Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2018/0132(APP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A9-0047/2021

Testi mressqa :

A9-0047/2021

Dibattiti :

PV 24/03/2021 - 18
CRE 24/03/2021 - 18

Votazzjonijiet :

PV 25/03/2021 - 2
CRE 25/03/2021 - 2

Testi adottati :

P9_TA(2021)0093

Testi adottati
PDF 125kWORD 44k
Il-Ħamis, 25 ta' Marzu 2021 - Brussell
Is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea ***
P9_TA(2021)0093A9-0047/2021

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta’ Marzu 2021 dwar l-abbozz ta' regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri ta' implimentazzjoni għas-sistema tar-Riżorsi Proprji tal-Unjoni Ewropea u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 608/2014 (10045/2020– C9-0024/2021 – 2018/0132(APP))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' regolament tal-Kunsill (10045/2020),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill f'konformità mar-raba' paragrafu tal-Artikolu 311 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika (C9-0024/2021),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta' Diċembru 2020, bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprja ġodda, inkluż pjan direzzjonali għall-introduzzjoni ta' riżorsi proprja ġodda(1),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 tal-14 ta' Diċembru 2020 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea u li tħassar id-Deċiżjoni 2014/335/UE, Euratom(2), b'mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-14 ta' Marzu 2018 dwar il-QFP li jmiss: tħejjija tal-pożizzjoni tal-Parlament dwar il-QFP wara l-2020(3) u dwar riforma tas-sistema ta' riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea(4),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-30 ta' Mejju 2018 dwar il-qafas finanzjarju pluriennali 2021 – 2027 u r-riżorsi proprji(5),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Novembru 2018 dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021 – 2027 – il-pożizzjoni tal-Parlament bil-ħsieb ta' qbil(6),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Ottubru 2019 dwar il-qafas finanzjarju pluriennali 2021 – 2027 u r-riżorsi proprji: wasal iż-żmien li nissodisfaw l-aspettattivi taċ-ċittadini(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni u tal-Kunsill tal-10 ta' Ottubru 2019 dwar il-qafas finanzjarju pluriennali 2021 – 2027 u r-riżorsi proprji: wasal iż-żmien li nissodisfaw l-aspettattivi taċ-ċittadini,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Mejju 2020 dwar il-qafas finanzjarju pluriennali l-ġdid, ir-riżorsi proprji u l-pjan ta' rkupru(8),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu tas-16 ta' Settembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar is-sistema ta' riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea(9),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A9-0047/2021),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-abbozz ta' regolament tal-Kunsill;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta' Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta' riżorsi proprji ġodda (ĠU L 433I, 22.12.2020, p. 28).
(2) ĠU L 424, 15.12.2020, p. 1.
(3) ĠU C 162, 10.5.2019, p. 51.
(4) ĠU C 162, 10.5.2019, p. 71.
(5) Testi adottati, P8_TA(2018)0226.
(6) Testi adottati, P8_TA(2018)0449.
(7) Testi adottati, P9_TA(2019)0032.
(8) Testi adottati, P9_TA(2020)0124.
(9) Testi adottati, P9_TA(2020)0220.

Aġġornata l-aħħar: 12 ta' Lulju 2021Avviż legali - Politika tal-privatezza