Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2020/0205(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A9-0268/2020

Testi mressqa :

A9-0268/2020

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

Testi adottati :

P9_TA(2021)0001

Testi adottati
PDF 123kWORD 42k
It-Tlieta, 19 ta' Jannar 2021 - Brussell
Ftehim għall-kooperazzjoni dwar kif jiġi trattat it-tniġġis tal-Baħar tat-Tramuntana bħala riżultat taż-żejt u ta' sustanzi oħra ta' ħsara (Il-Ftehim ta' Bonn): estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni materjali u ġeografika tiegħu***
P9_TA(2021)0001A9-0268/2020

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Jannar 2021 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-emendi tal-Ftehim għall-kooperazzjoni fit-trattament tat-tniġġis tal-Baħar tat-Tramuntana miż-żejt u sustanzi oħra perikolużi (il-Ftehim ta' Bonn) fir-rigward tal-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni ta' dak il-Ftehim u dwar l-adeżjoni tar-Renju ta' Spanja għal dak il-Ftehim (11487/2020 – C9-0351/2020 – 2020/0205(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (11487/2020),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim għall-kooperazzjoni fit-trattament tat-tniġġis tal-Baħar tat-Tramuntana miż-żejt u sustanzi oħra perikolużi dwar l-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tal-Ftehim bil-ħsieb ta' kooperazzjoni dwar is-sorveljanza fir-rigward tar-rekwiżiti tal-Anness VI għall-Konvenzjoni MARPOL (11490/2020),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni mill-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim għall-kooperazzjoni fit-trattament tat-tniġġis fil-Baħar tat-Tramuntana miż-żejt u sustanzi oħra perikolużi dwar l-adeżjoni tar-Renju ta' Spanja għall-Ftehim (11493/2020),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 192(1), l-Artikolu 196(2) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9-0351/2020),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4) u l-Artikolu 114(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A9-0268/2020),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-emendi għall-Ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim.

Aġġornata l-aħħar: 22 ta' April 2021Avviż legali - Politika tal-privatezza