Indiċi 
Testi adottati
Il-Ġimgħa, 18 ta' Diċembru 2020 - Brussell
Id-deterjorament tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Eġittu, b'mod partikolari l-każ tal-attivisti tal-Inizjattiva Eġizzjana għad-Drittijiet Personali (EIPR)
 Baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021 - it-taqsimiet kollha
 Regoli komuni li jiżguraw konnettività bażika tat-trasport tal-merkanzija bit-triq u tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq fi tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni ***I
 Konnettività fit-trasport bl-ajru fi tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni ***I
 Sikurezza tal-avjazzjoni fi tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni fir-rigward tail-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni***I
 Awtorizzazzjonijiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fl-ilmijiet tar-Renju Unit u għall-operazzjonijiet tal-bastimenti tas-sajd tar-Renju Unit fl-ilmijiet tal-Unjoni ***I

Id-deterjorament tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Eġittu, b'mod partikolari l-każ tal-attivisti tal-Inizjattiva Eġizzjana għad-Drittijiet Personali (EIPR)
PDF 147kWORD 51k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Diċembru 2020 dwar id-deterjorament tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Eġittu, b'mod partikolari l-każ tal-attivisti tal-Inizjattiva Eġizzjana għad-Drittijiet Personali (EIPR) (2020/2912(RSP))
P9_TA(2020)0384RC-B9-0426/2020

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Eġittu, b'mod partikolari dik tal-24 ta' Ottubru 2019(1),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Barranin tal-UE dwar l-Eġittu ta' Awwissu 2013 u Frar 2014,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Kelliem għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) dwar l-Eġittu, u b'mod partikolari dik tal-21 ta' Novembru 2020 dwar l-arresti reċenti ta' attivisti tad-drittijiet tal-bniedem,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kelliem għall-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem dwar l-Eġittu, tal-20 ta' Novembru 2020,

–  wara li kkunsidra s-sejħa mill-esperti tan-NU tas-27 ta' Novembru 2020 għall-ħelsien tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem Eġizzjani li ġew mitfugħa l-ħabs wara li ltaqgħu mad-diplomatiċi, u d-dikjarazzjoni tal-esperti tas-7 ta' Diċembru 2020 dwar id-deċiżjoni li jinħelsu fuq pleġġ tliet membri anzjani tal-persunal tal-Inizjattiva Eġizzjana għad-Drittijiet Personali (EIPR),

–  wara li kkunsidra r-Rieżami Perjodiku Universali tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU dwar l-Eġittu għall-2019-2020,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tat-13 ta' Mejju 2020 mill-Uffiċċju tan-NU kontra d-Droga u l-Kriminalità (UNODC), l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), il-Programm Konġunt tan-NU dwar l-HIV u l-AIDS (UNAIDS) u l-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem (OHCHR) dwar il-COVID-19 fil-ħabsijiet u ambjenti magħluqa oħra,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni UE-Eġittu tal-2001, li daħal fis-seħħ fl-2004, u ssaħħaħ permezz tal-Pjan ta' Azzjoni tal-2007; wara li kkunsidra l-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Eġittu 2017-2020, adottati fil-25 ta' Lulju 2017, id-dikjarazzjoni konġunta maħruġa wara l-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Eġittu tal-2017, u d-dikjarazzjoni konġunta maħruġa wara s-sitt laqgħa tas-Sottokumitat UE-Eġittu dwar Kwistjonijiet Politiċi, id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija fit-23 u l-24 ta' Ġunju 2019,

–  wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE dwar il-Piena tal-Mewt, dwar it-Tortura, dwar il-Libertà ta' Espressjoni u dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem,

–  wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR), il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali (ICESCR), il-Konvenzjoni kontra t-Tortura u Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti oħra, l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal, u l-Karta Għarbija tad-Drittijiet tal-Bniedem, li kollha kienu ratifikati mill-Eġittu,

–  wara li kkunsidra l-Kostituzzjoni tal-Eġittu, b'mod partikolari l-Artikolu 52 dwar il-projbizzjoni tat-tortura fil-forom u t-tipi kollha, l-Artikolu 73 dwar il-libertà tal-għaqda u l-Artikolu 93 dwar in-natura vinkolanti tad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem,

–  wara li kkunsidra l-Karta Afrikana għad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli tal-1981, ratifikata mill-Eġittu fl-20 ta' Marzu 1984,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 144(5) u 132(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Eġittu kompliet tmur għall-agħar hekk kif l-awtoritajiet jintensifikaw ir-ripressjoni tagħhom fuq is-soċjetà ċivili, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, il-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa, il-ġurnalisti, il-membri tal-oppożizzjoni, l-akkademiċi u l-avukati, u jkomplu jrażżnu b'mod brutali u sistematiku kwalunkwe forma ta' nuqqas ta' qbil, u b'hekk idgħajfu l-libertajiet ewlenin, b'mod partikolari l-libertajiet tal-espressjoni, kemm online kif ukoll offline, u l-liberta tal-assoċjazzjoni u tal-għaqda, il-pluraliżmu politiku, id-dritt għall-parteċipazzjoni fl-affarijiet pubbliċi u l-istat tad-dritt;

B.  billi wara l-laqgħa tagħhom ma' 13-il ambaxxatur u diplomatiku barrani fit-3 ta' Novembru 2020, tliet attivisti mill-Inizjattiva Eġizzjana għad-Drittijiet Personali (EIPR), waħda mill-aħħar organizzazzjonijiet indipendenti tad-drittijiet tal-bniedem fl-Eġittu, Gasser Abdel Razek, Karim Ennarah u Mohammad Basheer, ġew arrestati mill-forzi tas-sigurtà u akkużati b'terroriżmu u reati relatati mas-sigurtà nazzjonali bejn il-15 u d-19 ta' Novembru 2020;

C.  billi wara espressjonijiet ta' tħassib nazzjonali u internazzjonali, inkluż mill-OHCHR, il-kelliem għall-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) u l-Istati Membri, fit-3 ta' Diċembru 2020 l-attivisti ngħataw il-ħelsien bi pleġġ waqt li l-akkużi nżammu; billi minkejja l-ħelsien tagħhom fis-6 ta' Diċembru 2020, qorti Eġizzjana li tittratta kawżi relatati mat-terroriżmu kkonfermat id-deċiżjoni ta' prosekutur li jiffriża l-assi tagħhom sakemm jitwettqu l-investigazzjonijiet;

D.  billi r-repressjoni fuq l-EIPR bdiet fl-2016, meta l-kontijiet bankarji tal-eks direttur u fundatur tal-EIPR, Hossam Bahgat, ġew iffriżati, u kien ġie pprojbit milli jitlaq mill-pajjiż; billi l-EIPR tipprovdi servizz imprezzabbli fil-promozzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet personali, politiċi, ċivili, ekonomiċi u soċjali fil-pajjiż;

E.  billi fis-7 ta' Frar 2020, riċerkatur tal-EIPR dwar id-drittijiet tal-ġeneru u student postgradwatorju tal-Erasmus fl-Università ta' Bolonja fl-Italja, Patrick George Zaki, ġie arrestat arbitrarjament fl-Ajruport Internazzjonali tal-Kajr; billi, skont l-avukat tiegħu, Patrick George Zaki ġie soġġett għal interrogazzjoni ta' 17-il siegħa mill-Aġenzija tas-Sigurtà Nazzjonali tal-Eġittu qabel ma ġie ttrasferit lejn Mansoura, fejn ġie msawwat u ttorturat b'xokkijiet elettriċi; billi Patrick George Zaki ġie akkużat bit-tixrid ta' propaganda sovversiva, l-inċitament għall-protesta u l-istigazzjoni għat-terroriżmu, fost akkużi oħra; billi, filwaqt li s-sitwazzjoni tas-saħħa tiegħu tpoġġih f'riskju partikolari li jiġi infettat bil-COVID-19 fil-ħabs ta' Tora, l-arrest preventiv ta' Patrick George Zaki ġie estiż kontinwament għal dawn l-aħħar 10 xhur; billi l-programm Erasmus ġie meqjus bħala wieħed mill-aktar inizjattivi ta' suċċess għall-promozzjoni tal-valuri ewlenin tal-UE; billi d-detenzjoni ta' Patrick George Zaki matul il-borża ta' studju tiegħu fl-Ewropa tirrappreżenta theddida għal dawn il-valuri u l-UE trid tagħmel dak kollu fis-setgħa tagħha biex issib soluzzjoni għal dan il-każ;

F.  billi l-libertà tal-media fl-Eġittu ilha tonqos matul dawn l-aħħar snin minħabba l-ispazju ristrett għall-ġurnalisti; billi l-ġurnalisti u l-membri tal-familja tagħhom qed jiġu ppersegwitati dejjem aktar u jiffaċċjaw detenzjoni, theddid u intimidazzjoni; billi l-awtoritajiet Eġizzjani għadhom jimblukkaw is-siti web tal-organizzazzjonijiet tal-aħbarijiet lokali u internazzjonali u tal-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem;

G.  billi għexieren ta' eluf ta' difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi attivisti tad-drittijiet tan-nisa, attivisti LGBTI, avukati, ġurnalisti, attivisti, dissidenti paċifiċi u membri tal-oppożizzjoni għadhom il-ħabs f'kundizzjonijiet li jheddu l-ħajja tagħhom; billi l-għajbien furzat ta' difensuri tad-drittijiet tal-bniedem qed isir prattika sistematika tal-awtoritajiet Eġizzjani; billi d-detenzjoni preventiva u l-miżuri ta' prekawzjoni ta' qabel il-proċess jintużaw sabiex jipprevjenu lill-attivisti u lill-avukati tagħhom milli jwettqu l-ħidma leġittima tagħhom favur id-drittijiet tal-bniedem jew jeżerċitaw b'mod paċifiku l-libertajiet fundamentali tagħhom fl-Eġittu;

H.  billi l-attivisti tas-soċjetà ċivili Eġizzjani, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, il-ġurnalisti u l-akkademiċi għandhom ikunu jistgħu jwettqu l-attivitajiet leġittimi tagħhom mingħajr ebda xkiel jew biża' ta' rappreżalji kontrihom jew kontra qrabathom; billi qed issir sorveljanza diġitali illegali fuq il-ħidma tagħhom, il-kontijiet tal-midja soċjali u l-apparat personali tagħhom;

I.  billi l-leġiżlazzjoni kontra t-terroriżmu introdotta taħt it-tmexxija tal-President al-Sisi hija kkritikata minn ħafna organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem talli tat lill-awtoritajiet ambitu ta' interpretazzjoni wiesa' b'mod perikoluż u qed tintuża ħażin biex issikket lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, lill-avukati tagħhom, lill-attivisti u lill-membri tal-oppożizzjoni; billi l-persuni suspettati f'każijiet ta' terrur sikwit ma jkollhomx proċessi ġusti, peress li jiġu riferuti direttament lill-qrati militari; billi skont l-organizzazzjoni Human Rights Watch, mill-kolp ta' stat militari tal-2013, l-awtoritajiet Eġizzjani poġġew madwar 3 000 persuna fuq il-listi ta' terroristi, ikkundannaw 3 000 persuna għall-mewt, u żammew 60 000 persuna detenuta;

J.  billi skont l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, l-Eġittu ġġustizzja mill-inqas 110 persuni fl-2020, u 66 minn dawk l-eżekuzzjonijiet saru mit-3 ta' Ottubru 2020, li jfisser li f'dawn l-aħħar xahrejn ġew iġġustizzjati aktar nies milli fl-2019 kollha; billi mill-inqas 39 persuna jinsabu f'riskju ta' eżekuzzjoni imminenti; billi huwa rappurtat li dawn is-sentenzi jsegwu proċessi inġusti għall-aħħar, imtappna minn "ammissjonijiet ta' ħtija" furzati u ksur serju ieħor tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi t-tortura u l-għajbien furzat, li huma nieqsa minn kwalunkwe investigazzjoni serja dwar dawn l-atti u minn proċess ġust għall-vittmi, bħal fil-każ tal-patri Nisrani Kopt Isaiah al-Maqari; billi għad hemm każijiet ta' tfal li qed jiġu kkundannati għall-mewt; billi l-Artikolu 122 tal-Liġi Eġizzjana dwar it-Tfal għadu joħloq tħassib serju peress li jippermetti li f'ċerti ċirkostanzi t-tfal jiġu pproċessati fi proċessi tal-massa fi qrati adulti, u dan wassal biex mill-inqas 17-il minorenni rċevew sentenzi ta' mewt mill-2011 'l hawn;

K.  billi fl-Eġittu għaddej stat ta' emerġenza li ilu fis-seħħ mill-10 ta' April 2017; billi l-proċessi tal-massa għadhom għaddejjin, minkejja kundanna internazzjonali mifruxa li dawn sempliċiment mhumiex tajba biex jissodisfaw ir-rekwiżiti bażiċi tad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet għal proċess dovut u proċess ġust; billi aktar ċivili minn qatt qabel qed jiġu pproċessati fil-qrati militari;

L.  billi l-vjolenza sesswali u l-fastidju kontra n-nisa fnew lis-soċjetà Eġizzjana f'dawn l-aħħar deċennji, peress li s-superstiti sikwit jingħataw it-tort, u l-awtoritajiet ftit li xejn għamlu biex jipproċedu kontra l-persuni suspettati jew jikkontestaw in-normi diskriminatorji li jirfdu l-vjolenza ta' dan it-tip; billi prattiki abbużivi bħall-ittestjar tal-verġnità għadhom mifruxa, inkluż mill-awtoritajiet Eġizzjani; billi l-liġi dwar il-vjolenza kontra n-nisa, li ilha blukkjata fil-Parlament Eġizzjan mill-2017, għad trid tiġi ratifikata; billi l-politiki u l-liġijiet eżistenti kontra l-MĠF mhumiex infurzati sew u l-prattika għadha għaddejja; billi d-difensuri tad-drittijiet tan-nisa u l-attivisti femministi għadhom qed iħabbtu wiċċhom ma' repressjoni;

M.  billi fl-10 ta' Diċembru 2020, u wara investigazzjoni ġudizzjarja ta' erba' snin, il-prosekuturi Taljani f'Ruma ħabbru li kellhom prova inekwivoka tal-involviment ta' erba' uffiċjali tas-sigurtà tal-Istat Eġizzjan fil-ħtif aggravat, il-korriment aggravat u l-qtil tal-assistent tar-riċerka Taljan Giulio Regeni; billi l-avukati tal-Kummissjoni Eġizzjana għad-Drittijiet u l-Libertajiet (ECRF) għadhom qed jipprovdu l-appoġġ tagħhom lit-tim legali ta' Regeni fl-Italja, peress li huma r-rappreżentanti legali fl-Eġittu; billi l-awtoritajiet Eġizzjani kontinwament xekklu l-progress fl-investigazzjoni u l-iżvelar tal-verità dwar il-ħtif, it-tortura u l-qtil ta' Giulio Regeni u l-mewt tal-għalliem Franċiż Eric Lang, li kien ġie detenut fil-Kajr fl-2013, u dan ipprevjena l-possibbiltà li l-persuni responsabbli jagħtu kont ta' għemilhom;

N.  billi l-UE hija s-sieħba ekonomika ewlenija tal-Eġittu u s-sors ewlieni ta' investiment barrani tiegħu; billi f'Ġunju 2017, l-UE u l-Eġittu adottaw prijoritajiet ta' sħubija li kellhom l-għan li jsaħħu l-kooperazzjoni f'firxa wiesgħa ta' oqsma, fosthom fil-qasam tas-sigurtà, il-ġlieda kontra t-terroriżmu u r-riforma ġudizzjarja;

1.  Jiddeplora għal darb' oħra, u bl-aktar mod qawwi possibbli, it-trażżin kontinwu u intensifikat tad-drittijiet fundamentali u tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, avukati, dimostranti, ġurnalisti, bloggers, attivisti ta' trade unions, studenti, tfal, attivisti tad-drittijiet tan-nisa u tal-ugwaljanza tal-ġeneri, persuni leżbjani, gay, bisesswali, transġeneru u intersesswali (LGBTI), avversarji politiċi, inklużi membri tal-familji tagħhom, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u minoranzi, unikament b'reazzjoni għall-eżerċizzju tagħhom tal-libertajiet fundamentali tagħhom jew l-espressjoni tagħhom ta' kontestazzjoni, min-naħa tal-awtoritajiet tal-istat u l-forzi tas-sigurtà fl-Eġittu; jitlob li ssir investigazzjoni indipendenti u trasparenti dwar il-ksur kollu tad-drittijiet tal-bniedem u li dawk li jwettquh jinżammu responsabbli; jissottolinja l-importanza ta' soċjetà ċivili b'saħħitha u li tiffunzjona tajjeb;

2.  Jesprimi r-rabja tiegħu dwar l-arresti reċenti tal-attivisti anzjani tal-EIPR Gasser Abdel Razek, Karim Ennarah u Mohammad Basheer b'ritaljazzjoni għal-laqgħa leġittima tagħhom ma' diplomatiċi Ewropej fil-Kajr; jilqa' l-ħelsien proviżorju tagħhom, iżda jħeġġeġ lill-awtoritajiet jirtiraw l-akkużi kollha kontrihom, itemmu kull forma ta' fastidju u intimidazzjoni kontrihom u kontra l-fundatur u aġent direttur tal-EIRP, Hossam Bahgat, u jirrevokaw kwalunkwe miżura restrittiva, inklużi l-projbizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar u l-iffriżar tal-assi, adottati kontrihom u kontra l-EIPR; jistieden lill-Gvern Eġizzjan jiżgura li l-każ tagħhom jiġi ttrattat b'mod trasparenti, ġust u rapidu;

3.  Jiddispjaċih li d-deċiżjoni li dawn jinħelsu ma ġietx estiża għal detenuti oħra tal-EIPR, b'mod partikolari Patrick George Zaki, li l-ordni ta' detenzjoni tiegħu ġiet estiża għal 45 jum ieħor fis-6 ta' Diċembru 2020; jitlob il-ħelsien immedjat u mingħajr kundizzjonijiet ta' Patrick George Zaki u li jitneħħew l-akkużi kollha kontrih; iqis li hija meħtieġa reazzjoni diplomatika b'saħħitha, rapida u kkoordinata min-naħa tal-UE fir-rigward tal-arrest u d-detenzjoni fit-tul tiegħu;

4.  Itenni t-talbiet tiegħu għall-ħelsien immedjat u mingħajr kundizzjonijiet tal-persuni detenuti b'mod arbitrarju u kkundannati talli wettqu l-ħidma leġittima u paċifika tagħhom fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari Mohamed Ibrahim, Mohamed Ramadan, Abdelrahman Tarek, Ezzat Ghoneim, Haytham Mohamadeen, Alaa Abdel Fattah, Ibrahim Metwally Hegazy, Mahienour El-Massry, Mohamed El-Baqer, Hoda Abdelmoniem, Ahmed Amasha, Islam El-Kalhy, Abdel Moneim Aboul Fotouh, Esraa Abdel Fattah, Ramy Kamel, Ibrahim Ezz El-Din, Zyad el-Elaimy, Hassan Barbary, Ramy Shaath, Sanaa Seif, Solafa Magdy, Hossam al-Sayyad, Mahmoud Hussein u Kamal El-Balshy;

5.  Jenfasizza li l-arresti u d-detenzjonijiet li għaddejjin bħalissa huma parti minn xejra usa' ta' intimidazzjoni ta' organizzazzjonijiet li jiddefendu d-drittijiet tal-bniedem kif ukoll żieda fir-restrizzjonijiet fuq il-libertà tal-espressjoni, kemm online kif ukoll offline, il-libertà ta' assoċjazzjoni u l-libertà ta' għaqda paċifika fl-Eġittu, u jitlob li dawn l-atti kollha jintemmu; jiddeplora l-użu kontinwu, min-naħa tal-Eġittu, tal-leġiżlazzjoni kontra t-terroriżmu, iż-żieda arbitrarja tad-difensuri fil-listi ta' terroristi tal-Eġittu u l-kustodja ta' qabel il-proċess biex jimmiraw u jikkriminalizzaw il-ħidma tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, li hija inkonsistenti mal-istat tad-dritt u mal-obbligi tal-Eġittu skont id-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Eġizzjani jemendaw jew jirrevokaw kwalunkwe leġiżlazzjoni abbużiva, b'mod partikolari l-liġi tal-2019 dwar l-organizzazzjonijiet mhux governattiva (NGO) u l-liġi kontra t-terroriżmu; jistieden għal darba oħra lill-awtoritajiet Eġizzjani biex jagħlqu l-Kawża 173/2011 (il-"Kawża tal-Finanzjament Barrani") u biex ineħħu l-projbizzjonijiet kollha fuq l-ivvjaġġar u l-iffriżar tal-assi imposti fuq mill-inqas 31 difensur tad-drittijiet tal-bniedem u membri tal-persunal ta' NGOs tad-drittijiet tal-bniedem fl-ambitu tal-kawża;

6.  Jistieden lill-awtoritajiet Eġizzjani jiżguraw li t-trattament ta' kwalunkwe persuna detenuta jikkonforma mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-"Korp ta' Prinċipji għall-Protezzjoni tal-Persuni Kollha taħt Kull Forma ta' Detenzjoni jew Priġunerija", adottat mill-Assemblea Ġenerali tan-NU fir-Riżoluzzjoni 43/173 tagħha tad-9 ta' Diċembru 1988, li sakemm jinħelsu, jingħataw aċċess sħiħ għall-familji tagħhom, għal avukati tal-għażla tagħhom u għal kura medika adegwata, u li jsiru investigazzjonijiet kredibbli dwar kwalunkwe allegazzjoni ta' trattament ħażin jew tortura;

7.  Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar id-destin ta' detenuti u priġunieri miżmuma f'postijiet ta' detenzjoni ffullati żżejjed, f'kundizzjonijiet imwiegħra, matul il-pandemija tal-COVID-19, u jistieden lill-awtoritajiet biex b'mod urġenti inaqqsu l-iffullar fil-postijiet ta' detenzjoni; jistieden lill-awtoritajiet jipprovdu aċċess mingħajr restrizzjonijiet għall-ħabs ta' sigurtà massima ta' Tora għal organizzazzjoni indipendenti, sabiex jiġu mmonitorjati l-kundizzjonijiet tad-detenzjoni; jiddenunzja l-arresti arbitrarji, il-fastidju u r-repressjoni arbitrarji ta' ħaddiema mediċi u ġurnalisti talli tkellmu dwar is-sitwazzjoni tal-COVID-19 jew dwar ir-rispons tal-istat Eġizzjan fl-2020; jistieden lill-awtoritajiet Eġizzjani jwaqqfu din il-prattika u jeħilsu lil kwalunkwe persunal mediku li għadu miżmum f'detenzjoni arbitrarja;

8.  Jiddeplora ż-żieda fl-eżekuzzjonijiet fl-Eġittu u jiċħad l-użu tal-piena tal-mewt; jistieden lill-awtoritajiet Eġizzjani jiddikjaraw moratorju fuq il-piena tal-mewt bil-ħsieb li jabolixxuha u jieħdu l-passi kollha biex jiżguraw aderenza stretta mal-garanziji ta' proċess dovut u s-salvagwardji kollha possibbli biex jiżguraw proċess ġust; jistieden lill-Eġittu jeħles immedjatament lill-minorenni kollha li rċevew sentenzi ta' mewt u jemenda l-Artikolu 122 tal-Liġi Eġizzjana dwar it-Tfal;

9.  Jistieden lill-awtoritajiet Eġizzjani jadottaw liġi komprensiva dwar il-vjolenza kontra n-nisa u strateġija nazzjonali biex jinfurzaw il-liġijiet approvati kontra l-vjolenza sesswali; iħeġġeġ lill-awtoritajiet jużaw il-gwida disponibbli tan-NU, bħall-Manwal tan-NU għal-Leġiżlazzjoni dwar il-Vjolenza fuq in-Nisa, biex jistabbilixxu elementi tal-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa, inkluża l-protezzjoni tas-superstiti u tax-xhieda permezz ta' uffiċjali u fornituri mħarrġa; jistieden lill-awtoritajiet Eġizzjani jwaqqfu kwalunkwe tip ta' persekuzzjoni kontra n-nisa fuq il-bażi ta' "ksur tal-morali", bħalma għamlu kontra d-difensur tad-drittijiet tal-bniedem tan-nisa Amal Fathy; jistieden lill-awtoritajiet itemmu minnufih l-arrest u l-prosekuzzjoni ta' membri tal-komunità jew individwi LGBTI fuq il-bażi unika tal-orjentazzjoni sesswali reali jew perċepita tagħhom, bħal fil-każ ta' Seif Bedour;

10.  Jiddeplora t-tentattiv mill-awtoritajiet Eġizzjani biex iqarrqu u jxekklu l-progress fl-investigazzjoni tal-ħtif, it-tortura u l-qtil fl-2016 ta' Giulio Regeni, riċerkatur Taljan; jiddispjaċih dwar iċ-ċaħda persistenti tal-awtoritajiet Eġizzjani li jipprovdu lill-awtoritajiet Taljani bid-dokumenti u l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tkun tista' ssir investigazzjoni rapida, trasparenti u imparzjali dwar il-qtil tas-Sur Regeni, skont l-obbligi internazzjonali tal-Eġittu; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jħeġġu lill-awtoritajiet Eġizzjani jikkooperaw għalkollox mal-awtoritajiet ġudizzjarji Taljani, u jtemmu r-rifjut tagħhom li jibagħtu l-indirizzi ta' residenza, kif titlob il-liġi tal-Italja, tal-erba' persuni suspettati indikati mill-prosekuturi Taljani f'Ruma, mal-għeluq tal-investigazzjoni, sabiex jippermettu l-akkuża formali tagħhom biex jiffaċċjaw akkużi fi proċess ġust fl-Italja; iwissi lill-awtoritajiet Eġizzjani biex ma jirritaljawx kontra x-xhieda jew kontra l-Kummissjoni Eġizzjana għad-Drittijiet u l-Libertajiet (ECRF) u l-avukati tagħha;

11.  Jesprimi appoġġ politiku u uman qawwi lill-familja ta' Giulio Regeni għat-tfittxija kostanti u dinjituża tagħhom għall-verità; ifakkar li t-tfittxija għall-verità dwar il-ħtif, it-tortura u l-qtil ta' ċittadin Ewropew ma tappartjenix biss lill-familja, iżda hija dmir imperattiv għall-istituzzjonijiet nazzjonali u tal-UE li jirrikjedi li jittieħdu l-azzjonijiet diplomatiċi kollha meħtieġa;

12.  Jinnota li l-Eġittu huwa sieħeb importanti tal-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha f'firxa wiesgħa ta' oqsma, inklużi l-kummerċ, is-sigurtà, il-ġlieda kontra t-terroriżmu internazzjonali u l-kuntatti interpersonali; jappoġġa lill-poplu Eġizzjan fl-aspirazzjonijiet tiegħu li jistabbilixxi pajjiż ħieles, stabbli, prosperu, inklużiv u demokratiku li jirrispetta l-leġiżlazzjoni nazzjonali u internazzjonali tiegħu fir-rigward tal-protezzjoni u l-avvanz tad-drittijiet tal-bniedem;

13.  Ifakkar lill-awtoritajiet Eġizzjani li r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali jikkostitwixxi element essenzjali tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Eġittu u li l-għoti ta' spazju lis-soċjetà ċivili huwa impenn konġunt minqux fil-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Eġittu, kif stipulat fil-Kostituzzjoni Eġizzjana; jenfasizza li l-ebda difensur tad-drittijiet tal-bniedem m'għandu jiffaċċja restrizzjonijiet finanzjarji, kriminalizzazzjoni, projbizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar jew kundizzjonijiet ta' pleġġ, jew jinżamm il-ħabs minħabba l-ħidma leġittima tiegħu fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem; iħeġġeġ lill-VP/RGħ jesprimi pubblikament it-tħassib dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Eġittu u fi kwalunkwe laqgħa ta' livell għoli mal-awtoritajiet Eġizzjani;

14.  Jinkoraġġixxi r-rappreżentanti mid-Delegazzjoni tal-UE u mill-Istati Membri fil-Kajr biex jattendu l-proċessi ta' ġurnalisti, bloggers, attivisti tat-trade unions, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u attivisti tas-soċjetà ċivili fil-pajjiż, kemm Eġizzjani kif ukoll barranin, u jżuruhom f'detenzjoni;

15.  Itenni l-appell tiegħu lill-VP/RGħ u lill-Istati Membri biex jirreaġixxu b'mod magħqud u determinat, anke f'koordinazzjoni ma' sħab oħra tal-istess fehma, għat-trażżin u l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fl-Eġittu, u biex jużaw l-għodod kollha għad-dispożizzjoni tagħhom biex jiżguraw progress konkret fir-rekord tad-drittijiet tal-bniedem tal-Eġittu; iħeġġeġ, b'mod partikolari, lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex jieħdu rwol mexxej fis-sessjoni li jmiss tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU biex jiġi stabbilit mekkaniżmu ta' monitoraġġ u rappurtar, li ilu li suppost sar, dwar il-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Eġittu; jilqa' l-adozzjoni mill-Kunsill ta' reġim globali ta' sanzjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem/l-Att Magnitsky tal-UE, u jtenni t-talba tiegħu lill-VP/RGħ u lill-Istati Membri biex jikkunsidraw miżuri restrittivi mmirati kontra uffiċjali Eġizzjani ta' livell għoli responsabbli għall-aktar ksur serju fil-pajjiż;

16.  Itenni l-appell tiegħu għal rieżami profond u komprensiv tar-relazzjonijiet tal-UE mal-Eġittu; iqis li s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Eġittu teħtieġ reviżjoni serja tal-operazzjonijiet ta' appoġġ baġitarju tal-Kummissjoni u r-restrizzjoni tal-għajnuna mill-UE, biex tappoġġa primarjament lill-atturi demokratiċi u lis-soċjetà ċivili; jitlob li jkun hemm aktar trasparenza dwar il-forom kollha ta' appoġġ finanzjarju jew taħriġ ipprovdut mill-UE, mill-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp u mill-Bank Ewropew tal-Investiment lill-Eġittu; ifakkar li l-UE u l-Istati Membri tagħha m'għandhomx jagħtu premji lil mexxejja responsabbli għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem;

17.  Jitlob lill-UE, bil-ħsieb li jiġu nnegozjati prijoritajiet ta' sħubija ġodda, biex tistabbilixxi punti ta' riferiment ċari li jagħmlu l-kooperazzjoni ulterjuri l-parti ċentrali tar-relazzjonijiet tagħna, sabiex jinkiseb progress fir-riforma tal-istituzzjonijiet demokratiċi, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem, u biex it-tħassib dwar id-drittijiet tal-bniedem jiġi integrat fit-taħditiet kollha mal-awtoritajiet Eġizzjani; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lis-SEAE jpoġġu l-ħtieġa għal titjib tanġibbli fis-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari l-ħelsien ta' difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u ġurnalisti detenuti b'mod arbitrarju, fil-qalba tal-laqgħa li jmiss tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Eġittu; itenni li l-kooperazzjoni fl-oqsma tal-ġestjoni tal-migrazzjoni jew tal-ġlieda kontra t-terroriżmu, iżda wkoll il-kunsiderazzjonijiet ġeopolitiċi, m'għandhiex issir askapitu ta' pressjoni kontinwa għall-konformità fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem u l-obbligu ta' rendikont għall-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem;

18.  Itenni l-istediniet reċenti tiegħu lill-Istati Membri biex jagħtu segwitu għall-Konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Barranin tal-21 ta' Awwissu 2013 li ħabbru s-sospensjoni tal-liċenzji ta' esportazzjoni għal kwalunkwe tagħmir li jista' jintuża għal repressjoni interna f'konformità mal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK(2), u jikkundanna n-nuqqas ta' konformità persistenti tal-Istati Membri ma' dawn l-impenji; jistieden lill-Istati Membri jwaqqfu l-esportazzjonijiet kollha lejn l-Eġittu ta' armi, teknoloġija ta' sorveljanza u tagħmir ieħor ta' sigurtà li jistgħu jiffaċilitaw l-attakki fuq id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-attivisti tas-soċjetà ċivili, inkluż fuq il-midja soċjali, kif ukoll kwalunkwe tip ieħor ta' trażżin intern; jitlob lill-UE timplimenta bis-sħiħ il-kontrolli tal-esportazzjoni tagħha lejn l-Eġittu, fir-rigward ta' oġġetti li jistgħu jintużaw għar-repressjoni, għat-tortura jew għall-piena kapitali;

19.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Gvern u lill-Parlament Eġizzjan, u lill-Kummissjoni Afrikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli.

(1) Testi adottati, P9_TA(2019)0043.
(2) ĠU L 335, 13.12.2008, p. 99.


Baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021 - it-taqsimiet kollha
PDF 262kWORD 105k
Riżoluzzjoni
Anness
Anness
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Diċembru 2020 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar it-tieni abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021 (13892/2020 – C9-0408/2020 – 2020/0371(BUD))
P9_TA(2020)0385A9-0267/2020

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/335/UE, Euratom tas-26 ta' Mejju 2014 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea(1),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea u li tħassar id-Deċiżjoni 2014/335/UE, Euratom,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(2),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(3),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprja ġodda, inkluż pjan direzzjonali għall-introduzzjoni ta' riżorsi proprja ġodda,

–  wara li kkunsidra l-ftehim politiku tal-10 ta' Novembru 2020 dwar il-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027,

–  wara li kkunsidra r-rapport speċjali tal-Grupp Intergovernattiv ta' Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC) tat-8 ta' Ottubru 2018 dwar it-Tisħin Globali ta' 1.5 C(4),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Jannar 2020 dwar il-15-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet (COP15) għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika(5),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Ġunju 2020 dwar il-linji gwida ġenerali għat-tħejjija tal-baġit 2021, Taqsima III - Il-Kummissjoni(6),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Mejju 2020 dwar l-estimi tad-dħul u tal-infiq tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2021(7),

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021, adottat mill-Kummissjoni fis-27 ta' Lulju 2020 (COM(2020)0300) (l-"ewwel AB"),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021, adottata mill-Kunsill fit-28 ta' Settembru 2020 u li ntbagħtet lill-Parlament Ewropew fl-1 ta' Ottubru 2020 (11072/1/2020 – C9-0314/2020),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Novembru 2020 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021(8),

–  wara li kkunsidra l-fatt li l-Kumitat ta' Konċiljazzjoni ma laħaqx ftehim dwar test konġunt fi żmien il-wieħed u għoxrin ġurnata msemmija fl-Artikolu 314(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kumitat ta' Konċiljazzjoni dwar fehim komuni dwar il-kontenut tal-baġit għall-2021,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ġdid tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021, li l-Kummissjoni adottat fl-10 ta' Diċembru 2020 (COM(2020)0836), skont l-Artikolu 314(8) tat-TFUE,

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar it-tieni abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021, li l-Kunsill adotta fl-14 ta' Diċembru 2020 (13892/2020)– C9-0408/2020),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 94 u 96 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A9-0267/2020),

1.  Ifakkar li l-Artikolu 312(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprevedi li l-Baġit annwali tal-Unjoni għandu jirrispetta l-qafas finanzjarju pluriennali; jinnota li l-laqgħa tal-Kumitat ta' Konċiljazzjoni fl-4 ta' Diċembru 2020, ma setax jaqbel dwar test konġunt fi żmien il-perjodu ta' konċiljazzjoni ta' 21 jum previst fl-Artikolu 314(5) tat-TFUE, minħabba n-nuqqas ta' ċarezza fir-rigward tal-qafas finanzjarju pluriennali għall-2021-2027 (QFP) sa tmiem il-perjodu ta' konċiljazzjoni;

2.  Ifakkar li l-Kumitat ta' Konċiljazzjoni laħaq ftehim komuni dwar il-kontenut tal-Baġit 2021 abbażi tal-Abbozz ta' Elementi għall-Konklużjonijiet Konġunti Nru 4 kif ippreżentati mill-Kummissjoni fl-4 ta' Diċembru 2020, u stieden lill-Kummissjoni tippreżenta t-tieni abbozz ta' baġit għall-2021 li jirrifletti l-fehim komuni hekk kif ikun hemm biżżejjed assigurazzjonijiet li l-Artikolu 312(1) tat-TFUE jista' jiġi rispettat; jinnota li l-Abbozz ta' Elementi għall-Konklużjonijiet Konġunti Nru 4 jinkludi ħames dikjarazzjonijiet, fosthom l-indirizzar determinat tal-faqar fost it-tfal taħt il-Fond Soċjali Ewropew Plus u l-indirizzar tal-impatt tal-kriżi tal-COVID-19 fuq setturi bħat-turiżmu u l-SMEs, u l-persuni l-aktar milquta;

3.  Jinnota li l-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni ġew issodisfati u t-tieni abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2021 kif ippreżentat mill-Kummissjoni jikkorrispondi għall-fehim komuni; jinnota li l-livell ta' approprjazzjonijiet ta' impenn globali fil-Baġit 2021 huwa stabbilit għal EUR 164 251,5 miljun, li jħalli marġni ta' EUR 778,8 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn taħt il-limitu massimu tal-QFP għall-2021;

4.  Jilqa' l-fatt li ż-żieda ta' EUR 185 miljun fuq il-livelli tal-ewwel AB kif modifikat permezz tal-Ittra Emendatorja Nru 1/2020 miksuba fin-negozjati ta' konċiljazzjoni tikkorrispondi għall-prijoritajiet politiċi ewlenin tal-Parlament; jinnota li ż-żidiet jinkludu  EUR 60,3 miljun għall-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa - Trasport, EUR 42 miljun għal LIFE, EUR 25,7 miljun għall-Programm Ewropa Diġitali, EUR 6,6 miljun għall-Programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri, li minnhom EUR 4,8 miljun huma għal Daphne), EUR 2,7 miljun għall-programm Ġustizzja, EUR 25 miljun għall-Għajnuna Umanitarja bħala parti mir-rinforz ta' EUR 500 miljun għall-perjodu mill-2021 sal-2021 kif maqbul fil-kuntest tal-QFP, EUR 10,2 miljun għall-UNRWA taħt l-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali (NDICI) u EUR 7,3 miljun għall-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew prinċipalment għar-rinforzi tal-persunal; jinnota wkoll li l-Ittra Emendatorja Nru 1/2020 kienet diġà inkorporat żidiet għall-programmi Orizzont Ewropa, Erasmus+ u EU4Health biex jirriflettu l-eżitu tan-negozjati tal-QFP;

5.  Jinnota li l-livell ta' approprjazzjonijiet ta' pagament globali fil-Baġit 2021 huwa stabbilit għal EUR 166 060,5 miljun, li jħalli marġni ta' EUR 2 001,4 miljun f'approprjazzjonijiet ta' pagament taħt il-limitu massimu tal-QFP għall-2021; jilqa' l-fatt li l-livell ta' approprjazzjonijiet ta' pagament globali maqbula għall-2021 jirrappreżenta żieda ta' 1,2 % meta mqabbel mal-Baġit 2020; jissottolinja l-importanza tad-dikjarazzjoni konġunta dwar l-approprjazzjonijiet ta' pagament li fiha l-Parlament u l-Kunsill jimpenjaw ruħhom li jieħdu d-deċiżjonijiet neċessarji, fi żmien xieraq, biex ikopru kwalunkwe ħtieġa ġġustifikata;

6.  Jilqa' l-fatt li, bi qbil mal-Artikolu 15(3) tar-Regolament Finanzjarju u d-dikjarazzjoni konġunta dwar l-implimentazzjoni tal-paragrafu maqbul bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni qabel, għall-ewwel darba, li EUR 20 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn jerġgħu jsiru disponibbli fil-linji baġitarji tar-riċerka; jinsisti fuq l-implimentazzjoni sħiħa tal-Artikolu 15(3) tar-Regolament Finanzjarju fil-QFP sabiex jintlaħqu l-EUR 500 miljun maqbula;

7.  Ifakkar li l-Kumitat ta' Konċiljazzjoni għamilha ċara li t-tnaqqis ta' EUR 61 miljun għall-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex) fl-2021 ma jaffettwax iż-żieda globali ta' EUR 500 miljun (fi prezzijiet tal-2018) maqbula politikament fil-kuntest tan-negozjati tal-QFP, u li t-tnaqqis se jiġi kkumpensat fis-snin ta' wara f'konformità mal-ftehim dwar il-QFP;

8.  Jilqa' l-fatt li l-Parlament irnexxielu jiddefendi nomenklatura baġitarja aktar differenzjata meta mqabbla ma' dik proposta mill-Kummissjoni fl-ewwel AB, partikolarment fir-rigward tal-NDICI, Erasmus+, il-programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri u d-djalogu soċjali; jemmen li dawk il-modifiki se jippermettu lill-Parlament u lill-Kunsill jeżerċitaw aħjar ir-rwol tagħhom ta' teħid tad-deċiżjonijiet fil-proċedura baġitarja annwali kif ukoll l-iskrutinju tagħhom fuq l-implimentazzjoni tal-baġit; jiddispjaċih madankollu li, matul il-konċiljazzjoni, il-Kunsill u l-Kummissjoni ma setgħux jaqblu dwar nomenklatura aktar dettaljata kif propost mill-Parlament, b'mod partikolari għall-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil u l-Istrument għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u tal-Viżi, kif ukoll għall-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni u għal aktar differenzjazzjoni għall-NDICI, b'mod partikolari l-fergħa tal-Viċinat;

9.  Jinnota li l-livell ta' approprjazzjonijiet globali fil-Baġit 2021 għall-Parlament huwa stabbilit għal EUR 2 063 miljun;

10.  Jilqa' l-ħolqien ta' total ta' 75 post u ż-żieda korrispondenti fl-approprjazzjonijiet għall-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE), il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR), l-Ombudsman Ewropew u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) biex jiġi żgurat li jkollhom biżżejjed riżorsi u persunal biex ikunu jistgħu jwettqu l-missjonijiet tagħhom bl-aħjar mod possibbli kif ukoll biex jiffunzjonaw b'mod ottimu;

11.  Jilqa' t-tisħiħ ta' EUR 590 854 għall-KESE dwar il-linja baġitarja għall-Interpretazzjoni u t-tisħiħ ta' EUR 564 796 għall-KtR fuq il-linji baġitarji Materjal u l-installazzjonijiet tekniċi, u Attivitajiet ta' komunikazzjoni tal-Partijiet terzi u tal-gruppi Politiċi;

12.  Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni biex jiżdiedu l-approprjazzjonijiet għas-SEAE fil-Baġit 2021 minħabba responsabbiltajiet ġodda fil-governanza tal-Faċilità Ewropea għall-Paċi u għal operazzjonalità mtejba tas-servizzi konsulari; jilqa' t-trasferiment newtrali għall-baġit tal-persunal tal-Kummissjoni mit-taqsimiet amministrattivi tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni għas-SEAE sabiex jiġu ssimplifikati u razzjonalizzati ċ-ċirkwiti amministrattivi u finanzjarji u tkun tista' ssir il-ġestjoni effiċjenti u awtonoma tal-persunal; jilqa' t-tisħiħ ta' EUR 1 miljun għall-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni dwar il-linja baġitarja tal-Kapaċità ta' Komunikazzjoni Strateġika;

13.  Jaqbel li t-tnaqqis ta' 10 % fil-linji ddedikati għall-missjonijiet huwa ġustifikat fid-dawl tal-kriżi tas-saħħa u ekonomika li qed tirriżulta mit-tifqigħa tal-COVID-19;

14.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar it-tieni abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021 kif ukoll id-dikjarazzjonijiet konġunti annessi ma' din ir-riżoluzzjoni;

15.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021 ġie adottat b'mod definittiv u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

16.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-istituzzjonijiet l-oħra u lill-entitajiet ikkonċernati, u lill-parlamenti nazzjonali.

ANNESS: DIKJARAZZJONI MILL-KUMITAT TA' KONĊILJAZZJONI

1.  Il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni msemmi fl-Artikolu 314(5) tat-TFUE, li ltaqa' fl-4 ta' Diċembru 2020, eżamina l-proposta tal-Kummissjoni għall-abbozz ta' baġit ġenerali għall-2021 (COM(2020)0300) u l-Ittra Emendatorja Nru 1 għall-abbozz ta' baġit ġenerali għall-2021 (COM(2020)0748).

2.  F'dik il-laqgħa, il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni laħaq fehim komuni dwar il-kontenut tal-baġit 2021, ibbażat fuq l-Abbozz ta' Elementi għall-Konklużjonijiet Konġunti Nru 4 kif ippreżentat mill-Kummissjoni fl-4 ta' Diċembru 2020.

3.  Filwaqt li jfakkar fl-Artikolu 312(1) tat-TFUE, skont liema artikolu "Il-baġit annwali tal-Unjoni għandu jirrispetta l-qafas finanzjarju pluriennali", il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, fid-dawl taċ-ċirkostanzi fir-rigward tal-qafas finanzjarju pluriennali għall-2021-2027, mhuwiex f'pożizzjoni li jaqbel dwar test konġunt fil-perjodu ta' konċiljazzjoni ta' 21 jum, kif previst fl-Artikolu 314(5) tat-TFUE.

4.  Il-Kummissjoni għalhekk ġiet mistiedna tippreżenta abbozz ta' baġit ġdid għall-2021, f'konformità mal-Artikolu 314(8) tat-TFUE, b'kunsiderazzjoni xierqa tal-fehim komuni milħuq fil-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, hekk kif kien hemm biżżejjed assigurazzjonijiet li seta' jkun hemm konformità mal-Artikolu 312(1) TFUE, sabiex il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu jistgħu jipproċessaw malajr tali abbozz ta' baġit ġdid għall-2021 fuq dik il-bażi.

ANNESS: Baġit 2021 – Elementi għall-konklużjonijiet konġunti

Dawn il-konklużjonijiet konġunti jkopru t-taqsimiet li ġejjin:

1.  Baġit 2021

2.  Baġit 2020 – Abbozz ta' Baġit Emendatorju Nru 10/2020

3.  Dikjarazzjonijiet

Ħarsa ġenerali

A.  Baġit 2021

Skont l-elementi għall-konklużjonijiet konġunti:

—  Il-livell ġenerali ta' approprjazzjonijiet ta' impenn fil-baġit tal-2021 huwa stabbilit għall-ammont ta' EUR 164 251,5 miljun. Globalment, dan iħalli marġni taħt il-limiti massimi tal-QFP għall-2021 ta' EUR 778,8 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn.

—  Il-livell kumplessiv ta' approprjazzjonijiet ta' pagament fil-baġit tal-2021 huwa stabbilit għall-ammont ta' EUR 166 060,5 miljun. Globalment, dan iħalli marġni taħt il-limiti massimi tal-QFP għall-2021 ta' EUR 2 001,4 miljun f'approprjazzjonijiet ta' pagament.

—  L-Istrument ta' Flessibbiltà għall-2021 huwa mobilizzat f'approprjazzjonijiet ta' impenn għall-ammont ta' EUR 76,4 miljun għall-Intestatura 2b Reżiljenza u Valuri.

L-approprjazzjonijiet ta' pagament għall-2021 relatati mal-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà fl-2018, fl-2019, fl-2020 u fl-2021 huma stmati mill-Kummissjoni li jammontaw għal EUR 628,5 miljun. L-iskeda ta' pagamenti stmati tal-ammonti pendenti relatati għal dawn is-snin hija dettaljata fit-tabella li ġejja:

Strument ta' flessibbiltà - profil ta' pagament

Sena ta' mobilizzazzjoni

2 021

2 022

2 023

2 024

Total

2018

34,2

0,0

0,0

0,0

34,2

2019

135,2

140,9

82,2

0,0

358,4

2020

413,7

66,2

39,9

0,0

519,8

2021

45,4

13,0

10,3

7,6

76,4

Total

628,5

220,1

132,5

7,6

988,7

B.  Baġit 2020

L-Abbozz ta' Baġit Emendatorju Nru 10/2020 huwa approvat kif propost mill-Kummissjoni

1.  Baġit 2021

1.1.  Linji "magħluqa"

Sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor hawn taħt f'dawn il-konklużjonijiet, il-linji baġitarji kollha mhux emendati la mill-Kunsill u lanqas mill-Parlament, u dawk li għalihom il-Parlament aċċetta l-emendi tal-Kunsill matul il-qari rispettiv tagħhom, huma kkonfermati kif propost fil-proposta tal-Kummissjoni għal abbozz ta' baġit għall-2021 kif emendat fl-Ittra Emendatorja Nru 1/2021.

Għal-linji baġitarji l-oħra, il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni qabel dwar il-konklużjonijiet inklużi fit-taqsimiet 1.2 sa 1.7 ta' hawn taħt.

1.2.  Kwistjonijiet orizzontali

Aġenziji deċentralizzati

Il-kontribuzzjoni tal-UE (f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament u l-għadd ta' postijiet) għall-aġenziji deċentralizzati kollha huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Ittra Emendatorja Nru 1/2021 bl-eċċezzjoni ta':

—  Taħt l-intestatura 2b:

o L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA, artikolu tal-baġit 07 10 04) li għaliha huwa propost li l-livell ta' approprjazzjonijiet ta' pagament jiżdied b'EUR 638 178.

o L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE, artikolu tal-baġit 07 10 05) li għalih huwa propost li l-livell ta' approprjazzjonijiet ta' pagament jiżdied b'EUR 971 628.

o L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust, artikolu tal-baġit 07 10 07) li għaliha l-livell ta' approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament jiżdied b'EUR 500 000.

o L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE, artikolu tal-baġit 07 10 08) li għalih huma allokati 8 postijiet addizzjonali (li jirrappreżentaw antiċipazzjoni taż-żieda prevista fl-2022) u l-livell ta' approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament jiżdied b'EUR 7 252 790.

—  Taħt l-Intestatura 4:

o L-Aġenzija tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex, artikolu tal-baġit 11 10 01) li għaliha huwa propost li l-livell ta' approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament jiżdied b'EUR 61 000 000.

o L-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja ("eu-LISA", l-Artikolu 11 10 02 tal-baġit) li għaliha l-livell tal-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament jiżdied b'EUR 500 000.

Aġenziji Eżekuttivi

Il-kontribuzzjoni tal-UE (f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament u l-għadd ta' postijiet) għall-aġenziji eżekuttivi hija stabbilita fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2021.

Il-Kummissjoni se tippreżenta Abbozz ta' Baġit Emendatorju fl-2021 sabiex taġġusta l-istruttura u l-approprjazzjonijiet għas-sett il-ġdid ta' aġenziji eżekuttivi ladarba dawn jiġu stabbiliti formalment. Id-Deċiżjoni ta' implimentazzjoni korrispondenti tal-Kummissjoni li tistabbilixxi l-aġenziji eżekuttivi l-ġodda u d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jiddelegawlhom is-setgħat huma mistennija li jiġu adottati kmieni fl-2021.

Proġetti Pilota/Azzjonijiet Preparatorji

Ġie maqbul pakkett globali ta' 59 proġett pilota/azzjoni preparatorja (PP/AP), għall-ammont totali ta' EUR 71,8 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn, kif propost mill-Parlament.

Meta proġett pilota jew azzjoni preparatorja tidher li hi koperta b'bażi legali eżistenti, il-Kummissjoni tista' tipproponi t-trasferiment ta' approprjazzjonijiet għal-linja baġitarja korrispondenti biex tiffaċilita l-implimentazzjoni tal-azzjoni.

Dan il-pakkett jirrispetta bis-sħiħ il-limiti massimi għall-proġetti pilota u għall-azzjonijiet preparatorji previsti fir-Regolament Finanzjarju.

1.3.  Intestaturi tan-nefqa tal-qafas finanzjarju – approprjazzjonijiet ta' impenn

Wara li kkunsidra l-konklużjonijiet imsemmija hawn fuq dwar il-linji baġitarji "magħluqa", l-aġenziji u l-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji, il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni wasal għal ftehim fir-rigward ta' dan li ġej:

Intestatura 1 – Suq Uniku, Innovazzjoni u Diġitali

L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2021 iżda bl-aġġustamenti, maqbula mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, kif dettaljati fit-tabella ta' hawn taħt:

Linja baġitarja/Programm

Isem

Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta' impenn (f'EUR)

AB 2021 (inkl. IE1)

Baġit 2021

Differenza

1.0.221

FNE Trasport

1 725 058 000

1 785 393 458

60 335 458

02 03 01

Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE) — Trasport

1 711 996 420

1 772 331 878

60 335 458

1.0.23

Programm Ewropa Diġitali

1 103 848 000

1 129 576 962

25 728 962

02 04 03

Intelliġenza Artifiċjali

293 895 160

318 323 274

24 428 114

02 04 04

Ħiliet

82 290 594

83 591 442

1 300 848

PP/AP

Proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji

35 965 000

 

Total

 

 

122 029 420

B'konsegwenza ta' dan, il-livell tal-approprjazzjonijiet ta' impenn huwa stabbilit għal EUR 20 816,6 miljun, li jħalli marġni ta' EUR 102,4 miljun taħt il-limitu massimu tan-nefqa tal-intestatura 1.

F'konformità mal-Artikolu 15.3 tar-Regolament Finanzjarju(9), il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni jaqbel li l-approprjazzjonijiet ta' impenn jerġgħu jsiru disponibbli fuq il-linji baġitarji għar-riċerka għal total ta' EUR 20 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn. Il-linji baġitarji li ġejjin huma msaħħa kif ġej:

 

 

(f'Eur)

Linji baġitarji

Approprjazzjonijiet ta' impenn

01 02 02 10

Cluster Saħħa

3 400 000

01 02 02 40

Cluster Diġitali, Industrija u Spazju

3 400 000

01 02 02 50

Cluster Klima, enerġija u Mobbiltà

6 600 000

01 02 02 60

Cluster Ikel, Bijoekonomija, Riżorsi Naturali, Agrikoltura u Ambjent

6 600 000

Total

 

20 000 000

Il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni jaqbel ukoll li dawn l-approprjazzjonijiet huma parti mill-ammont globali sa EUR 0,5 biljun (fi prezzijiet tal-2018) għall-perjodu 2021-2027 miżmuma fid-"Dikjarazzjoni konġunta" maqbula fl-10 ta' Novembru 2020. Dan iħalli sa EUR 481,2 miljun fi prezzijiet tal-2018 disponibbli għall-perjodu 2022-2027.

Intestatura 2a – Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali

L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-abbozz ta' baġit, kif emendat bl-Ittra Emendatorja Nru 1/2021.

Intestatura 2b – Reżiljenza u Valuri

L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2021 iżda bl-aġġustamenti maqbula mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, kif dettaljati fit-tabella ta' hawn taħt:

B'mod partikolari l-Kumitat ta' Konċiljazzjoni jaqbel li – fid-dawl tal-ambjent attwali tar-rata tal-imgħax u s-suċċess tal-operazzjonijiet ta' finanzjament reċenti SURE – l-approprjazzjonijiet għal-linja baġitarja 06 04 01 jistgħu jitnaqqsu b'EUR 71,9 miljun filwaqt li tiġi ppreservata bis-sħiħ il-kapaċità li jiġi ffinanzjat il-komponent mhux ripagabbli tal-NGEU fl-2021.

Linja baġitarja/Programm

Isem

Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta' impenn (f'EUR)

AB 2021 (inkl. IE1)

Baġit 2021

Differenza

2.2.23

Il-kost ta' finanzjament tal-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru (EURI)

111 461 000

39 591 000

-71 870 000

06 04 01

Strument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru (EURI) – Il-ħlas ta kupun perjodiku u t-tifdija meta jagħlaq

106 461 000

34 591 000

-71 870 000

07 03 01

Il-promozzjoni tal-mobbiltà għat-tagħlim tal-individwi, kif ukoll il-kooperazzjoni, l-inklużjoni, l-eċċellenza, il-kreattività u l-innovazzjoni fil-livell ta' organizzazzjonijiet u politiki fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ

2 298 294 584

0

-2 298 294 584

07 03 01 01

Il-promozzjoni tal-mobbiltà għat-tagħlim tal-individwi, kif ukoll il-kooperazzjoni, l-inklużjoni, l-eċċellenza, il-kreattività u l-innovazzjoni fil-livell ta' organizzazzjonijiet u politiki fil-qasam tal-edukazzjoni u tat-taħriġ – Ġestjoni indiretta

0

1 755 470 446

1 755 470 446

07 03 01 02

Il-promozzjoni tal-mobbiltà għat-tagħlim tal-individwi, kif ukoll il-kooperazzjoni, l-inklużjoni, l-eċċellenza, il-kreattività u l-innovazzjoni fil-livell ta' organizzazzjonijiet u politiki fil-qasam tal-edukazzjoni u tat-taħriġ – Ġestjoni diretta

0

542 824 138

542 824 138

2.2.351

Ġustizzja

43 696 000

46 392 538

2 696 538

07 07 01

Il-promozzjoni tal-kooperazzjoni ġudizzjarja

10 646 000

11 319 945

673 945

07 07 02

Appoġġ lit-taħriġ ġudizzjarju

17 570 000

18 682 268

1 112 268

07 07 03

Il-promozzjoni ta' aċċess effettiv għall-ġustizzja

14 380 000

15 290 325

910 325

2.2.352

Drittijiet u Valuri

90 624 000

97 179 152

6 555 152

07 06 02

Il-promozzjoni tal-involviment u tal-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-ħajja demokratika tal-Unjoni

34 938 000

36 238 848

1 300 848

07 06 03

Daphne

15 690 000

20 444 304

4 754 304

07 06 04

Il-protezzjoni u l-promozzjoni tal-valuri tal-Unjoni

0

500 000

500 000

2.2.3DAG

Aġenziji Deċentralizzati

211 135 699

220 498 295

9 362 596

07 10 04

Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA)

23 111 517

23 749 695

638 178

07 10 05

Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE)

7 955 000

8 926 628

971 628

07 10 07

Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust)

42 345 006

42 845 006

500 000

07 10 08

L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE)

37 700 000

44 952 790

7 252 790

07 20 04 06

Kompetenzi speċifiċi fil-qasam tal-politika soċjali, inkluż id-djalogu soċjali

49 380 381

28 326 381

-21 054 000

07 20 04 09

Miżuri ta' tagħrif u taħriġ għall-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema

0

21 054 000

21 054 000

PP/AP

Proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji

31 870 000

 

Total

 

 

-21 385 714

B'konsegwenza ta' dan, il-livell maqbul ta' approprjazzjonijiet ta' impenn huwa stabbilit għal EUR 4 671,4 miljun, mingħajr ma fadal marġni taħt il-limitu massimu tan-nefqa tal-intestatura 2b u l-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà għall-ammont ta' EUR 76,4 miljun.

Intestatura 3 – Riżorsi Naturali u Ambjent

L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2021 iżda bl-aġġustamenti, maqbula mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, kif dettaljati fit-tabella ta' hawn taħt:

Linja baġitarja/Programm

Isem

Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta' impenn (f'EUR)

AB 2021 (inkl. IE1)

Baġit 2021

Differenza

3.2.21

Il-Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE)

696 491 000

738 505 372

42 014 372

09 02 01

Natura u bijodiversità

258 642 156

274 720 400

16 078 244

09 02 02

Ekonomija ċirkolari u kwalità tal-ħajja

168 461 328

178 933 566

10 472 238

09 02 03

Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u adattament għalih

121 426 944

128 975 334

7 548 390

09 02 04

Tranżizzjoni lejn enerġija nadifa

127 332 437

135 247 937

7 915 500

PP/AP

Proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji

3 740 000

 

Total

 

 

45 754 372

B'konsegwenza ta' dan, il-livell maqbul ta' approprjazzjonijiet ta' impenn huwa stabbilit għal EUR 58 568,6 miljun, li jħalli marġni ta' EUR 55,4 miljun taħt il-limitu massimu tan-nefqa tal-intestatura.

Intestatura 4 – Migrazzjoni u Ġestjoni tal-Fruntieri

L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2021 iżda bl-aġġustamenti, maqbula mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, kif dettaljati fit-tabella ta' hawn taħt:

Linja baġitarja/Programm

Isem

Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta' impenn (f'EUR)

AB 2021 (inkl. IE1)

Baġit 2021

Differenza

4.0.2DAG

Aġenziji Deċentralizzati

794 770 045

734 270 045

-60 500 000

11 10 01

Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex)

566 949 620

505 949 620

-61 000 000

11 10 02

Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja ("eu-LISA")

227 820 425

228 320 425

500 000

 

Total

 

 

-60 500 000

Wara l-ftehim politiku reċenti tal-10 ta' Novembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar il-QFP 2021-2027 u sa meta jiġu approvati t-testi rilevanti, il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni jaqbel li t-tnaqqis għall-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex) fl-2021 ma jaffettwax iż-żieda globali ta' EUR 0,5 biljun (fi prezzijiet tal-2018) maqbula politikament f'dak il-kuntest. Apparti din iż-żieda, it-tnaqqis propost fl-2021 se jiġi kkumpensat fis-snin ta' wara f'konformità mal-ftehim dwar il-QFP, filwaqt li jiġu rispettati l-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba.

B'konsegwenza ta' dan, il-livell maqbul ta' approprjazzjonijiet ta' impenn huwa stabbilit għal EUR 2 278,8 miljun, li jħalli marġni ta' EUR 188,2 miljun taħt il-limitu massimu tan-nefqa tal-intestatura.

Intestatura 5 – Sigurtà u Difiża

L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz tal-Baġit, kif emendat bl-Ittra Emendatorja Nru 1/2021.

Intestatura 6 – Il-Viċinat u d-Dinja

L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2021 iżda bl-aġġustamenti, maqbula mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, kif dettaljati fit-tabella ta' hawn taħt:

Linja baġitarja/Programm

Isem

Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta' impenn (f'EUR)

AB 2021 (inkl. IE1)

Baġit 2021

Differenza

6.0.111

Strument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali (NDICI)

12 060 779 767

12 070 958 148

10 178 381

15 02 01 10

Viċinat tan-Nofsinhar

1 460 009 385

1 470 187 766

10 178 381

6.0.12

Għajnuna Umanitarja (HUMA)

1 478 000 000

1 503 000 000

25 000 000

15 03 01

Għajnuna Umanitarja

1 391 512 450

1 416 512 450

25 000 000

6.0.1SPEC

Prerogattivi

91 394 973

93 023 514

1 628 541

15 20 04 03

Politika ta' informazzjoni u komunikazzjoni strateġika għall-azzjoni esterna

41 756 023

43 384 564

1 628 541

PP/AP

Proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji

175 000

 

Total

 

 

36 981 922

Wara l-ftehim politiku reċenti tal-10 ta' Novembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar il-QFP 2021-2027 u sa meta jiġu approvati t-testi rilevanti, il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni jaqbel li t-tisħiħ tal-Għajnuna Umanitarja jifforma parti miż-żieda globali ta' EUR 0,5 biljun (fi prezzijiet tal-2018) maqbula politikament f'dak il-kuntest.

B'konsegwenza ta' dan, il-livell maqbul ta' approprjazzjonijiet ta' impenn huwa stabbilit għal EUR 16 097,2 miljun, li jħalli marġni ta' EUR 149,8 miljun taħt il-limitu massimu tan-nefqa tal-intestatura.

Intestatura 7 - Amministrazzjoni Pubblika Ewropea

L-għadd ta' postijiet fit-tabella tal-persunal tal-istituzzjonijiet u l-approprjazzjonijiet proposti mill-Kummissjoni fl-Abbozz tal-Baġit, kif emendat bl-Ittra Emendatorja Nru 1/2021 huma maqbula mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni bl-eċċezzjonijiet li ġejjin:

—  It-Taqsima tal-Parlament Ewropew li għaliha l-qari tagħha huwa approvat u aġġustat ulterjorment biex jinkludi (i) l-impatt tal-aġġornament rivedut tas-salarji skont l-Ittra Emendatorja Nru 1/2021 u (ii) it-trasferiment ta' żewġ postijiet ta' stabbiliment mill-Parlament Ewropew (PE) lill-Kummissjoni Ewropea bil-ħsieb li jiġu appoġġati l-operazzjonijiet tas-CERT-UE skont l-Ittra Emendatorja Nru 1/2021;

—  It-taqsima tal-Kunsill, li għaliha l-qari tagħha huwa approvat u aġġustat ulterjorment biex jinkludi l-impatt tal-aġġornament rivedut tas-salarji skont l-Ittra Emendatorja Nru 1/2021;

—  It-taqsima tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) li għaliha hemm qbil dwar aġġornament tekniku wara l-modifika tat-tabelli tal-persunal wara r-rikors għall-Artikolu 53(1) tar-Regolament Finanzjarju. Din l-operazzjoni involviet il-konverżjoni ta' post wieħed permanenti AST11, post wieħed AST8, post wieħed permanenti AST7, żewġ postijiet permanenti AST5, post wieħed permanenti AST4 u post wieħed temporanju AST/SC3 fi tliet postijiet permanenti AD7 u erba' postijiet permanenti AD5 rispettivament bl-ebda impatt fuq il-livell ta' approprjazzjonijiet.

—  It-taqsima tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) li għaliha l-livell ta' approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament qed jiżdied b'EUR 590 854.

—  It-taqsima tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR) li għaliha l-livell ta' approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament qed jiżdied b'EUR 564 796.

—  It-taqsima tal-Kontrollur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Data (EDPS) li għaliha hemm qbil dwar aġġornament tekniku wara l-modifika tat-tabelli tal-persunal wara r-rikors għall-Artikolu 53(1) tar-Regolament Finanzjarju. Din l-operazzjoni involviet il-konverżjoni ta' post wieħed permanenti AST5 f'post wieħed permanenti AST/SC6 mingħajr ebda impatt fuq il-livell ta' approprjazzjonijiet.

—  It-taqsima tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) li għaliha l-livell ta' approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament qed jiżdied b'EUR 1,0 miljun għall-"Kapaċità ta' Komunikazzjoni Strateġika";

Barra minn hekk bħala konsegwenza tal-pandemija tal-COVID-19, il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni jaqbel, fuq bażi eċċezzjonali, li jnaqqas b'10 % l-livell ta' approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament relatati mal-missjonijiet tal-istituzzjonijiet kollha ħlief il-Parlament Ewropew.

L-aġġustamenti kombinati, li jirriżultaw fi tnaqqis globali ta' EUR 8,8 miljun tal-intestatura 7, huma spjegati fid-dettall skont it-taqsima fit-tabelli li ġejjin:

Taqsima 1 – Il-Parlament Ewropew

Programm / Linja baġitarja

Isem

Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta' impenn (f'EUR)

AB 2021 (inkl. IE1)

Baġit 2021

Differenza

1 4 0 0

Persunal ieħor — Segretarjat Ġenerali u gruppi politiċi

63 837 727

65 039 727

1 202 000

1 4 0 1

Persunal ieħor — Sigurtà

38 084 545

34 584 545

-3 500 000

2 0 0 0

Kirjiet

26 301 000

27 301 000

1 000 000

2 0 2 6

Sigurtà u sorveljanza tal-bini

16 030 000

19 530 000

3 500 000

3 0 2

Spejjeż ta' riċevimenti u rappreżentazzjonijiet

845 500

858 500

13 000

3 0 4 2

Laqgħat, kungressi, konferenzi u delegazzjonijiet

2 780 000

2 857 000

77 000

3 2 0

Akkwist tal-opinjoni tal-esperti

6 629 500

7 491 500

862 000

2 1 2

Għamara

5 910 000

4 910 000

-1 000 000

10 1

Riżerva ta' kontinġenza

4 500 000

2 346 000

-2 154 000

 

Total

 

 

0

Taqsima 2 — Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill

Programm / Linja baġitarja

Isem

Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta' impenn (f'EUR)

AB 2021 (inkl. IE1)

Baġit 2021

Differenza

1 3 3 1

Spejjeż tal-missjonijiet tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill

3 600 000

3 240 000

-360 000

1 3 3 2

Spejjeż tal-ivvjaġġar tal-persunal relatat mal-Kunsill Ewropew

1 650 000

1 485 000

-165 000

2 2 0 0

Spejjeż tal-ivvjaġġar tad-delegazzjonijiet

17 228 000

15 505 000

-1 723 000

2 2 0 1

Spejjeż tal-ivvjaġġar varji

570 000

513 000

-57 000

2 2 1 3

Informazzjoni u avvenimenti pubbliċi

5 095 000

4 585 500

-509 500

 

Total

 

 

-2 814 500

Taqsima 3 – Il-Kummissjoni

Programm / Linja baġitarja

Isem

Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta' impenn (f'EUR)

AB 2021 (inkl. IE1)

Baġit 2021

Differenza

20 02 06 01

Spejjeż tal-missjonijiet u r-rappreżentazzjonijiet

59 145 000

53 230 000

-5 915 000

20 02 07 01

Spejjeż tal-missjonijiet u r-rappreżentazzjonijiet

6 083 000

5 475 000

-608 000

20 03 15 01 - O1 01 03 01

Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet - Spejjeż tal-missjonijiet u tar-rappreżentazzjoni

235 000

212 000

-23 000

20 03 15 02 - O2 01 03 01

Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal - Spejjeż tal-missjonijiet u r-rappreżentazzjoni

401 000

361 000

-40 000

20 03 16 01 - O3 01 03 01

Uffiċċju tal-Amministrazzjoni u l-Ħlas tal-Intitolamenti Individwali - Spejjeż tal-missjonijiet u r-rappreżentazzjoni

153 000

138 000

-15 000

20 03 16 02 - O4 01 03 01

Uffiċċju għall-Infrastruttura u Loġistika — Brussell - Spejjeż tal-missjonijiet u r-rappreżentazzjoni

138 000

124 000

-14 000

20 03 16 03 - O5 01 03 01

Uffiċċju għall-Infrastruttura u Loġistika — il-Lussemburgu - Spejjeż tal-missjonijiet u r-rappreżentazzjoni

111 000

100 000

-11 000

20 03 17 - O6 01 03 01

Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) - Spejjeż tal-missjonijiet u r-rappreżentazzjoni

1 460 000

1 314 000

-146 000

 

Total

 

 

-6 772 000

Taqsima 4 – Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

Programm / Linja baġitarja

Isem

Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta' impenn (f'EUR)

AB 2021 (inkl. IE1)

Baġit 2021

Differenza

1 6 2

Missjonijiet

450 000

405 000

-45 000

 

Total

 

 

-45 000

Taqsima 5 – Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri

Programm / Linja baġitarja

Isem

Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta' impenn (f'EUR)

AB 2021 (inkl. IE1)

Baġit 2021

Differenza

1 6 2

Missjonijiet

3 320 000

2 988 000

-332 000

 

Total

 

 

-332 000

Taqsima 6 – Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Programm / Linja baġitarja

Isem

Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta' impenn (f'EUR)

AB 2021 (inkl. IE1)

Baġit 2021

Differenza

1 6 2

Missjonijiet

421 082

378 974

-42 108

2 5 4 8

Interpretazzjoni

6 735 709

7 326 563

590 854

 

Total

 

 

548 746

Taqsima 7 – Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Programm / Linja baġitarja

Isem

Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta' impenn (f'EUR)

AB 2021 (inkl. IE1)

Baġit 2021

Differenza

1 6 2

Missjonijiet

311 461

280 315

-31 146

2 1 4

Materjal u installazzjonijiet tekniċi

1 097 271

1 262 067

164 796

2 5 4 1

Partijiet terzi

104 100

304 100

200 000

2 6 4

Attivitajiet ta' komunikazzjoni tal-Gruppi Politiċi tal-KtR

195 049

395 049

200 000

 

Total

 

 

533 650

Taqsima 8 – L-Ombudsman Ewropew

Programm / Linja baġitarja

Isem

Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta' impenn (f'EUR)

AB 2021 (inkl. IE1)

Baġit 2021

Differenza

3 0 0

Nefqiet għall-missjonijiet tal-istaff u għall-ivvjaġġar fuq xogħol bejn it-tliet postijiet tax-xogħol

150 000

135 000

-15 000

 

Total

 

 

-15 000

Taqsima 9 — Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

Programm / Linja baġitarja

Isem

Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta' impenn (f'EUR)

AB 2021 (inkl. IE1)

Baġit 2021

Differenza

1 1 2 0

Spejjeż għall-missjonijiet, spejjeż għall-ivvjaġġar u nefqa oħra anċillari

155 000

139 500

-15 500

3 0 3 0

Spejjeż għall-missjonijiet, spejjeż għall-ivvjaġġar u nefqa oħra anċillari

50 000

45 000

-5 000

3 0 4 8

Spejjeż tal-President u tal-Viċi Presidenti tal-EDPB

59 000

53 100

-5 900

 

Total

 

 

-26 400

Taqsima 10 – Is-Servizz Ewropew tal-Azzjoni Esterna

Programm / Linja baġitarja

Isem

Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta' impenn (f'EUR)

AB 2021 (inkl. IE1)

Baġit 2021

Differenza

1 4 0

Missjonijiet

9 132 050

8 229 645

-902 405

2 2 1 4

Kapaċità ta' Komunikazzjoni Strateġika

3 000 000

4 000 000

1 000 000

 

Total

 

 

97 595

B'konsegwenza ta' dan, huwa propost li l-livell ta' impenn maqbul jiġi stabbilit għal EUR 10 448,3 miljun, li jħalli marġni ta' EUR 186,7 miljun taħt il-limitu massimu tan-nefqa tal-intestatura 7.

Strumenti tematiċi speċjali: FEG, SEAR u BAR

L-approprjazzjonijiet ta' impenn għall-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG), u r-Riżerva ta' Solidarjetà u Għajnuna ta' Emerġenza (SEAR) huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat bl-Ittra Emendatorja Nru 1/2021.

p.m. Riżerva ta' Aġġustament għall-Brexit (BAR) se tiġi inkluża f'Baġit emendatorju kmieni fl-2021.

1.4.  Approprjazzjonijiet ta' pagament

Il-livell ta' approprjazzjonijiet ta' pagament globali fil-Baġit tal-2021 huwa stabbilit fil-livell tal-Abbozz ta' Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2018, bl-aġġustamenti li ġejjin maqbula mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni:

1.  Jitqies il-livell maqbul ta' approprjazzjonijiet ta' impenn għan-nefqa mhux differenzjata, li għaliha l-livell tal-approprjazzjonijiet ta' pagament huwa ugwali għal-livell ta' approprjazzjonijiet ta' impenn. Dan jinkludi t-tnaqqis tal-kost tal-finanzjament tal-Istrument Ewropew għall-Irkupru (EURI) b'EUR 71,9 miljun u l-aġġustament għall-kontribuzzjoni tal-Unjoni lill-aġenziji deċentralizzati. L-effett ikkombinat huwa tnaqqis ta' EUR 123,0 miljun;

2.  L-aġġustamenti kkombinati taħt l-intestatura 7 li jirriżultaw fi tnaqqis globali ta' EUR 8,8 miljun;

3.  L-approprjazzjonijiet ta' pagament għall-proġetti pilota ġodda u għall-azzjonijiet preparatorji ġodda kollha proposti mill-Parlament huma stabbiliti fil-livell ta' 25 % tal-approprjazzjonijiet ta' impenn korrispondenti jew, fil-livell propost mill-Parlament, jekk ikun iktar baxx. Fil-każ ta' estensjoni ta' proġetti pilota eżistenti u azzjonijiet preparatorji eżistenti, il-livell ta' approprjazzjonijiet ta' pagament huwa dak definit fl-Abbozz ta' Baġit flimkien ma' 25 % tal-approprjazzjonijiet ta' impenn ġodda korrispondenti, jew fil-livell propost mill-Parlament, jekk ikun aktar baxx. L-effett ikkombinat huwa żieda ta' EUR 17,9 miljun;

4.  L-aġġustamenti għal-linji baġitarji li ġejjin huma maqbula b'riżultat tal-evoluzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' impenn għal nefqa differenzjata:

Linja baġitarja/Programm

Isem

Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta' impenn (f'EUR)

AB 2021 (inkl. IE1)

Baġit 2021

Differenza

1.0.221

FNE - Trasport

12 067 092

02 03 01

Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE) — Trasport

33 691 420

45 758 512

12 067 092

1.0.23

Programm Ewropa Diġitali

1 916 490

02 04 03

Intelliġenza Artifiċjali

21 891 450

23 711 034

1 819 584

02 04 04

Ħiliet

6 130 200

6 227 106

96 906

2.2.351

Ġustizzja

1 078 615

07 07 01

Il-promozzjoni tal-kooperazzjoni ġudizzjarja

4 258 400

4 527 978

269 578

07 07 02

Appoġġ lit-taħriġ ġudizzjarju

7 028 000

7 472 907

444 907

07 07 03

Il-promozzjoni ta' aċċess effettiv għall-ġustizzja

5 752 000

6 116 130

364 130

2.2.352

Drittijiet u Valuri

2 089 154

07 06 02

Il-promozzjoni tal-involviment u tal-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-ħajja demokratika tal-Unjoni

12 489 000

12 879 258

390 258

07 06 03

Daphne

4 706 910

6 244 139

1 537 229

07 06 04

Il-protezzjoni u l-promozzjoni tal-valuri tal-Unjoni

0

161 667

161 667

2.2.3SPEC

Prerogattivi

0

07 20 04 06

Kompetenzi speċifiċi fil-qasam tal-politika soċjali, inkluż id-djalogu soċjali

42 886 000

23 234 000

-19 652 000

07 20 04 09

Miżuri ta' informazzjoni u taħriġ għall-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema

0

19 652 000

19 652 000

3.2.21

Il-Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE)

1 336 954

09 02 01

Natura u bijodiversità

6 870 000

7 297 067

427 067

09 02 02

Ekonomija ċirkolari u kwalità tal-ħajja

10 394 052

11 040 188

646 136

09 02 03

Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih

2 295 581

2 438 284

142 703

09 02 04

Tranżizzjoni lejn enerġija nadifa

1 947 232

2 068 280

121 048

6.0.111

Strument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali (NDICI)

10 178 381

15 02 01 10

Viċinat tan-Nofsinhar

143 096 572

153 274 953

10 178 381

6.0.12

Għajnuna Umanitarja (HUMA)

20 000 000

15 03 01

Għajnuna Umanitarja

1 800 000 000

1 820 000 000

20 000 000

6.0.1SPEC

Prerogattivi

1 318 031

15 20 04 03

Politika ta' informazzjoni u komunikazzjoni strateġika għall-azzjoni esterna

33 794 511

35 112 542

1 318 031

 

TOTAL

 

 

49 984 716

Kumplessivament dan jirriżulta f'livell ta' approprjazzjonijiet ta' pagament ta' EUR 166 060,5 miljun, tnaqqis ta' EUR 63,9 miljun meta mqabbel mal-Abbozz ta' Baġit, kif emendat bl-Ittra Emendatorja Nru 1/2021.

1.5.  Riżervi

Ma hemm l-ebda riżerva minbarra dawk tal-Abbozz ta' Baġit, kif emendat bl-Ittra Emendatorja Nru 1/2021.

L-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament li jikkorrispondu għall-programmi ġodda li għalihom il-bażijiet legali qed jiġu ffinalizzati u huma mistennija li jiġu adottati kmieni fl-2021 mhux se jiddaħħlu proviżorjament fir-riżerva.

Il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni jaqbel, b'mod eċċezzjonali, li ma jpoġġix l-ammonti għall-ECDC u l-EMA f'riżerva, minħabba n-natura urġenti tal-ħtiġijiet relatati mal-pandemija tal-COVID-19.

1.6.  Kummenti baġitarji

It-test tal-kummenti baġitarji jikkorrispondi għall-Abbozz ta' Baġit, kif emendat bl-Ittra Emendatorja Nru 1/2020 bl-aġġustamenti li ġejjin maqbula mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni:

—  Linji baġitarji li fir-rigward tagħhom l-emendi introdotti mill-Parlament Ewropew ġew approvati mingħajr modifiki:

Linja Baġitarja

Isem

Kapitolu 07 10

Aġenziji Deċentralizzati

—  Linji baġitarji li fir-rigward tagħhom l-emendi introdotti mill-Parlament Ewropew ġew approvati bil-modifika proposta mill-Kummissjoni fl-Ittra ta' Implimentabbiltà tagħha:

Linja Baġitarja

Isem

01 02 02 20

Cluster Kultura, Kreattività u Soċjetà Inklużiva

07 02 01

Il-fergħa tal-FSE+ b'ġestjoni kondiviża — Nefqa operazzjonali

15 03 02

Prevenzjoni tad-diżastri, tnaqqis tar-riskji tad-diżastri u preparatezza

—  Linji baġitarji li għalihom il-kumment baġitarju rispettiv kif propost fl-Abbozz ta' Baġit kif emendat bl-Ittra Emendatorja, huwa approvat bil-modifiki li ġejjin:

Linja Baġitarja

Isem

Kapitolu 02 04

Programm Ewropa Diġitali

It-test jiġi emendat kif ġej:

Imrawma simultanjament, dawn se jgħinu biex tinħoloq ekonomija tad-data b'saħħitha, jippromwovu l-inklużività u l-opportunitajiet indaqs għal kulħadd, u jiżguraw il-ħolqien tal-valur.

02 04 04

Ħiliet

Jiżdied it-test li ġej:

Il-Programm għandu jiżgura l-promozzjoni effettiva tal-opportunitajiet indaqs għal kulħadd, u l-implimentazzjoni tal-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-azzjonijiet tiegħu.

Kapitolu 03 02

Programm għas-Suq Uniku (inkl. SMEs)

It-test jiġi emendat kif ġej:

Se jappoġġa wkoll il-parteċipazzjoni tan-nisa u jikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-pożizzjoni tal-atturi kollha tas-suq uniku: in-negozji, iċ-ċittadini inklużi l-konsumaturi, is-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet pubbliċi.

03 02 02

Jiżdied it-test li ġej:

Il-Programm għandu jiżgura l-promozzjoni effettiva tal-opportunitajiet indaqs għal kulħadd, u l-implimentazzjoni tal-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-azzjonijiet tiegħu.

—  F'konformità mal-Artikolu 15.3 tar-Regolament Finanzjarju u d-dikjarazzjoni konġunta dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 15.3 maqbula bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni jaqbel li l-approprjazzjonijiet ta' impenn jerġgħu jsiru disponibbli fil-linji baġitarji tar-riċerka. Il-kummenti baġitarji tal-linji baġitarji 01 02 02 10, 01 02 02 40, 01 02 02 50 u 01 02 02 60 se jiġu aġġustati kif xieraq:

Linja Baġitarja

Isem

01 02 02 10

Jiżdied it-test li ġej:

F'konformità mal-Artikolu 15.3 tar-Regolament Finanzjaru, huwa disponibbli ammont ta' EUR 3 400 000 f'approprjazzjonijiet ta' impenn għal din il-partita baġitarja b'żieda mad-diżimpenji li saru fl-2019 b'riżultat tan-nuqqas ta' implimentazzjoni totali jew parzjali tal-proġetti ta' riċerka.

01 02 02 40

Jiżdied it-test li ġej:

F'konformità mal-Artikolu 15.3 tar-Regolament Finanzjarju, ammont ta' EUR 3 400 000

f'approprjazzjonijiet ta' impenn huwa disponibbli għal din il-partita baġitarja wara d-diżimpenji li saru fl-2019 bħala riżultat tan-nuqqas ta' implimentazzjoni totali jew parzjali tal-proġetti ta' riċerka.

01 02 02 50

Jiżdied it-test li ġej:

F'konformità mal-Artikolu 15.3 tar-Regolament Finanzjaru, huwa disponibbli ammont ta' EUR 6 600 000 f'approprjazzjonijiet ta' impenn għal din il-partita baġitarja b'żieda mad-diżimpenji li saru fl-2019 b'riżultat tan-nuqqas ta' implimentazzjoni totali jew parzjali tal-proġetti ta' riċerka.

01 02 02 60

Jiżdied it-test li ġej:

F'konformità mal-Artikolu 15.3 tar-Regolament Finanzjaru, huwa disponibbli ammont ta' EUR 6 600 000 f'approprjazzjonijiet ta' impenn għal din il-partita baġitarja b'żieda mad-diżimpenji li saru fl-2019 b'riżultat tan-nuqqas ta' implimentazzjoni totali jew parzjali tal-proġetti ta' riċerka.

—  Linji baġitarji ġodda li għalihom qed jiġi propost il-kumment baġitarju rispettiv kif ġej:

Linja Baġitarja

Isem

07 20 04 09

Jiżdied it-test li ġej:

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri n-nefqa fuq il-miżuri ta' informazzjoni u taħriġ għall-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema, inklużi r-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema fil-pajjiżi kandidati, li joħorġu mill-azzjoni tal-Unjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-dimensjoni soċjali tal-Unjoni.

Dawk il-miżuri jeħtieġ li jgħinu lill-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema biex ikunu indirizzati l-isfidi ġenerali li tiffaċċja l-politika Ewropea tal-impjiegi u dik soċjali kif stipulat fl-istrateġija Ewropa 2020 u fi ħdan il-kuntest tal-inizjattivi tal-Unjoni biex ikunu indirizzati l-konsegwenzi tal-kriżi ekonomika.

Tingħata attenzjoni speċjali lit-taħriġ dwar sfidi tal-ġeneru fil-post tax-xogħol.

07 06 04

Jiżdied it-test li ġej:

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tiffoka fuq il-protezzjoni, il-promozzjoni u s-sensibilizzazzjoni dwar id-drittijiet billi tipprovdi appoġġ finanzjarju lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili attivi fil-livell lokali, reġjonali u transnazzjonali fil-promozzjoni u l-kultivazzjoni ta' dawn id-drittijiet, u b'hekk issaħħaħ ukoll il-protezzjoni u l-promozzjoni tal-valuri tal-Unjoni u r-rispett għall-istat tad-dritt u tikkontribwixxi għall-bini ta' Unjoni aktar demokratika, djalogu demokratiku, trasparenza u governanza tajba.

L-objettiv speċifiku ta' hawn fuq se jiġi segwit b'mod partikolari permezz tal-appoġġ għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-partijiet ikkonċernati mingħajr skop ta' qligħ attivi fl-oqsma tal-Programm biex tiżdied il-kapaċità tagħhom li jirreaġixxu, biex iwettqu attivitajiet ta' promozzjoni biex jippromwovu d-drittijiet, u biex jiżguraw aċċess adegwat għaċ-ċittadini kollha għas-servizzi, il-konsulenza u l-attivitajiet ta' appoġġ tagħhom.

—  Linji baġitarji ġodda li jirriżultaw mil-linja 07 03 01 mifruqa f'żewġ linji separati kif ġej, li għalihom il-kumment baġitarju rispettiv huwa stabbilit kif ġej:

Linja Baġitarja

Isem

07 03 01

Jitħassar it-test eżistenti

07 03 01 01

Jiżdied it-test li ġej:

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ tal-Programm Erasmus+ taħt ġestjoni indiretta. Għandha tappoġġa t-tliet azzjonijiet ewlenin u l-azzjonijiet Jean Monnet.

Azzjoni ewlenija 1: Il-mobbiltà għat-tagħlim

Fil-qasam tal-edukazzjoni u tat-taħriġ, il-Programm għandu jappoġġa l-azzjonijiet li ġejjin: (a) il-mobbiltà tal-istudenti u tal-persunal tal-edukazzjoni ogħla; (b) il-mobbiltà tal-istudenti u tal-persunal tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali; (c) il-mobbiltà tal-istudenti u tal-persunal tal-iskola; (d) il-mobbiltà tal-persunal tal-edukazzjoni għall-adulti; (e) l-opportunitajiet tat-tagħlim tal-lingwa, inkluż dawk li jappoġġaw attivitajiet tal-mobbiltà.

Azzjoni ewlenija 2: Il-kooperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet

Fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ, il-Programm għandu jappoġġa l-azzjonijiet li ġejjin: (a) sħubijiet għal kooperazzjoni u skambji tal-prattiki, inkluż sħubiji fuq skala żgħira li jrawmu aċċess usa' u aktar inklużiv għall-Programm; (b) sħubijiet għall-eċċellenza, b'mod partikolari l-universitajiet Ewropej, iċ-Ċentri ta' eċċellenza vokazzjonali u l-Masters konġunti; (c) sħubijiet għall-innovazzjoni biex tissaħħaħ il-kapaċità tal-innovazzjoni tal-Ewropa; (d) pjattaformi u għodod online għall-kooperazzjoni virtwali, inklużi s-servizzi ta' appoġġ għall-eTwinning u għall-pjattaforma elettronika tat-tagħlim għall-adulti fl-Ewropa.

Azzjoni Ewlenija 3: L-appoġġ għall-iżvilupp tal-politiki u għall-kooperazzjoni

Fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ, il-Programm għandu jappoġġa l-azzjonijiet li ġejjin:

(a)  il-preparazzjoni u l-implimentazzjoni tal-aġendi ta' politika ġenerali u settorjali tal-Unjoni fl-edukazzjoni u t-taħriġ, inkluż bl-appoġġ tan-network Eurydice jew attivitajiet ta' organizzazzjonijiet rilevanti oħra; (b) l-appoġġ għall-għodod u l-miżuri tal-Unjoni li jrawmu l-kwalità, it-trasparenza u r-rikonoxximent tal-kompetenzi, tal-ħiliet u tal-kwalifiki; (c) djalogu ta' politika u kooperazzjoni mal- partijiet konċernati ewlenin, inklużi networks madwar l-Unjoni, organizzazzjonijiet nongovernattivi Ewropej u organizzazzjonijiet internazzjonali fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ; (d) miżuri li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni kwalitattiva u inklużiva tal-Programm; (e) kooperazzjoni ma' strumenti oħra tal-Unjoni u appoġġ għal politiki oħra tal-Unjoni; (f) attivitajiet ta' disseminazzjoni u sensibilizzazzjoni dwar l-eżiti u l-prijoritajiet tal-politiki Ewropej kif ukoll dwar il-Programm.

L-azzjonijiet Jean Monnet

Il-Programm għandu jappoġġa t-tagħlim, l-apprendiment, ir-riċerka u d-dibattiti dwar kwistjonijiet ta' integrazzjoni Ewropea permezz tal-azzjonijiet li ġejjin: (a) azzjoni Jean Monnet fil-qasam tal-edukazzjoni ogħla; (b) azzjoni Jean Monnet f'oqsma oħra tal-edukazzjoni u t-taħriġ; (c) appoġġ għall-istituzzjonijiet li ġejjin, li jsegwu għan ta' interess Ewropew: l-Istitut Universitarju Ewropew, f'Firenze, inkluża l-Iskola tal-Governanza Transnazzjonali tiegħu; il-Kulleġġ tal-Ewropa (il-kampus ta' Bruges u dak ta' Natolin); l-Istitut Ewropew tal-Amministrazzjoni Pubblika, f'Maastricht; l-Akkademja tal-Liġi Ewropea, fi Trier; l-Aġenzija Ewropea għall-Bżonnijiet Speċjali u l-Edukazzjoni Inklużiva, f'Odense u ċ-Ċentru Internazzjonali għat-Taħriġ Ewropew, f'Nizza.

07 03 01 02

Jiżdied it-test li ġej:

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ tal-Programm Erasmus+ taħt ġestjoni diretta. Għandha tappoġġa t-tliet azzjonijiet ewlenin u l-azzjonijiet Jean Monnet.

Azzjoni ewlenija 1: Il-mobbiltà għat-tagħlim

Fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ, il-Programm għandu jappoġġa l-azzjonijiet li ġejjin: (a) il-mobbiltà tal-istudenti u tal-persunal tal-edukazzjoni ogħla; (b) il-mobbiltà tal-istudenti u tal-persunal tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali; (c) il-mobbiltà tal-istudenti u tal-persunal tal-iskola; (d) il-mobbiltà tal-persunal tal-edukazzjoni għall-adulti; (e) l-opportunitajiet tat-tagħlim tal-lingwa, inklużi dawk li jappoġġaw l-attivitajiet tal-mobbiltà.

Azzjoni ewlenija 2: Il-kooperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet

Fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ, il-Programm għandu jappoġġa l-azzjonijiet li ġejjin: (a) sħubijiet għal kooperazzjoni u skambji tal-prattiki, inkluż sħubiji fuq skala żgħira li jrawmu aċċess usa' u aktar inklużiv għall-Programm; (b) sħubijiet għall-eċċellenza, b'mod partikolari l-universitajiet Ewropej, iċ-Ċentri ta' eċċellenza vokazzjonali u l-Masters konġunti; (c) sħubijiet għall-innovazzjoni biex tissaħħaħ il-kapaċità tal-innovazzjoni tal-Ewropa; (d) pjattaformi u għodod online għall-kooperazzjoni virtwali, inklużi s-servizzi ta' appoġġ għall-eTwinning u għall-pjattaforma elettronika tat-tagħlim għall-adulti fl-Ewropa.

Azzjoni Ewlenija 3: L-appoġġ għall-iżvilupp tal-politiki u għall-kooperazzjoni

Fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ, il-Programm għandu jappoġġa l-azzjonijiet li ġejjin:

(a)  il-preparazzjoni u l-implimentazzjoni tal-aġendi ta' politika ġenerali u settorjali tal-Unjoni fl-edukazzjoni u t-taħriġ, inkluż bl-appoġġ tan-network Eurydice jew attivitajiet ta' organizzazzjonijiet rilevanti oħra; (b) l-appoġġ għall-għodod u l-miżuri tal-Unjoni li jrawmu l-kwalità, it-trasparenza u r-rikonoxximent tal-kompetenzi, tal-ħiliet u tal-kwalifiki; (c) djalogu ta' politika u kooperazzjoni mal-partijiet konċernati ewlenin, inklużi networks madwar l-Unjoni, organizzazzjonijiet nongovernattivi Ewropej u organizzazzjonijiet internazzjonali fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ; (d) miżuri li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni kwalitattiva u inklużiva tal-Programm; (e) kooperazzjoni ma' strumenti oħra tal-Unjoni u appoġġ għal politiki oħra tal-Unjoni; (f) attivitajiet ta' disseminazzjoni u sensibilizzazzjoni dwar l-eżiti u l-prijoritajiet ta' politika Ewropea kif ukoll dwar il-Programm.

L-azzjonijiet Jean Monnet

Il-Programm għandu jappoġġa t-tagħlim, l-apprendiment, ir-riċerka u d-dibattiti dwar kwistjonijiet ta' integrazzjoni Ewropea permezz tal-azzjonijiet li ġejjin: (a) azzjoni Jean Monnet fil-qasam tal-edukazzjoni ogħla; (b) azzjoni Jean Monnet f'oqsma oħra tal-edukazzjoni u t-taħriġ; (c) appoġġ għall-istituzzjonijiet li ġejjin, li jsegwu għan ta' interess Ewropew: l-Istitut Universitarju Ewropew, f'Firenze, inkluża l-Iskola tal-Governanza Transnazzjonali tiegħu; il-Kulleġġ tal-Ewropa (il-kampus ta' Bruges u dak ta' Natolin); l-Istitut Ewropew tal-Amministrazzjoni Pubblika, f'Maastricht; l-Akkademja tal-Liġi Ewropea, fi Trier; l-Aġenzija Ewropea għall-Bżonnijiet Speċjali u l-Edukazzjoni Inklużiva, f'Odense u ċ-Ċentru Internazzjonali għat-Taħriġ Ewropew, f'Nizza.

Dan hu bbażat fuq il-fehim li l-emendi introdotti mill-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jistgħux jimmodifikaw jew jestendu l-kamp ta' applikazzjoni ta' bażi legali eżistenti, jew jaffettwaw l-awtonomija amministrattiva tal-istituzzjonijiet, u li l-azzjoni tista' tiġi koperta mir-riżorsi disponibbli.

1.7.  Nomenklatura tal-baġit

In-nomenklatura tal-baġit proposta mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendata bl-Ittra Emendatorja Nru 1/2020, hija maqbula, bl-inklużjoni tal-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji l-ġodda (minbarra l-azzjoni preparatorja l-ġdida AP 01 21 01 li għaliha l-approprjazzjonijiet relatati huma miżjuda mal-azzjoni preparatorja eżistenti AP 01 20 01). Barra minn hekk, il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni jaqbel dwar l-aġġustamenti li ġejjin:

—  Żewġ linji addizzjonali, kif ġej:

Linja Baġitarja

Intestatura/ catpol

Isem

07 20 04 09

2b / 2.2.3SPEC

Miżuri ta' informazzjoni u taħriġ għall-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema

07 06 04

2b / 2.2.352

Il-protezzjoni u l-promozzjoni tal-valuri tal-Unjoni

—  Il-linja 07 03 01 "Il-promozzjoni tal-mobbiltà għat-tagħlim tal-individwi, kif ukoll il-kooperazzjoni, l-inklużjoni, l-eċċellenza, il-kreattività u l-innovazzjoni fil-livell ta' organizzazzjonijiet u politiki fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ" hija maqsuma f'żewġ linji separati kif ġej, mingħajr ebda impatt fuq il-livell ta' approprjazzjonijiet:

Linja baġitarja/Programm

Isem

Approprjazzjonijiet (f'EUR)

ta' Impenn

ta' Pagament

07 03 01

Il-promozzjoni tal-mobbiltà għat-tagħlim tal-individwi, kif ukoll il-kooperazzjoni, l-inklużjoni, l-eċċellenza, il-kreattività u l-innovazzjoni fil-livell ta' organizzazzjonijiet u politiki fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ

 

 

07 03 01 01

Il-promozzjoni tal-mobbiltà għat-tagħlim tal-individwi, kif ukoll il-kooperazzjoni, l-inklużjoni, l-eċċellenza, il-kreattività u l-innovazzjoni fil-livell ta' organizzazzjonijiet u politiki fil-qasam tal-edukazzjoni u tat-taħriġ – Ġestjoni indiretta

1 755 470 446

1 468 151 286

07 03 01 02

Il-promozzjoni tal-mobbiltà għat-tagħlim tal-individwi, kif ukoll il-kooperazzjoni, l-inklużjoni, l-eċċellenza, il-kreattività u l-innovazzjoni fil-livell ta' organizzazzjonijiet u politiki fil-qasam tal-edukazzjoni u tat-taħriġ – Ġestjoni diretta

542 824 138

295 331 144

2.  Baġit 2020

L-Abbozz ta' Baġit Emendatorju (ABE) 10/2020 huwa approvat kif propost mill-Kummissjoni.

3.  Dikjarazzjonijiet

3.1.  Dikjarazzjoni unilaterali mill-Kummissjoni Ewropea dwar l-indirizzar tal-faqar fost it-tfal taħt il-Fond Soċjali Ewropew+

L-indirizzar tal-faqar fost it-tfal se jsir saħansitra aktar importanti speċjalment fil-kuntest tal-kriżi attwali tal-COVID-19 u jeħtieġ li jiġu allokati biżżejjed riżorsi għal dan. Il-proposta riveduta għall-Fond Soċjali Ewropew+ (COM(2020)0447) tinkludi konċentrazzjoni tematika speċifika biex jiġi indirizzat il-faqar fost it-tfal. Dan jirrikjedi li kull Stat Membru għandu jalloka mill-inqas 5 % tar-riżorsi tal-FSE+ tiegħu b'ġestjoni kondiviża biex jappoġġa azzjonijiet immirati u riformi strutturali biex jiġi indirizzat il-faqar fost it-tfal (l-Artikolu 7(3)a). Minħabba l-allokazzjonijiet nazzjonali previsti bħalissa, dan jirrappreżenta kważi EUR 5 biljun fi prezzijiet attwali għall-perijodu ta' programmazzjoni 2021-27.

3.2.  Dikjarazzjoni konġunta mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-approprjazzjonijiet ta' pagament

Il-Kunsill u l-Parlament jappella lill-Kummissjoni tibqa' timmonitorja mill-qrib u b'mod attiv matul is-sena 2021 l-implimentazzjoni tal-programmi 2014-2020 (b'mod partikolari fl-ambitu tas-subintestatura 2a u tal-Iżvilupp Rurali). Għal dan il-għan, il-Kunsill u l-Parlament jistiednu lill-Kummissjoni tippreżenta, fi żmien debitu, ċifri aġġornati li jikkonċernaw is-sitwazzjoni attwali u l-estimi rigward l-approprjazzjonijiet ta' pagament għall-2021. Jekk iċ-ċifri juru li l-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-baġit għall-2021 ma jkunux suffiċjenti biex ikopru l-ħtiġijiet, il-Kunsill u l-Parlament jistiednu lill-Kummissjoni tippreżenta mill-aktar fis possibbli soluzzjoni xierqa, fost l-oħrajn abbozz ta' baġit emendatorju, bil-ħsieb li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu jistgħu jieħdu fi żmien debitu kwalunkwe deċiżjoni meħtieġa għal ħtiġijiet ġustifikati. Fejn applikabbli, il-Kunsill u l-Parlament se jqisu l-urġenza tal-kwistjoni, billi jnaqqsu l-perjodu ta' tmien ġimgħat għal deċiżjoni jekk jitqies meħtieġ. L-istess japplika mutatis mutandis jekk iċ-ċifri juru li l-approprjazzjonijiet li ddaħħlu fil-baġit għall-2021 jkunu ogħla minn kemm ikun meħtieġ.

3.3.  Dikjarazzjoni konġunta mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar l-indirizzar tal-impatt tal-kriżi tal-COVID-19

Sabiex jiġi indirizzat l-impatt tal-kriżi bla preċedent tal-COVID-19 fl-aħjar interess tal-UE, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni huma impenjati li jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jużaw malajr il-potenzjal sħiħ tal-ġenerazzjoni l-ġdida ta' programmi tal-UE filwaqt li jagħtu attenzjoni partikolari lis-setturi tal-ekonomija li huma l-aktar milquta mill-kriżi bħat-turiżmu u l-SMEs u l-persuni l-aktar affettwati mill-kriżi bħat-tfal u ż-żgħażagħ.

3.4.  Dikjarazzjoni unilaterali mill-Kummissjoni dwar il-governanza tal-aġenziji deċentralizzati

Il-Kummissjoni għandha interess qawwi li tiżgura li l-aġenziji deċentralizzati tal-UE jwettqu l-mandat tagħhom, inkluż it-tisħiħ u s-simplifikazzjoni tal-governanza tagħhom, kif ukoll l-appoġġ għall-ippjanar u r-rappurtar armonizzati mill-aġenziji deċentralizzati kollha. Il-Kummissjoni tqis li r-Rapport Speċjali Nru 22/2020 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, u t-tweġibiet għalih, jistgħu jiffurmaw il-bażi għal segwitu kollaborattiv li jkun jeħtieġ l-appoġġ tal-Kunsill u tal-Parlament.

3.5.  Dikjarazzjoni konġunta mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar ir-Riżerva ta' Aġġustament għall-Brexit (BAR)

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistiednu lill-Kummissjoni tippreżenta proposta għall-istrument rilevanti meħtieġ biex titħaddem ir-Riżerva ta' Aġġustament għall-Brexit mingħajr dewmien, bil-ħsieb li jiġi żgurat li ammont suffiċjenti ta' approprjazzjonijiet ikun jista' jsir disponibbli għall-mobilizzazzjoni mill-bidu tas-sena finanzjarja 2021. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill se jqisu l-urġenza tal-kwistjoni matul id-deliberazzjonijiet tagħhom.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistiednu lill-Kummissjoni tippreżenta abbozz ta' baġit emendatorju, hekk kif ikun xieraq, biex tagħmel disponibbli l-approprjazzjonijiet meħtieġa fis-sena finanzjarja 2021. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill se jikkunsidraw tali abbozz ta' baġit emendatorju bl-urġenza dovuta.

(1) ĠU L 168, 7.6.2014, p. 105.
(2) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(3) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(4) https://www.ipcc.ch/sr15/
(5) Testi adottati, P9_TA(2020)0015.
(6) Testi adottati, P9_TA(2020)0166.
(7) Testi adottati, P9_TA(2020)0123.
(8) Testi adottati, P9_TA(2020)0302.
(9) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).


Regoli komuni li jiżguraw konnettività bażika tat-trasport tal-merkanzija bit-triq u tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq fi tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni ***I
PDF 140kWORD 43k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Diċembru 2020 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni li jiżguraw konnettività bażika tat-trasport tal-merkanzija bit-triq u tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq wara tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni msemmi fil-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (COM(2020)0826 – C9-0399/2020 – 2020/0362(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2020)0826),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 91(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0399/2020),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkonsulta l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

–  wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-16 ta’ Diċembru 2020, li japprova l-pożizzjoni msemmija, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 163 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-18 ta' Diċembru 2020 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2020/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni li jiżguraw konnettività bażika tat-trasport tal-merkanzija bit-triq u tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq wara tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni previst fil-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika

P9_TC1-COD(2020)0362


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2020/2224.)


Konnettività fit-trasport bl-ajru fi tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni ***I
PDF 139kWORD 43k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Diċembru 2020 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni li jiżguraw konnettività bażika fit-trasport bl-ajru wara tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni msemmi fil-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (COM(2020)0827 – C9-0398/2020 – 2020/0363(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2020)0827),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 294(2) u 100(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0398/2020),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkonsulta l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

–  wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-16 ta’ Diċembru 2020, li japprova l-pożizzjoni msemmija, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 163 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-18 ta' Diċembru 2020 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2020/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni li jiżguraw konnettività bażika fit-trasport bl-ajru wara tmiem il-perijodu ta’ tranżizzjoni previst fil-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika

P9_TC1-COD(2020)0363


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2020/2225.)


Sikurezza tal-avjazzjoni fi tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni fir-rigward tail-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni***I
PDF 123kWORD 44k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Diċembru 2020 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti aspetti tas-sikurezza tal-avjazzjoni fir-rigward ta’ tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni msemmi fil-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika(COM(2020)0828 – C9-0397/2020 – 2020/0364(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2020)0828),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 294(2) u 100 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0397/2020),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkonsulta l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

–  wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-16 ta’ Diċembru 2020, li japprova l-pożizzjoni msemmija, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 163 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-18 ta' Diċembru 2020 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2020/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilldwar ċerti aspetti tas-sikurezza tal-avjazzjoni fir-rigward ta’ tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni previst fil-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika

P9_TC1-COD(2020)0364


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2020/2226.)


Awtorizzazzjonijiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fl-ilmijiet tar-Renju Unit u għall-operazzjonijiet tal-bastimenti tas-sajd tar-Renju Unit fl-ilmijiet tal-Unjoni ***I
PDF 130kWORD 44k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Diċembru 2020 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2017/2403 f’dak li għandu x’jaqsam mal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fl-ilmijiet tar-Renju Unit u għall-operazzjonijiet tal-bastimenti tas-sajd tar-Renju Unit fl-ilmijiet tal-Unjoni (COM(2020)0830 – C9-0396/2020 – 2020/0366(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2020)0830),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0396/2020),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkonsulta l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-15 ta’ Diċembru 2020, li japprova l-pożizzjoni msemmija, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 163 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-18 ta' Diċembru 2020 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2020/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2017/2403 fir-rigward ta' awtorizzazzjonijiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fl-ilmijiet tar-Renju Unit u operazzjonijiet tal-bastimenti tas-sajd tar-Renju Unit fl-ilmijiet tal-Unjoni

P9_TC1-COD(2020)0366


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2020/2227.)

Avviż legali - Politika tal-privatezza