Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2020/2902(DEA)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : B9-0055/2021

Testi mressqa :

B9-0055/2021

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

Testi adottati :

P9_TA(2021)0005

Testi adottati
PDF 122kWORD 42k
It-Tlieta, 19 ta' Jannar 2021 - Brussell
Ebda oġġezzjoni għal att delegat: data tal-applikazzjoni tal-emendi ta' ċerti regoli ta' produzzjoni dettaljati għall-prodotti organiċi
P9_TA(2021)0005B9-0055/2021

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tal-4 ta' Diċembru 2020 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2020/427 fir-rigward tad-data tal-applikazzjoni tal-emendi ta' ċerti regoli ta' produzzjoni dettaljati għall-prodotti organiċi fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (C(2020)08462 – 2020/2902(DEA))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (C(2020)08462),

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tas-17 ta' Diċembru 2020 li permezz tagħha talbet lill-Parlament jiddikjara li mhux se joġġezzjona għar-Regolament Delegat,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-14 ta' Jannar 2021 lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(2)(e), l-Artikolu 14(2)(c) u l-Artikolu 15(2)(a) u (d) tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 111(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali,

A.  billi, minħabba l-pandemija attwali tal-COVID-19 u r-restrizzjonijiet estensivi fuq il-moviment li rriżultaw minnha, l-Istati Membri kollha u l-bdiewa fl-Istati Membri kollha ltaqgħu ma' diffikultajiet eċċezzjonali.

B.  billi d-data ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/848, inizjalment stabbilita għall-1 ta' Jannar 2021, ġiet emendata reċentement bir-Regolament (UE) 2020/1693 sal-1 ta' Jannar 2022;

C.  billi r-Regolament Delegat għandu l-għan li jallinja d-data tal-applikazzjoni tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/427(2) mad-data emendata tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/848;

D.  billi, biex tiġi evitata l-konfużjoni u tiġi żgurata ċ-ċertezza tad-dritt għas-settur organiku, huwa ta' importanza mill-akbar li jitħaffef id-dħul fis-seħħ tar-Regolament Delegat;

1.  Jiddikjara li ma joġġezzjonax għar-Regolament Delegat;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 150, 14.6.2018, p. 1.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/427 tat-13 ta' Jannar 2020 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' ċerti regoli ta' produzzjoni dettaljati għall-prodotti organiċi (ĠU L 87, 23.3.2020, p. 1).

Aġġornata l-aħħar: 22 ta' April 2021Avviż legali - Politika tal-privatezza