Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2018/0207(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A9-0144/2021

Testi mressqa :

A9-0144/2021

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

Testi adottati :

P9_TA(2021)0137

Testi adottati
PDF 130kWORD 49k
It-Tlieta, 27 ta' April 2021 - Brussell
Il-Programm Ċittadini, Ugwaljanza, Drittijiet u Valuri 2021-2027 ***II
P9_TA(2021)0137A9-0144/2021
Riżoluzzjoni
 Anness

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta’ April 2021 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm dwar iċ-Ċittadini, l-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Valuri u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1381/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 390/2014 (06833/1/2020 – C9-0144/2021 – 2018/0207(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (06833/1/2020 – C9-0144/2021),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-18 ta' Ottubru 2018(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-10 ta' Ottubru 2018(2),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(3) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0383),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 67 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A9-0144/2021),

1.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

2.  Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

4.  Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri kollha ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att, flimkien mad-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 62, 15.2.2019, p. 178.
(2) ĠU C 461, 21.12.2018, p. 196.
(3) Testi adottati tas-17.4.2019, P8_TA(2019)0407.


ANNESS

Dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-finanzjament tal-linja tal-valuri tal-Unjoni fl-2021

Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-awtorità baġitarja, il-koleġiżlaturi jaqblu li l-linja tal-Valuri tal-Unjoni tal-programm dwar iċ-Ċittadini, l-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Valuri jenħtieġ li tkun mgħammra b'finanzjament sostanzjali mill-1 ta' Jannar 2021.

Il-koleġiżlaturi jappellaw lill-Kummissjoni biex tieħu azzjonijiet xierqa biex tilħaq dak l-objettiv, speċjalment biex tivvaluta l-użu ta' strumenti ta' flessibbiltà skont il-qafas legali tal-baġit annwali tal-UE għall-2021, f'konformità mal-kriterji ta' attivazzjoni stabbiliti fir-Regolament QFP.

Aġġornata l-aħħar: 26 ta' Lulju 2021Avviż legali - Politika tal-privatezza