Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2018/0133(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A9-0049/2021

Testi mressqa :

A9-0049/2021

Dibattiti :

PV 24/03/2021 - 18
CRE 24/03/2021 - 18

Votazzjonijiet :

PV 25/03/2021 - 2
PV 25/03/2021 - 17
CRE 25/03/2021 - 2
CRE 25/03/2021 - 17

Testi adottati :

P9_TA(2021)0105

Testi adottati
PDF 156kWORD 47k
Il-Ħamis, 25 ta' Marzu 2021 - Brussell
Ġbir mir-riżorsi nfushom li jidħol mit-taxxa fuq il-valur miżjud *
P9_TA(2021)0105A9-0049/2021

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Marzu 2021 dwar l-abbozz tar-Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1553/89 dwar l-arranġamenti uniformi definittivi għall-ġbir ta' riżorsi proprji li jakkumulaw mit-taxxa tal-valur miżjud (12771/2020 – C9-0364/2020 – 2018/0133(NLE))

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (12771/2020),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 322(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C9-0364/2020),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta' Diċembru 2020, bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali għall-introduzzjoni ta' riżorsi proprji ġodda(1),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 tal-14 ta' Diċembru 2020 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea u li tħassar id-Deċiżjoni 2014/335/UE, Euratom(2), b'mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-14 ta' Marzu 2018 dwar il-QFP li jmiss: tħejjija tal-pożizzjoni tal-Parlament dwar il-QFP wara l-2020(3) u dwar riforma tas-sistema ta' riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea(4),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-30 ta' Mejju 2018 dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 u r-riżorsi proprji(5),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Novembru 2018 dwar il-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027 – Il-pożizzjoni tal-Parlament bil-ħsieb ta' qbil(6),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Ottubru 2019 dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 u r-riżorsi proprji: wasal iż-żmien li nissodisfaw l-aspettattivi taċ-ċittadini(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni u tal-Kunsill tal-10 ta' Ottubru 2019 dwar il-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027 u r-riżorsi proprji: wasal iż-żmien li nissodisfaw l-aspettattivi taċ-ċittadini,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Mejju 2020 dwar il-qafas finanzjarju pluriennali l-ġdid, ir-riżorsi proprji u l-pjan ta' rkupru(8),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu tas-16 ta' Settembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar is-sistema ta' riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea(9),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 82 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A9-0049/2021),

1.  Japprova l-abbozz tal-Kunsill kif emendat;

2.  Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-abbozz tiegħu b'mod sostanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Abbozz tal-Kunsill   Emenda
Emenda 1
Abbozz ta' regolament
Artikolu 1– paragrafu 1 – punt 8
Regolament (KEE, Euratom) Nru 1553/89
Artikolu 9
"Artikolu 9
"Artikolu 9
1.  Kwalunkwe korrezzjoni għall-estratti msemmija fl-Artikolu 7(1) tas-snin finanzjarji preċedenti, tkun xi tkun ir-raġuni, għandhom isiru bi ftehim bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru kkonċernat.
1.  Kwalunkwe korrezzjoni għall-estratti msemmija fl-Artikolu 7(1) tas-snin finanzjarji preċedenti, tkun xi tkun ir-raġuni, għandhom isiru bi ftehim bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru kkonċernat.
Jekk l-Istat Membru u l-Kummissjoni ma jaqblux dwar korrezzjoni, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru kkonċernat dwar il-korrezzjoni meħtieġa b'ittra. Dik l-ittra għandha tikkostitwixxi il-"miżuri" kif imsemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 12(2) tar-Regolament tal-Kunsill 609/2014.
Jekk l-Istat Membru u l-Kummissjoni ma jaqblux dwar korrezzjoni, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru kkonċernat dwar il-korrezzjoni meħtieġa b'ittra. Dik l-ittra għandha tikkostitwixxi il-"miżuri" kif imsemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 12(2) tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 609/2014.
2.  L-Istat Membru kkonċernat jista' jitlob lill-Kummissjoni biex tirrieżamina l-korrezzjoni kkomunikata skont it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 fi żmien xahrejn mill-jum meta tkun waslet l-ittra msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1. Dan il-proċess ta' rieżami għandu jiġi konkluż b'deċiżjoni tal-Kummissjoni li għandha tiġi adottata mill-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur wara l-jum li tkun waslet it-talba tal-Istat Membru.
F'każ li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tirrevedi l-ammonti għal kollox jew parzjalment b'mod korrispondenti għall-korrezzjoni, l-Istat Membru għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni l-ammont korrispondenti. La t-talba tal-Istat Membru għal rieżami tal-korrezzjoni u lanqas rikors għal annullament kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni ma għandhom jaffettwaw l-obbligu tal-Istat Membru li jqiegħed għad-dispożizzjoni l-ammont li jikkorrispondi għall-korrezzjoni.
Il-korrezzjonijiet kollha għandhom ikunu inkorporati f'estratti aggregati, li għandhom jemendaw l-estratti ta' qabel għas-snin finanzjarji kkonċernati.
3.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jagħtu aktar dettalji tal-modalitajiet proċedurali għall-proċedura ta' rieżami msemmija fil-paragrafu 2. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 13(3). L-adozzjoni ta' dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-proċedura ta' rieżami stabbilita fil-paragrafu 2.
4.   L-ebda korrezzjoni oħra ma għandha ssir għall-estratti tal-kont imsemmija fl-Artikolu 7(1) wara l-31 ta' Lulju tar-raba' sena wara s-sena finanzjarja ikkonċernata, sakemm dawk il-korrezzjonijiet ma jikkonċernawx punti nnotifikati qabel jew mill-Kummissjoni inkella mill-Istat Membru kkonċernat."
2.  L-ebda korrezzjoni oħra ma għandha ssir għall-estratti tal-kont imsemmija fl-Artikolu 7(1) wara l-31 ta' Lulju tar-raba' sena wara s-sena finanzjarja ikkonċernata, sakemm dawk il-korrezzjonijiet ma jikkonċernawx punti nnotifikati qabel jew mill-Kummissjoni inkella mill-Istat Membru kkonċernat."

(1) Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta' Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta' riżorsi proprji ġodda (ĠU L 433I, 22.12.2020, p. 28).
(2) ĠU L 424, 15.12.2020, p. 1.
(3) ĠU C 162, 10.5.2019, p. 51.
(4) ĠU C 162, 10.5.2019, p. 71.
(5) Testi adottati, P8_TA(2018)0226.
(6) Testi adottati, P8_TA(2018)0449.
(7) Testi adottati, P9_TA(2019)0032.
(8) Testi adottati, P9_TA(2020)0124.
(9) Testi adottati, P9_TA(2020)0220.

Aġġornata l-aħħar: 12 ta' Lulju 2021Avviż legali - Politika tal-privatezza