Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2018/0131(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A9-0048/2021

Testi mressqa :

A9-0048/2021

Dibattiti :

PV 24/03/2021 - 18
CRE 24/03/2021 - 18

Votazzjonijiet :

PV 25/03/2021 - 2
PV 25/03/2021 - 17
CRE 25/03/2021 - 2
CRE 25/03/2021 - 17

Testi adottati :

P9_TA(2021)0104

Testi adottati
PDF 160kWORD 47k
Il-Ħamis, 25 ta' Marzu 2021 - Brussell
Ir-riżorsa proprja bbażata fuq l-iskart tal-plastik mill-imballaġġ mhux riċiklat u ċerti aspetti tar-riżorsa proprja bbażata fuq l-ING *
P9_TA(2021)0104A9-0048/2021

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Marzu 2021 dwar l-abbozz ta' regolament tal-Kunsill dwar il-kalkolu tar-riżorsi proprji bbażati fuq l-iskart mill-imballaġġ tal-plastik li mhuwiex riċiklat, dwar il-metodi u l-proċedura għat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta' dik ir-riżorsa proprja abbażi tal-Bażi Komuni Konsolidata għat-Taxxa Korporattiva u dwar ċerti aspetti tar-riżorsa proprja bbażata fuq l-introjtu nazzjonali gross (13142/2020 – C9-0018/2021 – 2018/0131(NLE))

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (13142/2020),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 322(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C9-0018/2021),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta' Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprja ġodda, inkluż pjan direzzjonali għall-introduzzjoni ta' riżorsi proprji ġodda(1),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 tal-14 ta' Diċembru 2020 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea u li tħassar id-Deċiżjoni 2014/335/UE, Euratom(2), b'mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-14 ta' Marzu 2018 dwar il-QFP li jmiss: it-tħejjija tal-pożizzjoni tal-Parlament dwar il-QFP wara l-2020(3) u dwar riforma tas-sistema ta' riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea(4),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-30 ta' Mejju 2018 dwar il-qafas finanzjarju pluriennali 2021 – 2027 u r-riżorsi proprji(5),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-14 ta' Novembru 2018 dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021 – 2027 – Il-pożizzjoni tal-Parlament bil-ħsieb ta' qbil(6),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Ottubru 2019 dwar il-qafas finanzjarju pluriennali 2021 – 2027 u r-riżorsi proprji: wasal iż-żmien li nissodisfaw l-aspettattivi taċ-ċittadini(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni u tal-Kunsill tal-10 ta' Ottubru 2019 dwar il-qafas finanzjarju pluriennali 2021 – 2027 u r-riżorsi proprji: wasal iż-żmien li nissodisfaw l-aspettattivi taċ-ċittadini,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Mejju 2020 dwar il-qafas finanzjarju pluriennali l-ġdid, ir-riżorsi proprji u l-pjan ta' rkupru(8),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu tas-16 ta' Settembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar is-sistema ta' riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea(9),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 82 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A9-0048/2021),

1.  Japprova l-abbozz tal-Kunsill kif emendat;

2.  Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-abbozz tiegħu b'mod sostanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Abbozz tal-Kunsill   Emenda
Emenda 1
Abbozz ta' regolament
Premessa 13
(13)  Jenħtieġ li tiġi stabbilita proċedura ta' rieżami affidabbli u rapidu sabiex jiġi solvut it-tilwim possibbli li jista' jirriżulta bejn Stat Membru u l-Kummissjoni dwar l-ammont ta' kwalunkwe aġġustament tad-dikjarazzjonijiet relatati mar-riżorsa proprja bbażata fuq l-iskart tal-plastik mill-imballaġġ mhux riċiklat jew dwar jekk nuqqas allegat ta' provvediment ta' data jistax jiġi attribwit lil Stat Membru, sabiex b'hekk jiġu evitati proċedimenti ta' ksur quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea li jieħdu l-ħin u li jqumu l-flus.
imħassar
Emenda 2
Abbozz ta' regolament
Premessa 15
(15)  Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni fir-rigward tal-istabbiliment ta' formoli għad-dikjarazzjonijiet relatati mar-riżorsa proprja bbażata fuq l-iskart tal-plastik mill-imballaġġ mhux riċiklat u fir-rigward tal-ispeċifikazzjoni ulterjuri tal-proċedura għar-rieżami biex jiġi solvut it-tilwim possibbli bejn Stat Membru u l-Kummissjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
(15)  Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni fir-rigward tal-istabbiliment ta' formoli għad-dikjarazzjonijiet relatati mar-riżorsa proprja bbażata fuq l-iskart tal-plastik mill-imballaġġ mhux riċiklat. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Emenda 3
Abbozz ta' regolament
Artikolu 9 – paragrafu 4
4.  L-Istat Membru kkonċernat jista' jitlob lill-Kummissjoni biex twettaq rieżami tal-aġġustament ikkomunikat fl-ittra msemmija fil-paragrafu 3 fi żmien xahrejn mill-jum li fih tasal dik l-ittra. Ir-rieżami għandu jiġi konkluż b'deċiżjoni li għandha tiġi adottata mill-Kummissjoni mhux aktar tard minn tliet xhur mill-jum tal-wasla tat-talba tal-Istat Membru. Meta d-deċiżjoni tal-Kummissjoni twettaq rieżami tal-ammonti, b'mod sħiħ jew parzjalment, li jikkorrispondu għall-aġġustament ikkomunikat fl-ittra msemmija fil-paragrafu 3, l-Istat Membru għandu jagħmel disponibbli l-ammont korrispondenti. La t-talba tal-Istat Membru għal rieżami tal-aġġustament u lanqas l-azzjoni għal annullament kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni ma għandhom jaffettwaw l-obbligu tal-Istat Membru li jagħmel disponibbli l-ammont korrispondenti għall-aġġustament.
imħassar
Emenda 4
Abbozz ta' regolament
Artikolu 9 – paragrafu 5
5.  Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw aktar il-proċedura għar-rieżami msemmi fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 14(3).
imħassar
Emenda 5
Abbozz ta' regolament
Artikolu 11 – paragrafu 1 – subparagrafu 4
It-tilwim bejn Stat Membru u l-Kummissjoni dwar jekk huwiex il-każ li n-nuqqas allegat imsemmi fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu jiġi attribwit għall-Istat Membru għandu jiġi riżolt permezz tar-rieżami msemmi fl-Artikolu 9(4).
imħassar
Emenda 6
Abbozz ta' regolament
Artikolu 11 – paragrafu 2
(2)  Meta Stat Membru jibda r-rieżami msemmi fl-Artikolu 9(4), l-interessi għandhom jiġu kkalkulati mid-data speċifikata mill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 9(3).
imħassar

(1) Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta' Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta' riżorsi proprji ġodda (ĠU L 433I, 22.12.2020, p. 28).
(2) ĠU L 424, 15.12.2020, p. 1.
(3) ĠU C 162, 10.5.2019, p. 51.
(4) ĠU C 162, 10.5.2019, p. 71.
(5) Testi adottati, P8_TA(2018)0226.
(6) Testi adottati, P8_TA(2018)0449.
(7) Testi adottati, P9_TA(2019)0032.
(8) Testi adottati, P9_TA(2020)0124.
(9) Testi adottati, P9_TA(2020)0220.

Aġġornata l-aħħar: 12 ta' Lulju 2021Avviż legali - Politika tal-privatezza