Indiċi 
Testi adottati
It-Tlieta, 15 ta' Diċembru 2020 - Brussell
Ħatra proposta ta' Marek Opioła bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri
 Miżuri ta' ġestjoni, ta' konservazzjoni u ta' kontroll applikabbli fiż-żona tal-Konvenzjoni Inter-Amerikana għat-Tonn Tropikali ***I
 Konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun dwar is-Sikurezza fl-Avjazzjoni Ċivili ***
 Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-sajd KE/Mauritania: estensjoni tal-Protokoll ***
 Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli UE/Gżejjer Cook: estensjoni tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni ***
 Il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem ***II
 Sena Ewropea tal-Ferroviji (2021) ***I
 Awtorizzazzjoni lill-Kummissjoni biex tivvota favur iż-żieda fil-kapital tal-Fond Ewropew tal-Investiment ***I
 Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 10/2020: Żieda fl-approprjazzjonijiet ta' pagament u aġġustamenti oħra tan-nefqa u d-dħul
 Ebda oġġezzjoni għal att delegat: Kontrolli uffiċjali fil-post ta' kontroll fuq il-fruntiera minn fejn l-oġġetti jitilqu mill-Unjoni u ċerti dispożizzjonijiet dwar it-tranżitu u t-trażbord
 Ebda oġġezzjoni għal miżura ta' implimentazzjoni: Il-grupp ta' sustanzi 4-(1,1,3,3-Tetrametilbutil)fenol, etossilati
 Ebda oġġezzjoni għal att delegat: marka ta' identifikazzjoni li għandha tintuża għal ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali fir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta' Fuq
 Ebda oġġezzjoni għal miżura ta' implimentazzjoni: Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 39 u l-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju 4, 7, 9 u 16
 Ebda oġġezzjoni għal att delegat: limiti ta' żmien għall-preżentazzjoni ta' dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul u dikjarazzjonijiet ta' qabel it-tluq f'każ ta' trasport bil-baħar mir-Renju Unit, iċ-Channel Islands u Isle of Man u lejhom
 Ebda oġġezzjoni għal att delegat: L-aġġornament tal-2020 tat-tassonomija stipulata fl-istandards tekniċi regolatorji għall-format elettroniku uniku għar-rappurtar

Ħatra proposta ta' Marek Opioła bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri
PDF 120kWORD 42k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Diċembru 2020 dwar il-ħatra proposta ta' Marek Opioła bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C9-0350/2020 – 2020/0806(NLE))
P9_TA(2020)0339A9-0249/2020

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 286(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C9-0350/2020),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 129 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0249/2020),

A.  billi, bl-ittra tal-5 ta' Novembru 2020, il-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament Ewropew dwar il-ħatra ta' Marek Opioła għall-kariga ta' Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

B.  billi l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tiegħu evalwa l-kwalifiki tal-kandidat propost, b'mod partikolari fir-rigward tal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 286(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

C.  billi dan il-Kumitat imbagħad, fis-7 ta' Diċembru 2020, ipproċeda b'seduta ta' smigħ tal-kandidat, li matulha dan għamel stqarrija preliminari, u wara wieġeb għall-mistoqsijiet li saru mill-membri tal-Kumitat;

1.  Jagħti opinjoni negattiva dwar il-proposta tal-Kunsill għall-ħatra ta' Marek Opioła bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri, u jitlob lill-Kunsill biex jirtira l-proposta tiegħu u biex jippreżenta waħda ġdida lill-Parlament;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Qorti tal-Awdituri, kif ukoll lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea u lill-istituzzjonijiet tal-awditjar tal-Istati Membri.


Miżuri ta' ġestjoni, ta' konservazzjoni u ta' kontroll applikabbli fiż-żona tal-Konvenzjoni Inter-Amerikana għat-Tonn Tropikali ***I
PDF 131kWORD 43k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Diċembru 2020 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri ta' ġestjoni, ta' konservazzjoni u ta' kontroll applikabbli fiż-żona tal-Konvenzjoni Inter-Amerikana għat-Tonn Tropikali u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 520/2007 (COM(2020)0308 – C9-0203/2020 – 2020/0139(COD))
P9_TA(2020)0340A9-0231/2020

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2020)0308),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0203/2020),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-2 ta’ Diċembru 2020(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 52(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A9-0231/2020),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adotta fl-ewwel qari fil-15 ta’ Diċembru 2020 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2021/ ... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri ta’ ġestjoni, ta’ konservazzjoni u ta’ kontroll applikabbli fiż-żona tal-Konvenzjoni Inter-Amerikana għat-Tonn Tropikali u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 520/2007

P9_TC1-COD(2020)0139


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2021/56.)

(1) Għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


Konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun dwar is-Sikurezza fl-Avjazzjoni Ċivili ***
PDF 119kWORD 42k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Diċembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun dwar is-sikurezza fl-avjazzjoni ċivili (09292/2020 – C9-0205/2020 – 2019/0275(NLE))
P9_TA(2020)0341A9-0239/2020

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (09292/2020),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' ftehim dwar is-sikurezza fl-avjazzjoni ċivili bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun (15260/2019),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 100(2), l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v) u l-Artikolu 218(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9-0205/2020),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4) u l-Artikolu 114(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A9‑0239/2020);

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Ġappun.


Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-sajd KE/Mauritania: estensjoni tal-Protokoll ***
PDF 123kWORD 41k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2020 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania dwar l-estensjoni tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania, li se jiskadi fil-15 ta' Novembru 2020 (11260/20 – C9-0372/2020 – 2020/0274(NLE))
P9_TA(2020)0342A9-0244/2020

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (11260/20),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania dwar l-estensjoni tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania, li se jiskadi fil-15 ta' Novembru 2020 (11315/20),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill f'konformità mal-Artikolu 43(2) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9-0372/2020),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4) u l-Artikolu 114(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għas-Sajd (A9-0244/2020),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania.


Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli UE/Gżejjer Cook: estensjoni tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni ***
PDF 122kWORD 41k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Gżejjer Cook rigward estensjoni tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Gżejjer Cook (11262/20 – C9-0368/2020 – 2020/0275(NLE))
P9_TA(2020)0343A9-0243/2020

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (11262/20),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Gżejjer Cook dwar l-estensjoni tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Gżejjer Cook (11271/20),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill b'konformità mal-Artikolu 43 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), u l-Artikolu 218(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9-0368/2020),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4) u l-Artikolu 114(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għas-Sajd (A9‑0243/2020),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Gżejjer Cook.


Il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem ***II
PDF 137kWORD 47k
Riżoluzzjoni
Anness
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Diċembru 2020 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni tad-direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (riformulazzjoni) (06230/3/2020 – C9-0354/2020 – 2017/0332(COD))
P9_TA(2020)0344A9-0241/2020

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (06230/3/2020 – C9-0354/2020),

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati ppreżentati mill-Kamra tad-Deputati Ċeka, mill-Parlament Irlandiż, mill-Kunsill Federali Awstrijak u mill-House of Commons tar-Renju Unit, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, li jiddikjaraw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipji ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-12 ta' Lulju 2018(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tas-16 ta' Mejju 2018(2),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(3) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0753),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 67 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A9-0241/2020),

1.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

2.  Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni annessi ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jinnota li l-att qed jiġi adottat f'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri kollha ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

ANNESS GĦAR- RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

DIKJARAZZJONI TAL-KUMMISSJONI DWAR L-ATTI DELEGATI FID-DIRETTIVA DWAR L-ILMA TAX-XORB

Il-Kummissjoni jiddispjaċiha dwar id-deċiżjoni tal-koleġiżlaturi li tillimita s-setgħa tagħha li timmodifika l-annessi tad-Direttiva riveduta dwar l-Ilma tax-Xorb għall-Anness III, meta l-Kummissjoni kienet talbet li tingħata setgħa biex timmodifika l-Annessi I sa IV fil-proposta oriġinali tagħha(4).

Il-Kummissjoni jiddispjaċiha speċifikament li l-koleġiżlaturi ma qablux dwar l-għoti ta' setgħa biex jiġi emendat l-Anness II, li huwa partikolarment neċessarju fid-dawl tal-ħtieġa li jiġu aġġornati r-rekwiżiti ta' monitoraġġ stabbiliti fl-Anness II għall-progress xjentifiku u tekniku.

DIKJARAZZJONI TAL-KUMMISSJONI DWAR IL-PROĊEDURA TA' ADOZZJONI TA' ATTI TA' IMPLIMENTAZZJONI

Il-Kummissjoni tisħaq li huwa kontra l-kliem u l-ispirtu tar-Regolament (UE) Nru 182/2011(5) li wieħed jinvoka l-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(4), mingħajr ġustifikazzjoni xierqa. Wieħed għandu jirrikorri għal din id-dispożizzjoni f'każ ta' ħtieġa speċifika li wieħed jiddevja mir-regola ta' prinċipju, li hija li l-Kummissjoni tista' tadotta abbozz ta' att ta' implimentazzjoni meta ma tingħata l-ebda opinjoni. Minħabba li din hija eċċezzjoni għar-regola ġenerali stabbilita fl-Artikolu 5(4), ma tistax titqies sempliċiment bħala "setgħa diskrezzjonali" tal-Leġiżlatur, iżda trid tiġi interpretata b'mod restrittiv u għalhekk trid tkun ġustifikata.

(1) ĠU C 367, 10.10.2018, p. 107.
(2) ĠU C 361, 5.10.2018, p. 46.
(3) Testi adottati, P8_TA(2019)0320.
(4) COM(2017)0753.
(5) ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.


Sena Ewropea tal-Ferroviji (2021) ***I
PDF 133kWORD 44k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2020 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Sena Ewropea tal-Ferroviji (2021) (COM(2020)0078 – C9-0076/2020 – 2020/0035(COD))
P9_TA(2020)0345A9-0191/2020

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2020)0078),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 91 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0076/2020),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-16 ta’ Lulju 2020(1)

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni tal-14 ta’ Ottubru 2020(2).

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-18 ta' Novembru 2020, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A9-0191/2020),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta' Diċembru 2020 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni (UE) 2020/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-Sena Ewropea tal-Ferroviji (2021)

P9_TC1-COD(2020)0035


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, id-Deċiżjoni (UE) 2020/2228.)

(1) ĠU C 364, 28.10.2020, p. 149.
(2) Għadha ma ġietx ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali.


Awtorizzazzjoni lill-Kummissjoni biex tivvota favur iż-żieda fil-kapital tal-Fond Ewropew tal-Investiment ***I
PDF 131kWORD 39k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Diċembru 2020 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni tivvota favur iż-żieda fil-kapital tal-Fond Ewropew tal-Investiment (COM(2020)0774 – C9-0378/2020 – 2020/0343(COD))
P9_TA(2020)0346A9-0253/2020

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2020)0774),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 173(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0378/2020),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A9-0253/2020),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta’ Diċembru 2020 bil-ħsieb li tiġi adottata d-Deċiżjoni (UE) 2021/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni biex tivvota favur iż-żieda fil-kapital awtorizzat tal-Fond Ewropew tal-Investiment

P9_TC1-COD(2020)0343


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, id-Deċiżjoni (UE) 2021/8.)


Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 10/2020: Żieda fl-approprjazzjonijiet ta' pagament u aġġustamenti oħra tan-nefqa u d-dħul
PDF 133kWORD 43k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Diċembru 2020 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 10/2020 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020 – Żieda fl-approprjazzjonijiet ta' pagament f'konformità mal-previżjonijiet aġġornati tan-nefqa u aġġustamenti oħra tan-nefqa u d-dħul (13643/2020 – C9-0395/2020 – 2020/0298(BUD))
P9_TA(2020)0347A9-0252/2020

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, adottat b'mod definittiv fis-27 ta' Novembru 2019(2),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(3) (Regolament QFP),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(4),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/335/UE, Euratom tas-26 ta' Mejju 2014 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea(5),

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit emendatorju Nru 10/2020, adottat mill-Kummissjoni fid-9 ta' Ottubru 2020 (COM(2020)0962),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 10/2020, adottata mill-Kunsill fit-8 ta' Diċembru 2020 u li ntbagħtet lill-Parlament Ewropew fid-9 ta' Diċembru 2020 (13643/2020 – C9-0395/2020),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 94 u 96 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A9‑0252/2020),

A.  billi l-għan tal-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 10/2020 huwa li jiżdied il-livell ta' approprjazzjonijiet ta' pagament skont il-previżjoni aġġornata u, wara li jitqiesu r-riallokazzjonijiet proposti fit-"Trasferiment Globali" (DEC 16/2020), li tiġi aġġustata n-naħa tad-dħul biex jiġi inkorporat l-impatt tad-differenzi fir-rati tal-kambju u l-multi addizzjonali miġbura, u li jiġu bbaġitjati aġġustamenti tan-nefqa aktar limitati fir-rigward tal-livell ta' approprjazzjonijiet tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) u ta' xi aġenziji deċentralizzati (ESMA, EIOPA, EBA u ELA),

B.  billi l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 10/2020 jipproponi żieda globali fl-approprjazzjonijiet ta' pagament ta' EUR 1 569,3 miljun li tikkonċerna l-intestatura 1a "Kompetittività għat-Tkabbir u l-Impjiegi", l-intestatura 1b "Koeżjoni Ekonomika, Soċjali u Territorjali", l-intestatura 2 "Tkabbir Sostenibbli – Riżorsi Naturali" u l-intestatura 4 "Ewropa Globali",

C.  billi l-approprjazzjonijiet ta' pagament ta' EUR 93,8 miljun ser jgħinu l-oneru tal-obbligi tal-Faċilità ta' Garanzija għal Self fi ħdan il-Programm COSME biex jiġu appoġġjati l-SMEs milquta mill-konsegwenzi ekonomiċi tal-kriżi tal-COVID-19,

D.  billi EUR 750 miljun f'approprjazzjonijiet ta' pagament addizzjonali taħt il-FAEŻR ser jiffinanzjaw b'mod partikolari pagamenti ta' somma f'daqqa biex jipprovdu għajnuna lill-bdiewa u lin-negozji agrikoli żgħar u medji affettwati mill-kriżi tal-COVID-19,

E.  billi l-approprjazzjonijiet ta' pagament ta' EUR 586 miljun ser jappoġġjaw ir-reazzjoni Globali tal-UE biex tgħin lill-pajjiżi sħab permezz tal-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA II), l-Istrument Ewropew ta' Viċinat (ENI) u l-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (DCI),

F.  billi r-rieżami bir-reqqa tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-aġenziji deċentralizzati identifika ffrankar li jikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-approprjazzjonijiet ta' pagament b'EUR 9,1 miljun,

G.  billi pagamenti ta' EUR 128 miljun f'multi u penali, li ġew imsarrfa sal-aħħar ta' Settembru 2020, għenu biex jitnaqqsu l-kontribuzzjonijiet tar-riżorsi proprji mill-Istati Membri għall-baġit tal-Unjoni,

H.  billi l-impatt globali propost tal-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 10/2020 fuq in-naħa tad-dħul huwa tnaqqis ta' EUR 588 miljun fi dħul ieħor riekwilibrat b'żieda korrispondenti fil-kontribuzzjonijiet tal-ING,

1.  Jieħu nota tal-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 10/2020, kif ippreżentat mill-Kummissjoni, li huwa ddedikat, fil-kuntest tal-kriżi tal-COVID-19, għall-provvediment ta' EUR 1 569,3 miljun f'approprjazzjonijiet ta' pagament addizzjonali, wara li jitqiesu r-riallokazzjonijiet proposti fit-"Trasferiment Globali", biex tiġi aġġustata n-naħa tad-dħul u biex jiġu bbaġitjati aġġustamenti tan-nefqa aktar limitati;

2.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 9/2020;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-baġit emendatorju Nru 9/2020 ġie adottat b'mod definittiv u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(2) ĠU L 57, 27.2.2020.
(3) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(4) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(5) ĠU L 168, 7.6.2014, p. 105.


Ebda oġġezzjoni għal att delegat: Kontrolli uffiċjali fil-post ta' kontroll fuq il-fruntiera minn fejn l-oġġetti jitilqu mill-Unjoni u ċerti dispożizzjonijiet dwar it-tranżitu u t-trażbord
PDF 127kWORD 44k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament delegat tal-Kummissjoni tad-29 ta' Ottubru 2020 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2019/2124 fir-rigward tal-kontrolli uffiċjali fil-post ta' kontroll fuq il-fruntiera minn fejn l-oġġetti jitilqu mill-Unjoni u ċerti dispożizzjonijiet dwar it-tranżitu u t-trażbord (C(2020)07418 – 2020/2855(DEA))
P9_TA(2020)0348B9-0420/2020

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-Regolament delegat tal-Kummissjoni tad-29 ta' Ottubru 2020 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2019/2124 fir-rigward tal-kontrolli uffiċjali fil-post ta' kontroll fuq il-fruntiera minn fejn l-oġġetti jitilqu mill-Unjoni u ċerti dispożizzjonijiet dwar it-tranżitu u t-trażbord (C(2020)07418),

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tas-6 ta' Novembru 2020, li permezz tagħha hija talbet lill-Parlament jiddikjara li mhux se joġġezzjona għar-Regolament delegat,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, bid-data 2 ta' Diċembru 2020,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta' regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali)(1), u b'mod partikolari l-punti (b) u (d) tal-Artikolu 51(1) u l-Artikolu 144(6) tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 111(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

–  wara li kkunsidra li l-ebda oġġezzjoni ma ġiet espressa fil-perjodu previst fit-tielet u r-raba' inċiżi tal-Artikolu 111(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, li skada fil-15 ta' Diċembru 2020,

A.  billi r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2124(2) jistabbilixxi regoli għat-twettiq ta' kontrolli uffiċjali mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri(3) fuq kunsinni ta' annimali u oġġetti fit-tranżitu, fit-trasbord u fit-tkomplija tat-trasport fl-Unjoni;

B.  billi l-punti (b) u (d) tal-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE) 2017/625 jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta atti delegati dwar regoli biex jiġu stabbiliti l-iskadenzi u l-arranġamenti għat-twettiq ta' verifiki tad-dokumenti u, fejn meħtieġ, verifiki tal-identità u verifiki fiżiċi fuq kategoriji ta' annimali u oġġetti soġġetti għall-kontrolli uffiċjali previsti fl-Artikolu 47(1) ta' dak ir-Regolament li jidħlu fl-Unjoni bi trasport bil-baħar jew bl-ajru minn pajjiż terz, meta dawk l-annimali jew oġġetti jiġu trasferiti minn bastiment jew inġenju tal-ajru u jiġu ttrasportati taħt superviżjoni doganali lejn bastiment jew inġenju tal-ajru ieħor fl-istess port jew ajruport bi tħejjija għat-tkomplija tal-vjaġġ ("kunsinni trasbordati") kif ukoll regoli biex jiġu stabbiliti l-każijiet fejn, u l-kondizzjonijiet li fihom, it-transitu ta' kunsinni tal-kategoriji ta' annimali u oġġetti msemmija fl-Artikolu 47(1) jista' jiġi awtorizzat u ċerti kontrolli uffiċjali li għandhom jitwettqu fil-postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera fuq tali kunsinni, inklużi l-każijiet u l-kondizzjonijiet għall-ħżin ta' oġġetti fi mħażen doganali jew ħielsa jew żoni ħielsa approvati b'mod speċjali;

C.  billi, fid-29 ta' Ottubru 2020, il-Kummissjoni bagħtet lill-Parlament ir-Regolament delegat, u b'hekk infetaħ il-perjodu ta' skrutinju ta' xahrejn biex il-Parlament joġġezzjona għal dak ir-Regolament delegat;

D.  billi, fost l-oħrajn, ir-Regolament delegat jintroduċi flessibbiltà fil-ġestjoni tal-kontrolli uffiċjali ta' beni li minn Stat Membru lejn l-Irlanda u viċi versa jgħaddu mill-Gran Brittanja ("pont fuq l-art"), li jippermetti l-użu ta' sistemi nazzjonali ta' ġestjoni tal-informazzjoni, u b'hekk jikkontribwixxi biex inaqqas il-piż amministrattiv għall-Istati Membri kkonċernati;

E.  billi r-Regolament delegat għandu jidħol fis-seħħ b'urġenza u japplika mill-1 ta' Jannar 2021, sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dak ir-Regolament ikunu effettivi wara li l-perjodu ta' tranżizzjoni stabbilit fil-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika jintemm fil-31 ta' Diċembru 2020;

1.  Jiddikjara li ma joġġezzjonax għar-Regolament delegat;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2124 tal-10 ta' Ottubru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-regoli għall-kontrolli uffiċjali ta' kunsinni ta' annimali u ta' oġġetti fit-tranżitu, fit-trasbord u fit-tkomplija tat-trasport fl-Unjoni, u li jemenda r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008, (KE) Nru 1251/2008, (KE) Nru 119/2009, (UE) Nru 206/2010, (UE) Nru 605/2010, (UE) Nru 142/2011, (UE) Nru 28/2012, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/759 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE (ĠU L 321, 12.12.2019, p. 73).
(3) F'konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta' Fuq flimkien mal-Anness 2 ta' dak il-Protokoll, dan ir-Regolament japplika għar-Renju Unit u fih, fir-rigward tal-Irlanda ta' Fuq.


Ebda oġġezzjoni għal miżura ta' implimentazzjoni: Il-grupp ta' sustanzi 4-(1,1,3,3-Tetrametilbutil)fenol, etossilati
PDF 129kWORD 43k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir l-ebda oġġezzjoni għall-abbozz tar-regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-grupp ta' sustanzi 4-(1,1,3,3-Tetrametilbutil)fenol, etossilati (li jkopri sustanzi definiti sew u sustanzi ta' kompożizzjoni mhux magħrufa jew varjabbli, prodotti kumplessi ta' reazzjoni jew materjali bijoloġiċi, polimeri u omologi) (D070073/02 – 2020/2898(RPS))
P9_TA(2020)0349B9-0408/2020

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz tar-regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-grupp ta' sustanzi 4-(1,1,3,3-Tetrametilbutil)fenol, etossilati (li jkopri sustanzi definiti sew u sustanzi ta' kompożizzjoni mhux magħrufa jew varjabbli, prodotti kumplessi ta' reazzjoni jew materjali bijoloġiċi, polimeri u omologi) (D070073/02),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni(1), u b'mod partikolari l-Artikoli 58 u 131 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni mogħtija fl-20 ta' Novembru 2020 mill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 133 tar-regolament imsemmi hawn fuq,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tat-23 ta' Novembru 2020, li permezz tagħha talbet lill-Parlament jiddikjara li mhuwiex se joġġezzjona għall-abbozz tar-regolament,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, bid-data 2 ta' Diċembru 2020,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 5a(3) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 112(4)(d) u l-Artikolu 111(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

–  wara li kkunsidra li l-ebda oġġezzjoni ma ġiet espressa fil-perjodu previst fit-tielet u r-raba' inċiżi tal-Artikolu 111(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, li skada fil-15 ta’ Diċembru 2020,

A.  billi l-grupp ta' sustanzi 4-(1,1,3,3-Tetrametilbutil)fenol, etossilati ("il-grupp ta' sustanzi") jissodisfa l-kriterji stabbiliti fil-punt (f) tal-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u huwa elenkat fl-Anness XIV ta' dak ir-Regolament; billi l-aħħar data għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għal dan il-grupp ta' sustanzi kienet l-4 ta' Lulju 2019 u d-data tat-terminazzjoni hija stabbilita għall-4 ta' Jannar 2021;

B.  billi dan il-grupp ta' sustanzi jintuża għall-produzzjoni ta' kits dijanjostiċi in vitro u fl-iżvilupp ta' vaċċini kontra l-COVID-19 u possibbilment anke fil-produzzjoni ta' dawn il-vaċċini; billi huwa għalhekk ta' importanza kbira li jiġi żgurat li l-grupp ta' sustanzi jkun jista' jkompli jintuża għal skopijiet speċifiċi, għad-dijanjożi, it-trattament jew il-prevenzjoni tal-COVID-19 wara l-4 ta' Jannar 2021, bħala miżura eċċezzjonali għall-protezzjoni tas-saħħa pubblika;

C.  billi, fis-27 ta' Novembru 2020, il-Kummissjoni bagħtet lill-Parlament l-abbozz tar-regolament tal-Kummissjoni, u b'hekk infetaħ il-perjodu ta' skrutinju biex il-Parlament joġġezzjona għal dak ir-regolament;

D.  billi, inter alia, l-abbozz tar-regolament tal-Kummissjoni jintroduċi posponiment tal-aħħar data għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għal dan il-grupp ta' sustanzi sa 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dak ir-regolament sabiex jingħata lok għat-tħejjija tal-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni għal ċerti użi u għaldaqstant, posponiment ukoll tad-data tat-terminazzjoni għall-grupp ta' sustanzi sa 36 xahar wara d-dħul fis-seħħ tiegħu;

E.  billi l-abbozz tar-regolament tal-Kummissjoni għandu jidħol fis-seħħ b'ħala kwistjoni ta' urġenza u japplika b'mod retroattiv mill-4 ta' Lulju 2019, sabiex tiġi evitata lakuna fil-perjodu li matulu l-applikazzjonijiet għal użi għar-riċerka, l-iżvilupp u l-produzzjoni ta' prodotti mediċinali, apparati mediċi jew aċċessorji għal apparati mediċi, inklużi apparati mediċi dijanjostiċi in vitro, fid-dawl tal-użu tagħhom għad-dijanjożi, it-trattament jew il-prevenzjoni tal-COVID-19 u l-użu f'tali aċċessorji jew apparati mediċi jistgħu jiġu sottomessi b'mod validu sabiex l-użu jkun kopert mill-punt (d) tal-Artikolu 56(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006;

F.  billi din id-deċiżjoni qed tingħata bħala miżura eċċezzjonali għall-protezzjoni tas-saħħa pubblika, biex jiġi żgurat li l-grupp ta' sustanzi jkun jista' jkompli jintuża għal skopijiet speċifiċi, għad-dijanjożi, it-trattament jew il-prevenzjoni tal-COVID-19 wara l-4 ta' Jannar 2021;

1.  Jiddikjara li ma joġġezzjonax għall-abbozz tar-regolament tal-Kummissjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kummissjoni u, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Kunsill.

(1) ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.
(2) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.


Ebda oġġezzjoni għal att delegat: marka ta' identifikazzjoni li għandha tintuża għal ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali fir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta' Fuq
PDF 126kWORD 42k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew biex ma titqajjem l-ebda oġġezzjoni għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tas-7 ta' Diċembru 2020 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-marka ta' identifikazzjoni li għandha tintuża għal ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali fir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta' Fuq (C(2020)08765 – 2020/2907(DEA))
P9_TA(2020)0350B9-0423/2020

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tas-7 ta' Diċembru 2020 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-marka ta' identifikazzjoni li għandha tintuża għal ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali fir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta' Fuq (C(2020)08765),

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tas-7 ta' Diċembru 2020, li permezz tagħha hija talbet lill-Parlament jiddikjara li mhux se joġġezzjona għar-Regolament Delegat,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, bid-data tal-11 ta' Diċembru 2020,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali(1), u b'mod partikolari l-Artikoli 10(1) u 11a(6) tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 111(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

–  wara li kkunsidra li l-ebda oġġezzjoni ma ġiet espressa fil-perjodu previst fit-tielet u r-raba' inċiżi tal-Artikolu 111(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, li skada fil-15 ta' Diċembru 2020,

A.  billi r-Regolament (KE) Nru 853/2004 jistabbilixxi regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali għall-operaturi tan-negozji tal-ikel, u b'mod partikolari l-Anness II ta' dak ir-Regolament jispjega r-rekwiżiti li jikkonċernaw il-marka ta' identifikazzjoni li għandha tiġi applikata mill-operaturi tan-negozji tal-ikel fuq ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali, inklużi r-rekwiżiti li jikkonċernaw il-kodiċijiet tal-pajjiżi li għandhom jintużaw mill-Istati Membri u mill-pajjiżi terzi;

B.  billi, f'konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (Ftehim dwar il-Ħruġ), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta' Fuq flimkien mal-Anness 2 ta' dak il-Protokoll, ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 kif ukoll l-atti tal-Kummissjoni bbażati fuqu, japplikaw għar-Renju Unit kif ukoll fih fir-rigward tal-Irlanda ta' Fuq wara tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni; billi, għal dik ir-raġuni, huwa meħtieġ li jiġu emendati r-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II ta' dak ir-Regolament dwar il-marka ta' identifikazzjoni li għandha tintuża fir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta' Fuq;

C.  billi, fis-7 ta' Diċembru 2020, il-Kummissjoni bagħtet lill-Parlament ir-Regolament Delegat, u b'hekk infetaħ il-perjodu ta' skrutinju ta' xahrejn biex il-Parlament joġġezzjona għal dak ir-Regolament Delegat;

D.  billi r-Regolament Delegat jadatta l-marka ta' identifikazzjoni li għandha tiġi applikata fuq il-prodotti li joriġinaw mill-annimali prodotti fl-Irlanda ta' Fuq;

E.  billi r-Regolament Delegat għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2021, sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dak ir-Regolament ikunu effettivi wara li l-perjodu ta' tranżizzjoni mniżżel fil-Ftehim dwar il-Ħruġ jintemm fil-31 ta' Diċembru 2020;

1.  Jiddikjara li ma joġġezzjonax għar-Regolament Delegat;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.


Ebda oġġezzjoni għal miżura ta' implimentazzjoni: Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 39 u l-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju 4, 7, 9 u 16
PDF 125kWORD 43k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir ebda oġġezzjoni għall-abbozz tar-regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 39 u l-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju 4, 7, 9 u 16 (D069602/01 – 2020/2851(RPS))
P9_TA(2020)0351B9-0406/2020

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' Regolament tal-Kummissjoni (D069602/01),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali tal-kontabilità(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni mogħtija fis-26 ta' Ottubru 2020 mill-kumitat regolatorju tal-kontabilità msemmi fl-Artikolu 6(1) tar-regolament (KE) Nru 1606/2002,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tat-28 ta' Ottubru 2020, li permezz tagħha talbet lill-Parlament jiddikjara li mhuwiex se joġġezzjona għall-abbozz ta' regolament,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tat-2 ta' Diċembru 2020 lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 112(4)(d) u l-Artikolu 111(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji,

–  wara li kkunsidra li l-ebda oġġezzjoni ma ġiet espressa fil-perjodu previst fit-tielet u r-raba' inċiżi tal-Artikolu 111(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, li skada fil-15 ta’ Diċembru 2020,

A.  billi l-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IASB) ħareġ fis-27 ta' Awwissu 2020 emendi għall-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 39, u għall-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju (IFRS) 4, 7, 9, u 16; billi dawk l-emendi għandhom l-għan li jipprovdu eżenzjoni ġenerali fid-dawl tat-"2 fażi" tas-sostituzzjoni tar-rata Interbankarja Offruta (IBOR); billi l-emendi proposti jittrattaw il-konsegwenzi tar-rapportar finanzjarju li jirriżultaw mis-sostituzzjoni reali tar-rata normattiva tal-imgħax fuq il-modifiki tal-istrumenti finanzjarji (bidliet fil-valur) u l-kontabilità għall-iħħeġġjar u jipprevjenu impatti kontabilistiċi mhux mixtieqa fuq il-valwazzjoni (jew l-irtirar tar-rikonoxximent) tal-istrumenti finanzjarji u l-kuntratti ta' lokazzjoni, u l-waqfien tar-relazzjonijiet tal-iħħeġġjar minħabba sostituzzjoni regolatorja tar-rati normattivi; billi mingħajr l-emendi proposti, il-kumpaniji jista' jkollhom jirrikonoxxu minnufih bidliet fil-valur fil-profitt jew fit-telf, jew iwaqqfu r-relazzjonijiet tal-iħħeġġjar anke jekk ma jkunux bidlu l-istrateġija tagħhom għall-ġestjoni tar-riskju; billi l-Kummissjoni ħeġġet lill-IASB biex iħaffef il-ħruġ tal-emendi proposti sabiex l-Unjoni tapprova l-emendi fil-ħin;

B.  billi l-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtar Finanzjarju (EFRAG) ipprovda lill-Kummissjoni b'parir ta' approvazzjoni pożittiv fl-14 ta' Settembru 2020;

C.  billi l-Kummissjoni kkonkludiet li l-interpretazzjoni tissodisfa l-kriterji tekniċi għall-adozzjoni kif meħtieġ mill-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 u ssostni li l-emendi proposti jevitaw il-waqfien tar-relazzjonijiet tal-iħħeġġjar bħala riżultat ta' inċertezzi relatati mat-tranżizzjoni tal-IBOR sabiex ir-rapporti finanzjarji skont l-IFRS ikunu jistgħu juru b'mod xieraq l-impatt tal-ġestjoni tar-riskju u jipprevjenu volatilità bla bżonn fil-profitt jew fit-telf;

D.  L-IASB stabbilixxa l-1 ta' Jannar 2021 bħala d-data effettiva tal-emendi u hija permessa applikazzjoni aktar bikrija. billi l-istituzzjonijiet finanzjarji soġġetti għall-IFRS u l-kontabilità IAS, għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji tagħhom tal-2020, ma jistgħux jużaw it-trattament skont l-emendi proposti qabel l-approvazzjoni u l-pubblikazzjoni tagħhom; billi l-kumpaniji tal-Unjoni jitqiegħdu fi żvantaġġ meta mqabbla mal-kompetituri tagħhom f'ġurisdizzjonijiet oħra jekk ma jkunux f'pożizzjoni li jagħmlu użu mill-eżenzjoni pprovduta mill-emendi; billi għalhekk l-emendi proposti għandhom jiġu approvati u ppubblikati qabel l-aħħar ta' Diċembru 2020 sabiex ikunu applikabbli għall-perjodi finanzjarji li jibdew minn, wara jew qabel l-1 ta' Jannar 2021;

1.  Jiddikjara li ma joġġezzjonax għall-abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kummissjoni u, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Kunsill.

(1) ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.
(2) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.


Ebda oġġezzjoni għal att delegat: limiti ta' żmien għall-preżentazzjoni ta' dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul u dikjarazzjonijiet ta' qabel it-tluq f'każ ta' trasport bil-baħar mir-Renju Unit, iċ-Channel Islands u Isle of Man u lejhom
PDF 127kWORD 43k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tal-20 ta' Novembru 2020 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 fir-rigward tal-limiti ta' żmien għall-preżentazzjoni ta' dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul u dikjarazzjonijiet ta' qabel it-tluq f'każ ta' trasport bil-baħar mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, iċ-Channel Islands u Isle of Man u lejhom (C(2020)08072 – 2020/2890(DEA))
P9_TA(2020)0352B9-0417/2020

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni C(2020)08072,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tas-26 ta' Novembru 2020, li permezz tagħha hija talbet lill-Parlament jiddikjara li mhux se joġġezzjona għar-Regolament Delegat,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, bid-data tat-2 ta' Diċembru 2020,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 131(b), l-Artikolu 265(a) u l-Artikolu 284(5) tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 tat-28 ta' Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' regoli dettaljati li jikkonċernaw uħud mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 111(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur,

–  wara li kkunsidra li l-ebda oġġezzjoni ma ġiet espressa fil-perjodu previst fit-tielet u r-raba' inċiżi tal-Artikolu 111(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, li skada fil-15 ta' Diċembru 2020,

A.  billi r-regolament delegat jistabbilixxi l-limiti ta' żmien li fihom l-operaturi ekonomiċi jridu jipprovdu lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri b'ċerta data ta' sikurezza u sigurtà dwar it-trasport ta' merkanzija bil-baħar b'oriġini jew destinazzjoni fir-Renju Unit;

B.  billi n-negozjati ta' Ftehim Kummerċjali futur mar-Renju Unit ma pproduċewx, fid-data tal-approvazzjoni tar-regolament delegat, ftehim li jiġi rrinunzjat l-obbligu li tiġi ppreżentata d-data ta' sigurtà avvanzata dwar merkanzija li għandha tiġi ttrasportata bil-baħar li għandha l-oriġini jew id-destinazzjoni tagħha fir-Renju Unit;

C.  billi miżura b'għan identiku għal dak tar-Regolament Delegat ġiet adottata mill-Kummissjoni fid-19 ta' Diċembru 2018(3) sabiex tħejji għal sitwazzjoni possibbli li fiha ma jkun hemm l-ebda ftehim għall-ħruġ ordnat tar-Renju Unit mill-Unjoni, għalkemm il-konklużjoni ta' ftehim dwar il-ħruġ irrendiet dan it-test obsolet;

D.  billi r-Regolament Delegat jenħtieġ li jidħol fis-seħħ mill-iktar fis possibbli sabiex jiġi żgurat l-operat bla xkiel ta' kuljum tal-amministrazzjonijiet doganali u tal-operaturi ekonomiċi wara tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni;

1.  Jiddikjara li ma joġġezzjonax għar-Regolament delegat;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.
(2) ĠU L 343, 29.12.2015, p. 1.
(3) Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/334 tad-19 ta' Diċembru 2018 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 fir-rigward tal-limiti ta' żmien għall-preżentazzjoni ta' dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul u dikjarazzjonijiet ta' qabel it-tluq f'każ ta' trasport bil-baħar mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, iċ-Channel Islands u Isle of Man u lejhom (ĠU L 60, 28.2.2019, p. 1).


Ebda oġġezzjoni għal att delegat: L-aġġornament tal-2020 tat-tassonomija stipulata fl-istandards tekniċi regolatorji għall-format elettroniku uniku għar-rappurtar
PDF 123kWORD 43k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir l-ebda oġġezzjoni għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tas-6 ta' Novembru 2020 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2019/815 fir-rigward tal-aġġornament tal-2020 tat-tassonomija stipulata fl-istandards tekniċi regolatorji għall-format elettroniku uniku għar-rappurtar (C(2020)7523 – 2020/2865(DEA))
P9_TA(2020)0353B9-0418/2020

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (C(2020)7523),

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tat-18 ta' Novembru 2020, li permezz tagħha hija talbet lill-Parlament jiddikjara li ma kienx se joġġezzjona għar-Regolament Delegat,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, bid-data tal-4 ta' Diċembru 2020,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(7) tagħha,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE(2), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(2) tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji mressaq mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq lill-Kummissjoni fit-18 ta' Ġunju 2020,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 111(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali,

–  wara li kkunsidra li l-ebda oġġezzjoni ma ġiet espressa fil-perjodu previst fit-tielet u r-raba' inċiżi tal-Artikolu 111(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, li skada fil-15 ta' Diċembru 2020,

A.  billi r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/815 jispeċifika l-format elettroniku uniku għar-rappurtar, imsemmi fl-Artikolu 4(7) tad-Direttiva 2004/109/KE, li għandu jintuża mill-emittenti fit-tfassil tar-rapporti finanzjarji annwali tagħhom;

B.  billi t-tassonomija bażika li għandha tintuża għall-format elettroniku uniku għar-rappurtar hija bbażata fuq it-tassonomija tal-Istandards Internazzjonali ta' Rappurtar Finanzjarju (IFRS), li tagħha hija estensjoni; il-Fondazzjoni tal-IFRS għandha taġġorna t-tassonomija tal-IFRS kull sena biex tqis, fost żviluppi oħra, il-pubblikazzjoni ta' IFRS ġodda jew l-emendi għal dawk eżistenti, l-analiżi tal-informazzjoni li ġeneralment tiġi trażmessa fil-prattika u t-titjibiet li għandhom isiru lill-kontenut ġenerali ta' dik it-tassonomija jew lit-teknoloġija użata;

C.  billi r-regolament delegat tal-Kummissjoni tas-6 ta' Novembru 2020 jipprevedi li dan għandu jkun applikabbli għar-rapporti finanzjarji annwali li jkun fihom dikjarazzjonijiet finanzjarji għas-snin finanzjarji li jibdew fl-1 ta' Jannar 2021 jew wara; billi l-emittenti se jkunu awtorizzati jadottaw it-tassonomija speċifikata f'dak ir-Regolament għas-snin finanzjarji li jibdew fl-1 ta' Jannar 2020 jew wara;

D.  billi l-Parlament u l-Kunsill għandu jkollhom tliet xhur mid-data tan-notifika tal-att delegat biex joġġezzjonaw għalih;

E.  billi l-att delegat ġie nnotifikat mill-Kummissjoni fis-6 ta' Novembru 2020 u għalhekk il-perjodu ta' tliet xhur għall-oġġezzjonijiet possibbli tal-Parlament jew tal-Kunsill se jiskadi wara l-1 ta' Jannar 2021, li hi d-data prevista mill-att delegat għad-dħul fis-seħħ tiegħu;

F.  billi m'hemm l-ebda raġuni li tiġġustifika xi oġġezzjoni għall-att delegat;

1.  Jiddikjara li ma joġġezzjonax għar-Regolament delegat;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 390, 31.12.2004, p. 38.
(2) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.

Avviż legali - Politika tal-privatezza