn Ateni meta r-Regolament (UE) Nru 526/2013(17) jipprevedi li tali membri tal-persunal għandhom ikunu bbażati f'Heraklion, u li huwa probabbli li l-ispejjeż jistgħu jitnaqqsu aktar jekk il-membri kollha tal-persunal ikunu ċentralizzati f'post wieħed; jinnota li fil-preżent huma biss seba' mill-membri tal-persunal li qed jaħdmu fil-bini ta' Heraklion; jinnota li l-Aġenzija se tkompli tistudja r-rilevanza tal-faċilitajiet skont il-ftehim attwali dwar is-sede attwali u l-programmi żviluppati f'dawk il-faċilitajiet;

9.  Jinnota bi tħassib li l-Aġenzija ssibha diffiċli li tirrekluta, tattira u żżomm persunal ikkwalifikat kif jixraq, prinċipalment minħabba t-tipi ta' postijiet tax-xogħol li qed tirriklama, jiġifieri postijiet tax-xogħol ta' aġenti kuntrattwali, u minħabba l-koeffiċjenti ta' korrezzjoni baxxi li japplikaw għas-salarji tal-membri tal-persunal tal-Aġenzija fil-Greċja; jinnota b'sodisfazzjon, madankollu, li l-Aġenzija implimentat għadd ta' miżuri soċjali sabiex issir aktar attraenti;

10.  Jinnota li l-Aġenzija m'għandhiex l-approprjazzjonijiet meħtieġa biex tirreklama l-postijiet vakanti kollha fil-lingwi kollha tal-UE, kif mitlub mill-EPSO; jinnota, madankollu, li l-Aġenzija, bħal aġenziji deċentralizzati oħra tal-Unjoni, tippubblika l-avviżi ta' postijiet battala fuq diversi siti web, f'pubblikazzjonijiet fl-Unjoni kollha u fuq is-sit web tan-Netwerk tal-Aġenziji tal-UE;

11.  Jinnota li l-proċess ta' trasferiment għall-membri ġodda tal-persunal bħalissa qed jiġi rieżaminat sabiex ikun hemm trasferiment aħjar tal-għarfien lill-persunal ġdid fil-futur, u li dan il-proċess huwa meqjus li huwa inkluż fil-politika dwar postijiet sensittivi; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta' kwittanza meta jkun ġie konkluż ir-rieżami;

12.  Jinnota bi tħassib in-nuqqas ta' bilanċ bejn il-ġeneri fl-2018 fost il-maniġers superjuri (8 irġiel u 2 nisa) u fost il-membri tal-bord ta' tmexxija (25 raġel u 5 nisa);

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u t-trasparenza

13.  Jinnota l-miżuri eżistenti tal-Aġenzija u l-isforzi kontinwi biex jiġu żgurati t-trasparenza u l-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess, u jinnota li s-CVs tal-membri tal-bord tat-tmexxija u d-dikjarazzjoni tal-kunflitti ta' interess tagħhom issa ġew ippubblikati fuq is-sit web tal-Aġenzija; ifakkar li l-Aġenzija ma tippubblikax id-dikjarazzjoni tal-kunflitti ta' interess tal-membri tal-maniġment superjuri fuq is-sit web tagħha; itenni t-talba tiegħu lill-Aġenzija biex tippubblika s-CVs tal-membri kollha tal-bord tat-tmexxija u d-dikjarazzjonijiet tal-kunflitti ta' interess tal-maniġment superjuri tagħha u biex tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-miżuri meħuda f'dak ir-rigward;

Il-kontrolli interni

14.  Jinnota bi tħassib lir-rapport tal-Qorti ssib li l-Aġenzija m'għandhiex politika dwar karigi sensittivi għal fini tal-identifikazzjoni ta’ funzjonijiet sensittivi, biex iżżommhom aġġornati u biex tistabbilixxi miżuri xierqa biex timmitiga r-riskji ta' interessi personali; jistieden lill-Aġenzija tadotta u timplimenta politika ta' dan it-tip mingħajr dewmien;

15.  Jinnota li fl-2018, is-servizz tal-awditjar intern tal-Kummissjoni ħareġ rapport tal-awditjar dwar l-involviment tal-partijiet ikkonċernati fil-produzzjoni ta' riżultati tanġibbli fl-ENISA, u li l-Aġenzija qed tħejji pjan ta' azzjoni biex tindirizza kwalunkwe qasam fejn jista' jsir titjib;

Kummenti oħrajn

16.  Jinnota li l-impatt tad-deċiżjoni tar-Renju Unit li joħroġ mill-Unjoni fuq l-operazzjonijiet u l-amministrazzjoni tal-Aġenzija hu limitat ħafna; jinnota, madankollu, li l-Aġenzija għamlet rieżami tal-proċessi interni tagħha biex ittaffi kwalunkwe riskju marbut mal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, u li l-ebda wieħed minn dawn ir-riskji ma hu meqjus kritiku, iżda li huma pjuttost meqjusa bħala baxxi ħafna;

17.  Jiddispjaċih dwar il-fatt li l-Aġenzija għadha ma fformalizzat l-ebda strateġija biex tiżgura post tax-xogħol li jagħmel l-inqas ħsara possibbli lill-ambjent; jistieden lill-Aġenzija tagħmel dan b'mod urġenti;

18.  Jistieden lill-Aġenzija tiffoka fuq it-tixrid tar-riżultati tar-riċerka tagħha mal-pubbliku, u tikkomunika mal-pubbliku permezz tal-midja soċjali u mezzi oħra tal-midja;

o
o   o

19.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Mejju 2020(18) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 417, 11.12.2019, p.1.
(2) ĠU C 417, 11.12.2019, p. 34.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(5) ĠU L 165, 18.6.2013, p. 41.
(6) ĠU L 151, 7.6.2019, p. 15.
(7) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(8) ĠU C 417, 11.12.2019, p.1.
(9) ĠU C 417, 11.12.2019, p.34.
(10) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(11) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(12) ĠU L 165, 18.6.2013, p. 41.
(13) ĠU L 151, 7.6.2019, p. 15.
(14) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(15) ĠU C 120, 29.03.2019, p. 207.
(16) ĠU C 120, 29.03.2019, p. 206.
(17) Ir-Regolament (UE) Nru 526/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 460/2004 (ĠU L 165, 18.6.2013, p.41).
(18) Testi adottati, P9_TA-PROV(2020)0121.


Kwittanza 2018: Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali
PDF 177kWORD 57k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew t-13 ta' Mejju 2020 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (li issa sar Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop)) għas-sena finanzjarja 2018 (2019/2066(DEC))
P9_TA-PROV(2020)0092A9-0040/2020

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2018,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2018, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2018 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2020 dwar il-kwittanza li għandha tingħata liċ-Ċentru fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2018 (05761/2020 – C9-0033/2020),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75 tal-10 ta' Frar 1975 li jwaqqaf Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 12a tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/128 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Jannar 2019 li jistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(8), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0040/2020),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2018;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Mejju 2020 wara l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (li issa sar Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop)) għas-sena finanzjarja 2018(2019/2066(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2018,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2018, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(9),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(10) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2018 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2020 dwar il-kwittanza li għandha tingħata liċ-Ċentru fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2018 (05761/2020 – C9-0033/2020),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75 tal-10 ta' Frar 1975 li jwaqqaf Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali(13), u b'mod partikolari l-Artikolu 12a tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/128 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Jannar 2019 li jistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75(14), u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(15), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(16), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0040/2020),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) għas-sena finanzjarja 2018;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Mejju 2020 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (li issa sar Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop)) għas-sena finanzjarja 2018 (2019/2066(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2018,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0040/2020),

A.  billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tiegħu(17), il-baġit finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (iċ-"Ċentru") għas-sena finanzjarja 2018 kien EUR 17 850 210, li meta mqabbel mal-2017 jirrappreżenta tnaqqis ċkejken ta' 0,11 %; billi l-baġit taċ-Ċentru huwa prinċipalment derivat mill-baġit tal-Unjoni;

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2018 (ir-"rapport tal-Qorti"), iddikjarat li kisbet aċċertamenti raġonevoli li l-kontijiet annwali taċ-Ċentru huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2018 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 100 %, li meta mqabbla mal-2017 tirrappreżenta tnaqqis ċkejken ta' 0,04 %; jinnota li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet 96,50 %, li meta mqabbla mas-sena 2017 tirrappreżenta żieda ta' 6,84 %;

Prestazzjoni

2.  Jinnota li ċ-Ċentru juża sistema eżemplari ta' kejl tal-prestazzjoni li tinkludi indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni biex jivvaluta l-valur miżjud li joffru l-attivitajiet tiegħu fil-livelli tal-proġetti, tal-attivitajiet u tal-organizzazzjoni kif ukoll miżuri oħra biex titjieb il-ġestjoni baġitarja tiegħu;

3.  Josserva barra minn hekk li l-Programm ta' Ħidma taċ-Ċentru għall-2018 ġie implimentat kollu kemm hu, konformement mal-objettivi, mal-għanijiet u mal-indikazzjonijiet stabbiliti;

4.  Jilqa' pożittivament il-fatt li ċ-Ċentru qiegħed jiżviluppa sinerġiji u jaqsam ir-riżorsi mal-aġenziji l-oħra;

5.  Jinnota l-kooperazzjoni mill-qrib kontinwa u formalizzata taċ-Ċentru mal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF) u mal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound);

6.  Jinnota li l-evalwazzjoni esterna li għaliha ċ-Ċentru kien sottopost fl-2017, kif jesiġu r-regoli finanzjarji, ikkonkludiet li l-kooperazzjoni msaħħa taċ-Ċentru mat-tliet aġenziji deċentralizzati l-oħra fl-isfera ta' kompetenzi tad-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi - ETF tal-Kummissjoni, l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) u l-Eurofound - ħarġet bħala għażla fattibbli; jinnota li r-regolament fundatur riformulat taċ-Ċentru (ir-Regolament (UE) 2019/128), li daħal fis-seħħ fi Frar 2019, qies l-eżitu ta' tali evalwazzjoni esterna;

7.  Jistieden lill-Kummissjoni twettaq studju tal-fattibbiltà biex tivvaluta l-possibbiltà ta' fużjoni totali jew almenu tal-ħolqien ta' sinerġiji kondiviżi mal-Eurofound; jistieden lill-Kummissjoni tevalwa ż-żewġ xenarji, jiġifieri t-trasferiment taċ-Ċentru fil-Kwartieri Ġenerali tal-Eurofound f'Loughlinstown, l-Irlanda,, u t-trasferiment tal-Kwartieri Ġenerali tal-Eurofound fil-Kwartieri Ġenerali taċ-Ċentru f'Salonka; josserva li dan ikun jirriżulta fil-kondiviżjoni tas-servizzi istituzzjonali u ta' appoġġ u l-ġestjoni komuni tal-uffiċini, kif ukoll il-kondiviżjoni tal-infrastrutturi fil-qasam tal-ICTs, tat-telekomunikazzjonijiet u tal-internet, b'ammont sinifikanti ta' spejjeż iffrankati, li jista' jintuża għall-finanzjament ulterjuri taż-żewġ aġenziji; jirrikonoxxi li x-xogħol effettiv, effiċjenti u mingħajr żbalji tal-aġenziji huwa marbut mill-qrib ma' livell adegwat ta' finanzjament biex ikopri l-attivitajiet operazzjonali u amministrattivi tagħhom; għaldaqstant, jistieden lill-Istati Membri jakkomodaw l-attivitajiet li l-aġenziji jridu jwettqu fil-finanzjament assenjat lilhom;

8.  Jistieden liċ-Ċentru jimmira lejn id-diġitalizzazzjoni tal-istituzzjoni;

9.  Jinkoraġġixxi liċ-Ċentru jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti;

10.  Japprezza l-għarfien espert u l-ħidma kontinwa u ta' kwalità għolja taċ-Ċentru biex jipprovdi riċerka, analiżi u konsulenza teknika sabiex jassisti fl-iżvilupp tal-politiki Ewropej fl-oqsma tat-tagħlim tul il-ħajja u l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (ETV), il-kwalifiki u l-ħiliet, bil-għan li jiġi promoss taħriġ ta' kwalità għolja mfassal apposta għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol; jenfasizza, għal dan il-għan, l-importanza li jiġu żgurati riżorsi umani u materjali adegwati biex iċ-Ċentru jkun jista' jimplimenta l-kompiti dejjem jikbru u jevolvu tiegħu, filwaqt li tiġi żgurata, b'mod ġenerali, il-preminenza taċ-Ċentru fuq il-kuntratturi privati;

11.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-kontributi u l-għarfien espert taċ-Ċentru biex jipprovdi għarfien ġdid, evidenza u analiżi tal-politiki, jissorvelja t-tendenzi politiċi u jaġixxi ta' intermedjarju tal-għarfien għal temi politiċi ta' rilevanza kbira fl-aġenda tal-Unjoni; jirrikonoxxi l-ħidma ta' kwalità taċ-Ċentru fuq diversi proġetti, b'mod partikolari l-Aġenda għall-Ħiliet għall-Ewropa, il-Europass, ir-reviżjoni tal-Panorama ta' Ħiliet u r-rwol tiegħu ta' appoġġ għall-parteċipanti tal-Proċess ta' Copenhagen, l-Indiċi Ewropew tal-Ħiliet u l-Previżjoni tal-Ħiliet;

12.  Iqis li huwa notevoli li ċ-Ċentru nieda linja ta' attività ġdida rigward id-diġitalizzazzjoni, u b'mod partikolari rigward l-istrumenti online tiegħu, li jipprovdu informazzjoni speċifika għall-pajjiż u opportunitajiet imtejba ta' viżwalizzazzjoni tad-data online, bħal riżorsi ta' gwida rigward informazzjoni dwar is-suq tax-xogħol jew previżjonijiet tal-ħiliet; jirrikonoxxi, għal dan il-għan, il-kampanji ta' marketing immirati taċ-Ċentru maħsuba biex jissensibilizzaw l-opinjoni pubblika dwar il-kontenut tas-sit web tiegħu;

13.  Jenfasizza li t-trasparenza u s-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini fir-rigward tal-eżistenza tal-aġenziji huma essenzjali għar-responsabbiltà demokratika tagħhom; iqis li l-utilizzabbiltà u l-faċilità tal-użu tar-riżorsi u tad-data tal-aġenziji huma ta' importanza fundamentali; jitlob, għalhekk, valutazzjoni dwar kif id-data u r-riżorsi qed jiġu ppreżentati u magħmula disponibbli attwalment, u dwar kemm iċ-ċittadini jsibuha faċli biex jidentifikawhom, jagħrfuhom u jużawhom; ifakkar li s-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku f'dan ir-rigward tista' titwettaq mill-Istati Membri permezz tal-iżvilupp ta' pjan komprensiv biex jintlaħqu aktar ċittadini tal-Unjoni;

Politika dwar il-persunal

14.  Jinnota li, fil-31 ta' Diċembru 2018, it-tabella tal-persunal kienet eżegwita bil-perċentwal ta' 96,70 %, bi 12-il uffiċjal u 76 aġent temporanju maħtura minn 78 aġent temporanju u 13-il uffiċjal awtorizzat skont il-baġit tal-Unjoni (meta mqabbel mat-92 post tax-xogħol awtorizzat fl-2017); jinnota li, barra minn hekk, 26 aġent kuntrattwali u tliet esperti nazzjonali sekondati kienu qed jaħdmu għaċ-Ċentru fl-2018;

15.  Jinnota li ċ-Ċentru kien qiegħed jieħu miżuri fid-dawl tal-osservazzjonijiet u tal-kummenti fformulati mill-awtorità ta' kwittanza relatati mal-kap il-ġdid tas-servizz tar-riżorsi umani taċ-Ċentru, li ħa l-kariga f'Jannar 2019, kif ukoll id-deċiżjoni li s-servizz legali taċ-Ċentru jiġi esternalizzat; jinnota bi tħassib li, fid-dawl tan-numru kbir ta' kawżi li magħhom huwa nvolut iċ-Ċentru, l-esternalizzazzjoni totali tas-servizzi legali toħloq riskju għat-trattament konsistenti tal-kawżi u għall-prinċipju tal-effiċjenza; jistieden liċ-Ċentru jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar kull żvilupp f'dan ir-rigward;

16.  Jinnota l-proċess li ċ-Ċentru qiegħed jattwa bħalissa biex itejjeb il-proċeduri ta' selezzjoni billi jiżgura r-rispett tal-kriterji tal-għażla min-naħa tal-bordijiet ta' selezzjoni u żieda fil-kontrolli mis-servizzi tar-riżorsi umani; jinnota bi tħassib li, skont ir-rapport tal-Qorti, iż-żewġ reklutaġġi awditjati li saru fl-2018 minn żewġ listi ta' riżerva stabbiliti fl-2015 u fl-2016 ġew ġestiti u dokumentati b'mod inadegwat, kif kien il-każ għal diversi proċeduri ta' reklutaġġ oħrajn awditjati fis-snin preċedenti; iħeġġeġ liċ-Ċentru jadotta azzjonijiet korrettivi immedjati biex jiżgura li l-proċeduri ta' reklutaġġ ikunu regolari u jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-miżuri li jkun ħa f'dan is-sens;

17.  Jinnota t-tħassib taċ-Ċentru li r-regolament fundatur il-ġdid tiegħu jwessa' l-mandat taċ-Ċentru biex jinkludi l-politiki relatati mal-kwalifiki u mal-ħiliet flimkien mal-edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali (ETV), iżda mingħajr ma l-kompiti l-ġodda jiġu akkumpanjati minn aktar riżorsi; josserva li ċ-Ċentru diġà għadda minn tnaqqis fil-persunal b'10 % u din l-esperjenza wasslet għal żieda fil-volum ta' xogħol u fil-pressjoni għall-persunal taċ-Ċentru;

18.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li ċ-Ċentru għandu bilanċ kumplessiv bejn is-sessi fil-persunal tiegħu (59 % nisa u 41 % rġiel), iżda jiddispjaċih għan-nuqqas ta' dettalji ipprovduti dwar il-bilanċ bejn is-sessi fil-livelli maniġerjali;

19.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-bilanċ bejn is-sessi ntlaħaq fl-2018 fir-rigward tal-membri tal-Bord tat-Tmexxija (50 % nisa u 50 % rġiel);

20.  Jiddispjaċih għan-nuqqas ta' ċarezza fir-rigward tal-bilanċ ġeografiku tal-persunal;

Akkwist

21.  Jiddeplora l-fatt li, skont ir-rapport tal-Qorti, fil-proċedura ta' akkwist għas-servizzi ta' aġenzija tal-ivvjaġġar taċ-Ċentru, il-kriterji li ntużaw f'termini ta' prezzijiet u kwalità mhux dejjem kienu dettaljati biżżejjed biex jiżguraw l-akkwist tal-kuntratti li joffru l-aħjar valur għall-flus; jiddispjaċih għall-fatt li l-metodoloġija u d-dokumentazzjoni li ċ-Ċentru uża għall-offerti li kienu aktar baxxi b'mod potenzjalment anormali ma kinux suffiċjenti;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

22.  Jinnota l-miżuri eżistenti u l-isforzi kontinwi taċ-Ċentru biex jiġu żgurati t-trasparenza, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess, u l-protezzjoni tal-informaturi; jirrimarka bi tħassib, madankollu, li ċ-Ċentru għadu ma ppubblikax is-CVs tal-maniġment superjuri tiegħu fuq is-sit web tiegħu, u li l-maniġment superjuri, l-esperti interni u l-assistenti taċ-Ċentru jiddikjaraw kunflitti ta' interess potenzjali fil-każ biss meta dawn iseħħu, f'konformità mal-politika taċ-Ċentru tal-2014 dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess; jinnota l-linji gwida aġġornati taċ-Ċentru dwar ir-rappurtar ta' kunflitti ta' interess fil-proċessi ta' selezzjoni u ta' reklutaġġ u t-tħejjija tiegħu tar-regoli riveduti għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess tal-membri tal-Bord tat-Tmexxija, tal-esperti indipendenti u tal-membri l-oħra tal-persunal;

23.  Jilqa' pożittivament il-fatt li, fid-dawl tal-osservazzjonijiet u tal-kummenti fformulati mill-awtorità ta' kwittanza, iċ-Ċentru adotta r-regoli ta' implimentazzjoni li jikkonċernaw ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001(18)fit-2 ta' Settembru 2019;

24.  Jinnota, fid-dawl tal-osservazzjonijiet u tal-kummenti fformulati mill-awtorità ta' kwittanza, il-ħolqien ta' organu indipendenti ta' divulgazzjoni, konsulenza u riferiment għall-informaturi bis-saħħa tal-ħatra tal-koordinatur tal-kontroll intern taċ-Ċentru bħala l-korrispondent fil-qasam tal-etika u tal-integrità taċ-Ċentru;

Ġenerali

25.  Jistieden liċ-Ċentru jikkonċentra fuq it-tixrid tar-riżultati tar-riċerka tiegħu mal-pubbliku, u jikkomunika mal-pubbliku permezz tal-midja soċjali u mezzi oħra tal-midja;

Awditu intern

26.  Jinnota bi tħassib kbir li b'segwitu għall-awditu li sar mis-Servizz tal-Awditjar Intern tas-servizzi taċ-Ċentru responsabbli mill-ġestjoni tar-riżorsi umani u tal-etika mill-14 sat-18 ta' Jannar 2018, il-proċeduri ta' reklutaġġ kienu għadhom ikklassifikati bħala kritiċi;

o
o   o

27.  Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta' natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Mejju 2020(19) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 417, 11.12.2019, p. 1.
(2) ĠU C 417, 11.12.2019, p. 1.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(5) ĠU L 39, 13.2.1975, p. 1.
(6) ĠU L 30, 31.1.2019, p. 90.
(7) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(8) ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.
(9) ĠU C 417, 11.12.2019, p. 1.
(10) ĠU C 417, 11.12.2019, p. 1.
(11) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(12) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(13) ĠU L 39, 13.2.1975, p. 1.
(14) ĠU L 30, 31.1.2019, p. 90.
(15) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(16) ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.
(17) ĠU C 108, 22.3.2018, p. 1.
(18) Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).
(19) Testi adottati, P9_TA-PROV(2020)0121.


Kwittanza 2018: L-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd
PDF 174kWORD 55k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Mejju 2020 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2018 (2019/2085(DEC))
P9_TA-PROV(2020)0093A9-0041/2020

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2018,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2018, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2018 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2020 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2018 (05761/2020 – C9-0052/2020),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom)  2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 768/2005 tas-26 ta' April 2005 li jistabbilixxi Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għall-politika komuni tas-sajd(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 36 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE)  2019/473 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Marzu 2019 dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 45 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(8), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0041/2020),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2018;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Mejju 2020 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2018 (2019/2085(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2018,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2018, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(9),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(10) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2018 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2020 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2018 (05761/2020 – C9-0052/2020),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom)  2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 768/2005 tas-26 ta' April 2005 li jistabbilixxi Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għall-Politika Komuni tas-Sajd(13), u b'mod partikolari l-Artikolu 36 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE)  2019/473 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Marzu 2019 dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd(14), u b'mod partikolari l-Artikolu 45 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar ir-regolament finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(15), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(16), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0041/2020),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2018;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Mejju 2020 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2018 (2019/2085(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2018,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0041/2020),

A.  billi, skont ir-rapport tad-dħul u n-nefqa tagħha(17), il-baġit finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd ("l-Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2018 kien ta' EUR 17 408 849, li jfisser żieda ta' 1,73 % meta mqabbel mal-2017; billi l-baġit tal-Aġenzija huwa prinċipalment derivat mill-baġit tal-Unjoni(18);

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2018 (ir-"rapport tal-Qorti"), stqarret li kienet kisbet aċċertament raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2018 huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2018 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 99,74 %, li meta mqabbla mal-2017 tirrappreżenta żieda żgħira ta' 0,83 %; jinnota b'sodisfazzjon li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 87,62 %, li tirrappreżenta żieda ta' 13,81 % meta mqabbla mal-2017;

Prestazzjoni

2.  Jinnota li l-Aġenzija tuża għadd ta' indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni biex tappoġġa l-objettivi strateġiċi pluriennali tagħha u biex tivvaluta l-valur miżjud tal-attivitajiet tagħha;

3.  Jinnota li l-Aġenzija implimentat 98 % tal-attivitajiet tagħha fil-ħin u implimentat 100 % tal-Pjan Strateġiku Annwali tal-Komunikazzjoni tagħha;

4.  Jinnota li l-Aġenzija, flimkien mal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima adottaw arranġament ta' ħidma tripartitiku li jiddefinixxi l-kooperazzjoni bejn dawk l-aġenziji u l-kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali li jwettqu funzjonijiet ta' gwardja tal-kosta billi jipprovdu servizzi, informazzjoni, tagħmir u taħriġ, kif ukoll billi jikkoordinaw operazzjonijiet b'diversi għanijiet;

5.  Iħeġġeġ lill-Aġenzija ssegwi d-diġitalizzazzjoni tas-servizzi tagħha;

6.  Jinnota l-fatt li r-riżultati tat-tieni Evalwazzjoni Esterna Indipendenti ta' Ħames Snin tal-Aġenzija għall-perjodu 2012-2016 ġew ippreżentati fl-2017; jinnota b'sodisfazzjon li, fl-aħħar tal-2018, waħda mir-rakkomandazzjonijiet kienet ingħalqet u f'għaxar rakkomandazzjonijiet oħrajn kien qed isir progress konformi mal-pjan direzzjonali ppreżentat lill-bord amministrattiv;

7.  Iqis li r-rwol tal-Aġenzija fil-promozzjoni tal-ħolqien tal-Frontex m'għandux jimmina l-attività ewlenija tal-Aġenzija bħala l-korp tal-Unjoni responsabbli għall-organizzazzjoni ta' koordinazzjoni operattiva tal-attivitajiet ta' kontroll tas-sajd u li jipprovdi assistenza f'dak il-qasam lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni, peress li dan jista' jwassal biex tiddgħajjef is-sorveljanza tas-sajd u jiżdied is-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (IUU); jisħaq, għaldaqstant, fuq il-ħtieġa li l-Aġenzija tingħata riżorsi finanzjarji u umani adegwati u proporzjonati mal-kompiti tagħha li kulma jmur qegħdin jiżdiedu;

8.  Jenfasizza l-fatt li l-Aġenzija adottat, f'Ġunju 2018, deċiżjoni dwar il-pubblikazzjoni ta' informazzjoni dwar laqgħat ma' organizzazzjonijiet jew individwi li jaħdmu għal rashom u li, wara l-ftehim bejn il-Parlament u l-Kummissjoni dwar ir-reġistru ta' trasparenza, l-Aġenzija se tippubblika l-laqgħat rilevanti tad-direttur eżekuttiv u l-persunal mal-lobbyists fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija;

9.  Jinnota li, wara ħidma preparatorja fl-2017, fl-2018 l-Aġenzija implimentat sistema ta' ġestjoni tas-sigurtà tal-informazzjoni bbażata fuq l-istandard internazzjonali ISO 27001, bil-għan li tipproteġi l-Aġenzija minn riskji bbażati fuq it-teknoloġija u tippreserva l-kunfidenzjalità, l-integrità u d-disponibbiltà tal-informazzjoni;

10.  Jenfasizza r-rwol attiv u l-valur miżjud li tipprovdi l-Aġenzija fil-proġett imtejjeb tal-governanza tas-sajd reġjonali fil-Punent tal-Afrika (PESCAO) biex jiġu żviluppati kapaċitajiet għall-ġlieda kontra l-attivitajiet tas-sajd IUU u tittejjeb il-ġestjoni tar-riżorsi tas-sajd fl-Afrika tal-Punent; jenfasizza t-tliet operazzjonijiet imwettqa fl-2018, li jinvolvu s-Senegal, il-Gambja, il-Guinea-Bissau, il-Guinea-Conakry, is-Sierra Leone, il-Cabo Verde u l-Mauritania;

11.  Jisħaq fuq l-importanza tar-rwol tal-Aġenzija fl-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd u l-ilħuq tal-objettivi tagħha, b'mod partikolari fir-rigward tal-obbligu ta' ħatt l-art, minħabba li l-Istati Membri qed isibuha diffiċli li jikkonformaw ma' dan l-obbligu;

Politika dwar il-persunal

12.  Jinnota li fil-31 ta' Diċembru 2018, 98,36 % tat-tabella tal-persunal kienet diġà eżegwita, bil-ħatra ta' 60 Aġent Temporanju mill-61 Aġent Temporanju li kienu awtorizzati skont il-baġit tal-Unjoni (meta mqabbla ma' 61 post tax-xogħol awtorizzati fl-2017); jinnota li, barra minn hekk, fl-2018, l-Aġenzija ħaddmet 11-il aġent kuntrattwali u sitt esperti nazzjonali sekondati;

13.  Iħeġġeġ lill-Aġenzija tiżviluppa qafas ta' politika fit-tul dwar ir-riżorsi umani li jindirizza l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata tal-persunal tagħha, il-gwida tul il-ħajja u l-iżvilupp tal-karriera, il-bilanċ bejn is-sessi, it-telexogħol, in-nondiskriminazzjoni, il-bilanċ ġeografiku kif ukoll ir-reklutaġġ u l-integrazzjoni ta' persuni b'diżabbiltà;

14.  Jinnota bi tħassib in-nuqqas ta' bilanċ bejn is-sessi fuq il-bord amministrattiv (47 raġel u 21 mara);

Akkwist

15.  Jenfasizza li l-attività prinċipali ta' akkwist fl-2018 kienet iffukata fuq il-varar ta' żewġ sejħiet miftuħa rispettivament biex jiġu akkwistati servizzi ta' aġenzija tal-ivvjaġġar u servizzi ta' organizzazzjoni ta' avvenimenti għall-Aġenzija u għall-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol;

16.  Jilqa' b'sodisfazzjon li, b'kunsiderazzjoni tal-objettiv tal-aġenziji tal-Unjoni li jaqsmu l-isforzi tal-akkwist pubbliku, l-Aġenzija varat it-tieni sejħa għall-offerti interistituzzjonali miftuħa tagħha fl-2018 u li żewġ aġenziji oħra ngħaqdu ma' dik il-proċedura ta' akkwist; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-iżviluppi futuri rigward il-proċeduri ta' akkwist konġunt tagħha; iqis din il-prattika bħala eżempju ta' min wieħed isegwi; iħeġġeġ lill-Aġenzija tesplora aktar il-possibbiltajiet ta' simplifikazzjoni tal-proċeduri ma' istituzzjonijiet oħrajn;

17.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li l-Aġenzija ma qabblitx sistematikament il-prezzijiet u ż-żidiet debitati mal-istimi u l-fatturi li nħarġu mill-fornitur lill-kuntrattur qafas għall-akkwist tal-liċenzji tas-software; jinnota, mit-tweġiba tal-Aġenzija, li ma għandha l-ebda possibbiltà li tbiddel il-kundizzjonijiet u d-dispożizzjonijiet tal-kuntratt qafas iffirmat mill-Kummissjoni u li se timplimenta l-kuntratt qafas il-ġdid biex tindirizza l-kwistjonijiet imqajma fir-rigward tal-kuntratt il-qadim;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u t-trasparenza

18.  Jirrikonoxxi l-miżuri eżistenti u l-isforzi kontinwi tal-Aġenzija biex tiżgura t-trasparenza, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u l-protezzjoni tal-informaturi; jinnota b'sodisfazzjon li l-esperti li ma jiffirmawx dikjarazzjoni tal-interessi ma jingħatawx permess jaħdmu taħt kuntratt speċifiku u li l-Aġenzija tissorvelja regolarment is-sottomissjoni tad-dikjarazzjonijiet;

19.  Jinnota li, fl-2018, is-servizz tal-awditjar intern tal-Kummissjoni ħareġ rapport tal-awditu dwar "L-Ippjanar, l-Ibbaġitjar u l-Monitoraġġ fl-Aġenzija" u li kien hemm qbil dwar pjan ta' azzjoni għal oqsma potenzjali ta' titjib; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-miżuri meħuda;

Kummenti oħra

20.  Jinnota li l-Aġenzija nediet proċess sabiex tiġi ċċertifikata fl-Iskema ta' Ġestjoni u Verifika Ambjentali tal-UE u ħadet sensiela ta' miżuri bil-għan li tnaqqas l-impatt globali tagħha fuq l-ambjent; jirrimarka, madankollu, li l-Aġenzija m'għandha l-ebda miżura addizzjonali oħra fis-seħħ biex tnaqqas jew tinnewtralizza l-emissjonijiet tas-CO2;

21.  Jistieden lill-Aġenzija tiffoka fuq it-tixrid tar-riżultati tar-riċerka tagħha lill-pubbliku, u tikkomunika mal-pubbliku permezz tal-midja soċjali u mezzi oħra tal-midja;

o
o   o

22.  Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta' natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Mejju 2020(19) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 417, 11.12.2019, p. 1.
(2) ĠU C 417, 11.12.2019, p. 34.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(5) ĠU L 128, 21.5.2005, p. 1.
(6) ĠU L 83, 25.3.2019, p.18.
(7) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(8) ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.
(9) ĠU C 417, 11.12.2019, p. 1.
(10) ĠU C 417, 11.12.2019, p. 34.
(11) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(12) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(13) ĠU L 128, 21.5.2005, p. 1.
(14) ĠU L 83, 25.3.2019, p.18.
(15) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(16) ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.
(17) ĠU C 416, 15.11.2018, p. 45.
(18) ĠU C 416, 15.11.2018, p. 44.
(19) Testi adottati, P9_TA-PROV(2020)0121.


Kwittanza 2018: Baġit ġenerali tal-UE – Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna
PDF 182kWORD 65k
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Mejju 2020 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018, Taqsima X – Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (2019/2064(DEC))
P9_TA-PROV(2020)0094A9-0043/2020

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018(1),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018 (COM(2019)0316 – C9-0059/2019)(2),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2018, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet(3),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2018 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(5), u b'mod partikolari l-Artikoli 55, 99 u 164 sa 167 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(6), u b'mod partikolari l-Artikoli 59, 118 u 260 sa 263 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0043/2020),

1.  Jagħti l-kwittanza lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà għall-implimentazzjoni tal-baġit tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna għas-sena finanzjarja 2018;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Ombudsman Ewropew u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Mejju 2020 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018, Taqsima X – Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (2019/2064(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018, Taqsima X - Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0043/2020),

A.  billi l-effikaċja u l-effiċjenza tas-sistemi ta' ġestjoni u l-użu ta' riżorsi fil-kwartieri ġenerali u d-delegazzjonijiet tal-Unjoni huma prinċipji gwida ewlenin għall-kisba tal-objettivi tal-politika barranija, għar-rispons għall-isfidi ġeopolitiċi u għat-tisħiħ tar-rwol tal-Unjoni bħala attur globali;

B.  billi huwa essenzjali li tiġi promossa kultura ta' ġestjoni komuni fi ħdan is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) billi jiġi msaħħaħ il-karattru Ewropew u l-"esprit de corps" tal-persunal diplomatiku;

C.  billi fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, l-awtorità ta' kwittanza tixtieq tenfasizza l-importanza partikolari li tissaħħaħ ulterjorment il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni billi jittejbu t-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont, u billi jiġi implimentat il-kunċett ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni u l-governanza tajba tar-riżorsi umani;

1.  Jiddispjaċih, bħala rimarka ġenerali, li l-Kapitolu 10, "Amministrazzjoni", tar-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti") dwar il-kontijiet annwali tal-istituzzjoni għas-sena finanzjarja 2018 (ir-"rapport tal-Qorti" għandu kamp ta' applikazzjoni u konklużjonijiet pjuttost limitati, minkejja l-fatt li l-Intestatura 5, "Amministrazzjoni", tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali titqies bħala ta' riskju baxx;

2.  Iqis li l-ħidma ta' awditjar imwettqa skont il-Kapitolu 10 tar-rapport tal-Qorti għandha tkun ibbilanċjata aħjar bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u għandha tmur lil hinn mir-rekwiżiti ta' konformità;

3.  Jemmen li għandha tkun iddedikata aktar ħidma ta' awditjar għan-nefqa operattiva jew kwistjonijiet li qed isiru ta' rilevanza kbira jew saħansitra kritiċi għas-SEAE, bħall-kapaċità ta' komunikazzjoni strateġika u t-teknoloġija tal-informazzjoni,per eżempju ċ-ċibersigurtà, il-prestazzjoni tal-pakkett globali ta' sigurtà għad-delegazzjonijiet jew il-ġestjoni finanzjarja u l-appoġġ amministrattiv tal-pjattaforma ta' appoġġ għall-missjonijiet għall-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni;

4.  Jinnota wkoll li, għat-tieni sena konsekuttiva, il-Qorti ma rrappurtat l-ebda kwistjoni speċifika għas-SEAE;

5.  Jinnota b'apprezzament li, għat-tieni sena konsekuttiva, il-Qorti ma identifikatx livelli materjali ta' żball fir-rapport tal-attività annwali u l-arranġament ta' governanza annwali tas-SEAE;

6.  Jinnota li l-baġit totali tas-SEAE għall-2018 ammonta għal EUR 678,5 miljun (jiġifieri żieda ta' 2,8 % meta mqabbel mal-2017) b'rata ta' eżekuzzjoni ta' 99,9 % għall-impenji u ta' 84,8 % (ftit inqas mis-86,7 % tal-2017) għall-pagamenti sa tmiem is-sena u b'kontribuzzjonijiet addizzjonali mill-Kummissjoni biex jiġu koperti l-ispejjeż amministrattivi tal-persunal tal-Kummissjoni stazzjonati fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni; jinnota t-tqassim attwali tal-baġit, jiġifieri EUR 249,7 miljun għall-kwartieri ġenerali tas-SEAE u EUR 428,8 miljun għad-delegazzjonijiet;

7.  Jinnota li fl-2018 ingħatat ukoll kontribuzzjoni ta' EUR 58,5 miljun mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp u l-fondi fiduċjarji meta mqabbla ma' EUR 55 miljun fl-2017;

8.  Jinkoraġġixxi lis-SEAE biex possibbilment jissimplifika n-nomenklatura baġitarja attwali biex jippermetti ġestjoni aktar faċli u aktar effiċjenti għas-SEAE billi jirrazzjonalizza b'mod progressiv il-35 linja baġitarja użati biex jiġu ffinanzjati l-operazzjonijiet tal-persunal tal-Kummissjoni fid-delegazzjonijiet, li jirriflettu strumenti ta' żvilupp ġeografiċi u varji;

9.  Jinnota b'apprezzament is-simplifikazzjoni tal-ġestjoni tal-baġit bil-finanzjament kollu tal-ispejjeż ġenerali komuni relatati mal-uffiċċji tad-delegazzjonijiet kollha fl-2018, (kera, sigurtà, tindif u spejjeż ġenerali oħra), inklużi d-delegazzjonijiet tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, mil-linji baġitarji tas-SEAE għat-tielet sena konsekuttiva; jappoġġa l-isforzi tas-SEAE biex jimmodernizza u jissimplifika l-amministrazzjoni tiegħu permezz tal-proġett "Innovative 2019", li jinkludi 20 proposta li qed jiġu eżaminati; jitlob lis-SEAE jirrapporta lura lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit fir-rapport annwali tal-attività tiegħu li jmiss;

10.  Josserva li l-baġit tal-kwartieri ġenerali ammonta għal EUR 249,7 miljun li minnhom EUR 162,4 miljun (jiġifieri 65,5 %) ikkonċernaw il-ħlas tas-salarji u l-intitolamenti l-oħra tal-persunal statutorju u dak estern, EUR 30,8 miljun (jiġifieri 12 %) kienu għall-bini u spejjeż assoċjati u EUR 34,9 miljun (jiġifieri 14 %) kienu relatati ma' sistemi, tagħmir u għamara tal-IT;

11.  Jinnota li l-baġit ta' EUR 428,8 miljun tad-delegazzjonijiet kien maqsum bejn EUR 118,4 miljuni (jiġifieri 27,6 %) għar-remunerazzjoni tal-persunal statutorju, EUR 168 miljun (39,2 %) għall-bini u l-ispejjeż assoċjati, EUR 72,1 miljun (jiġifieri 16,8 %) għall-persunal estern u servizzi minn barra, EUR 27,6 miljun (6,4 %) għal infiq ieħor relatat mal-persunal u EUR 42,7 miljun (10 %) għal infiq amministrattiv ieħor; jinnota wkoll li EUR 196,4 miljun (meta mqabbel ma' EUR 185,6 miljun fl-2016 u EUR 204,7 miljun fl-2015) ġew irċevuti mill-Kummissjoni għall-ispejjeż amministrattivi tal-persunal tal-Kummissjoni stazzjonat fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni u nqasmu bejn l-Intestatura V tal-Kummissjoni b'EUR 47,2 miljun, il-linji amministrattivi tal-programmi operattivi b'EUR 93,2 miljun, u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp u fondi fiduċjarji b'EUR 58,5 miljun ((compared to EUR 55 million in 2017 and EUR 45,4 million in 2016);45,4 miljun fl-2016);

12.  Jinnota l-kumplessità tal-politika tal-amministrazzjoni tal-bini fid-dawl tal-missjoni tas-SEAE; jenfasizza l-ħtieġa għal spjegazzjoni suffiċjenti min-naħa tas-SEAE b'rabta mal-politika ta' amministrazzjoni tal-bini tiegħu f'dak li jirrigwarda x-xiri, il-kiri u l-ġestjoni; jistieden lis-SEAE jeżerċita viġilanza kostanti fuq il-politika ta' amministrazzjoni tal-bini tiegħu u, b'mod partikolari, jiżgura li kwalunkwe suspett ta' każijiet ta' frodi jew korruzzjoni li jistgħu jiġu identifikati waqt ix-xiri, il-kiri jew il-ġestjoni tal-bini jiġi indirizzat immedjatament; jistieden lis-SEAE jipprovdi spjegazzjoni suffiċjenti dwar il-proċeduri tiegħu ta' offerti u l-ispejjeż tal-bini fil-kompetenza tal-eżerċizzju ta' kwittanza;

13.  Jenfasizza li kooperazzjoni tajba bejn il-Parlament u s-SEAE hija essenzjali għall-ġestjoni u r-rieżami tal-fajls tal-bini; iħeġġeġ bil-qawwa lis-SEAE jissottometti fajls ta' bini għall-approvazzjoni fi żmien debitu biex ikun hemm ħin biżżejjed għal rieżami bir-reqqa u mistoqsijiet ta' segwitu; itenni li fajls sottomessi lill-awtorità baġitarja f'dati viċin ħafna ta' dati kritiċi joħolqu limitazzjonijiet ta' ħin bla bżonn u approvazzjonijiet furzati mill-awtorità baġitarja mingħajr il-possibilità li jiġi estiż il-perjodu ta' rieżami;

14.  Jistieden lis-SEAE jimpenja ruħu għall-kwittanza li jmiss li jibqa' jibgħat lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit id-Dokument ta' Ħidma dwar il-politika tal-bini tiegħu, inkluża informazzjoni li tispjega l-kuntest u l-kopertura tal-ispejjeż tal-bini; jieħu nota tal-informazzjoni eżawrjenti u dettaljata dwar il-politika tal-bini tas-SEAE pprovduta permezz tal-kwestjonarji bil-miktub;

15.  Jinnota li s-SEAE ttrasferixxa EUR 30,8 miljun li minnhom l-akbar ammont kien użat biex jinxtara bini f'Washington, u dan l-ammont tal-aħħar naqqas il-baġit finali għall-kwartieri ġenerali għal EUR 239 miljun filwaqt li żied il-baġit tad-delegazzjoni b'EUR 10,7 miljun;

16.  Jinnota li l-Unjoni qed tiffaċċja ambjent internazzjonali dejjem aktar ta' sfida, li wassal għal żieda fid-domanda biex l-Unjoni twettaq rwol mexxej fix-xena internazzjonali; jenfasizza r-rwol ċentrali li s-SEAE jokkupa fit-tmexxija tal-politika barranija tal-Unjoni taħt il-gwida tar-Rappreżentant Għoli / Viċi President tal-Kummissjoni; jinnota li r-rwol imsaħħaħ tas-SEAE ma ġiex sostnut minn żieda korrispondenti fil-persunal; jappella li jingħata biżżejjed riżorsi umani sabiex l-effikaċja tal-Unjoni bħala attur globali ma titpoġġiex f'riskju;

17.  Jinnota li s-SEAE jiżvolġi rwol kruċjali fil-garanzija tal-koerenza tal-politika barranija tal-Unjoni; jenfasizza wkoll il-bżonn li s-SEAE jiġi fornut bir-riżorsi meħtieġa għal implimentazzjoni b'suċċess ta' Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni tal-UE;

18.  Jirrikonoxxi ż-żona operattiva diffiċli tas-SEAE li fiha joperaw delegazzjonijiet tal-Unjoni, peress li l-kundizzjonijiet politiċi u soċjoekonomiċi spiss huma kumplessi, mhux stabbli u minħabba riskji għoljin assoċjati ma’ konsegwenzi baġitarji u spejjeż sinifikanti potenzjali prinċipalment għas-sigurtà tal-persunal u tal-infrastrutturi;

19.  Jistieden lis-SEAE joħloq postijiet għal aġenti lokali li jkunu responsabbli għar-rappurtar dwar il-ħidma leġiżlattiva f'pajjiżi ta' interess strateġiku, b'mod partikolari l-pajjiżi ta' adeżjoni u dawk tas-Sħubija tal-Lvant, bil-għan li jżid il-fehim tal-Unjoni tal-viċinat u tal-approsimazzjoni tiegħu mal-acquis; jistieden lis-SEAE jieħu azzjoni biex isolvi l-problemi li jwasslu għal żbalji identifikati fil-qasam tal-akkwist u biex jipprevjeni l-ksur tar-regoli rilevanti fil-futur;

20.  Jinnota li t-Task Force East StratCom ingħatat EUR 1,1 miljun fl-2018 għall-ħidma tagħha biex tindirizza d-diżinformazzjoni tar-Russja. Fl-2019, il-baġit żdied għal EUR 3 miljun; jappella għal żieda sostanzjali fil-baġit sabiex l-Unjoni tkun tista' tiġġieled b'suċċess il-gwerra tal-informazzjoni tar-Russja; jappella għal aktar kampanji ta' informazzjoni biex jiġu spjegati aħjar il-politiki tal-Unjoni fil-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant;

21.  Jirrikonoxxi, f'dak il-kuntest, li l-istruttura ta' ċerti spejjeż tas-SEAE, bħall-ispejjeż tal-infrastruttura, tista' tkun aktar diffiċli biex tiġi ġestita minħabba l-varjazzjonijiet tar-rata tal-kambju jew il-kundizzjonijiet speċifiċi lokali tas-suq, u b'hekk il-ġestjoni u l-ippjanar fil-livell tad-delegazzjonijiet isiru aktar diffiċli;

22.  Jinnota li l-Artikolu 60 tar-Regolament Finanzjarju jipprevedi arranġamenti ġodda ta' setgħat implimentattivi tal-baġit għad-delegazzjonijiet, jiġifieri l-possibbiltà li l-viċi kapijiet ta' delegazzjoni jaġixxu bħala uffiċjali awtorizzanti b'sottodelega u jimplimentaw il-baġit operattiv tal-Kummissjoni sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tan-negozju;

23.  Jilqa' f'dak il-kuntest l-adattamenti tas-SEAE tar-regoli interni tiegħu kif xieraq iżda jistieden madankollu lis-SEAE jimmonitorja bir-reqqa tali sitwazzjonijiet meta tintuża din id-dispożizzjoni ġdida, jiġifieri f'delegazzjonijiet ta' daqs żgħir; jistieden lis-SEAE biex, fil-qafas tal-istrateġija ta' kontroll intern tiegħu, jagħti attenzjoni partikolari lir-riskji potenzjali relatati billi jwettaq kontroll intensifikat tal-operazzjonijiet mill-bogħod dwar l-adegwatezza tal-flussi tax-xogħol finanzjarji u/jew billi jipprovdi aktar appoġġ temporanju b'monitoraġġ u rappurtar ad hoc rilevanti ta' dawn il-perjodi; ifakkar li l-istandard ta' kontroll intern "Kontinwità tan-negozju" kien wieħed mill-aktar komponenti dgħajfa tas-sistema ta' kontroll intern tas-SEAE għal diversi snin, speċjalment għad-delegazzjonijiet;

24.  Iqis bħala passi pożittivi l-ħolqien tal-valutazzjoni tar-riskju u l-istrument ta' ġestjoni bir-reġistri tar-riskji għall-kwartieri ġenerali u d-delegazzjonijiet kif ukoll l-adozzjoni ta' qafas ta' kontroll intern ġdid; jistieden madankollu lis-SEAE biex imur lil hinn mill-għarfien tar-riskju billi jiżgura li l-mitigazzjoni tar-riskji tiġi implimentata b'mod effettiv u tiġi rieżaminata b'mod kostanti;

25.  Jieħu nota tar-rata ta' anomaliji misjuba f'verifiki ex ante ta' impenji u pagamenti (209 żball minn 1 041 u 258 żball minn 1 841 rispettivament); jiddispjaċih dwar in-natura rikorrenti tal-iżbalji identifikati, jiġifieri prinċipalment in-nuqqas ta' disponibbiltà ta' dokumenti ta' sostenn meta l-operazzjonijiet finanzjarji jiġu ppreżentati għal verifika finanzjarja ex ante; jistieden ukoll lis-SEAE jkompli jipprovdi appoġġ speċifiku għall-akkwist pubbliku ta' valur għoli kollu fid-delegazzjonijiet; jilqa' l-implimentazzjoni tal-flussi tax-xogħol elettroniċi fil-kwartieri ġenerali sa tmiem l-2019 li huma maħsuba biex jikkontribwixxu għal tnaqqis fil-livell ta' żbalji f'termini ġenerali;

26.  Jilqa' l-allinjament fl-2018 tal-metodoloġija ex post mal-metodoloġija tal-Qorti, li tippermetti li tiġi pprovduta rata ta' żball għal kull qasam prinċipali ta' nfiq, jiġifieri nfiq tal-persunal, infrastruttura, sigurtà u IT/telekomunikazzjonijiet u abbażi ta' kampjuni ta' operazzjonijiet stratifikati b'mod każwali; iqis li dik l-evoluzzjoni pożittiva se tipprovdi lill-uffiċjal tal-ġestjoni u tal-awtorizzazzjoni b'delega ħarsa ġenerali aħjar tal-ammonti finanzjarji operattivi u globali f'riskju abbażi ta' kopertura akbar u eżawrjenti tat-tranżazzjonijiet finanzjarji; jenfasizza li dik il-metodoloġija se tipprovdi raġunijiet aktar oġġettivi għall-ħruġ ta' pjanijiet ta' azzjoni ddedikati b'miżuri ta' mitigazzjoni jew riżervi potenzjali;

27.  Itenni l-importanza li jiġi pprovdut appoġġ orjentat lejn ir-riżultati lid-delegazzjonijiet fl-oqsma kollha, jiġifieri l-appoġġ għall-akkwist; iqis li l-esperjenza, il-kooperazzjoni u r-riżultati taċ-Ċentru Reġjonali għall-Ewropa li jkopri 27 delegazzjoni għandhom jingħataw il-valur xieraq, b'mod partikolari għal-livell ogħla ta' aċċertament ipprovdut, filwaqt li possibbilment jiġu kkunsidrati mezzi oħra ugwalment effettivi;

28.  Jistieden lis-SEAE jsaħħaħ progressivament il-katina ta' aċċertament tas-SEAE tiegħu f'konformità mas-sett il-ġdid ta' standards ta' kontroll intern li jqegħdu aktar enfasi kemm fuq il-kompetenza u r-responsabbiltà individwali għar-rwol tagħhom fit-twettiq ta' kontrolli (kif rifless ukoll fil-kwestjonarju tal-2018 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipji ta' kontroll intern, partikolarment fil-qasam tal-kontroll fuq it-teknoloġija ftit inqas punteġġ) kif ukoll fuq ir-riskju ta' frodi;

29.  Jilqa' l-isforzi tas-SEAE biex irawwem is-sens ta' responsabbiltà tal-kapijiet ta' delegazzjoni li għadhom kif inħatru għall-ġestjoni finanzjarja tajba tal-fondi tal-Unjoni li jaqgħu taħt ir-responsabbiltajiet operattivi tagħhom flimkien mal-mandat politiku tagħhom; iqis li dan jikkonċerna wkoll lill-atturi kollha b'rabta mal-affarijiet barranin, bħal rappreżentanti speċjali tal-UE, mibgħuta speċjali tal-UE, kapijiet ta' operazzjonijiet militari u kapijiet ta' missjonijiet ċivili;

30.  Ifakkar li r-riżerva hija fundamentali fil-kostruzzjoni tar-responsabbiltà u għalhekk tikkostitwixxi strument preventiv u ta' trasparenza fil-bini tal-katina ta' aċċertament tas-SEAE, li jirrifletti l-isfidi li hemm bħalissa jew dgħufijiet li fadal u li kien hemm li jħabbtu wiċċhom magħhom il-kapijiet tad-delegazzjonijiet;

31.  Jinnota li żewġ delegazzjonijiet biss ipprovdew riżervi motivati, jiġifieri d-Delegazzjoni għas-Sirja, bħal fl-2017, u d-Delegazzjoni għall-Kunsill tal-Ewropa fi Strasburgu għal nuqqas ta' konformità ta' kuntratti implimentati ma' regoli tal-akkwist; iħeġġeġ lis-SEAE jkompli r-rieżami sħiħ li għaddej tal-kuntratti kollha biex tiġi żgurata l-konformità mar-regoli finanzjarji;

32.  Josserva li fi tmiem l-2018, il-popolazzjoni ta' diplomatiċi tal-Istati Membri fl-ammont totali ta' amministraturi kienet tammonta għal 33,76 %, kważi ekwivalenti għal-livell tal-2014 ta' 33,8 %; jinnota l-varjazzjonijiet żgħar li ġejjin bejn l-2014 u l-2018: 32,83 % fi tmiem l-2017, 31,7 % fi tmiem l-2016, 32,9 % fl-2015; jistieden lis-SEAE jibqa' konformi mal-formula tal-persunal kif tinsab fid-Deċiżjoni 2010/427/UE(7), jiġifieri proporzjon ta' terz tal-persunal mill-Istati Membri u żewġ terzi mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni;

33.  Għadu mħasseb dwar l-iżbilanċi kontinwi fil-profil tal-persunal tas-SEAE fir-rigward tan-nazzjonalità; jinnota li fi tmiem l-2017, id-diplomatiċi tal-Istati Membri kienu jirrappreżentaw 32,83 % tal-persunal globali tal-amministraturi tas-SEAE (jiġifieri 307 persuni), fi tmiem l-2016, 31,7 % tal-persunal tas-SEAE kien ġej mill-Istati Membri meta mqabbel ma' 32,9 % fl-2015 u 33,8 % fl-2014;

34.  Jenfasizza li, minkejja sejħiet ripetuti, is-SEAE għadu ma jissodisfax ir-rekwiżiti għall-bilanċ ġeografiku u huwa sproporzjonat b'mod sinifikanti billi għandu kapijiet tad-delegazzjoni mill-Belġju (9), il-Ġermanja (15), Franza (16), l-Italja (21), il-Polonja (5), ir-Repubblika Ċeka (2); jinnota, b'mod partikolari, iż-żieda fin-numru ta' kapijiet ta' delegazzjoni Taljani matul dawn l-aħħar sentejn;

35.  Jistieden it-tisħiħ tal-bilanċ ġeografiku fi ħdan is-SEAE; itenni l-importanza ta' preżenza xierqa u sinifikanti ta' ċittadini mill-Istati Membri kollha; jenfasizza li s-SEAE għandu jiżgura li l-Istati Membri kollha jkunu rappreżentati b'mod adegwat filwaqt li jiġu rispettati l-kompetenzi u l-merti tal-kandidati; għalhekk iħeġġeġ lis-SEAE jkompli jinteraġixxi mal-Istati Membri biex jippromwovi l-karigi tiegħu fost in-netwerks diplomatiċi nazzjonali;

36.  Jistieden lis-SEAE jimplimenta bbaġitjar abbażi tal-ġeneri fl-infiq pubbliku kollu;

37.  Ifakkar li l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri għandha l-għan li torganizza (mill-ġdid), ittejjeb, tiżviluppa u tevalwa l-proċess tal-politiki, bil-għan li l-perspettiva tal-ugwaljanza tal-ġeneri tiġi inkorporata fil-politiki kollha u fil-livelli kollha u fl-istadji kollha, mill-atturi involuti fit-tfassil tal-politiki;

38.  Jinnota b'soddisfazzjon li l-parità numerika bejn il-ġeneri kważi intlaħqet bi 47,4 % tan-numru globali ta’ karigi okkupati minn nisa; jistieden, madankollu, lis-SEAE jkompli jnaqqas l-iżbilanċi kwalitattivi eżistenti fil-livelli kollha, il-funzjonijiet u l-kategoriji differenti, speċjalment għall-pożizzjonijiet ta' amministratur fejn attwalment 34,92 % tal-karigi huma okkupati minn nisa; iħeġġeġ lis-SEAE jkompli jaħdem fuq il-firxa ta' miżuri meħuda biex jappoġġa l-bilanċ bejn il-ġeneri u jżid id-diversità, bħan-netwerk għan-nisa fil-karigi ta' qabel il-ġestjoni u t-taħriġ iddedikat għan-nisa fil-maniġment u dawk li jaspiraw li jsiru managers;

39.  Josserva li l-bilanċ bejn il-ġeneri u l-bilanċ ġeografiku għandhom jiġu rrispettati wkoll fir-rigward tar-rappreżentanti speċjali tal-UE u jinnota li attwalment tnejn minn fost tmien rappreżentanti speċjali tal-UE huma nisa; iqis ukoll li għandhom jiġu kkunsidrati standards etiċi biex jiġu evitati kunflitti ta' interessi potenzjali; jappoġġa t-tħejjija tas-SEAE dwar il-linji gwida dwar l-etika, filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tax-xogħol fid-delegazzjoni;

40.  Jenfasizza l-istess sitwazzjoni fit-tqassim ġenerali tal-persunal skont il-ġeneru fil-karigi ta' maniġment, filwaqt li jinnota titjib fl-2018 b'27,1 % li huma nisa meta mqabbel ma' 24,5 % fl-2017, li jirrappreżenta 71 mara, jiġifieri 60 minn 211-il pożizzjoni f'karigi ta' maniġment intermedju (28,4 % meta mqabbel ma' 26 % fl-2017) u 11 minn 51 kariga ta' maniġment għoli (21,57 % meta mqabbla ma' 18 % fl-2017);

41.  Jappella għal aktar sforzi biex jiġu indirizzati dawn l-iżbilanċi; jistieden lis-SEAE jaġġorna l-Istrateġija dwar il-Ġeneri u l-Opportunitajiet Indaqs tiegħu sabiex jinkludi miri konkreti rigward il-preżenza tan-nisa fil-karigi maniġerjali; jenfasizza l-fatt li titjib tal-bilanċ ġeografiku u bejn il-ġeneri fis-SEAE jikkontribwixxi biex titjieb is-sjieda tal-azzjoni esterna tal-Unjoni;

42.  Jinnota li minn 135 kariga ta' kapijiet ta' delegazzjoni, 34 kienu okkupati minn nisa; jiddispjaċih ukoll dwar il-perċentwal baxx ta' kandidati nisa għal karigi maniġerjali fl-eżerċizzju ta' rotazzjoni annwali għad-delegazzjonijiet, li għadu baxx bi 18 % biss; iħeġġeġ lis-SEAE jkompli l-ħidma tiegħu mal-Istati Membri biex jiġu introdotti aktar kandidati nisa;

43.  Josserva li, wara żieda regolari mill-2011 'l hawn, l-għadd ta' esperti nazzjonali sekondati mill-Istati Membri ġie stabbilizzat għal 449, l-istess numru bħal fl-2017; jinnota li 87,31 % tal-esperti nazzjonali sekondati huma stazzjonati fil-kwartieri ġenerali tas-SEAE, bir-raġunament li jwieġbu għal ħtiġijiet speċjalizzati ħafna fl-istruttura tas-SEAE; jistieden ukoll lis-SEAE jagħti attenzjoni partikolari lill-kwistjoni potenzjali tal-kunflitt ta' interess fil-politika ta' reklutaġġ tiegħu għal esperti nazzjonali sekondati;

44.  Ifakkar fl-importanza tal-perjodi ta' tregwa għal uffiċjali li qabel kienu impjegati mill-istituzzjonijiet jew aġenziji tal-Unjoni billi sitwazzjonijiet mhux indirizzati ta' kunflitt ta' interess jistgħu jikkompromettu l-infurzar ta' standards etiċi għoljin fl-amministrazzjoni tal-Unjoni kollha; jenfasizza li l-Artikolu 16 tar-Regolamenti tal-Persunal jippermetti lill-istituzzjonijiet u lill-aġenziji tal-Unjoni, inkluż is-SEAE, jiċħdu t-talba ta' ex uffiċjal li jieħdu impjieg speċifiku jekk ir-restrizzjonijiet ma jkunux biżżejjed biex jipproteġu l-interessi leġittimi tal-istituzzjonijiet; jibża' li ħafna drabi ma jkunx possibbli li jiġu infurzati l-kundizzjonijiet imposti fuq l-attivitajiet ta' wara l-impjieg fis-servizz pubbliku; għalhekk iħeġġeġ lis-SEAE, lill-aġenziji u lill-istituzzjonijiet l-oħra kollha tal-Unjoni jikkunsidraw il-firxa sħiħa ta' għodod disponibbli skont l-Artikolu 16 tar-Regolamenti tal-Persunal, b'mod partikolari meta jiġu nnotifikati dwar trasferiment lil organizzazzjoni jew kumpanija li tkun irreġistrat fir-reġistru ta' trasparenza sabiex jiġi eskluż kwalunkwe riskju li ex uffiċjali jagħmlu lobbying fuq l-istituzzjonijiet tal-Unjoni fi żmien sentejn wara li jkunu telqu mis-servizz; jistieden ukoll lill-istituzzjonijiet u l-aġenziji kollha tal-Unjoni, inkluż is-SEAE, biex jippubblikaw b'mod strett il-valutazzjoni tagħhom ta' kull każ kif meħtieġ skont l-Artikolu 16 tar-Regolamenti tal-Persunal;

45.  Iqis neċessarju li jinġabru aktar esperjenzi fl-infurzar u s-superviżjoni tal-Artikolu 16 tar-Regolamenti tal-Persunal u tar-regoli etiċi relatati madwar l-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni; jilqa' l-impenn tal-President tal-Kummissjoni, Ursula von der Leyen, għal korp tal-etika tal-Unjoni komuni għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni;

46.  Josserva li l-interess u l-għadd ta' proġetti ta' kolokazzjoni żdiedu b'mod gradwali minħabba l-kosteffettività u s-sinerġiji tagħhom, u li jipprovdu mekkaniżmu li jirkupra l-ispejjeż kollha tal-kolokazzjonijiet;

47.  Jilqa' ż-żieda fl-arranġamenti ta' kolokazzjoni tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni mal-Istati Membri bil-firma ta' tnejn u għoxrin ftehim ta' kolokazzjoni ġodda fl-2018, li jikkonċernaw 65 delegazzjoni u li jwasslu għal total ta' 114-il proġett ta' kolokazzjoni; jinnota wkoll il-konklużjoni ta' żewġ ftehimiet ta' livell ta' servizz mal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea u d-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Protezzjoni Ċivili u l-Operazzjonijiet tal-Għajnuna Umanitarja Ewropej, u jilqa' l-fatt li ftehimiet ulterjuri dwar il-livell ta' servizz qed jiġu nnegozjati mal-Bank Ewropew tal-Investiment, mal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni;

48.  Jinnota b'apprezzament li l-kolokazzjonijiet iġġeneraw sorsi ġodda mhux negliġibbli ta' dħul għas-SEAE, li jammontaw għal EUR 52,1 miljun, u dan jipprovdi spazju għal manuvrar biex tiġi żviluppata l-politika tal-akkwist tal-proprjetà immobbli tiegħu; jinnota li s-SEAE kellu 34 binja ta' uffiċċji fid-delegazzjonijiet u kera 143;

49.  Jitlob li s-SEAE jiżgura li l-kolokazzjoni fil-bini tagħhom tkun miftuħa għall-istituzzjonijiet u l-korpi kollha interessati tal-Unjoni, bħall-Parlament u l-Bank Ewropew tal-Investiment, bl-istess kundizzjonijiet bħas-SEAE; jenfasizza l-benefiċċji ekonomiċi tal-kolokazzjoni billi jitnaqqsu l-ispejjeż tal-manutenzjoni u l-ispejjeż operattivi kif ukoll tas-sigurtà; itenni wkoll li s-SEAE għandu jiżgura li l-ispejjeż għall-kiri jew ix-xiri tal-proprjetà għad-delegazzjonijiet tiegħu jirrispettaw il-firxa tal-prezzijiet li jridu jimxu magħhom ir-rappreżentanzi tal-Istati Membri; jenfasizza li s-SEAE għandu jinkorpora l-istimi xierqa tal-ispejjeż tas-sigurtà fil-kalkoli tiegħu sabiex tiġi evitata talba għal finanzjament addizzjonali fi stadji aktar tard;

50.  Jilqa' l-progress li sar dwar it-tnaqqis tal-għadd ta' delegazzjonijiet li jaqbżu l-ispazju massimu ta' 35 m2 għal kull persuna, b'segwitu għar-rakkomandazzjoni tal-Qorti sabiex isir l-aħjar użu tal-bini tas-SEAE u jiġi evitat infiq mhux meħtieġ;

51.  Jappoġġa l-mekkaniżmu ta' rieżami annwali permanenti bħala strument effettiv ta' ġestjoni tal-forza tax-xogħol biex jipprijoritizza aħjar u jiżgura adattament rikorrenti tar-riżorsi umani tas-SEAE fin-netwerk tad-delegazzjonijiet għall-prijoritajiet ġeopolitiċi li qed jevolvu u d-daqs tal-portafolli tal-proġetti (eż. it-tħejjija tal-ftuħ tad-Delegazzjoni tar-Renju Unit, l-għeluq tad-Delegazzjoni tal-Gżejjer Solomon, l-aġġornament tad-Delegazzjoni tal-Panama u l-ftuħ ta' Delegazzjoni fil-Mongolja); jinnota fl-2018, bħala l-ewwel riżultat ta' dan l-eżerċizzju ta' razzjonalizzazzjoni tar-riżorsi tal-persunal, li tmien karigi ġew ittrasferiti bejn id-delegazzjonijiet;

52.  Itenni li l-Unjoni ħadet pass lejn remunerazzjoni ġusta għal kulħadd fi ħdan l-istituzzjonijiet tagħha; jenfasizza li s-SEAE għandu jiżgura li t-trainees tiegħu fil-kwartieri ġenerali u fid-delegazzjonijiet jirċievu remunerazzjoni deċenti fit-tipi kollha ta' internships (Blue Book, Bruges u Oħrajn); jilqa' l-implimentazzjoni ta' traineeships bi ħlas fid-delegazzjonijiet u t-terminazzjoni ta' offerti ta' traineeships mingħajr ħlas fuq ir-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman Ewropew; jinnota li l-għadd ta' trainees fid-delegazzjonijiet żdied b'aktar minn erba' darbiet, minn 26 fl-2017 għal 109 fl-2018; jiddispjaċih, madankollu, li mill-404 traineeship totali offruti mis-SEAE fl-2018, 126 ma ġewx remunerati, peress li kienu parti minn taħriġ obbligatorju għall-istudenti; itenni l-bżonn ta' li s-SEAE jiggarantixxi allowance adegwata lit-trainees tiegħu kollha biex jiġi evitat li tiżdied id-diskriminazzjoni fuq bażi ekonomika;

53.  Iqis li jkun utli li jittejbu l-għodod ta' ġestjoni tal-ammont ta' xogħol flimkien ma' pjan ta' azzjoni biex jiġu attirati u miżmuma n-nies b'kont meħud tad-diversi ħtiġijiet professjonali, l-esperjenza u n-nazzjonalitajiet; jilqa' r-rapport dwar ir-riżorsi umani u jistieden lis-SEAE jiddikjara b'mod ċar il-ħtiġijiet istituzzjonali tiegħu (jew l-għarfien espert ġdid meħtieġ) u jidentifika r-riskji tal-forza tax-xogħol tiegħu fil-livell korporattiv li jistgħu jxekklu l-kisba mis-SEAE ta' objettivi ta' politika; jappoġġa l-miżuri tas-SEAE li ttieħdu biex jiġi indirizzat l-ammont ta' xogħol li qed jiżdied minħabba t-tnaqqis tal-persunal;

54.  Jinnota bi tħassib il-135 każ ta' medjazzjoni li ġew trattati fid-delegazzjonijiet u l-kwartieri ġenerali fl-2018 dwar nuqqas ta' qbil mhux solvut madwar id-drittijiet u l-obbligi jew tipi differenti ta' kunflitt fuq il-post tax-xogħol, inkluż fastidju psikoloġiku u sesswali allegat; jistieden lis-SEAE, b'mod partikolari lis-servizz ta' medjazzjoni li issa jirrapporta direttament lis-segretarjat ġenerali, biex ikompli jagħti l-ogħla prijorità lil din il-kwistjoni fil-ġestjoni tar-riżorsi; itenni l-importanza li tiġi żviluppata kultura ta' tolleranza żero fir-rigward tal-fastidju b'segwitu strett ta' każijiet irrapportati; jilqa' l-inizjattiva ta' sensibilizzazzjoni kontra l-fastidju li tnediet fl-2018 mis-Segretarju Ġenerali tas-SEAE bil-għan li tingħata aktar informazzjoni dwar il-politika tas-SEAE kontra l-fastidju;

55.  Jistieden ukoll lis-SEAE biex, f'dan il-kuntest, jestendi n-netwerk ta' konsulenti kunfidenzjali li attwalment jirrappreżentaw sitt minn nies, speċjalment fin-netwerk tad-delegazzjonijiet, billi possibilment jiżdied l-għadd ta' konsulenti voluntiera mħarrġa fid-delegazzjonijiet; iħeġġeġ lis-SEAE jrawwem id-djalogu soċjali irrispettivament mill-oriġini tal-persunal u l-istatus differenti tal-persunal;

56.  Josserva li s-SEAE, wara li aġġorna l-arranġament amministrattiv tiegħu mal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi u wara li saħħaħ il-kooperazzjoni tiegħu dwar kwistjonijiet relatati mal-frodi ma' direttorati ġenerali li jaġixxu fi kwistjonijiet esterni, bħad-Direttorat Ġenerali għal Strumenti tal-Politika Barranija (DĠ FPI), id-Direttorat Ġenerali għall-Politika Ewropea tal-Viċinat u n-Negozjati għat-Tkabbir (DĠ NEAR) u d-Direttorat Ġenerali għall-Kooperazzjoni Internazzjonali u l-Iżvilupp (DĠ DEVCO) fl-2017, l-SEAE kompla bl-isforzi tiegħu biex jirfina l-istrateġija tiegħu kontra l-frodi; jenfasizza li għandha tiġi implimentata aktar kooperazzjoni mal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi u l-Kummissjoni (id-Direttorati Ġenerali li jaġixxu fi kwistjonijiet esterni, bħad-DĠ FPI, DĠ NEAR u DĠ DEVCO); jinnota b'apprezzament is-sensibilizzazzjoni fost il-kapijiet ta' delegazzjoni bi qbil mad-DĠ DEVCO u d-DĠ NEAR dwar il-prevenzjoni u r-rappurtar ta' frodi permezz tal-prinċipju ta' kontroll intern tiegħu "Prevenzjoni ta' frodi"; jilqa' l-fatt li s-SEAE huwa membru tan-Netwerk għall-Prevenzjoni u d-Detezzjoni tal-Frodi ppresedut mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF);

57.  Jistieden lis-SEAE biex fir-rapport tal-attività annwali tiegħu jindika l-għadd ta' każijiet riferuti lill-OLAF u ta' investigazzjonijiet li għadhom għaddejjin mill-OLAF relatati ma' kunflitt ta' interess potenzjali fis-SEAE;

58.  Jinnota li fl-2018 kien hemm każ wieħed irrappurtat ta' żvelar ta' informazzjoni protetta minn persuna esterna kontra membru tal-persunal tal-Kummissjoni f'delegazzjoni tal-Unjoni; jitlob lis-SEAE jipprovdi lill-Parlament b'informazzjoni dwar il-politika u l-proċeduri li għandu fis-seħħ, speċjalment fid-delegazzjonijiet, meta jiffaċċja każ ta' żvelar ta' informazzjoni protetta;

59.  Jappoġġa l-isforzi tas-SEAE biex tittejjeb it-trasparenza billi jiġi promoss u mtejjeb ir-Reġistru tas-SEAE, li permezz tiegħu ċ-ċittadini jkunu jistgħu jitolbu aċċess għal dokumenti; jinnota b'sodisfazzjon li ċ-ċittadini użaw ir-Reġistru tas-SEAE bi frekwenza ogħla meta mqabbel mal-2017; jitlob lis-SEAE jiżgura rispons rapidu għat-talbiet taċ-ċittadini;

60.  Jilqa' d-dħul fis-seħħ fl-2020 tat-tliet deċiżjonijiet konġunti dwar il-kundizzjonijiet ta' impjieg, il-Fond LA-Medical u LA-Provident, li jintroduċu qafas ġdid ta' regoli għall-aġenti lokali fid-delegazzjonijiet sabiex jiġu modernizzati u mtejba l-iskemi tas-sigurtà soċjali; jilqa' l-ewwel stħarriġ konġunt bejn il-persunal tas-SEAE u l-Kummissjoni fid-delegazzjonijiet fl-2018; jappoġġa t-tnedija ta' awditjar intern dwar ir-reklutaġġ u l-ġestjoni tal-aġenti lokali biex jiġu rimedjati ċerti dgħufijiet misjuba mill-Qorti fil-proċeduri ta' reklutaġġ ta' aġenti lokali fid-delegazzjonijiet (jiġifieri nuqqas ta' trasparenza fir-rigward ta' ċerti stadji tal-proċedura);

61.  Jieħu nota tal-awditu tas-servizz tal-awditjar intern dwar "koordinazzjoni KE-SEAE" u jinnota b'apprezzament il-konklużjoni tal-awditjar li l-attivitajiet ta' koordinazzjoni bejn is-servizzi tal-Kummissjoni (DĠ DEVCO, DĠ NEAR u DĠ FPI) u s-SEAE huma ġeneralment effettivi u effiċjenti; jinnota madankollu l-ħtieġa li tiġi definita stampa mhux frammentata tal-assistenza esterna ġenerali tal-Unjoni għal pajjiż partikolari u l-ħtieġa li, f'koordinazzjoni mad-DĠ DEVCO u d-DĠ NEAR, tissaħħaħ il-valutazzjoni tar-riskju u l-ġestjoni bi żvilupp ta' opinjoni komuni dwar l-inċertezza u strateġiji ta' mitigazzjoni;

62.  Jiġbed l-attenzjoni għas-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tar-Rapport Speċjali tal-Qorti Nru 15/2018 "Tisħiħ tal-kapaċità tal-forzi tas-sigurtà interna fin-Niġer u fil-Mali: progress limitat u bil-mod"; jistieden lis-SEAE biex (i) jieħu miżuri biex itejjeb l-effiċjenza operattiva tal-missjonijiet billi jipprovdi gwida prattika adegwata u appoġġ suffiċjenti, (ii) itejjeb ir-rata ta' okkupanza tal-postijiet tal-persunal fil-missjonijiet, (iii) jistabbilixxi mandati u baġits biex iqabbel l-operazzjonijiet u jfassal strateġija ta' ħruġ komuni u komprensiva li tiddefinixxi b'mod ċar ir-rwoli u r-responsabbiltajiet fl-istralċ tal-missjonijiet tal-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni, (iv) iżid l-enfasi fuq l-aspetti ta' sostenibbiltà u (v) itejjeb l-indikaturi tal-prestazzjoni u l-valutazzjonijiet tal-impatt tas-SEAE biex jimmonitorja u jevalwa b'mod adegwat it-twettiq tal-kompiti;

63.  Jappoġġa t-tisħiħ tar-rabta bejn it-tfassil tal-politika, id-diplomazija pubblika u l-komunikazzjoni strateġika; jinnota, f'dan il-kuntest, li EUR 3 miljuni ġew allokati lis-SEAE fl-2018 (meta mqabbel ma' EUR 1,1 miljun fl-2017) biex tiġi kkonsolidata l-azzjoni tal-Komunikazzjoni Strateġika Plus tiegħu sabiex jiġu miġġielda d-diżinformazzjoni u t-theddid ibridu, tiġi żviluppata r-reżiljenza għall-indħil barrani filwaqt li jiġi nnutat ukoll l-iżvilupp ta' servizzi ta' intelligence dwar in-negozju;

64.  Jissottolinja l-bżonn li tiġi miġġielda l-propaganda biex tinkixef id-diżinformazzjoni u l-influwenza barranija malizzjuża; jisħaq fuq l-importanza tat-Task Force dwar il-Komunikazzjoni Strateġika tas-SEAE u jitlob li din tiġi fornuta bir-riżorsi finanzjarji u ta' persunal meħtieġa;

65.  Jilqa' l-ħolqien ta' Sistema ta' Twissija Bikrija, stabbilita fost l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-Istati Membri, biex tiffaċilita l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki relatati mal-kampanji ta' diżinformazzjoni u tikkoordina r-reazzjonijiet abbażi ta' informazzjoni b'sors miftuħ ipprovduta minn akkademiċi, minn verifikaturi tal-fatti, minn pjattaformi online u minn sħab internazzjonali; iħeġġeġ lis-SEAE jiżviluppa viżjoni fit-tul għas-sistema ta' twissija rapida u jrawwem koordinazzjoni mal-Istati Membri u sħab ewlenin oħra; barra minn hekk, iħeġġeġ lis-SEAE jippromwovi s-sit web EUvsDisinfo.eu, li fih aktar minn 5 000 każ ta' diżinformazzjoni iżda li ġġenera biss 1,2 miljun viżitatur tal-paġni fl-2018;

66.  Jappoġġa l-isforzi magħmula mis-SEAE biex tissaħħaħ il-firxa kollha ta' kwistjonijiet ta' sigurtà fiżika u dik tal-IT mill-persunal u s-sigurtà tal-bini permezz tax-xiri ta' tagħmir ta' sigurtà ġdid, it-taħriġ ta' uffiċjali tas-sigurtà reġjonali biex jiġu ppreservati l-interessi tas-sigurtà tas-SEAE u biex jiġi pprovdut aktar għarfien dwar is-sigurtà permezz tal-implimentazzjoni ta' politika ta' ġestjoni kemm tar-riskju tas-sigurtà formali, kif ukoll tal-isfida taċ-ċibersigurtà; jilqa' b'mod partikolari t-tnedija ta' programm ta' sensibilizzazzjoni dwar is-sigurtà biex jitnaqqsu r-riskji fil-kwartieri ġenerali, ibbażat fuq stħarriġ tal-persunal tal-2018, u s-sistema ta' ġestjoni tar-riskju tas-sigurtà fid-delegazzjonijiet biex jiġi standardizzat ir-rappurtar ta' theddid għas-sigurtà lokali, inklużi riskji fir-rigward tas-saħħa u s-sikurezza; jinkoraġġixxi lis-SEAE biex jkompli politika reali għad-diġitalizzazzjoni tas-servizzi tiegħu;

67.  Jilqa' l-ewwel rapport ta' segwitu tar-riżoluzzjoni ta' kwittanza dwar is-SEAE għas-sena finanzjarja 2017 adottat minn maġġoranza tal-Membri u l-impenn tas-SEAE li jindirizza r-rakkomandazzjonijiet u l-osservazzjonijiet ewlenin li tqajmu matul il-proċedura ta' kwittanza bil-għan li tkompli titjieb il-ġestjoni tal-fondi tal-Unjoni;

68.  Jitlob lis-SEAE jipprovdi rapport ta' segwitu għas-sena finanzjarja 2018 f'konformità mal-Artikolu 266 tar-Regolament Finanzjarju;

69.  Jilqa' inizjattivi ġodda biex tittejjeb il-komunikazzjoni fir-rigward taċ-ċittadini tal-Unjoni dwar l-importanza tad-diplomazija pubblika u l-komunikazzjonijiet strateġiċi bħala aspett integrali tar-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni; iħeġġeġ lis-SEAE jinvesti f'komunikazzjonijiet diġitali, permezz tal-midja soċjali u tas-siti web tiegħu; ifaħħar il-fatt li s-SEAE beda juża multiplikaturi biex iwettaq kampanji ta' sensibilizzazzjoni tal-pubbliku madwar l-Ewropa kollha; iħeġġeġ ukoll l-użu ta' pjattaformi ta' netwerks soċjali mingħajr ħlas, b'sors miftuħ u self-hosted, u b'kunsiderazzjoni speċjali għall-protezzjoni tad-data tal-utenti;

70.  Jiddispjaċih li s-SEAE għad m'għandux sistema ta' ġestjoni ambjentali; jinnota li saru sforzi biex jiġi promoss l-użu ta' vidjokonferenzi; madankollu jitlob lis-SEAE jdaħħal fis-seħħ pjan ta' azzjoni konkret sabiex inaqqas l-impronta ambjentali tal-kwartieri ġenerali u tad-delegazzjonijiet tiegħu;

71.  Jilqa' l-programm ta' sekondar fuq żmien qasir bejn is-SEAE u l-Parlament; jenfasizza r-rwol tiegħu fit-tisħiħ tal-fehim reċiproku tal-istrutturi u tal-metodi ta' ħidma ta' kull istituzzjoni biex b'hekk titjieb il-kooperazzjoni bejn iż-żewġ istituzzjonijiet; iħeġġeġ lis-SEAE tippromwovi dan il-programm b'mod aktar attiv fost il-persunal bil-għan li tingħata spinta lin-numru ta' parteċipanti; jirrakkomanda wkoll li jiġi estiż il-Programm ta' Skambju Diplomatiku u ta' Sekondar bejn is-SEAE u s-servizzi diplomatiċi tal-Istati Membri li għandu l-għan li jikkontribwixxi għall-evoluzzjoni ta' kultura diplomatika konġunta.

72.  Jenfasizza l-importanza dejjem akbar tal-Politika tal-UE dwar l-Artiku u l-bżonn li tissaħħaħ il-kredibbiltà tal-Unjoni fost is-sħab billi tiġi żgurata l-istabbiltà tal-post ta' Ambaxxatur tal-UE għall-Artiku.

(1) ĠU L 57, 28.2.2018.
(2) ĠU C 327, 30.9.2019, p. 1.
(3) ĠU C 340, 8.10.2019, p. 1.
(4) ĠU C 340, 8.10.2019, p. 9.
(5) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1
(6) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1
(7) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE tas-26 ta' Lulju 2010 li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (ĠU L 201, 3.8.2010, p. 30).


Kwittanza 2018: Impriża Konġunta SESAR
PDF 186kWORD 60k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat 13 ta' Mejju 2020 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2018 (2019/2100(DEC))
P9_TA-PROV(2020)0095A9-0044/2020

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2018,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-impriżi konġunti tal-UE għas-sena finanzjarja 2018, flimkien mar-risposti tal-impriżi konġunti(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabilità tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2018 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2020 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2018 (05763/2019 – C9-0066/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu, u

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 219/2007 tas-27 ta' Frar 2007 dwar l-istabbiliment ta' Impriża Konġunta għall-iżvilupp tas-sistema Ewropea ta' ġenerazzjoni ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (SESAR)(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(b) tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0044/2020),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta SESAR għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2018;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta SESAR, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Mejju 2020 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2018 (2019/2100(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2018,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-impriżi konġunti tal-UE għas-sena finanzjarja 2018, flimkien mar-risposti tal-impriżi konġunti(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(8) dwar l-affidabilità tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2018 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2020 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2018 (05763/2019 – C9-0066/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu, u

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 219/2007 tas-27 ta' Frar 2007 dwar l-istabbiliment ta' Impriża Konġunta għall-iżvilupp tas-sistema Ewropea ta' ġenerazzjoni ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (SESAR)(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(b) tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0044/2020),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2018;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta SESAR, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Mejju 2020 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2018 (2019/2100(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2018,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0044/2020),

A.  billi l-Impriża Konġunta SESAR (l-‘Impriża Konġunta’) twaqqfet fi Frar 2007 biex tmexxi l-programm ta' Riċerka dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku bl-Ajru tal-Ajru Uniku Ewropew (SESAR), li huwa intenzjonat li jimmodernizza l-ġestjoni tat-traffiku fl-Unjoni,

B.  billi, wara l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 721/2014, il-programm SESAR 2020 estenda t-tul ta' ħajja tal-Impriża Konġunta sal-31 ta' Diċembru 2024;

C.  billi l-Impriża Konġunta ġiet imfassla bħala sħubija pubblika-privata, bl-Unjoni u l-Eurocontrol bħala membri fundaturi;

D.  billi l-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-fażi ta' attwazzjoni tas-SESAR 2020 2014 sa 2024 iffinanzjat minn Orizzont 2020 hija ta' EUR 585 000 000; billi skont il-Ftehimiet ta' Sħubija l-ġodda ta' Orizzont 2020, il-kontribuzzjoni mill-Eurocontrol mistennija li tkun ta' madwar EUR 500 000 000, u l-kontribuzzjoni tas-sħab l-oħra mill-industrija tal-avjazzjoni kienet se tkun ta' mill-inqas ta' EUR 500 000 000 u l-kontribuzzjonijiet in natura mill-Eurocontrol u sħab oħra huma ta' 90 %;

Informazzjoni ġenerali

1.  Josserva mir-rapport tal-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti") dwar il-kontijiet annwali tal-impriżi konġunti tal-UE għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2018 (ir-‘rapport tal-Qorti’) li jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Impriża Konġunta fil-31 ta' Diċembru 2017, ir-riżultati tat-tranżazzjonijiet tagħha, il-flussi tal-flus tagħha, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, f'konformità mar-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni;

2.  Jirrikonoxxi li r-rapport tal-Qorti jiddikjara li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2018 huma, fl-aspetti materjali kollha, legali u regolari;

3.  Jinnota li komunikazzjoni effikaċi hija komponent essenzjali ta' proġetti ta' suċċess iffinanzjati mill-Unjoni. Iqis li huwa importanti li tiżdied il-viżibbiltà tar-riżultati li kisbet l-Impriża Konġunta u li tinxtered informazzjoni li tikkonċerna l-valur miżjud. Jistieden lill-Impriża Konġunta ssegwi politika ta' komunikazzjoni proattiva billi xxerred ir-riżultati tar-riċerka tagħha fost il-pubbliku ġenerali, pereżempju permezz tal-midja soċjali jew ta' organi medjatiċi oħra, u b'hekk tissensibilizza lill-pubbliku dwar l-impatt tal-appoġġ tal-Unjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-adozzjoni mis-suq;

4.  Jitlob lill-Qorti tivvaluta r-robustezza u l-affidabbiltà tal-metodoloġija għall-kalkolu u l-valwazzjoni tal-kontribuzzjonijiet in natura. Il-valutazzjoni għandha tevalwa d-disinn u r-robustezza tal-gwida għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta' kontribuzzjoni in natura sabiex tassisti fil-proċess ta' ppjanar, rapportar u ċertifikazzjoni tal-kontribuzzjonijiet in natura;

5.  Ifakkar li s-SESAR hija l-pilastru teknoloġiku tal-inizjattiva tal-Ajru Uniku (SES) u r-rwol tagħha huwa li tikkoordina u timplimenta r-riċerka biex tikkontribwixxi ħalli tingħeleb il-frammentazzjoni tas-SES; jirrimarka li waħda mill-kisbiet ewlenin tal-Impriża Konġunta tinkludi l-ippjanar liberu tar-rotot biex jitnaqqsu t-titjiriet u l-emissjonijiet tal-fjuwil; jemmen għalhekk li l-Impriża Konġunta tista' tintuża aktar biex tikkontribwixxi għas-sostenibbiltà tas-settur tal-avjazzjoni;

6.  Jenfasizza l-importanza tal-ħidma tal-Impriża Konġunta biex tgħin fl-aċċelerazzjoni tal-adozzjoni tal-innovazzjoni; jenfasizza, barra minn hekk, ir-rwol tagħha fl-iżvilupp sinifikanti ta' U-space u l-produzzjoni ta' blueprint li jippermetti l-użu u l-introduzzjoni sikura ta' droni fl-ispazju tal-ajru ta' altitudni baxxa, li jiftaħ it-triq għal settur modern u li qed jikber b'mod rapidu;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

7.  Jinnota li, fl-2018, il-baġit f'termini ta' approprjazzjonijiet ta' pagament kien ta' EUR 94 800 000 (EUR 90 900 000 fl-2017), u l-baġit f'termini ta' approprjazzjonijiet ta' impenn kien ta' EUR 129 517 762 (EUR 109 900 000 fl-2017); Inklużi l-approprjazzjonijiet mhux użati tas-snin preċedenti, li l-Impriża Konġunta reġgħet daħlet għalihom fil-baġit tas-sena kurrenti, u d-dħul assenjat, il-baġit totali tal-pagamenti disponibbli kien ta' EUR 166 465 000 (EUR 213 000 000 fl-2017), u l-baġit totali ta' impenn disponibbli kien ta' EUR 175 918 000 (EUR 130 900 000 fl-2017);

8.  Jinnota li, f'Diċembru 2016, SESAR 1 ġie formalment magħluq u l-aħħar pagament ta' għotja finali sar f'Diċembru 2017, u approprjazzjonijiet ta' pagament mhux użati ta' EUR 40 000 000 mis-snin preċedenti ġew riportati għall-2018 għar-rimborż ta' kontribuzzjonijiet fi flus riċevuti b'eċċess mill-membri tal-industrija tal-Programm SESAR 1 u għall-ħlas ta' talbiet ta' spejjeż ittardjati iżda li għadhom ġustifikati għas-Seba' Programm Kwadru u l-proġetti TEN-T; jinnota bi tħassib li, fi tmiem l-2018, EUR 1 800 000 (5 %) biss minn dawn l-approprjazzjonijiet setgħu jintużaw għall-pagamenti korrettivi, EUR 20 000 000 (50 %) kellhom jiġu kkanċellati, u EUR 18 200 000 (45 %) ġew riportati għall-2019; jiddispjaċih li, fi tmiem l-2018 fil-fażi ta' għeluq ta' SESAR 1, l-Impriża Konġunta xorta wriet numru kbir ta' impenji miftuħa ta' EUR 61 400 000, u dawn ir-riżorsi allokati lill-Impriża Konġunta mhux se jintużaw b'mod sħiħ;

Implimentazzjoni tal-baġit pluriennali fl-ambitu tas-Seba' Programm Kwadru u t-TEN-T

9.  Jinnota li mill-ammont ta' EUR 1 284 300 000 ta' kontribuzzjonijiet in natura u kontribuzzjonijiet fi flus li kellhom isiru mill-membri l-oħra għall-attivitajiet operattivi u amministrattivi tal-Impriża Konġunta (EUR 700 200 000 mill-Eurocontrol u EUR 584 300 000 mill-membri tas-settur tat-traffiku tal-ajru), sa tmiem l-2018 l-Impriża Konġunta ivvalidat kontribuzzjonijiet ta' EUR 1 099 800 000 (EUR 560 700 000 mill-Eurocontrol u EUR 539 100 000 mis-settur tat-traffiku tal-ajru);

Implimentazzjoni tal-baġit pluriennali fl-ambitu ta' Orizzont 2020

10.  Jinnota li mis-sussidju tal-Unjoni ta' EUR 585 000 000 fl-ambitu ta' Orizzont 2020, sa tmiem l-2018, il-kontribuzzjonijiet fi flus kumulattivi tal-Unjoni (Direttorat Ġenerali għall-Mobilità u t-Trasport, DĠ MOVE) għall-attivitajiet operattivi tal-Impriża Konġunta ammontaw għal EUR 216 900 000, u li l-membri l-oħra impenjaw ruħhom li jagħmlu kontribuzzjonijiet in natura u fi flus ta' mill-inqas EUR 1 000 000 000 għall-attivitajiet operattivi tal-Impriża Konġunta SESAR 2020 (ammont stmat ta' EUR 500 000 000 mill-Eurocontrol imqabbel b'madwar EUR 500 000 000 mis-settur tat-traffiku tal-ajru); jinnota, barra minn hekk, li fi tmiem l-2018, il-membri l-oħra kienu kkontribwew EUR 14 400 000 fi flus u kienu taw kontribut in natura EUR 114 000 000 ivvalidat, filwaqt li ġiet irrappurtata kontribuzzjoni addizzjonali ta' EUR 120 200 000 in natura, iżda din kienet għadha ma ġietx ivvalidata;

11.  Jinnota li għal SESAR 2020, fi tmiem l-2018, l-Impriża Konġunta implimentat 81 % u 61 % rispettivament tal-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament disponibbli għall-proġetti ta' Orizzont 2020, u kkanċellat madwar EUR 44 600 000 (35 %) tal-approprjazzjonijiet ta' pagament disponibbli fl-ambitu ta' Orizzont 2020 (ir-rati ta' użu għall-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament fl-2017 kienu 80,24 % u 67,97 % rispettivament);

12.  Jinnota l-osservazzjonijiet tal-Qorti li r-rati baxxi ta' implimentazzjoni u ta' kanċellazzjoni għolja għall-approprjazzjonijiet ta' pagament ta' Orizzont 2020 disponibbli fl-2018 kienu prinċipalment dovuti għall-ippjanar baġitarju konservattiv tal-Impriża Konġunta, u li ma kinux qed jikkunsidraw b'mod sħiħ l-ammont ta' approprjazzjonijiet ta' pagament mhux użati mis-snin preċedenti fl-ippjanar u l-monitoraġġ tal-baġit tagħha;

Prestazzjoni

13.  Jinnota l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni tal-Impriża Konġunta fl-2018, b'mod partikolari, il-valuri tal-effett ta' lieva previsti fil-PPP fi tmiem il-programm:

   bil-metodu ta' evalwazzjoni interim: 1,22,
   permezz ta' metodu ta' evalwazzjoni interim raffinat: 1,26,
   għal Orizzont 2020: 2,26, u
   lieva ta' sħubija: 1,74;

14.  Jinnota li l-Impriża Konġunta ssodisfat l-objettivi politiċi u operattivi ewlenin tagħha kif deskritti fid-Dokument ta' Programmar Uniku għall-perjodu 2017-2019;

15.  Ifakkar lill-Impriża Konġunta tieħu miżuri biex tikseb l-effett ta' lieva fil-mira fuq il-perjodu kollu 2014-2020 ta' 1,41;

16.  Josserva li l-proporzjon tal-kost tal-ġestjoni (baġit amministrattiv/operattiv) għadu taħt il-5 %, u dan jindika l-istruttura organizzattiva pjuttost żnella u effiċjenti tal-Impriża Konġunta;

17.  Jinnota li l-Impriża Konġunta SESAR hija waħda minn fost diversi Impriżi Konġunti li rat sinerġiji aktar operattivi ma' aġenziji deċentralizzati tal-Unjoni li joperaw fl-oqsma tar-riċerka u l-innovazzjoni rispettivi tagħhom, b'mod partikolari, l-Impriża Konġunta u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni ikkollaboraw fil-qasam tad-droni;

18.  Jinnota li fir-rapport annwali tal-attività tal-Impriża Konġunta għall-2018, l-informazzjoni dwar l-indikaturi ta’ prestazzjoni ewlenin dwar il-bilanċ bejn il-ġeneri hija mogħtija biss għall-2017 u mhux għall-2018; jinnota li l-informazzjoni għall-2017 hija marbuta mas-sejħiet għall-proposti tal-Impriża Konġunta fir-rigward tal-programm Orizzont 2020 fl-2016, biċ-ċifri mogħtija għall-indikaturi ta’ prestazzjoni ewlenin huma kif ġej: il-perċentwal ta' nisa fil-proġetti ta' Orizzont 2020 - 15,4 %; il-perċentwal ta' koordinaturi tal-proġetti nisa - 12 %; il-perċentwal ta' nisa fil-gruppi ta' konsulenza u ta' esperti tal-Kummissjoni, eċċ. - 33,3 %;

19.  Jinnota li l-Impriża Konġunta wettqet tliet inizjattivi ewlenin li kienu kruċjali biex tiġi stabbilita l-viżjoni għall-futur tal-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru (ATM) fl-Ewropa fl-2018 u li r-riżultati ta' dawn il-kisbiet, rikonoxxuti mill-komunità tal-ATM kollha, ġew trasferiti lill-Kummissjoni li se tieħu l-passi li jmiss għall-inklużjoni tagħhom fil-qafas leġiżlattiv u politiku tal-avjazzjoni;

20.  Jirrikonoxxi li flimkien mar-riżultati tiegħu mill-proġetti ta' Riċerka Esploratorja, l-Impriża Konġunta wriet li hija protagonista fl-innovazzjoni għall-avjazzjoni permezz tal-integrazzjoni ta' parteċipanti ġodda lil hinn mill-atturi tradizzjonali fir-riċerka u l-innovazzjoni tal-ATM;

Proċeduri ta' akkwist u reklutaġġ

21.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li, fil-31 ta' Diċembru 2018, l-Impriża Konġunta kellha 42 impjegat (2017: 40);

22.  Josserva li, fl-2018, l-Impriża Konġunta ffirmat 48 kuntratt li jinkludu 37 kuntratt speċifiku, li jimplimentaw il-kuntratti qafas u l-ftehimiet interistituzzjonali tal-Impriża Konġunta, u kien hemm 12-il proċedura ta' akkwist: ħames proċeduri nnegozjati mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta' avviż ta' kuntratt, ħames proċeduri nnegozjati ta' valur baxx ħafna, baxx u medju, tliet sejħiet miftuħa għall-offerti, u premju wieħed;

23.  Jinnota li skont il-ftehim tad-delegazzjoni tad-DĠ MOVE, f'Jannar 2018, l-Impriża Konġunta nediet sejħa għal proposti għal studji u dimostrazzjonijiet dwar il-ġestjoni tat-traffiku tad-droni fl-Ewropa (Sejħa U-Space), li l-ammont massimu tal-għotja ta' EUR 9 500 000 huwa ffinanzjat permezz tal-fond tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE) tal-Kummissjoni; jinnota bi tħassib serju s-sejbiet tal-Qorti li filwaqt li l-kriterji tal-għoti tas-sejħa rrispettaw b'mod ġenerali l-orjentazzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1316/2013(13), il-Qorti osservat li kien hemm diversi duplikazzjonijiet u inkonsistenzi fost il-kriterji tal-għoti u s-sottokriterji tagħhom, li jistgħu jqiegħdu f'riskju l-effikaċja ġenerali tal-proċess ta' evalwazzjoni tal-għotjiet u jeħtieġ li jiġu indirizzati fil-fażi tad-disinn u t-tħejjija tas-sejħa;

Kontroll intern

24.  Jirrikonoxxi li l-proċeduri ta' kontroll ex ante tal-Impriża Konġunta huma affidabbli, b'mod partikolari, għall-pagamenti interim u finali tas-Seba' Programm Kwadru, l-Impriża Konġunta twettaq awditi ex post fuq il-benefiċjarji filwaqt li għall-pagamenti ta' Orizzont 2020 is-Servizz ta' Awditjar Komuni tal-Kummissjoni huwa responsabbli għall-awditi ex post; jinnota li r-rati tal-iżball residwu għall-awditi ex post li ġew irrappurtati mill-Impriża Konġunta fi tmiem l-2018 kienu ta' 1,29 % għall-proġetti fl-ambitu tas-Seba' Programm Kwadru u 1,33 % għall-proġetti fl-ambitu tal-programm Orizzont 2020;

25.  Jirrikonoxxi mis-segwitu li l-Impriża Konġunta tat lir-riżoluzzjoni ta' kwittanza għas-sena finanzjarja 2017 li l-Impriża Konġunta ħadet passi biex tindirizza t-tħassib tal-Parlament, b'mod partikolari, l-Impriża Konġunta ħatret Kap ġdid tat-Tim tal-Baġit u l-Finanzi, li t-tim jinkorpora Uffiċjal għall-Finanzi ġdid u Assistent Finanzjarju ġdid, l-Impriża Konġunta qiegħda fil-proċess li tirrekluta Uffiċjal Finanzjarju Kap, u hemm proċedura baġitarja ġdida li wasslet għal tħejjija f'waqtha ta' baġit dettaljat;

Awditi interni

26.  Jinnota li s-Servizz ta' Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni ħareġ ir-rapport tal-awditjar finali dwar il-koordinament bejn l-Impriża Konġunta u ċ-Ċentru ta' Appoġġ Komuni (CSC) u l-implimentazzjoni ta' għodod u servizzi CSC, li wassal għal tliet rakkomandazzjonijiet importanti; jinnota li l-Impriża Konġunta stabbiliet pjan ta' azzjoni dettaljat biex tindirizza r-riskji sottostanti għal dawn ir-rakkomandazzjonijiet, li kien mistenni li jiġi implimentat matul l-2019;

27.  Jinnota li fl-2018, il-Kapaċità tal-Awditjar Intern (IAC) wettqet attivitajiet li jiffukaw fuq l-awditjar tal-aċċertament u l-konsultazzjoni tal-impenji; jinnota li l-IAC wettqet awditu ta' segwitu fuq ir-reklutaġġ u pparteċipat b'mod attiv fl-eżerċizzju tal-Valutazzjoni tar-Riskju tal-Impriża Konġunta, li żammet kuntatt mal-IAS, il-Qorti u atturi tal-awditjar rilevanti oħra, issorveljat l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' azzjoni tal-Impriża Konġunta relatati ma' awditi tal-passat u tat segwitu għall-proċedura ta' kwittanza;

28.  Jinnota li l-Impriża Konġunta wettqet sessjoni ta' ħidma dwar il-ġestjoni tar-riskju korporattiv f'Lulju 2018 biex tirrapporta dwar il-ġestjoni tar-riskju u tivvalida l-bidliet ewlenin marbuta mar-riskji korporattivi;

Kwistjonijie