Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2020/2140(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A9-0117/2021

Testi mressqa :

A9-0117/2021

Dibattiti :

PV 27/04/2021 - 8
CRE 27/04/2021 - 8

Votazzjonijiet :

PV 28/04/2021 - 2
PV 29/04/2021 - 19

Testi adottati :

P9_TA(2021)0164

Testi adottati
PDF 563kWORD 182k
Il-Ħamis, 29 ta' April 2021 - Brussell
Kwittanza 2019: Baġit ġenerali tal-UE - Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi
P9_TA(2021)0164A9-0117/2021
Deċiżjoni
 Deċiżjoni
 Deċiżjoni
 Deċiżjoni
 Deċiżjoni
 Deċiżjoni
 Deċiżjoni
 Deċiżjoni
 Riżoluzzjoni

1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2021 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi (2020/2140(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019(1),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019 (COM(2020)0288 – C9-0220/2020)(2),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2018 (COM(2020)0311), u għar-risposti dettaljati li jikkomplementawh,

–  wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-2019 tal-Kummissjoni dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni tal-Baġit tal-UE (COM(2020)0265),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2019 (COM(2020)0268), u d-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2020)0117),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet(3), ir-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-prestazzjoni tal-baġit tal-UE - Status fi tmiem l-2019, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet(4), u r-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(5) dwar l-affidabilità tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05792/2021 – C9-0037/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(6), u b'mod partikolari l-Artikoli 69, 260, 261 u 262 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, il-Kumitat għall-Iżvilupp, il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0117/2021),

1.  Jagħti l-kwittanza lill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-Deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, flimkien mar-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri, u lill-istituzzjonijiet tal-awditjar nazzjonali u reġjonali tal-Istati Membri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU L 67, 7.3.2019, p. 1.
(2) ĠU C 384, 13.11.2020, p. 1.
(3) ĠU C 377, 9.11.2020, p. 13.
(4) ĠU C 381, 12.11.2020, p. 4.
(5) ĠU C 384,13.11.2020, p. 180.
(6) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.


2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2021 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (issa l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u għall-Kultura) għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2140(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019(1),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019 (COM(2020)0288 – C9-0220/2020)(2),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura għas-sena finanzjarja 2019(3),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2018 (COM(2020)0311), u għar-risposti dettaljati li jikkomplementawh,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2019 (COM(2020)0268), u d-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2020)0117),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(4),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(5) dwar l-affidabilità tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05792/2021 – C9-0037/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(6), u b'mod partikolari l-Artikoli 69, 260, 261 u 262 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta' Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta' Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(8), u b'mod partikolari l-Artikolu 66, l-ewwel u t-tieni subparagrafi, tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/776/UE tat-18 ta' Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura u li tħassar id-Deċiżjoni 2009/336/KE(9),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/173 tat-12 ta' Frar 2021 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Klima, l-Infrastruttura u l-Ambjent, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għas-Saħħa u d-Diġitali, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għar-Riċerka, il-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-SMEs, l-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka, u l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u l-Kultura u li tħassar id-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni 2013/801/UE, 2013/771/UE, 2013/778/UE, 2013/779/UE, 2013/776/UE u 2013/770/UE(10),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, il-Kumitat għall-Iżvilupp, il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0117/2021),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u għall-Kultura għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2019;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-Deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, flimkien mad-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019, Taqsima III – Il-Kummissjoni u r-riżoluzzjoni li hija parti integrali minn dawn id-deċiżjonijiet, lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u għall-Kultura, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU L 67, 7.3.2019, p. 1.
(2) ĠU C 384, 13.11.2020, p. 1.
(3) ĠU C 370, 3.11.2020, p. 10.
(4) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7.
(5) ĠU C 384, 13.11.2020, p. 180.
(6) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(7) ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.
(8) ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.
(9) ĠU L 343, 19.12.2013, p. 46.
(10) ĠU L 50, 15.2.2021, p. 9.


3. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2021 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji (issa l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni u għall-SMEs) għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2140(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019(1),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019 (COM(2020)0288 – C9-0220/2020)(2),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji għas-sena finanzjarja 2019(3),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2018 (COM(2020)0311), u għar-risposti dettaljati li jikkomplementawh,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2019 (COM(2020)0268), u d-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2020)0117),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(4),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(5) dwar l-affidabilità tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05792/2021 – C9-0037/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(6), u b'mod partikolari l-Artikoli 69, 260, 261 u 262 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta' Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta' Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(8), u b'mod partikolari l-Artikolu 66, l-ewwel u t-tieni subparagrafi, tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/771/UE tas-17 ta' Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji u li tħassar id-Deċiżjonijiet 2004/20/KE u 2007/372/KE(9),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/173 tat-12 ta' Frar 2021 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Klima, l-Infrastruttura u l-Ambjent, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għas-Saħħa u d-Diġitali, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għar-Riċerka, il-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-SMEs, l-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka, u l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u l-Kultura u li tħassar id-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni 2013/801/UE, 2013/771/UE, 2013/778/UE, 2013/779/UE, 2013/776/UE u 2013/770/UE(10),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, il-Kumitat għall-Iżvilupp, il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0117/2021),

1.  Jagħti l-kwittanza lill-Viċi Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni u għall-SMEs għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2019;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-Deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, flimkien mad-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019, Taqsima III – Il-Kummissjoni u r-riżoluzzjoni li hija parti integrali minn dawn id-deċiżjonijiet, lill-Viċi Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni u għall-SMEs, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU L 67, 7.3.2019, p. 1.
(2) ĠU C 384, 13.11.2020, p. 1.
(3) ĠU C 370, 3.11.2020, p. 12.
(4) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7.
(5) ĠU C 384, 13.11.2020, p. 180.
(6) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(7) ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.
(8) ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.
(9) ĠU L 341, 18.12.2013, p. 73.
(10) ĠU L 50, 15.2.2021, p. 9.


4. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2021 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2140(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019(1),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019 (COM(2020)0288 – C9-0220/2020)(2),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel għas-sena finanzjarja 2019(3),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2018 (COM(2020)0311), u għar-risposti dettaljati li jikkomplementawh,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2019 (COM(2020)0268), u d-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2020)0117),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(4),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(5) dwar l-affidabilità tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05792/2021 – C9-0037/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(6), u b'mod partikolari l-Artikoli 69, 260, 261 u 262 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta' Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta' Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(8), u b'mod partikolari l-Artikolu 66, l-ewwel u t-tieni subparagrafi, tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/770/UE tas-17 ta' Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva tal-Konsumaturi, is-Saħħa u l-Ikel u li tħassar Deċiżjoni 2004/858/KE(9),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/927/UE tas-17 ta' Diċembru 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2013/770/UE biex L-Aġenzija Eżekuttiva tal-Konsumaturi, is-Saħħa u l-Ikel tiġi ttrasformata f'L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel(10),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/173 tat-12 ta' Frar 2021 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Klima, l-Infrastruttura u l-Ambjent, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għas-Saħħa u d-Diġitali, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għar-Riċerka, il-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-SMEs, l-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka, u l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u l-Kultura u li tħassar id-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni 2013/801/UE, 2013/771/UE, 2013/778/UE, 2013/779/UE, 2013/776/UE u 2013/770/UE(11),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, il-Kumitat għall-Iżvilupp, il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0117/2021),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2019;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-Deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, flimkien mad-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019, Taqsima III – Il-Kummissjoni u r-riżoluzzjoni li hija parti integrali minn dawn id-deċiżjonijiet, lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU L 67, 7.3.2019, p. 1.
(2) ĠU C 384, 13.11.2020, p. 1.
(3) ĠU C 370, 3.11.2020, p. 7.
(4) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7.
(5) ĠU C 384, 13.11.2020, p. 180.
(6) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(7) ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.
(8) ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.
(9) ĠU L 341, 18.12.2013, p. 69.
(10) ĠU L 363, 18.12.2014, p. 183.
(11) ĠU L 50, 15.2.2021, p. 9.


5. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2021 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2140(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019(1),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019 (COM(2020)0288 – C9-0220/2020)(2),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2019(3),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2018 (COM(2020)0311), u għar-risposti dettaljati li jikkomplementawh,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2019 (COM(2020)0268), u d-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2020)0117),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(4),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(5) dwar l-affidabilità tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05792/2021 – C9-0037/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(6), u b'mod partikolari l-Artikoli 69, 260, 261 u 262 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta' Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta' Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(8), u b'mod partikolari l-Artikolu 66, l-ewwel u t-tieni subparagrafi, tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/779/UE tas-17 ta' Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka u li tħassar id-Deċiżjoni 2008/37/KE(9),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/173 tat-12 ta' Frar 2021 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Klima, l-Infrastruttura u l-Ambjent, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għas-Saħħa u d-Diġitali, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għar-Riċerka, il-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-SMEs, l-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka, u l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u l-Kultura u li tħassar id-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni 2013/801/UE, 2013/771/UE, 2013/778/UE, 2013/779/UE, 2013/776/UE u 2013/770/UE(10),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, il-Kumitat għall-Iżvilupp, il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0117/2021),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tar-Riċerka għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2019;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-Deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, flimkien mad-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019, Taqsima III – Il-Kummissjoni u r-riżoluzzjoni li hija parti integrali minn dawn id-deċiżjonijiet, lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU L 67, 7.3.2019, p. 1.
(2) ĠU C 384, 13.11.2020, p. 1.
(3) ĠU C 370, 3.11.2020, p. 30.
(4) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7.
(5) ĠU C 384, 13.11.2020, p. 180.
(6) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(7) ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.
(8) ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.
(9) ĠU L 346, 20.12.2013, p. 58.
(10) ĠU L 50, 15.2.2021, p. 9.


6. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2021 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (issa l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għar-Riċerka) għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2140(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019(1),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019 (COM(2020)0288 – C9-0220/2020)(2),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2019(3),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2018 (COM(2020)0311), u għar-risposti dettaljati li jikkomplementawh,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2019 (COM(2020)0268), u d-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2020)0117),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(4),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(5) dwar l-affidabilità tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05792/2021 – C9-0037/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(6), u b'mod partikolari l-Artikoli 69, 260, 261 u 262 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta' Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta' Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(8), u b'mod partikolari l-Artikolu 66, l-ewwel u t-tieni subparagrafi, tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/778/UE tat-13 ta' Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka u li tħassar id-Deċiżjoni 2008/46/KE(9),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/173 tat-12 ta' Frar 2021 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Klima, l-Infrastruttura u l-Ambjent, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għas-Saħħa u d-Diġitali, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għar-Riċerka, il-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-SMEs, l-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka, u l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u l-Kultura u li tħassar id-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni 2013/801/UE, 2013/771/UE, 2013/778/UE, 2013/779/UE, 2013/776/UE u 2013/770/UE(10),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, il-Kumitat għall-Iżvilupp, il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0117/2021),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għar-Riċerka għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2019;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-Deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, flimkien mad-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019, Taqsima III – Il-Kummissjoni u r-riżoluzzjoni li hija parti integrali minn dawn id-deċiżjonijiet, lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għar-Riċerka, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU L 67, 7.3.2019, p. 1.
(2) ĠU C 384, 13.11.2020, p. 1.
(3) ĠU C 370, 3.11.2020, p. 47.
(4) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7.
(5) ĠU C 384, 13.11.2020, p. 180.
(6) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(7) ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.
(8) ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.
(9) ĠU L 346, 20.12.2013, p. 54.
(10) ĠU L 50, 15.2.2021, p. 9.


7. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2021 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Networks (issa l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Klima, għall-Infrastruttura u għall-Ambjent) għas-sena finanzjarja 2019 (2020/2140(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019(1),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019 (COM(2020)0288 – C9-0220/2020)(2),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Networks għas-sena finanzjarja 2019(3),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2018 (COM(2020)0311), u għar-risposti dettaljati li jikkomplementawh,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2019 (COM(2020)0268), u d-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2020)0117),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-aġenziji(4),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(5) dwar l-affidabilità tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05792/2021 – C9-0037/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(6), u b'mod partikolari l-Artikoli 69, 260, 261 u 262 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta' Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta' Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(8), u b'mod partikolari l-Artikolu 66, l-ewwel u t-tieni subparagrafi, tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/801/UE tat-23 ta' Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Networks u li tħassar id-Deċiżjoni 2007/60/KE kif emendata bid-Deċiżjoni 2008/593/KE(9),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/173 tat-12 ta' Frar 2021 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Klima, l-Infrastruttura u l-Ambjent, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għas-Saħħa u d-Diġitali, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għar-Riċerka, il-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-SMEs, l-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka, u l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u l-Kultura u li tħassar id-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni 2013/801/UE, 2013/771/UE, 2013/778/UE, 2013/779/UE, 2013/776/UE u 2013/770/UE(10),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, il-Kumitat għall-Iżvilupp, il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0117/2021),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Klima, għall-Infrastruttura u għall-Ambjent għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2019;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-Deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, flimkien mad-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019, Taqsima III – Il-Kummissjoni u r-riżoluzzjoni li hija parti integrali minn dawn id-deċiżjonijiet, lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Klima, għall-Infrastruttura u għall-Ambjent, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU L 67, 7.3.2019, p. 1.
(2) ĠU C 384, 13.11.2020, p. 1.
(3) ĠU C 370, 3.11.2020, p. 46.
(4) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7.
(5) ĠU C 384, 13.11.2020, p. 180.
(6) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(7) ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.
(8) ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.
(9) ĠU L 352, 24.12.2013, p. 65.
(10) ĠU L 50, 15.2.2021, p. 9.


8. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2021 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019, Taqsima III – Il-Kummissjoni (2020/2140(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019(1),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019 (COM(2020)0288 – C9-0220/2020)(2),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2018 (COM(2020)0311), u għar-risposti dettaljati li jikkomplementawh,

–  wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-2019 tal-Kummissjoni dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni tal-Baġit tal-UE (COM(2020)0265),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2019 (COM(2020)0268), u d-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2020)0117),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet(3), ir-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-prestazzjoni tal-baġit tal-UE - Status fi tmiem l-2019, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet(4), u r-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(5) dwar l-affidabilità tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05792/2021 – C9-0037/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(6), u b'mod partikolari l-Artikoli 69, 260, 261 u 262 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta' Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(2) u (3) tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, il-Kumitat għall-Iżvilupp, il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0117/2021),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-Deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-Bank Ewropew tal-Investiment, kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali u lill-istituzzjonijiet tal-awditjar nazzjonali u reġjonali tal-Istati Membri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU L 67, 7.3.2019, p. 1.
(2) ĠU C 384, 13.11.2020, p. 180.
(3) ĠU C 377, 9.11.2020, p. 13.
(4) ĠU C 381, 12.11.2020, p. 4.
(5) ĠU C 384, 13.11.2020, p. 180.
(6) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(7) ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.


9. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2021 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-Deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi (2020/2140(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019, Taqsima III – Il-Kummissjoni,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjonijiet tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġits tal-aġenziji eżekuttivi għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, il-Kumitat għall-Iżvilupp, il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0117/2021),

A.  billi l-baġit tal-Unjoni huwa strument sinifikanti għall-kisba tal-objettivi ta' politika komuni, u bħala medja jirrappreżenta 1,0 % tad-dħul nazzjonali gross tal-UE jew 2,1 % tan-nefqa tal-gvern estiż tal-Istati Membri u l-infiq pubbliku totali fl-Unjoni;

B.  billi, meta l-Parlament jagħti l-kwittanza lill-Kummissjoni, huwa jivverifika u jevalwa jekk il-fondi ntużawx b'mod korrett u jekk l-għanijiet ta' politika ntlaħqux wara awditi interni u esterni, u b'hekk jikkonferma r-regolarità u l-prestazzjoni tal-infiq tal-Kummissjoni f'termini ta' valur għall-flus;

C.  billi l-proċedura ta' kwittanza tal-2019 tkopri sena kkaratterizzata minn tranżizzjoni politika u istituzzjonali b'elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew u leġiżlatura ġdida li bdiet fit-2 ta' Lulju 2019 u l-ħatra ta' Kummissjoni ġdida, li bdiet il-mandat tagħha fl-1 ta' Diċembru 2019 u li stabbiliet prijoritajiet politiċi ġodda, bħall-Patt Ekoloġiku Ewropew, enfasi dejjem akbar fuq id-diġitalizzazzjoni tal-Unjoni u l-ħarsien tal-valuri tagħha u ta' flus il-kontribwenti tal-Unjoni;

D.  billi t-tifqigħa tal-coronavirus il-ġdid (COVID-19) ma kienet tirrikjedi ebda aġġustament għaċ-ċifri rrappurtati fil-kontijiet annwali tal-Unjoni tal-2019; billi, madankollu, fl-2020 u fis-snin li ġejjin, it-tifqigħa tal-COVID-19 ser ikollha impatt globali sinifikanti, kif ukoll implikazzjonijiet importanti għall-baġit tal-Unjoni, u billi, f'dan ir-rigward, jeħtieġ jiġi ddeterminat b'attenzjoni partikolari jekk il-Kummissjoni użatx il-baġit tal-Unjoni b'effiċjenza u trasparenza, hekk kif mill-2020 l-implimentazzjoni tal-inizjattivi ta' rispons immedjat tal-Unjoni ser taffettwa r-rikonoxximent, il-kejl jew ir-riklassifikazzjoni ta' assi u obbligazzjonijiet multipli fir-rapporti finanzjarji tal-Unjoni;

E.  billi bħala konsegwenza diretta tat-tifqigħa tal-coronavirus il-ġdid (COVID-19), il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit ma setax jorganizza jew iwettaq kompletament l-attivitajiet ippjanati kollha tiegħu relatati mal-kontrolli normali tal-infiq tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, jiġifieri l-missjonijiet ta' ġbir ta' informazzjoni, is-seduti ta' smigħ pubbliku jew il-workshops tiegħu u għaldaqstant kellu jiddependi ħafna aktar fuq il-ħidma tal-Qorti;

Prijoritajiet politiċi

1.  Jenfasizza, fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, l-importanza li jkun hemm konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba kif minqux fl-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), kif ukoll l-importanza li jinkisbu l-prijoritajiet u l-objettivi tal-programmi li jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-integrazzjoni Ewropea u li joħolqu Unjoni aktar ravviċinata;

2.  Jinsab imħasseb dwar l-istat tal-istat tad-dritt f'ċerti Stati Membri u t-telf finanzjarju kkawżat minn nuqqasijiet bħal dawn; jistenna li l-Kummissjoni tuża l-istrumenti kollha għad-dispożizzjoni tagħha biex tissospendi, tnaqqas u tirrestrinġi l-aċċess għall-finanzjament tal-Unjoni f'każijiet bħal dawn, inkluż l-użu tar-Regolament dwar l-Istat tad-Dritt; jenfasizza li r-rispett għall-istat tad-dritt huwa prekundizzjoni għal ġestjoni finanzjarja tajba, inkluż l-allokazzjoni u l-ġestjoni effiċjenti u effikaċi tal-fondi Ewropej; iħeġġeġ bis-sħiħ f'dan ir-rigward l-adozzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2020 dwar reġim ġenerali ta' kundizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni; jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni bdiet il-ħidma tagħha fuq il-linji gwida; jisħaq fuq li l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE) diġà stabbiliet b'mod inekwivoku fis-sentenza tagħha li d-dikjarazzjonijiet li jinsabu fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ma jistgħux jipprevalu fuq it-test tar-regolament jew jimmodifikawh;

3.  Ifakkar li l-annullament tar-regolament jew parti minnu huwa possibbli biss mill-QĠUE; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, bħala "Gwardjan tat-Trattati", biex tapplika r-regolament mid-data li fiha daħal fis-seħħ u biex tibda l-mekkaniżmi tal-istat tad-dritt meta jkun meħtieġ li jiġi żgurat il-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni fid-dimensjonijiet kollha; jissottolinja li r-regolament daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2021; ifakkar li l-Parlament jista' jżomm lill-Kummissjoni responsabbli fir-rigward ta' kif tapplika r-regolament, inkluż kwalunkwe dewmien mhux ġustifikat, permezz ta' azzjoni għal nuqqas ta' aġir fi ħdan l-Artikolu 265 tat-TFUE; ifakkar li dan ir-regolament, imfassal biex jipproteġi l-fondi tal-Unjoni, ser ikollu jiġi applikat għall-impenji u l-pagamenti kollha, filwaqt li jipprovdi salvagwardji għall-benefiċjarji u r-riċevituri finali;

4.  Jiddeplora l-fatt li l-implimentazzjoni tal-PAK u l-Politika ta' Koeżjoni fl-Istati Membri tal-Unjoni fiha total ta' 292 sistema ta' rapportar, li minħabba f'hekk id-data hija fframmentata u mhux komparabbli u tipprevjeni l-użu effettiv tal-IA u l-big data għall-kontroll tal-fondi; jiddeplora l-fatt li nuqqasijiet fil-validità u l-komparabbiltà tat-teknoloġiji tad-data u tar-rapportar bi gradi differenti ta' diġitalizzazzjoni għadhom ta' tfixkil serju għal ħarsa ġenerali komprensiva tad-distribuzzjoni tal-fondi tal-Unjoni u l-kontroll effiċjenti tagħhom; jiddispjaċih li l-detezzjoni ta' użu ħażin, frodi u approprjazzjoni indebita ta' fondi tal-Unjoni hija fil-parti l-kbira limitata għal skoperti inċidentali mill-Kummissjoni u mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (il-"Qorti") matul l-awditi tagħhom ibbażati fuq kampjuni jew matul l-investigazzjonijiet tal-OLAF;

5.  Jiddeplora l-fatt li ebda sistema ta' rapportar tal-PAK u tal-politika ta' Koeżjoni ma fiha informazzjoni dwar il-benefiċjarji aħħarin, li d-divulgazzjoni ta' din l-informazzjoni mhijiex legalment meħtieġa u li mhux l-informazzjoni kollha dwar is-sidien benefiċjarji tal-kumpaniji hija disponibbli fir-reġistri ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri kollha; jenfasizza li sistema interoperabbli tal-IT mhux biss tippermetti detezzjoni aktar bikrija u aktar effiċjenti tal-użu ħażin, frodi, miżapproprijazzjonijiet, kunflitti ta' interess, finanzjament doppju u problemi sistemiċi oħra iżda tippermetti wkoll ħarsa ġenerali komprensiva tad-distribuzzjoni reali tal-fondi tal-Unjoni u konċentrazzjonijiet potenzjalment mhux intenzjonati f'idejn ftit benefiċjarji oligarkiċi jew saħansitra kriminali; jissottolinja li n-nuqqas ta' informazzjoni dwar l-istrutturi ta' sjieda u s-sidien benefiċjarji ta' kumpaniji u gruppi ta' kumpaniji jikkontribwixxi b'mod sinifikanti għal nuqqas ta' ċarezza fid-distribuzzjoni attwali tal-fondi; jenfasizza għal darb' oħra l-importanza kruċjali ta' data komprensiva, affidabbli u komparabbli għall-kontroll effiċjenti, effikaċi u f'waqtu tal-infiq Ewropew u l-protezzjoni ta' flus il-kontribwenti Ewropej;

6.  Ifakkar fl-appell tal-Parlament lill-Kummissjoni biex tipproponi regolament għall-istabbiliment ta' sistema tal-IT interoperabbli bħal din li tippermetti rapportar uniformi u standardizzat f'waqtu mill-awtoritajiet tal-Istati Membri fil-qasam tal-ġestjoni kondiviża, b'mod partikolari fir-rigward tal-PAK u l-fondi ta' koeżjoni, għal detezzjoni aktar bikrija ta' żbalji sistemiċi u użu ħażin kif espress fir-rapport ta' kwittanza għall-Kummissjoni għas-sena finanzjarja 2018; jissottolinja li sistema bħal din għandha tiġi aġġornata awtomatikament b'data komparabbli u f'waqtha biex is-sistema tkun kapaċi timmonitorja u tikkontrolla bl-użu tal-intelliġenza artifiċjali u l-big data; jappella lill-Kummissjoni biex, bħala kwistjoni urġenti, tagħmel il-pubblikazzjoni tal-informazzjoni kollha dwar is-sidien benefiċjarji rekwiżit legali prerekwiżit għall-użu tal-fondi tal-Unjoni;

7.  Jissottolinja l-benefiċċji ta' sistema interoperabbli u diġitali bħal din għall-awtoritajiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-kontroll u l-ħarsa ġenerali tal-parlamenti u l-gvernijiet nazzjonali fuq l-allokazzjoni, il-ġestjoni u d-distribuzzjoni ta' flus il-kontribwenti nazzjonali fl-għamla ta' fondi Ewropej; jenfasizza li d-diġitalizzazzjoni tar-rapportar, il-monitoraġġ u l-awditjar tal-Unjoni missha ilha li saret u hija indispensabbli minħabba n-natura transfruntiera ta' użu ħażin tal-fondi, frodi, approprjazzjonijiet ħżiena, kunflitti ta' interess, finanzjament doppju u problemi sistemiċi oħra; jirrikonoxxi l-proposti li saru mill-Parlament u mill-Kummissjoni matul in-negozjati dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali , il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF), ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni (CPR) u l-PAK;

8.  Jiddispjaċih għall-fatt li l-Kunsill involva ruħu biss b'riluttanza fin-negozjati għal kompromessi vijabbli; jiddispjaċih li kien hemm qbil dwar regoli u rekwiżiti ta' rapportar differenti fil-partijiet differenti tal-leġiżlazzjoni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipproponi dispożizzjoni xierqa għal inklużjoni fir-Regolament Finanzjarju mingħajr dewmien żejjed;

9.  Ifakkar li r-rapport ta' kwittanza għall-2018 appella lill-Kummissjoni tagħti lill-awtorità ta' kwittanza ammont totali ta' pagamenti lill-kumpaniji kollha li jappartjenu għall-grupp Agrofert fl-Istati Membri kollha u lista tal-akbar 50 destinatarju individwali (persuni fiżiċi bħala sidien benefiċjarji ta' kumpanija jew ta' bosta kumpaniji) għal kull Stat Membru kif ukoll lista tal-akbar 50 destinatarju (persuni fiżiċi u persuni ġuridiċi kif ukoll persuni fiżiċi bħala sidien ta' kumpaniji) tas-sussidji tal-Unjoni aggregati fl-Istati Membri kollha kemm huma; jirrikonoxxi t-tentattivi ripetuti tal-Kummissjoni li tiġbor lista bħal din billi titlob informazzjoni mill-Istati Membri; jiddeplora bil-qawwa l-fatt li l-Kummissjoni sad-data ta' din ir-riżoluzzjoni ma setgħetx tipprovdi l-lista kif mitlub minħabba nuqqas ta' data kompluta, affidabbli u komparabbli pprovduta mill-Istati Membri; jissottolinja kif dan juri u jenfasizza l-ħtieġa urġenti għal sistema diġitali u interoperabbli ta' rappurtar u monitoraġġ għal fondi taħt ġestjoni kondiviża; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipprovdi, kif mitlub u mingħajr aktar dewmien bla bżonn, il-lista tal-akbar 50 benefiċjarju individwali finali, kif ukoll lista komprensiva tas-sussidji kollha li rċevew il-kumpaniji kollha tal-grupp Agrofert f'reġim ta' ġestjoni kondiviża fl-Istati Membri kollha mill-2014 sal-2020, u jħeġġeġ lill-Istati Membri jikkooperaw bis-sħiħ mal-Kummissjoni billi jipprovdu d-data neċessarja għall-analiżi u għall-ġbir ta’ dawk il-listi;

10.  Itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex:

   tneħħi kwalunkwe ostaklu tekniku u legali għall-ġbir ta' data dwar strutturi tal-kumpaniji u sjieda benefiċjarja u tistabbilixxi miżuri li jiżguraw ġbir diġitali, interoperabbli u standardizzat ta' informazzjoni dwar ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni, inkluż dwar dawk li fl-aħħar mill-aħħar jibbenefikaw, direttament jew indirettament, mill-finanzjament tal-Unjoni u s-sidien benefiċjarji tagħhom;
   tistabbilixxi s-sistemi u l-istrumenti diġitali meħtieġa għall-użu obbligatorju tal-Istati Membri kollha, inkluż iżda mhux limitat għal għodda unika ta' estrazzjoni tad-data u ta' valutazzjoni tar-riskju li tippermetti lill-Kummissjoni, lill-OLAF u, fejn applikabbli, lill-UPPE jaċċessaw u janalizzaw tali data dwar ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni (inkluż is-sidien benefiċjarji tagħhom) għal finijiet ta' kontroll u awditjar, biex tissaħħaħ il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni u n-Next Generation EU kontra irregolaritajiet, frodi u kunflitti ta' interess;
   tkompli tagħti l-ogħla importanza lill-ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-Unjoni, b'mod partikolari permezz tal-istabbiliment ta' strateġiji ta' kontroll pluriennali mfassla biex jipprevjenu, jidentifikaw u jikkoreġu l-iżbalji, kif ukoll biex ikomplu jimmonitorjaw bir-reqqa l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni u jieħdu passi immedjati biex jikkoreġu l-iżbalji u jirkupraw il-fondi li ntefqu b'mod skorrett mill-Istati Membri, l-intermedjarji jew il-benefiċjarji finali;

11.  Ifakkar li l-Kummissjoni stabbiliet is-sistema ta' identifikazzjoni bikrija u ta' esklużjoni (EDES) ibbażata fuq l-Artikolu 135 tar-Regolament Finanzjarju biex issaħħaħ il-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tiggarantixxi ġestjoni finanzjarja tajba u tiżgura li dawn il-kumpaniji u sidien benefiċjarji ma jkunux jistgħu jibbenefikaw minn fondi tal-Unjoni li ġew ikkundannati b'rabta ma' frodi, korruzzjoni jew attivitajiet kriminali oħra relatati mal-użu ta' fondi tal-Unjoni, jew li kontrihom tal-inqas l-OLAF ħareġ rakkomandazzjonijiet ġudizzjarji lill-awtoritajiet kriminali tal-Istati Membri mill-1 ta' Jannar 2016; huwa tal-fehma li din l-għodda tista' tgħin lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni u lill-korpi nazzjonali biex jiġġieldu u jipprevjenu aħjar il-korruzzjoni u l-frodi fl-Istati Membri; jiddispjaċih li l-bażi tad-data telenka biss ftit operaturi ekonomiċi (ħamsa sa Frar 2021); iqis dan bħala sinjal li l-EDES mhijiex implimentata kif suppost;

12.  Jitlob lill-Kummissjoni tqis l-estensjoni tal-applikazzjoni tas-sistema EDES lill-fondi f'reġim ta' ġestjoni kondiviża li jinkludu lill-benefiċjarji tal-ġestjoni kondiviża, l-organi li jimplimentaw l-istrumenti finanzjarji u d-destinatarji finali, meta tkun proposta r-reviżjoni tar-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (Regolament Finanzjarju) fir-rispett tal-prinċipji ta' proporzjonalità u ta' adegwatezza; josserva li l-bidliet leġiżlattivi relatati mal-esklużjoni mill-fondi kollha tal-Unjoni fl-ambitu tad-diversi modi ta' nfiq tal-benefiċjarji li huma wkoll irreġistrati fil-qafas tal-ġestjoni kondiviża jkunu jinvolvu wkoll il-bżonn li jkun previst li l-Istati Membri jkunu jistgħu jaċċedu direttament għas-sistema ta' proprjetà tal-Kummissjoni u jdaħħlu informazzjoni dwar il-benefiċjarji taħt ir-responsabbiltà tagħhom; iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jiggarantixxu interoperabbiltà akbar bejn il-bażijiet tad-data u l-istrumenti ta' estrazzjoni ta' data (data mining) Ewropej u nazzjonali eżistenti; jirrikonoxxi li l-EDPS ma jarax problemi ġenerali marbuta mal-protezzjoni tad-data f'dak li għandu x'jaqsam mal-ħolqien ta' tali interoperabbiltà, iżda l-bżonn ta' bażi ġuridika ċara;

13.  Jistieden lill-Kummissjoni:

   tirrapporta għand l-awtorità ta' kwittanza dwar ir-raġunijiet għaliex l-EDES fiha biss entrati limitati ħafna;
   tieħu l-azzjoni meħtieġa biex ittejjeb il-ħidma, l-implimentazzjoni u l-operabbiltà tal-EDES biex tiżgura li l-operaturi ekonomiċi kollha li jissodisfaw il-kriterji tal-Artikolu 136 (1)(c) sa (h) tar-Regolament Finanzjarju jiġu elenkati; jappella wkoll lill-Kummissjoni tirrieżamina l-kriterji bil-għan li tnaqqas il-kumplessità tagħhom u żżid l-applikabilità tagħhom fil-prattika;
   ittejjeb l-użu tagħha ta' din l-għodda biex tgħaqqad il-blacklist mal-bażijiet tad-data tal-OLAF, tal-UPPE u dawk nazzjonali u toħloq sistema awtomatizzata li taġġorna din il-bażi tad-data b'informazzjoni affidabbli u f'waqtha;

14.  Iqis, f'konformità mal-isforz tal-Kummissjoni, li huwa tal-akbar importanza li jinstab bilanċ tajjeb bejn livell baxx ta' żbalji, pagamenti rapidi, spejjeż raġonevoli tal-kontrolli u valur miżjud tal-Baġit tal-Unjoni;

15.  Jisħaq fuq ir-rwol kruċjali tal-politiki u l-istrumenti tal-Unjoni għat-twettiq tagħhom biex jonqsu d-disparitajiet bejn l-Istati Membri u r-reġjuni fl-oqsma tal-koeżjoni, l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali, ir-riċerka u l-innovazzjonijiet, l-affarijiet interni u r-relazzjonijiet esterni, għall-promozzjoni tat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi, għall-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali, u għaż-żamma u l-promozzjoni tal-valuri, is-sigurtà u l-ġustizzja tal-Unjoni għaċ-ċittadini tagħha fl-Unjoni u fid-dinja kollha;

16.  Jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni, bħala amministratur tal-baġit tal-Unjoni, tfassal b'mod xieraq il-metodoloġija komuni tagħha għall-ispeċifiċitajiet tal-ambjenti ta' riskju, kontroll u ġestjoni fl-oqsma ta' nfiq differenti biex tissodisfa b'mod effettiv l-obbligi ta' rapportar tagħha u tipproteġi l-Baġit tal-Unjoni;

17.  Jirrimarka li l-Artikolu 61 tar-Regolament Finanzjarju minn Awwissu 2018 ipprovda definizzjoni aktar wiesgħa ta' kunflitti ta' interess; jenfasizza r-responsabbiltà tal-Kummissjoni li tiżgura li dawn id-dispożizzjonijiet jiġu implimentati bid-diliġenza dovuta madwar l-Unjoni, u li l-forom kollha ta' kunflitti ta' interess jiġu ttrattati b'mod effiċjenti u effettiv matul l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni; jisħaq fuq l-importanza ta' informazzjoni pubblika disponibbli dwar il-benefiċjarji finali għat-trasferimenti finanzjarji kollha tal-Unjoni biex jiġu evitati kunflitti ta' interess fl-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni;

18.  Itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tiżgura evalwazzjoni xierqa tal-miżuri preventivi meħuda mill-Istati Membri biex jiġu evitati kunflitti ta' interess; jilqa', f'dan ir-rigward, il-linji gwida tal-Kummissjoni "Guidance on avoidance of conflicts of interest under the Financial Regulation" (Gwida dwar l-evitar ta' kunflitti ta' interess skont ir-Regolament Finanzjarju), imqassma lill-Istati Membri f'Awwissu 2020, li għandhom l-għan li jippromwovu interpretazzjoni u applikazzjoni uniformi tar-regoli dwar il-kunflitti ta' interess u li jqajmu kuxjenza dwar l-applikabbiltà ta' dawn ir-regoli, inkluż fir-rigward tal-ġestjoni kondiviża; jappella lill-Kummissjoni tippubblika dawn il-Linji Gwida u tikkondividi wkoll kemm mal-awtoritajiet tal-Istati Membri kif ukoll mal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit l-informazzjoni dwar l-awditi mwettqa fuq dawn il-kwistjonijiet u l-eżempji ta' prattika tajba;

19.  Jinsab imħasseb dwar l-interpretazzjoni limitata possibbli tal-Artikolu 61 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 mill-Aġenzija tal-Pagamenti Ċeka (il-Fond Statali għall-Intervent Agrikolu) li tqisu mhux applikabbli għall-membri tal-Gvern; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipprovdi l-opinjoni tagħha dwar l-interpretazzjoni ta' dan l-artikolu rigward l-Aġenziji tal-Pagamenti nazzjonali; jappella lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-Artikolu 61 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 jiġi rrispettat u implimentat fir-Repubblika Ċeka filwaqt li jiġi applikat għall-pagamenti kollha mill-baġit tal-Unjoni, inkluż il-pagamenti diretti taħt l-ewwel pilastru tal-PAK, u biex tissorvelja l-funzjonament indipendenti tal-Aġenziji tal-Pagamenti f'dan ir-rigward;

20.  Ifakkar li għadd ta' skandli dwar id-distribuzzjoni u l-użu ħażin tal-fondi tal-Unjoni f'pajjiżi bħall-Bulgarija, iċ-Ċekja jew is-Slovakkja u r-Rumanija kkawżaw protesti pubbliċi kbar f'dawn l-aħħar xhur u snin, fejn iċ-ċittadini tal-Unjoni fittxew lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Kummissjoni, biex jiżguraw it-tmiem ta' tali amministrazzjoni ħażina ta' flus pubbliċi;

21.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-istrateġija l-ġdida tal-kumpaniji kontra l-frodi, adottata mill-Kummissjoni f'April 2019, dwar l-inizjattiva tal-OLAF, bl-objettiv li jittejjeb l-għarfien tal-Kummissjoni dwar il-frodi u l-kapaċità analitika tagħha li tmexxi l-azzjoni kontra l-frodi, li tiżgura l-kooperazzjoni fost id-dipartimenti u l-aġenziji eżekuttivi fil-ġlieda kontra l-frodi u li ssaħħaħ is-sorveljanza korporattiva tal-ġlieda kontra l-frodi; jappella lill-Kummissjoni tħejji rapport ta' segwitu dwar l-effiċjenza tal-implimentazzjoni tagħha u l-ewwel riżultati miksuba u tirrapporta dwar dan għand l-awtorità ta' kwittanza;

22.  Jisħaq fuq li, fid-dawl tal-QFP u l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, ir-riżorsi finanzjarji tal-Unjoni għandhom jappoġġjaw il-prijoritajiet u r-responsabbiltajiet li qegħdin jiżdiedu tal-Unjoni. Il-ħarsien tal-interess finanzjarju tal-Unjoni huwa tal-akbar importanza u li huma meħtieġa l-aktar sforzi b'saħħithom fil-livelli kollha biex jipprevjenu u jiġġieldu kontra l-frodi, il-korruzzjoni u l-użu ħażin tal-fondi tal-Unjoni; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi l-għoti ta' riżorsi finanzjarji u umani suffiċjenti lill-Qorti, OLAF u l-UPPE u tkompli tipprovdilhom appoġġ politiku b'saħħtu, biex iwettqu l-attivitajiet tagħhom ta' awditjar, investigazzjoni u prosekuzzjoni fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni;

23.  Jinnota fil-istess waqt li l-użu dejjem akbar ta' mekkaniżmi finanzjarji biex jiġu stabbiliti l-politiki tal-Unjoni fil-pajjiżi terzi, id f'id mal-baġit tal-Unjoni, għandu r-riskju li jimmina r-responsabbiltà u t-trasparenza tal-azzjoni u l-infiq tal-Unjoni; jinsisti li l-Kummissjoni tiżgura li l-għoti ta' għajnuna esterna jkun soġġett għall-istat tad-dritt u għar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiżi riċevituri; jisħaq, b'mod partikolari, fuq il-ħtieġa li jiġi ggarantit li pajjiżi u partijiet terzi u/jew persuni fiżiċi, li huma allokati jew marbuta ma' fondi tal-Unjoni jaderixxu mal-valuri demokratiċi ewlenin, jirrispettaw l-istandards internazzjonali fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u jissottoskrivu għal prinċipji ta' nonvjolenza;

24.  Ifakkar li l-politika ta' żvilupp u kooperazzjoni hija maħsuba biex teqred il-faqar u tnaqqas l-inugwaljanza u li l-fondi għandhom jilħqu biss il-benefiċjarji intenzjonati tagħhom;

25.  Jissottolinja li l-ħolqien tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) huwa żvilupp fundamentali fil-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni; ifakkar lill-Kummissjoni dwar ir-rwol ewlieni tal-UPPE fil-protezzjoni tal-pjan ta' rkupru tal-UE fis-snin li ġejjin; jappella lill-Istati Membri kollha tal-Unjoni jingħaqdu mal-UPPE u jaħtru l-Prosekuturi tagħhom abbażi ta' kriterji ċari u trasparenti;

26.  Jissottolinja n-nuqqas ta' finanzjament u n-nuqqas ta' persunal tal-UPPE matul il-fażi ta' żvilupp tiegħu, iżda jilqa' ż-żieda sostanzjali fil-baġit u l-persunal tal-UPPE meta mqabbla mal-proposta inizjali; itenni l-oppożizzjoni tal-Parlament għat-tnaqqis tal-persunal tal-OLAF, bħala riżultat ta' karigi ttrasferiti lill-UPPE, li wassal għal tnaqqis kumulattiv ta' 45 kariga sal-2023 għall-OLAF; jappella lill-Kummissjoni żżid il-kapaċità billi tirrieżamina s-sitwazzjoni tal-persunal kemm fir-rigward kemm tal-UPPE, tal-OLAF kif ukoll ta’ Eurojust; jappella lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet baġitarji jiżguraw li l-baġits tal-OLAF, tal-UPPE u ta' Eurojust jiżdiedu biex ikunu jistgħu jwettqu l-missjoni tagħhom;

27.  Jinnota bi tħassib li fil-perjodu bejn Jannar 2015 u Diċembru 2019 ma ttieħdet ebda deċiżjoni mill-awtoritajiet ġudizzjarji, b'segwitu għal rakkomandazzjoni tal-OLAF, f'199 każ u kien biss f' 178 każ li ttieħdet xi deċiżjoni(1); jappella lill-Istati Membri jsegwu kif xieraq ir-rakkomandazzjonijiet kollha tal-OLAF; 1

28.  Japprova r-rakkomandazzjonijiet fir-rapport annwali tal-Qorti għas-sena finanzjarja 2019 u r-rapport tal-Qorti dwar il-prestazzjoni tal-baġit tal-Unjoni u jinkoraġġixxi ħafna lill-Kummissjoni u lil partijiet rilevanti oħra jimplimentawhom mill-aktar fis possibbli filwaqt li jenfasizza wħud mir-rakkomandazzjonijiet l-aktar importanti u urġenti hawn taħt;

29.  Huwa partikolarment imħasseb dwar is-sejbiet ripetuti tal-Qorti li x-xogħol ta' xi awtoritajiet nazzjonali tal-awditjar jew korpi ta' ċertifikazzjoni huwa meqjus bħala suxxettibbli wisq għall-iżbalji u għaldaqstant mhux affidabbli, li b'hekk jikkomprometti l-affidabbiltà tad-data għa-r-Rapport Annwali dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni (AMPR) tal-Kummissjoni; jiddispjaċih li l-Qorti ma tistax tinkludi analiżi għar-raġunijiet sottostanti għal dawn id-dgħufijiet persistenti fil-ħidma tagħha;

30.  Jiddispjaċih li l-Kummissjoni la setgħet tiċċara b'mod utli r-raġunijiet u lanqas id-differenzi speċifiċi għall-pajjiżi bejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri; jiddispjaċih li dan in-nuqqas ta' informazzjoni dwar ir-raġunijiet li huma l-bażi ta' dawn id-dgħufijiet sistemiċi u persistenti f'ċerti awtoritajiet nazzjonali tal-awditjar jimpedixxi l-indirizzar u r-riżoluzzjoni ta' tali problemi b'mod effiċjenti u effikaċi; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel analiżi bir-reqqa tar-raġunijiet u tal-problemi strutturali li jikkawżaw id-dgħufijiet sistemiċi persistenti identifikati mill-Qorti; jitlob lill-Kummissjoni tinkludi wkoll osservazzjonijiet dwar il-prattiki tajba u, abbażi ta' din l-analiżi, tindirizza lill-awtoritajiet nazzjonali rakkomandazzjonijiet orizzontali ċari, prattiċi u faċilment implimentabbli kif ukoll rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż, kif deskritt f'aktar dettall fil-kapitoli speċifiċi ta' din ir-riżoluzzjoni;

31.  Jistieden lill-Kummissjoni tagħti aktar attenzjoni, u talloka aktar riżorsi umani u baġitarji tal-Kummissjoni lill-Istati Membri, li s-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll tagħhom huma biss parzjalment jew mhux affidabbli, fejn hemm riskju akbar ta' frodi u korruzzjoni relatati mal-fondi u speċjalment ma' dawk l-Istati Membri li ma aderewx mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew;

32.  Jitlob li l-użu ta' Arachne jsir kundizzjoni preliminari għall-użu tal-fondi tal-Unjoni min-naħa tal-Istati Membri;

33.  Jissottolinja li r-rata ta' żball ikkalkolat mill-Qorti tirrappreżenta sinteżi statistika li tforni indikatur prattiku uniku tal-legalità u tar-regolarità tal-infiq tal-Unjoni, iżda ma toffrix madankollu viżjoni differenzjata tan-natura u tal-gravità differenti tal-iżbalji li jikkontribwixxu għal din ir-rata; jieħu nota li l-metodoloġija tal-Qorti hija bbażata fuq standards internazzjonali ta' awditjar li jinvolvu l-ittestjar ta' kampjun każwali ta' tranżazzjonijiet u li kampjun rappreżentattiv ma jistax ikun ibbażat kollu kollu hu fuq ir-riskju; jilqa' pożittivament il-fatt li l-Qorti taqsam il-kampjuni tagħha fi tranżazzjonijiet b'riskju għoli u tranżazzjonijiet b'riskju baxx; japprezza l-fatt li l-Qorti diġà tinkludi eżempji speċifiċi tal-iżbalji misjuba; jistieden lill-Qorti tinkludi informazzjoni saħansitra aktar dettaljata, b'mod partikolari biex tippermetti għarfien ġeografiku tal-problemi speċifiċi għal kull pajjiż;

34.  Jiddispjaċih li l-maġġor parti tal-pagamenti diretti tal-PAK hija kkonċentrata f'idejn il-ftit benefiċjarji f'xi Stati Membri, anki fil-każijiet li fihom jinħolqu strutturi oligarkiċi, b'hekk jiddgħajfu b'mod partikolari l-bdiewa ż-żgħar u l-komunitajiet rurali;

35.  Ifakkar fil-bżonn ta' tqassim aktar ġust tal-fondi tal-PAK, bil-għan li jiġi żgurat li l-pagamenti għal kull ettaru jkunu inversament proporzjonali għad-daqs tal-azjenda agrikola;

36.  Jinsab inkwetat bil-każijiet irrappurtati ta' ħtif tal-art f'ċerti Stati Membri u jtenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi sistema effikaċi ta' kontroll li tkun tiżgura li l-benefiċjarji bid-dritt għall-fondi tal-PAK ikunu huma biss dawk li jaħdmu r-raba' u li l-fondi ma jaslux għand xi benefiċjarji li kisbu l-artijiet b'mezzi illegali jew frawdolenti; itenni, f'dan ir-rigward, it-talba tiegħu għal mekkaniżmu ta' tressiq ta' lmenti speċifiku fil-livell tal-Unjoni biex jappoġġa lill-bdiewa jew lill-benefiċjarji li jħabbtu wiċċhom, pereżempju, ma' prattiki ħżiena ta' ħtif tal-art, imġiba ħażina tal-awtoritajiet nazzjonali, pressjoni minn strutturi kriminali jew mill-kriminalità organizzata, jew persuni li huma suġġetti għal xogħol furzat jew skjavitù, li jagħtihom l-opportunità li jressqu malajr ilment mal-Kummissjoni, u li l-Kummissjoni għandha tivverifika b'urġenza(2);

37.  Itenni t-tħassib tiegħu għall-fatt li l-impenji pendenti komplew jikbru, u fl-aħħar tal-2019 laħqu livell rekord ta' EUR 298,0 biljun (meta mqabbla ma' EUR 281,2 biljun fl-2018); jinnota li l-livell ta' approprjazzjonijiet ta' pagament fil-baġits annwali kien evidentement aktar baxx mil-limitu massimu tal-QFP fi snin reċenti, li jista' jwassal għal bżonnijiet ta' pagament ogħla fil-futur; jilqa' favorevolment il-fatt li fil-proposta tagħha għal regolament dwar il-QFP il-Kummissjoni inkludiet il-pagamenti futuri stmati fir-rigward taż-żidiet proposti fl-2020 fl-ambitu tar-risposta tal-Unjoni għall-coronavirus; jitlob lill-Kummissjoni tissorvelja mill-qrib l-implimentazzjoni mill-Istati Membri fil-każ ta' sottoimplimentazzjoni u rati baxxi ta' assorbiment; jilqa' pożittivament l-isforzi tal-Kummissjoni biex tintroduċi r-regola n+2 għall-oqsma ta' nefqa kollha, b'hekk tkun sottolinjata n-neċessità ta' strumenti possibbli oħrajn biex tissostitwixxi r-regola n+3; jistieden għal darb'oħra lill-Kummissjoni żżid l-appoġġ tekniku lill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali jew lokali, inklużi l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u ċ-ċittadini, bil-għan li tikseb rati ta' assorbiment aħjar(3);

38.  Ifakkar fid-distakk dejjem akbar bejn l-impenji u l-pagamenti u ż-żieda fid-daqs tal-baġit tal-Unjoni (Analiżi Rapida dwar Każ Speċifiku tal-Qorti: "Impenji pendenti fil-baġit tal-UE – Ħarsa aktar mill-qrib"), aspetti li jirrappreżentaw sfida serja anki għall-awtorità ta' kwittanza; josserva li l-baġit fit-tul tal-UE, inkluż il-pjan tal-UE għall-irkurpu Next Generation EU, għadda minn EUR 1 083 biljun għal EUR 1 800 biljun għall-perjodu 2021-2027; jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja f'intervalli regolari l-implimentazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali għall-irkurpu u r-reżiljenza biex tiżgura r-rispett tar-regoli fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat u tirrapporta f'dan ir-rigward lill-awtorità ta' kwittanza; jenfasizza li jekk din it-talba ma tiġix attwata, dan jista' jagħti lok għal rifjut tal-għoti tal-kwittanza għas-sena 2020;

39.  Jirrimarka li fis-snin reċenti l-livell ta' approprjazzjonijiet ta' pagament fil-baġits annwali kien jinsab notevolment taħt il-limitu massimu tal-QFP, li jista' jwassal għal bżonnijiet ogħla ta' pagament fil-futur u jirriskja li jpoġġi l-baġit taħt pressjoni;

40.  Jiddispjaċih li ntilfet l-opportunità li jintużaw l-ammonti tal-approprjazzjoni ta' impenn mhux użati u tal-approprjazzjonijiet diżimpenjati fl-ambitu tal-QFP bil-għan li jitħallas id-dejn inkors biex ikun iffinanzjat il-pjan ta' rkupru;

41.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li r-riskji finanzjarji ewlenin li l-baġit tal-Unjoni kien espost għalihom fl-2019 kienu assoċjati ma' operazzjonijiet finanzjarji fil-forma ta' self kopert direttament mill-baġit tal-Unjoni (53,7 %), u operazzjonijiet finanzjarji koperti minn fond ta' garanzija tal-Unjoni (46,3 %); josserva li, meta ġew inklużi wkoll il-pagamenti futuri possibbli relatati mal-garanzija tal-FEIS (Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi), l-ammont tar-riskju totali mġarrab mill-baġit tal-Unjoni laħaq d-EUR 90,5 biljun sal-aħħar tal-2019; jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta stampa kompluta tal-espożizzjoni tal-baġit tal-UE fir-"Rapport annwali dwar il-garanziji koperti mill-baġit ġenerali", inkluż ir-riskju ġġenerat mill-garanzija tal-FEIS kif ukoll mill-operazzjonijiet finanzjarji futuri kollha relatati;

42.  Jirrimarka li l-Unjoni għamlet użu dejjem akbar mill-istrumenti finanzjarji u l-garanziji baġitarji pprovduti lill-Grupp tal-BEI; ifakkar li, attwalment, l-operazzjonijiet tal-Grupp tal-BEI li mhumiex iffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni, iżda li jaqdu l-istess objettivi tal-Unjoni, ma jaqgħux taħt il-mandat tal-awditjar tal-Qorti;

43.  Josserva li l-Qorti biħsiebha tgħaddi għall-approċċ ta' attestazzjoni; jistieden lill-Qorti tkompli bil-kontrolli tagħha abbażi ta' kampjuni bil-għan li timmonitorja t-tranżazzjonijiet individwali;

44.  Jinsab imħasseb bil-fatt li l-persunal attwali mhuwiex biżżejjed biex ilaħħaq mal-allokazzjoni dejjem akbar ta' baġit tal-UE; jenfasizza li huwa indispensabbli li jiżdiedu l-kapaċitajiet amministrattivi fi ħdan il-Qorti u s-segretarjati rilevanti tal-Parlament Ewropew; jenfasizza l-fatt li dawn ir-rekwiżiti ma jiġux sodisfatti, dan jista' jagħti lok għal rifjut tal-kwittanza għas-sena 2020;

45.  Jinkoraġġixxi lill-Qorti tkompli tanalizza l-prestazzjoni tal-baġit tal-Unjoni; josserva li valutazzjoni xierqa tal-legalità u tar-regolarità tal-azzjoni tal-Unjoni biex ittejjeb l-obbligu ta' rendikont tikkostitwixxi l-bażi għal ġestjoni finanzjarja tajba; jenfasizza li l-indikaturi għandhom jevalwaw is-suċċess ta' ċerti attivitajiet b'mod deskrittiv u oġġettiv, mingħajr ma jesprimu preferenzi f'termini ta' politiki; jisħaq fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Qorti, skont liema hemm bżonn jiġu elaborati aktar l-indikaturi u jinstab bilanċ aħjar bejn indikaturi tal-input u tal-output u l-indikaturi tar-riżultat u tal-impatt; jistieden lill-Kummissjoni tnaqqas in-numru tal-objettivi u tal-indikaturi f'ġabra speċifika ta' indikaturi tar-riżultat u tal-impatt rilevanti u xierqa li jkejlu bl-aqwa mod ir-riżultati miksuba f'termini ta' effikaċja u ta' valur miżjud Ewropew tal-infiq tal-Unjoni;

46.  Japprova r-riżervi mressqa mid-diretturi ġenerali tad-DĠ BUDG, RTD, AGRI, REGIO, EMPL, MARE, CLIMA, HOME, JUST, NEAR u REFORM fir-rapporti annwali ta' kontroll (RAA) tagħhom; huwa tal-fehma li dawn ir-riżervi juru li l-proċeduri ta' kontroll stabbiliti mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri jistgħu jagħtu l-garanziji neċessarji rigward il-legalità u r-regolarità tat-tranżizzjonijiet ta' bażi fl-oqsma ta' politika korrispondenti biss jekk jiġu implimentati b'suċċess il-proċeduri ta' korrezzjoni neċessarji;

Id-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni tal-Qorti

47.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Qorti kkonkludiet li l-kontijiet għall-2019 huma affidabbli, u li l-Qorti kkonkludiet li d-dħul kien ħieles minn kwalunkwe żball materjali fl-2019;

48.  Jinsab imħasseb bil-fatt li, għall-ewwel darba f'erba' snin il-Qorti ħarġet opinjoni negattiva dwar il-legalità u r-regolarità tan-nefqa li huma bbażati fuqha l-kontijiet;

49.  Josserva, madankollu, li l-Qorti tammetti li l-livell kumplessiv ta' żball baqa' relattivament stabbli, jiġifieri 2,7 % fl-2019 meta mqabbel ma' 2,6 % tal-2018, u jissottolinja dawk li l-Qorti evidenzjat bħala elementi pożittivi tal-infiq tal-Unjoni, bħall-evoluzzjoni tal-intestatura "Riżorsi naturali" u r-riżultati kostanti tal-intestatura "Amministrazzjoni";

50.  Jinnota li r-raġunijiet mogħtija għall-opinjoni negattiva huma s-segwenti: għal dak li għandu x'jaqsam man-nefqa tal-Unjoni, fil-konklużjonijiet tal-Qorti hemm affermat li l-livell ta' żball, prinċipalment fil-pagamenti li fil-fatt huma rimborżi, huwa pervażiv, u li, fid-dawl tal-mod kif inhu magħmul il-baġit tal-Unjoni u l-evoluzzjoni tiegħu maż-żmien, in-nefqa b'riskju għoli fl-2019 tirrappreżenta aktar minn nofs l-infiq awditjat (53,1 %) u għad hemm preżenti fiha żball materjali ta' rata stmata ta' 4,9 % (meta mqabbla ma' 4,5 % tal-2018 u 3,7 % tal-2017);

51.  Jinnota li l-Qorti awditjat tranżazzjonijiet li jilħqu total ta' EUR 126,1 biljun (minn EUR 159,1 biljun tal-infiq totali tal-Unjoni), u li l-intestatura "Riżorsi naturali" kienet l-akbar sehem (47,2 %) tal-popolazzjoni tal-awditi globali tal-Qorti, segwita mill-intestaturi "Koeżjoni" (22,5 %) u "Kompetittività" (13,2 %); itenni s-suġġeriment tiegħu lill-Qorti biex tqis kemm is-sehem tan-nefqa totali tal-Unjoni kif ukoll l-iżball relatat mar-riskju meta tiddeċiedi dwar id-diviżjoni tas-sehem tal-awditjar li jmiss tal-popolazzjoni;

52.  Josserva li fl-2019 il-Qorti forniet rati ta' żball speċifiċi għal tliet intestaturi tal-QFP: "Kompetittività" (4,0 %), "Koeżjoni" (4,4 %), "Riżorsi naturali" (1,9 %), filwaqt li għall-Intestatura "Amministrazzjoni" l-Qorti stmat li l-livell ta' żball kien inqas mis-soll ta' materjalità; jirrimarka li l-Qorti sabet l-ogħla livell stmat ta' żball fl-infiq fl-ambitu tal-Intestatura "Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali" (4,4 %) u li l-infiq fis-Subintestatura "Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi" laħaq r-rata ta' żball preokkupanti ta' 4 % (meta mqabbla ma' 2 % tal-2018);

53.  Jieħu nota li l-ġestjoni finanzjarja tal-baġit tal-Unjoni maż-żmien tjiebet u li f'dawn l-aħħar snin il-livelli ta' żball naqsu sa ma ressqu qrib is-soll ta' materjalità tat-2 %, għajr f'ċerti oqsma ta' politika, ngħidu aħna dak tal-kompetittività, li fil-biċċa l-kbira huwa sottopost għall-ġestjoni diretta tal-Kummissjoni, fejn ir-rata ta' żball stmata rduppjat billi għaddiet minn 2 % fl-2014 għal 4 % fl-2019;

54.  Jinnota li l-Qorti ma stmatx il-livelli ta' żball għall-oqsma ta' nefqa fl-Intestaturi 3 u 4 tal-QFP "Sigurtà u ċittadinanza" u "Ewropa Globali"; jirrimarka li l-komunikazzjoni ta' rati ta' żball tippermetti li jkun hemm komparabbiltà bejn is-snin finanzjarji; jiddispjaċih, f'dan ir-rigward, li l-kampjun għall-kapitoli 7 u 8 jirriżulta ulterjorment imnaqqas meta mqabbel ma' dawn l-aħħar snin (minn 11 % tan-nefqiet koperti mill-awditu fl-2017, għal 9,1 % fl-2018 u għal 8,9 % fl-2019);

55.  Jitlob lill-Qorti tforni, fir-rapport annwali li jmiss tagħha, data dwar ir-rata ta' żball għall-pagamenti ta' kull qasam ta' nefqa; jitlob lill-Qorti twessa' l-kapitolu tagħha dwar l-Intestatura "Amministrazzjoni" bil-għan li jkun hemm analiżi aktar bir-reqqa tal-istituzzjonijiet kollha; jistieden lill-Qorti twettaq mill-aktar fis possibbli t-talba tal-Parlament biex tforni rapport annwali speċifiku u indipendenti dwar l-istituzzjonijiet tal-Unjoni; jilqa' favorevolment ir-riflessjoni tal-Qorti f'dan ir-rigward u jittama li tkun riflessa fl-istrateġija tal-Qorti għall-perjodu 2021-2025;

56.  Jiddispjaċih li l-Qorti ma tispeċifikax liema hu l-impatt tal-miżuri korrettivi fuq il-livell ta' żball kumplessiv, imma tindika biss l-impatt fuq intestaturi speċifiċi; jirrimarka li l-informazzjoni speċifika dwar l-intestaturi kollha tal-QFP tkun tikkostitwixxi informazzjoni estremament utli għall-finijiet ta' skrutinju min-naħa tal-awtorità ta' kwittanza; jitlob lill-Qorti tispeċifika liema hu l-impatt tal-miżuri korrettivi fuq il-livell ta' żball kumplessiv;

57.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-istima ġenerali tal-livell ta' żball fil-baġit tal-Unjoni, kif ippreżentata fid-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni tal-Qorti, la tkejjel il-frodi u lanqas l-ineffiċjenza jew il-ħela, iżda hija stima tal-ammonti li ma kellhomx jitħallsu peress li ma ntużawx skont ir-regoli u r-regolamenti applikabbli; josserva li fl-2019 il-Qorti rrappurtat lill-OLAF disa' każijiet ta' frodi suspettata li nstabu matul l-awditi tagħha (l-istess numru ta' każijiet bħal fl-2018) u li l-OLAF fetaħ investigazzjonijiet fuq ħamsa mill-każijiet irrappurtati filwaqt li ddeċieda li ma jagħmilx hekk għall-erbgħa l-oħra;

58.  Jirrimarka li, bħal fis-snin ta' qabel, l-iżbalji ta' eliġibbiltà (jiġifieri l-ispejjeż ineliġibbli f'dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż u proġetti, attivitajiet jew benefiċjarji ineliġibbli) f'pagamenti li fil-fatt huma rimborżi, fejn in-nefqa hija spiss suġġetta għal regoli kumplessi, kienu għal darb'oħra l-kontributuri ewlenin għal-livell stmat ta' żball tal-2019 għal nefqa b'riskju għoli ta' 74 % (meta mqabbla ma' 68 % fl-2018);

59.  Jilqa' pożittivament id-deċiżjoni tal-Qorti biex fil-kampjun tagħha ddaħħal perċentwal ogħla ta' nefqa b'riskju għoli, kategorija li fiha hemm, b'mod materjali, rata ta' żball dejjem ogħla (4,9 % fl-2019 meta mqabbla ma' 4,5 % tal-2018 u 3,7 % tal-2017); jiddispjaċih li, fil-każ tal-pagamenti għad-drittijiet, ir-rata ta' żball ma kinitx kwantifikata b'mod ċar;

60.  Jiddispjaċih li l-informazzjoni u r-rapporti li l-Kummissjoni tirċievi mill-awtoritajiet tal-Istati Membri huma spiss nieqsa minn data dwar ir-riżultati konkreti jew jinkludu valutazzjonijiet ottimistiċi żżejjed; jieħu nota tal-osservazzjoni tal-Qorti skont liema r-rwol partikolari tal-Kummissjoni, hekk kif rifless fil-metodoloġija tagħha, u d-dgħufijiet fil-kontrolli ex post, li huma element kruċjali tas-sistema ta' kontroll, jolqtu negattivament l-istimi tal-iżbalji tal-Kummissjoni;

61.  Jinsab ferm imħasseb bil-fatt li l-iżbalji maqbuda juru nuqqasijiet fir-regolarità tan-nefqa ddikjarata mill-awtoritajiet ta' ġestjoni;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

62.  Jinnota li fl-2019 l-approprjazzjonijiet ta' impenn disponibbli fil-baġit finali ntużaw kważi kollha (b'rata ta' 99,4 %), filwaqt li r-rata ta' użu għall-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet kemxejn aktar baxxa (98,5 %);

63.  Jinnota l-adozzjoni ta' tliet baġits emendatorji fl-2019, li żiedu EUR 0,4 biljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn u EUR 0,3 biljun f'approprjazzjonijiet ta' pagament, li jirreferu għas-segwenti;

   (i) il-Baġit Emendatorju (BA) Nru 1/2019 daħħal fil-baġit 2019 is-surplus ta' EUR 1 802 988 329 li ġej mill-implimentazzjoni tas-sena baġitarja 2018; dan l-ammont naqqas il-kontribuzzjonijiet annwali bbażati fuq l-ING li jħallsu l-Istati Membri;
   (ii) il-Baġit Emendatorju (BA) Nru 2/2019 ipprovda approprjazzjonijiet ta' impenn addizzjonali li ammontaw għal EUR 100 miljun lill-programmi Orizzont 2020 u Erasmus+, kif deċiż mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fil-ftehim tagħhom dwar il-baġit 2019;
   (iii) il-Baġit Emendatorju (BA) Nru 3/2019 daħħal l-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament neċessarji għall-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (FSUE) fil-valur ta' EUR 293 551 794, biex tingħata assistenza lir-Rumanija, lill-Italja u lill-Awstrija minħabba diżastri naturali li ġraw f'dawn l-Istati Membri matul is-sena 2018;

64.  Jirrikonoxxi li, minħabba n-natura pluriennali tan-nefqa tagħha u l-istrateġiji ta' kontroll tagħha, il-Kummissjoni tista' tapplika korrezzjonijiet sal-għeluq tal-programm ta' finanzjament; jinnota barra minn hekk li filwaqt li l-iżbalji jistgħu jinstabu f'sena partikolari, dawn jiġu kkoreġuti fis-sena kurrenti jew fis-snin sussegwenti wara li jkun sar il-pagament – sal-mument tal-għeluq; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jkomplu jeżerċitaw il-kapaċità korrettiva tagħhom u jitlob lill-Kummissjoni tuża l-għodod superviżorji għad-dispożizzjoni tagħha, f'konformità mal-obbligi tagħha skont id-diversi bażijiet ġuridiċi settorjali, biex fl-aħħar mill-aħħar iġġib ir-riskju reali fil-waqt tal-għeluq ferm inqas minn 2 % u eqreb iż-0 %;

65.  Josserva li fl-2019 il-miżuri korrettivi kkonfermati mill-Kummissjoni kienu jammontaw għal EUR 1,5 biljun (25 % aktar mill-2018) u kienu jirreferu prinċipalment għal żbalji fil-pagamenti li kienu saru fis-snin ta' qabel;

66.  Jinsab ferm imħasseb bil-fatt li l-impenji pendenti komplew jikbru, u fl-aħħar tal-2019 laħqu EUR 298,0 biljun (meta mqabbla ma' EUR 281,2 biljun fl-2018); josserva li l-Qorti identifikat ir-raġunijiet għan din iż-żieda kostanti, pereżempju ż-żieda kumplessiva fid-daqs tal-baġit tal-Unjoni matul iż-żmien; jinnota li l-livell ta' approprjazzjonijiet ta' pagament fil-baġits annwali kien evidentement aktar baxx mil-limitu massimu tal-QFP fi snin reċenti, li jista' jwassal għal domandi għal pagamenti ogħla fl-2022 u fl-2023 u joħloq riskju gravi għal-likwidità tal-baġit tal-Unjoni; josserva li l-impenn tal-Kummissjoni biex tagħmel analiżi bir-reqqa tal-approprjazzjonijiet ta' pagament meħtieġa sa tmiem is-sena matul l-eżerċizzju ta' trasferiment globali bil-għan li tagħmel il-proposta lill-awtorità baġitarja jekk ikun hemm bżonn ta' rinforzi. jistieden lill-Kummissjoni tnaqqas l-impenji pendenti attwali u jiġu evitati dawk futuri, tkompli ttejjeb il-previżjonijiet finanzjarji tagħha u, meta neċessarju, tgħin lill-pajjiżi jsibu proġetti eliġibbli, speċjalment dawk b'valur miżjud Ewropew ċar, bil-għan li titħaffef ir-rata ta' assorbiment;

67.  Josserva bi tħassib li skont il-Qorti, ir-rata ta' assorbiment globali tal-FSIE (Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej) kienet aktar baxxa milli kienet fis-sena korrispondenti tal-QFP preċedenti, billi, sa tmiem l-2019, mill-allokazzjonijiet totali tal-FSIE għall-QFP attwali (EUR 465 biljun), 40 % biss kienu tħallsu lill-Istati Membri (meta mqabbla ma' 46 % sal-aħħar tal-2012); jieħu nota tal-ispjegazzjoni tal-Kummissjoni, skont liema r-rata ta' assorbiment aktar bil-mod hija parzjalment relatata mal-adozzjoni tardiva tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni (RDK), maż-żmien meħtieġ għall-awtoritajiet biex jistabbilixxu programm ta' attwazzjoni effikaċi u sistemi ta' kontroll u mal-bidliet introdotti fir-regolamenti fil-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020, bħal-livell għoli ta' prefinanzjament annwali u r-regola l-ġdida għad-diżimpenji awtomatiċi (n+3); josserva li, fl-2019, ir-ritmu kumplessiv tal-assorbiment baqa' kważi eżattament l-istess bħalma kien fl-2018; jinsab imħasseb bir-rati baxxi ta' assorbiment;

68.  Ifakkar li r-rata ta' assorbiment tesprimi sa liema punt il-fondi tal-Unjoni allokati lill-Istati Membri ntefqu fi proġetti eliġibbli, u dan jikkostitwixxi waħda mill-kundizzjonijiet preliminari u mill-indikaturi ta' assorbiment futur effikaċi; jevidenzja, f'dan ir-rigward, li minn tmien l-2018 ir-rata ta' selezzjoni tal-proġetti baqgħet ogħla minn dik tal-istess perjodu ta' referenza għall-perjodu 2007-2013; jenfasizza wkoll li fi tmien Ġunju 2020 il-kważi totalità tat-EUR 350 biljun (99,2 %) tal-kost totali ġiet allokata lil kważi 515 000 proġett;

69.  Jiddispjaċih li f'ħafna Stati mhijiex qed tingħata assistenza teknika akbar biex tiżdied ir-rata ta' assorbiment u jkun possibbli t-tnaqqis tal-impenji pendenti (RAL) akkumulati;

70.  Jinnota li, sal-bidu tal-2019, wara li l-QFP attwali kien ilu ħames snin stabbilit, madwar 17 % biss tal-finanzjament SIE totali impenjat permezz tal-istrumenti finanzjarji f'reġim ta' ġestjoni kondiviża (FISMs) kien wasal għand id-destinatarju finali tiegħu; josserva, madankollu, li f'nofs Settembru 2020 42 % tal-ammonti allokati lill-istrumenti finanzjarji sar disponibbli għall-investimenti u li 59 % tal-kapital disponibbli għall-FISMs kien wasal għand id-destinatarji finali; ifakkar, f'din l-okkażjoni, ix-xettiċiżmu li esprima aktar minn darba l-Parlament rigward l-appoġġ qawwi lill-istrumenti finanzjarji min-naħa tal-Kummissjoni;

71.  Jiddispjaċih bil-fatt li r-rapport annwali dwar il-FISMs għall-2019 ġie ppubblikat wara d-data tal-iskadenza ddefinita fil-Regolament rilevanti(4); jaqbel mal-Qorti li r-rilevanza tar-rappurtar tal-Kummissjoni dwar il-FISMs tonqos minħabba li r-rapport annwali tagħha dwar il-FISMs jiġi ppubblikat tard wisq;

72.  Jinsab imħasseb bil-fatt li, bħal fis-snin preċedenti, ammonti sostanzjali ta' prefinanzjament annwali tal-FSIE mhux użati, l-aktar minħabba dewmien fl-implimentazzjoni, ġew ritornati lill-baġit tal-Unjoni (EUR 7,7 biljun fl-2019), jirrimarka li EUR 5,0 biljun ta' dan l-ammont intużaw biex isiru pagamenti fuq talbiet ippreżentati mill-Istati Membri lil hinn mill-baġit approvat għas-sena fl-ambitu tal-linji baġitarji rilevanti tal-FSIE, u dan ipprevjena t-tħassir ta' dawn tal-aħħar;

73.  Jirrikonoxxi li l-ġestjoni kondiviża hija fundamentali għall-implimentazzjoni tal-FSIE, li min-naħa tiegħu jiddependi minn kollaborazzjoni amministrattiva effiċjenti bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri; jissottolinja l-osservazzjoni tal-Qorti, skont liema r-riskju ta' żball huwa għoli għan-nefqa suġġetta għal regoli kumplessi; jilqa' favorevolment it-titjib sostanzjali li sar f'dan ir-rigward f'dawn l-aħħar għaxar snin, anki bis-saħħa tal-isforzi tal-Kummissjoni u tar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti u tal-Parlament; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni timmira lejn is-semplifikazzjoni u l-orjentament lejn il-prestazzjoni;

74.  Jisħaq fuq il-fatt li r-riskji finanzjarji ewlenin li l-baġit tal-Unjoni kien espost għalihom fl-2019 kienu assoċjati ma' operazzjonijiet finanzjarji fil-forma ta' self kopert direttament mill-baġit tal-Unjoni (53,7 %), u operazzjonijiet finanzjarji koperti minn fond ta' garanzija tal-Unjoni (46,3 %); josserva b'dispjaċir li r-riskju totali rrappurtat mill-Kummissjoni ma jinkludix l-operazzjonijiet marbuta mal-FEIS u għalhekk ma jirriflettix l-espożizzjoni finanzjarja reali tal-baġit tal-Unjoni; jenfasizza li, meta ġew miżjuda l-pagamenti futuri possibbli relatati mal-garanzija tal-FEIS (Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi), l-ammont tar-riskju totali mġarrab mill-baġit tal-Unjoni laħaq id-EUR 90,5 biljun sal-aħħar tal-2019;

75.  Jirrimarka li l-Unjoni għamlet użu dejjem akbar mill-istrumenti finanzjarji u l-garanziji baġitarji pprovduti lill-Grupp tal-BEI; ifakkar li, attwalment, l-operazzjonijiet tal-Grupp tal-BEI li mhumiex iffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni, iżda li jaqdu l-istess objettivi tal-Unjoni, ma jaqgħux taħt il-mandat tal-awditjar tal-Qorti; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li dan ifisser li l-Qorti ma tistax tagħti stampa sħiħa tar-rabtiet bejn l-operazzjonijiet tal-Grupp tal-BEI u l-baġit tal-Unjoni; jitlob li l-BEI u l-Parlament jaqblu dwar Memorandum ta' Qbil biex jitjieb l-aċċess tal-Parlament għad-dokumenti u għad-data relatata mal-orjentament strateġiku u mal-politiki ta' finanzjamenti tal-BEI bil-għan li jissaħħaħ l-obbligu ta' rendikont tal-Bank;

76.  Ifakkar li l-Artikolu 287(3) tat-TFUE jiddefinixxi l-poteri ta' verifika tal-Qorti fir-rigward tal-BEI; ifakkar li l-Qorti għandha l-kompetenza li tivverifika l-attività tal-BEI f'dik li hija l-ġestjoni tan-nefqa u tad-dħul tal-Unjoni; ifakkar li, skont l-Artikolu 12 tal-Protokoll Nru 5 (Statut tal-BEI), il-Kumitat tal-Verifika huwa kompetenti biex jivverifika l-kapital tal-ishma tal-BEI; ifakkar li l-Artikolu 308(3) tat-TFUE jippermetti lill-Kunsill jemenda l-Protokoll dwar l-Istatut tal-BEI permezz ta' deċiżjoni sempliċi, mingħajr reviżjoni sħiħa tat-Trattat; jenfasizza l-importanza akbar mogħtija fl-ambitu tal-QFP il-ġdid lill-garanziji tal-Unjoni u lill-istrumenti finanzjarji l-oħra ġestiti mill-BEI; jitlob għalhekk lill-Kunsill jemenda l-Artikolu 12 tal-Protokoll Nru 5 biex jinvolvi lill-Qorti fil-verifika tal-kapital tal-ishma tal-BEI; jinnota li l-ftehim tripartitiku attwali bejn il-Kummissjoni, il-BEI u l-Qorti dwar l-awditi tal-operazzjonijiet li huma ffinanzjati jew sostnuti mill-baġit tal-Unjoni skada fl-2020; jistieden bil-qawwa lill-Kummissjoni, lill-Qorti u lill-BEI jtejbu r-rwol tal-Qorti u jsaħħulha aktar il-poteri ta' verifika fir-rigward tal-attivitajiet tal-BEI fl-okkażjoni tat-tiġdid tal-ftehim tripartitiku li jirregola r-regoli tal-involviment; isostni r-rikjesta tal-Qorti biex twettaq awditu tal-operazzjonijiet tal-BEI li mhumiex relatati mal-baġit tal-Unjoni; jappella lill-Qorti biex tfassal rakkomandazzjonijiet dwar ir-riżultati tal-attivitajiet ta' self estern tal-BEI;

77.  Jinnota li l-politika monetarja wasslet għal tnaqqis fir-rata tal-imgħax fit-tul użata biex jiġu stmati l-obbligi ta' benefiċċju tal-impjegati (rata ta' skont), li għall-ewwel darba saret negattiva, u dan wassal għal żieda sinifikanti ta' EUR 17,2-il biljun fl-obbligazzjoni ta' tmiem is-sena tal-baġit tal-Unjoni; jistenna li din ix-xejra tkompli hekk kif il-BĊE jibqa' jsegwi l-kors tiegħu ta' politiki monetarji akkomodanti u jitlob li tittieħed prekawzjoni xierqa;

78.  Jisħaq fuq l-importanza ta' monitoraġġ b'mod rigoruż, fil-każ tal-proġetti infrastrutturali fuq skala kbira, ir-riskju possibbli ta' korruzzjoni u frodi; jitlob li jsiru valutazzjonijiet ex ante u ex post bir-reqqa u indipendenti marbuta mal-proġetti li jiġu ffinanzjati;

79.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tinkoraġġixxi lill-Istati Membri jtejbu kemm il-kwalità kif ukoll in-numru tal-kontrolli u jikkondividu l-aħjar prattiki fil-ġlieda kontra l-frodi;

Rakkomandazzjonijiet

80.  Jistieden lill-Kummissjoni:

   issegwi mill-qrib il-bżonnijiet ta' pagament, tħejji ruħha għal xenarji possibbli b'soluzzjonijiet konkreti filwaqt li żżomm quddiem għajnejha l-fatt li l-Unjoni ma jistax ikollha defiċit baġitarju, u tieħu azzjoni, fl-ambitu tal-mandat istituzzjonali tagħha, bil-għan li tiżgura d-disponibbiltà tal-approprjazzjonijiet ta' pagament filwaqt li tqis kemm ir-riskju li l-approprjazzjonijiet ta' pagament ma jkunux suffiċjenti kif ukoll tal-bżonnijiet straordinarji li jirriżultaw mill-pandemija tal-COVID-19;
   tkompli tipproduċi rapport annwali dwar il-FISMs, inkluż fil-livell tal-istrumenti finanzjarji individwali, fil-QFP li jmiss;
   tippreżenta stampa kompleta tal-espożizzjoni tal-baġit tal-Unjoni fir-"Rapport annwali dwar il-garanziji koperti mill-baġit ġenerali", inkluż tar-riskju ġġenerat mill-garanzija tal-FEIS kif ukoll mill-operazzjonijiet finanzjarji futuri kollha relatati;
   tivvaluta mill-ġdid, fil-kuntest tal-kriżi tal-COVID-19, jekk il-mekkaniżmi eżistenti biex tiġi mmitigata l-espożizzjoni tal-baġit tal-Unjoni għar-riskju humiex suffiċjenti u xierqa, u tirrieżamina r-rati ta' proviżjonament fil-mira tal-fondi ta' garanzija li jkopru l-garanziji mogħtija mill-baġit tal-Unjoni;
   tippreżenta rapporti annwali dwar kemm rati tal-imgħax baxxi, baxxi ħafna u negattivi persistenti jistgħu jaffettwaw il-baġit tal-Unjoni;

81.  Jitlob lill-Kunsill biex flimkien mal-Parlament Ewropew:

   jappellaw lill-BEI biex il-Qorti tkun tista' tawditja kull sena r-regolarità kif ukoll l-aspetti tal-prestazzjoni tal-attività ta' finanzjament tagħha, li ma jaqgħux fil-mandat speċifiku tal-Unjoni; iqis li dan jista' jiġi garantit parallelament mat-tiġdid tal-ftehim tripartitiku;

Prestazzjoni tal-baġit tal-Unjoni

82.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-ewwel rapport separat u sħiħ tal-Qorti dwar il-prestazzjoni tal-baġit tal-Unjoni – Status fl-aħħar tal-2019 u jħeġġeġ lill-Qorti tkompli tipproduċi u tiżviluppa dan ir-rapport aktar fis-snin li ġejjin; itenni li, fil-fehma tiegħu, għandha tingħata attenzjoni akbar lill-prestazzjoni mingħajr ma jonqsu l-livelli attwali ta' skrutinju tal-konformità; jenfasizza li l-konklużjonijiet dwar il-prestazzjoni ma għandhomx iwasslu għal ġeneralizzazzjonijiet, iżda pjuttost għal rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż; josserva li analiżijiet adegwati tar-riskji u rakkomandazzjonijiet għal azzjoni lid-deċiżuri politiċi tal-Unjoni huma bażi importanti għall-proċess deċiżjonali politiku; iqis li l-indikaturi għandhom jevalwaw is-suċċess ta' ċerti attivitajiet b'mod deskrittiv u oġġettiv, mingħajr ma jesprimu preferenzi f'termini ta' politiki; jistieden lill-Qorti tikkonċentra l-valutazzjonijiet tal-prestazzjoni fuq il-ksib tal-valur miżjud Ewropew u l-użu effiċjenti ta' flus il-kontribwenti tal-Unjoni;

83.  Jenfasizza li l-għan tal-informazzjoni dwar il-prestazzjoni huwa li tagħti indikazzjoni dwar jekk il-politiki u l-programmi tal-Unjoni humiex qed jilħqu l-objettivi tagħhom b'mod effiċjenti u effikaċi; jissuġġerixxi li, jekk ikun jeħtieġ li jsir titjib, l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni tintuża bħala bażi għall-proċessi ta' tfassil tal-miżuri korrettivi meħtieġa, u biex tiġi mmonitorjata kontinwament l-implimentazzjoni tagħhom; jissottolinja li l-kejl tal-prestazzjoni tal-fondi u tal-politiki tal-Unjoni huwa ferm diffiċli u jirrikjedi definizzjonijiet differenti u indikaturi mmirati għad-diversi fondi u oqsma ta' nefqa; hu tal-fehma li l-indikaturi kruċjali tal-prestazzjoni għandhom ikejlu b'mod komprensiv ir-riżultati tal-programmi bl-użu ta' metodu analitiku mingħajr ma jesprimu preferenzi f'termini ta' politiki; jaqbel ma' dak li sabet il-Qorti, skont liema hemm bżonn jitjiebu aktar l-indikaturi kumplessivi u jinstab bilanċ aħjar bejn indikaturi tal-input u tal-output u l-indikaturi tar-riżultat u tal-impatt; jitlob lill-Kummissjoni tirrazzjonalizza r-rappurtar tal-prestazzjoni billi tnaqqas in-numru tal-objettivi u tal-indikaturi f'ġabra iżgħar ta' indikaturi tar-riżultat u tal-impatt rilevanti u xierqa, li jkejlu bl-aqwa mod ir-riżultati miksuba f'termini ta' effiċjenza, ekonomija u effettività kif ukoll valur miżjud tal-Unjoni tal-infiq tal-Unjoni;

84.  Jissottolinja li l-Qorti ssib li l-Kummissjoni għandha proċeduri sodisfaċenti għall-produzzjoni tar-rapport annwali tagħha dwar il-ġestjoni u l-prestazzjoni u tal-ħarsa ġenerali lejn il-prestazzjoni tal-programmi; jaqbel mal-Qorti dwar il-fatt li l-Kummissjoni għandha tkompli tirrapporta dwar il-prestazzjoni tal-programmi wara l-perjodu tal-QFP, tal-inqas sakemm ikun qed isiru pagamenti sostanzjali relatati ma' perjodu partikolari tal-QFP;

85.  Jilqa' favorevolment il-fatt li l-Qorti osservat li l-Kummissjoni bdiet tagħmel analiżi u valutazzjonijiet tal-prestazzjoni sistemiċi, li jwasslu għal konklużjonijiet rigward il-ksib tal-objettivi tal-programmi; josserva b'sodisfazzjon li l-Qorti dan tqisu li huwa pass pożittiv sinifikanti lejn rappurtar annwali aktar ċar, trasparenti u komprensiv dwar il-prestazzjoni tal-programmi.

86.  Jinkoraġġixxi bil-qawwa lill-Kummissjoni tkompli ttejjeb l-affidabbiltà u l-aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-prestazzjoni bħala għodda vitali għall-valutazzjoni tas-suċċess tal-programmi; dan għandu jinkludi t-tixrid tat-tagħlimiet meħuda mill-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju, speċjalment dawk li jikkonċernaw id-disinn u l-metodoloġija;

87.  Jinsab imħasseb bil-valutazzjoni tal-Qorti li tqis li d-data tal-monitoraġġ fornuti mill-Istati Membri, li fuqhom huma bbażati l-AMPR tal-Kummissjoni u d-dikjarazzjonijiet tal-programmi, mhumiex totalment affidabbli;

88.  Jappoġġja bil-qawwa r-rakkomandazzjoni li l-Kummissjoni għandha ttejjeb l-ispjegazzjonijiet li jikkonċernaw id-determinazzjoni tal-objettivi u d-data ta' appoġġ; jidhirlu li l-objettivi għandhom ikunu speċifiċi u ambizzjużi, iżda realistiċi u fl-istess ħin għandhom ikunu jistgħu jitkejlu abbażi ta' data affidabbli; jenfasizza, fl-istess ħin, li l-indikaturi tar-riżultat u tal-impatt huma aktar adatti għall-kejl tal-prestazzjoni u jippermettu valutazzjoni tal-impatt usa' meta mqabbla mal-indikaturi tal-input u tal-output;

89.  Jilqa' pożittivament il-fatt li fid-dikjarazzjonijiet tal-programmi annwali l-Kummissjoni tiddokumenta d-data dwar l-indikaturi, kif ukoll il-valuri tal-bidu, l-objettivi intermedji u l-objettivi finali tal-indikaturi stess li jkejlu l-progress tal-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-programmi; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li dawn il-valuri tal-bidu, l-objettivi intermedji u l-objettivi finali tal-indikaturi li kieku ma jkunux jintlaħqu mingħajr il-finanzjamenti tal-UE u li jirrappreżentaw il-valur miżjud tal-UE, tikkonċentra fuq il-ksib ta' dan il-valur miżjud;

90.  Jistieden lill-Kummissjoni tinkludi fir-rapporti dwar il-prestazzjoni tagħha analiżi akbar tal-effettività u tal-ekonomija (kosteffettività) tal-programmi meta l-informazzjoni ssir disponibbli, analiżi aktar sistematika tal-fatturi esterni sinifikanti li jaffettwaw il-prestazzjoni tal-programmi; valutazzjonijiet ċari tal-indikaturi tal-prestazzjoni kollha rrappurtati fir-rigward ta' jekk humiex fit-triq it-tajba biex jilħqu l-objettivi finali tagħhom; valutazzjonijiet ċari u bbilanċjati tal-prestazzjoni, li jkopru l-objettivi kollha tal-programmi f'dettall xieraq; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tieħu dawn il-miżuri għall-kwittanza 2020 li jmiss, fid-dawl tal-programmi kollha adottati fil-kuntest tal-kriżi tal-COVID-19;

91.  Jissottolinja li skont ir-Regolament Finanzjarju, ġestjoni finanzjarja tajba timplika effettività, effiċjenza u ekonomija, u li l-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw enfasi fuq it-tliet elementi kollha; josserva wkoll li l-Linji Gwida Internazzjonali fil-qasam tal-Awditjar dwar il-prestazzjoni llum jinkludu wkoll elementi bħall-ugwaljanza, l-ambjent u l-etika, u jistieden lill-Kummissjoni twessa' l-valutazzjonijiet tagħha billi tħares anki f'dawn l-oqsma;

92.  Josserva li l-Qorti vvalutat jekk il-programmi fl-oqsma ewlenin kollha tal-baġit tal-UE kinux fit-triq it-tajba biex jilħqu l-objettivi tagħhom:

93.  Kompetittività: jilqa' pożittivament il-fatt li ma hemm l-ebda indikazzjoni li l-prestazzjoni tal-programm ta' riċerka tal-UE Orizzont 2020 jinsab f'riskju, u l-fatt li hemm bosta eżempji ta' proġetti li kellhom suċċess; jilqa' favorevolment il-fatt li, skont il-Qorti, il-programm jagħti valur miżjud tal-Unjoni bis-saħħa tal-uniċità tiegħu u tan-natura pan-Ewropea tiegħu;

94.  Koeżjoni: jiddispjaċih bil-fatt li, minkejja li l-Kummissjoni u l-Istati Membri kienu diġà rrevedew l-objettivi inizjali għall-perjodu 2014-2020, ftit aktar minn terz biss tal-indikaturi relatati mal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u mal-Fond ta' Koeżjoni (FK) juri progress f'waqtu; jinnota li qabel ma faqqgħet il-kriżi tal-COVID-19 il-biċċa l-kbira tal-objettivi fil-qasam tal-impjiegi u tal-edukazzjoni x'aktarx kienet se tinlaħaq sal-2020, imma l-progress fil-qasam tar-riċerka u żvilupp, il-faqar u l-inklużjoni soċjali kien skars; jiddispjaċih bil-fatt li dan il-qasam ta' politika d-data dwar il-prestazzjoni tal-Kummissjoni tindika li l-programmi mhumiex fil-livell tal-aspettattivi inizjali;

95.  Riżorsi naturali: jiddispjaċih li dgħufija importanti tikkonsisti mill-fatt li l-indikaturi tal-prestazzjoni għall-perjodu 2014-2020 mhumiex ibbażati fuq loġika ta' intervent dettaljata għall-forniment tal-appoġġ finanzjarju tal-PAK; jinnota, pereżempju, li l-pagamenti diretti lill-bdiewa naqsu l-volatilità tal-introjtu ta' dawn tal-aħħar, iżda ma jimmirawx li jgħinuhom jilqħu livell ta' għajxien ġust; jiddisjaċih bil-fatt li l-miżuri tal-PAK jirriżultaw li għandhom impatt insuffiċjenti biex jindirizzaw it-tibdil fil-klima;

96.  Sigurtà u ċittadinanza: josserva li l-informazzjoni tal-Kummissjoni ma tindikax jekk il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni huwiex jipproċedi sewwa lejn l-objettiv tiegħu, iżda li l-informazzjoni disponibbli turi r-rilevanza u l-valur miżjud tal-UE ta' dan il-Fond; josserva li l-indikaturi jagħtu bixra pożittiva lir-riżultati miksuba fir-rigward tal-integrazzjoni u tal-migrazzjoni legali, anki għaliex għadha mhijiex possibbli l-valutazzjoni tal-effetti fit-tul (bħal pereżempju d-differenzi bejn il-prospettivi ta' impjieg tal-migranti u dawk taċ-ċittadini tal-Unjoni);

97.  Ewropa Globali: josserva li l-Kummissjoni ma tfornix biżżejjed informazzjoni għal valutazzjoni soda tal-prestazzjoni ta' żewġ strumenti ta' finanzjament, jiġifieri l-istrument għall-kooperazzjoni mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw u dak għar-relazzjonijiet mal-viċinat tan-Nofsinhar u tal-Lvant tal-Unjoni; jilqa' pożittivament il-fatt li l-indikaturi madankollu juru tendenza pożittiva f'termini ta' tnaqqis tal-faqar, edukazzjoni, ugwaljanza bejn il-ġeneri u żvilupp uman, u jinsab imħasseb dwar tendenza lejn id-deterjorament f'dak li hu l-konsolidament tad-demokrazija, tal-istat tad-dritt u tal-istabbiltà politika;

Rapport annwali dwar il-ġestjoni u l-prestazzjoni

98.  Jinnota li, skont il-Kummissjoni, l-ammont totali tal-approprjazzjonijiet ta' impenn implimentati fl-2019 kien jammonta għal EUR 161 biljun: b'EUR 81 biljun allokati għall-Intestatura 1, maqsuma bejn l-Intestatura 1a "Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi" (14 % tal-baġit totali) u s-Subintestatura 1b "Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali" (35 % tal-baġit totali), EUR 59 biljun għall-Intestatura 2 "Tkabbir sostenibbli: riżorsi naturali" (37 % tal-baġit totali), EUR 4 biljun għall-Intestatura 3 "Sigurtà u ċittadinanza", EUR 12-il biljun għall-Intestatura 4 "Ewropa Globali" u EUR 6 biljun għan-"nefqa amministrattiva" tal-Kummissjoni fl-ambitu tal-Intestatura 5;

99.  Josserva li, fl-AMPR tagħha għall-2019, il-Kummissjoni indikat riskju fil-pagament ta' 2,1 %, perċentwal li jidħol fil-firxa tal-livell ta' żball stmat tal-Qorti; josserva li fit-tliet oqsma ta' nfiq l-aktar sinifikanti (Subintestatura 1a tal-QFP: kompetitrività; 1b: koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u Intestatura 2: riżorsi naturali), l-istimi tal-livell ta' żball tal-Kummissjoni jidħlu fil-firxa indikata mill-Qorti;

100.  Jinnota li fl-2019, in-nefqa mill-baġit tal-Unjoni kienet tammonta għal EUR 147 biljun, imqassma fuq aktar minn 240 000 pagament; jirrimarka li 71 % tal-baġit ġie implimentat f'reġim ta' ġestjoni kondiviża, u l-bqija ntefaq direttament mill-Kummissjoni (22 %) jew indirettament f'kooperazzjoni ma' entitajiet fdati (7 %);

101.  Jinnota l-istima tal-Kummissjoni li, fl-2019, in-nefqa relatata mal-klima ammontat għal EUR 35 biljun, ugwali għal 21 % tal-baġit tal-Unjoni, u li b'mod kumulattiv matul il-perjodu 2014-2020 il-baġit tal-Unjoni se jkun ikkontribwixxa EUR 211-il biljun, ekwivalenti għal 19,8 % tal-infiq totali, għall-objettivi tal-klima, li huwa naqra inqas mill-objettiv inizjali ta' 20 % minħabba kontribuzzjonijiet aktar baxxi matul l-ewwel snin tal-perjodu; jitlob lill-Kummissjoni tagħmel l-almu tagħha biex tistimola n-nefqa marbuta mal-klima relatat mal-perjodu 2014-2020 billi timmira lejn objettivi ħafna aktar ambizzjużi għall-perjodu 2021-2028;

102.  Jinnota li 11 mill-50 direttur ġenerali tal-Kummissjoni ħarġu dikjarazzjoni kwalifikata fir-Rapporti Annwali tal-Attività tagħhom għall-2019, b'total ta' 18-il riżerva (meta mqabbla ma' 40 riżerva minn 20 dipartiment fl-2018); jirrimarka li għal 17-il riżerva, il-Kummissjoni applikat regola "de minimis" ġdida, u li dawn ir-riżervi ma baqgħux meqjusa sinifikattivi mill-Kummissjoni;

103.  Jinnota li, skont il-Kummissjoni, il-miżuri korrettivi kkonfermati kienu jammontaw għal EUR 1,5 biljun fl-2019 (25 % ogħla milli fl-2018); jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li għal xi Stati Membri l-ammonti korrettivi kienu ferm aktar sostanzjali milli għal oħrajn; jitlob lill-Kummissjoni tadotta l-kampjun ta' awditjar tagħha b'mod li tinkludi aktar ta' spiss dawn il-pajjiżi fil-kontrolli regolari tagħhom;

104.  Josserva li, għall-2019, l-istima tal-Kummissjoni għar-riskju globali fil-waqt tal-għeluq kienet 0,7 % (meta mqabbla ma' 0,8 % fl-2018) tan-nefqa rilevanti; jinnota li minħabba r-riskju akbar fil-waqt tal-pagament fir-rigward tal-infiq fuq il-koeżjoni, ir-riskju globali stmat mill-Kummissjoni fil-waqt tal-pagament kien akbar milli fis-snin preċedenti, jiġifieri 2,1 % għall-2019 (meta mqabbel ma' 1,7 % fl-2018), iżda billi l-korrezzjonijiet futuri stmati kienu wkoll akbar (1,4 %, meta mqabbla ma' 0,9 % fl-2018), il-Kummissjoni waslet għal riskju stabbli fil-waqt tal-għeluq, u bi stima tar-riskju fl-għeluq ta' inqas minn 2 %, il-Kummissjoni kkunsidrat li s-sistemi ta' kontroll pluriennali tagħha żguraw protezzjoni effikaċi tal-baġit tal-Unjoni; jirrimarka, barra minn hekk, li fl-istima tal-Kummissjoni stess, in-nefqa b'riskju fil-waqt tal-pagament 'il fuq mis-soll ta' materjalità kienet għolja ħafna b'valur ta' EUR 67 biljun;

105.  Josserva li l-Kummissjoni kkunsidrat li s-sistemi ta' kontroll pluriennali tagħha żguraw protezzjoni effikaċi tal-baġit tal-Unjoni; josserva li l-Kummissjoni tissuddividi l-portafoll tagħha għall-2019 f'saffi b'riskju inferjuri u f'saffi b'riskju superjuri, bl-użu ta' kriterji rikonoxxuti anki mill-Qorti u relatati man-natura tal-finanzjament, b'mod partikolari mad-differenza bejn skemi ta' rimborż pjuttost kumplessi (nefqa b'riskju ogħla ma' riskju fil-waqt tal-pagament ogħla minn 2 %) u pagamenti inqas suġġetti għal żbalji bbażati fuq id-drittijiet (nefqa b'riskju aktar baxx ma' riskju fil-waqt tal-pagament inqas minn 2 %); jirrimarka wkoll li, skont l-istimi tal-Kummissjoni, in-nefqa b'riskju ogħla tammonta għal EUR 67 biljun (46 %) u tolqot għalhekk parti iċken tal-baġit meta mqabbla ma' dik b'riskju aktar baxx, li tammonta għal EUR 80 biljun (54 %); iħeġġeġ lill-Kummissjoni tadotta pjan ta' azzjoni ambizzjuż, b'miżuri li jippermettu li jonqsu b'mod sinifikanti dawn ir-riskji;

106.  Jitlob lill-Kummissjoni taċċerta ruħha li l-AMPR ikun totalment affidabbli u mhux ibbażat fuq projezzjonijiet;

107.  Jiddispjaċih partikolarment bil-fatt li l-Qorti kellha mill-ġdid tesprimi tħassib fir-rigward tal-affidabbiltà tal-AMPR fl-ambiti tal-koeżjoni, minħabba nuqqasijiet fix-xogħol tal-awtoritajiet tal-awditjar u tal-problemi identifikati fir-rigward tar-rati tal-iżball residwu rrappurtati fir-RAA tad-DĠ EMPL u tad-DĠ REGIO;

108.  Jafferma li ma jaqbilx mal-mod kif il-Kummissjoni tevalwa l-metodoloġija ta' kalkolu tagħha tar-rata ta' żball; josserva li, minkejja li jirrikonoxxi li r-riskji fil-waqt tal-pagament użati mill-Kummissjoni fl-AMPR huma l-eqreb mal-istima tal-livell ta' żball tal-Qorti, għandu jiġi nnutat li hemm elementi importanti li jagħtu lok għal differenzi notevoli bejn ir-rata ta' żball tal-Qorti u dik tal-Kummissjoni; itenni għaldaqstant li t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tallinja malajr il-metodoloġija tagħha ma' dik użata mill-Qorti u tforni lill-awtorità ta' kontroll tal-baġit rata ta' żball waħda biss li tikkorrispondi għar-riskju fil-waqt tal-pagament (rata ta' żball fil-waqt tal-pagament); jistieden lill-Kummissjoni tiddivulga separatament stima tal-korrezzjonijiet futuri (rata tal-iżball residwu); iħeġġeġ lill-Kummissjoni tuża terminoloġija koerenti għad-direttorati ġenerali kollha meta tirrapporta dwar dawn iż-żewġ stimi;

109.  Jistieden lill-Kummissjoni tieħu l-miżuri neċessarji biex tikseb data affidabbli mill-Istati Membri fir-rigward tar-rata ta' żball fil-waqt tal-pagament; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel aġġustamenti xierqa b'mod f'waqtu jekk jinqabdu nuqqasijiet fil-kontrolli tal-Istati Membri;

110.  Josserva bi tħassib li, f'dawk li għandu x'jaqsam mal-istima tar-riskju fil-waqt tal-pagament maħduma mill-Kummissjoni, il-Qorti enfasizzat xi problemi, ippreżentati hawn taħt, għal intestaturi speċifiċi tal-QFP u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tirrispondi għal dawn is-sejbiet b'azzjonijiet konkreti:

   "Kompetittività": l-awditi ex post ma koprewx prinċipalment pagamenti jew approvazzjonijiet li saru fis-sena taħt rieżami tad-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni, u mhux dejjem instabu li kienu affidabbli;
   "Riżorsi naturali": il-kontroll tal-Istati Membri rifless fl-istatistika tal-kontroll ma qabadx l-iżbalji kollha, u kienu meħtieġa aġġustamenti mill-Kummissjoni, filwaqt li l-aġġustamenti tal-Kummissjoni kienu ġeneralment ibbażati fuq rati fissi, u kien hemm limitazzjonijiet fl-affidabbiltà tar-riżultati tax-xogħol tal-korpi ta' ċertifikazzjoni;
   "Koeżjoni": il-verifiki tal-awtoritajiet tal-awditjar mhux dejjem kienu affidabbli;
   "Ewropa Globali": ma kienx hemm numru biżżejjed ta' verifiki fuq il-post fil-pajjiżi fejn il-proġetti huma implimentati, kopertura insuffiċjenti tal-aspetti rilevanti tal-proċeduri tal-akkwist, kamp ta' applikazzjoni wiesa' għall-istima tal-impatt tal-iżbalji individwali, u nuqqas ta' awtotestjar sostanzjali għal tranżazzjonijiet diġà vverifikati minn oħrajn; jistieden li l-Qorti ttejjeb il-kontrolli aleatorji tagħha b'approċċ ibbażat fuq ir-riskju sabiex ir-rapporti tagħha dwar ir-rati ta' żball jagħtu aktar attenzjoni lil oqsma li fihom x'aktarx ikun hemm problemi;

111.  Jieħu nota tal-konklużjoni tal-Qorti, li tosserva li r-rappurtar dwar il-prestazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni qiegħed isir aktar ibbilanċjat u li kemm l-AMPR kif ukoll id-dikjarazzjonijiet tal-programmi jikkomplementaw l-informazzjoni li jirrappurtaw rigward ir-riżultati miksuba mill-programmi, inkluża informazzjoni dwar l-oqsma li baqgħu lura u dwar l-isfidi persistenti għall-programmi;

112.  Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni u lill-Qorti jaċċeleraw il-proċedura ta' kwittanza għal N+1;

113.  Jistieden lill-Kummissjoni tkompli tippromwovi bilanċ aħjar bejn il-ġeneri u approċċ ta' bbaġitjar reattiv għal kwistjonijiet ta' ġeneru fil-fondi allokati;

Dħul

114.  Jinnota li d-dħul totali għall-2019 ammonta għal EUR 163,9 biljun;

115.  Ifakkar li l-biċċa l-kbira mid-dħul (88 %) tirriżulta mit-tliet kategoriji ta' riżorsi proprji:

   ir-riżorsa proprja bbażata fuq l-introjtu nazzjonali gross (ING) tirrappreżenta 64 % tad-dħul tal-Unjoni, li tibbilanċja l-baġit tal-Unjoni wara li jkun ġie kkalkulat id-dħul mis-sorsi l-oħra kollha (kull Stat Membru jikkontribwixxi b'mod proporzjonat, skont l-ING tiegħu);
   ir-riżorsi proprji tradizzjonali (RPT) jirrappreżentaw 13 % tad-dħul tal-Unjoni, li jinkludu d-dazji doganali fuq l-importazzjonijiet miġbura mill-Istati Membri (il-baġit tal-Unjoni jirċievi 80 % tal-ammont totali, l-Istati Membri jirċievu l-20 % li jifdal biex ikopru l-kostijiet tal-ġbir);
   ir-riżorsa proprja bbażati fuq it-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) tirrappreżenta 11 % tad-dħul tal-Unjoni (il-kontribuzzjonijiet fl-ambitu ta' din ir-riżorsa proprja huma kkalkulati permezz ta' rata uniformi applikata għall-bażijiet armonizzati tal-Istati Membri għall-valutazzjoni tal-VAT);

116.  Jilqa' pożittivament il-fatt li x-xogħol tal-Kummissjoni fuq il-programmazzjoni finanzjarja li jmiss u fuq il-baġit tal-Unjoni, mibdi qabel l-2019 u li kompla matul is-sena, wassal għall-introduzzjoni ta' kalendarju ġuridikament vinkolanti, ta' flussi ta' dħul ġodda fil-livell tal-Unjoni, jew "riżorsi proprji" maħsuba biex iħallsu lura t-teħid ta' self komuni Ewropew; ifakkar fil-prevalenza tal-kontribuzzjonijiet tal-introjtu nazzjonali gross (ING) fil-baġit tal-Unjoni; jisħaq fuq il-fatt li r-riżorsi proprji l-ġodda jġibu magħhom tnaqqis tas-sehem tal-kontribuzzjonijiet nazzjonali bbażati fuq l-ING fil-finanzjament tal-baġit annwali tal-Unjoni u għaldaqstant ma jikkontribwux għal żieda kumplessiva tal-baġit tal-Unjoni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipproponi diversifikazzjoni tas-sorsi tagħha ta' dħul biex tiżgura li l-Unjoni ssir tassew indipendenti mill-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri filwaqt li fl-istess ħin jiżdied b'mod sinifikanti l-baġit għall-programmi tal-Unjoni;

117.  Jinnota li d-dħul jinkludi wkoll ammonti riċevuti minn sorsi oħra (l-aktar sinifikanti huma kontribuzzjonijiet u rifużjonijiet marbuta ma' ftehimiet u programmi tal-Unjoni (8 % tad-dħul tal-Unjoni), bħal dħul relatat mal-approvazzjoni tal-FAEG u l-FAEŻR, u l-parteċipazzjoni ta' pajjiżi mhux tal-Unjoni fil-programmi ta' riċerka);

118.  Jilqa' b'sodisfazzjon id-deċiżjoni tal-Qorti biex tkun ivvalutata l-azzjoni li tieħu l-Unjoni biex jonqos in-nuqqas doganali, li jista' jaffettwa l-ammonti ta' dazji stabbiliti mill-Istati Membri, u jiġi mitigat ir-riskju ta' inkompletezza tar-RPT fl-ambitu tal-eżami tas-sistemi ta' kontroll interni;

119.  Jinsab imħasseb dwar id-dgħufijiet identifikati mill-Qorti fil-ġbir tar-RTP min-naħa tal-Istati Membri, b'mod partikolari fil-ġestjoni tad-dazji stabbiliti li għadhom ma nġabrux mill-awtoritajiet nazzjonali; jinnota li fl-Istati Membri li żaret il-Qorti hemm dewmien partikolari fin-notifika ta' djun doganali, infurzar tardiv tal-irkupru ta' dawn id-djun u dokumentazzjoni insuffiċjenti biex tiġi kkonfermata l-eżattezza tad-dazji mniżżla fil-kontijiet;

120.  Jieħu nota tan-nuqqasijiet fil-ġestjoni, min-naħa tal-Istati Membri, tad-dazji li għadhom ma nġabrux, kif irrappurtat fi 15 mis-27 rapport ta' spezzjoni ta' RTP maħruġa fl-2019 mill-Kummissjoni; hu tal-fehma li, f'10 minn fost dawn il-15-il rapport, is-sejbiet li ġew ikklassifikati bħala ta' natura sistematika għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-membri tal-kumitati kompetenti tal-Parlament;

121.  Jinnota bi tħassib li l-ispezzjonijiet RPT li għamlet il-Kummissjoni u x-xogħol tal-Qorti evidenzjaw żewġ punti dgħajfa ewlenin fil-kontrolli li jagħmlu l-Istati Membri biex inaqqsu n-nuqqas doganali; jiġbed l-attenzjoni għat-telf notevoli ta' dħul fl-Unjoni u jħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jindirizzaw bl-akbar urġenza l-kwistjonijiet li ġejjin:

   in-nuqqas ta' armonizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni f'dak li jirrigwarda l-iżvolġiment ta' kontrolli doganali maħsuba għall-mitigazzjoni tar-riskju ta' importazzjonijiet sottovalutati fl-Unjoni Doganali kollha kemm hi, u
   l-inkapaċità tal-Istati Membri li jidentifikaw l-operaturi ekonomiċi bl-ogħla riskju fil-livell tal-Unjoni għall-awditi ta' wara r-rilaxx.

122.  Jinnota bi tħassib li, fl-eżami tagħha tas-sistemi ta' kontroll intern kemm fi ħdan il-Kummissjoni kif ukoll fl-Istati Membri, il-Qorti sabet nuqqasijiet fil-kategoriji individwali ta' riżorsi proprji; jinsab imħasseb dwar il-fatt li, skont il-valutazzjoni tal-Kummissjoni, 24 mit-28 Stat Membru kellhom strateġiji ta' kontroll parzjalment sodisfaċenti jew insodisfaċenti biex jegħlbu r-riskji ta' sottovalutazzjoni, fatt li wassal lill-Qorti tidentifika dgħufijiet importanti fil-kontrolli li għamlu l-Istati Membri biex inaqqsu n-nuqqas doganali;

123.  Jissottolinja bi tħassib kbir li l-azzjoni biex tidentifika u tagħżel l-importaturi bl-ogħla riskju għall-awditi ta' wara r-rilaxx hija limitata fl-Unjoni Doganali kollha, minħabba li għad ma hemmx bażi tad-data aċċessibbli fil-livell tal-Unjoni li jkun fiha l-importazzjonijiet kollha mwettqa mill-operaturi ekonomiċi;

124.  Jirrikonoxxi, madankollu, li l-Kummissjoni għamlet passi importanti biex tgħin fl-identifikazzjoni tal-operaturi ekonomiċi bl-ogħla riskju fil-livell tal-Unjoni għall-awditi ta' wara r-rilaxx, billi ssenjalat t-tranżazzjonijiet meqjusa li joħolqu riskju finanzjarju skont il-Kriterji relatati mar-Riskji Finanzjarji u aġġornat il-Gwida tal-Awditjar Doganali;

125.  Jilqa' pożittivament il-fatt li l-Kummissjoni taħdem mill-qrib mal-Istati Membri biex issib soluzzjonijiet biex jiġu identifikati l-importaturi li joperaw fi Stati Membri differenti minn dak li fih għandhom is-sede tagħhom; jitlob li tagħmel aktar progress ladarba tkun disponibbli bażi tad-data fil-livell tal-Unjoni li jkun fiha l-importazzjonijiet kollha;

126.  Jinnota li mit-total tar-riżervi tal-VAT li kienu żammew il-kalkolu tal-bażi tal-VAT miftuħ għal perjodu ta' 10 snin jew aktar u l-punti totali tar-RPT li kienu baqgħu miftuħa għal aktar minn ħames snin minn meta saret l-ispezzjoni mill-Kummissjoni, 15 % biss tar-riżervi tal-VAT u 34 % tal-punti miftuħa tar-RPT kienu ilhom pendenti;

127.  Jirrimarka li minn tmien riżervi tal-VAT li ilhom pendenti stabbiliti mill-Kummissjoni u eżaminati mill-Qorti, ħamsa minnhom kienu relatati ma' proċeduri ta' ksur kontra l-Istati Membri għal raġunijiet ta' nuqqas ta' konformità possibbli mad-Direttiva tal-VAT;

128.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Kummissjoni qed ittejjeb il-valutazzjoni tar-riskju tagħha għall-ippjanar tal-ispezzjonijiet u qed tkompli tistinka biex tagħlaq malajr punti miftuħa li ilhom pendenti, anki bis-saħħa tal-kooperazzjoni tal-Istati Membri;

129.  Jinnota bi tħassib li, mill-verifika tal-Qorti, mill-54 punt miftuħ tar-RPT li ilhom pendenti fost il-122, ħareġ li s-segwitu li tat il-Kummissjoni u l-għeluq ta' dawn il-punti ħadu wisq żmien, fatt li wera d-dgħufijiet fis-segwitu mogħti lin-nuqqasijiet relatati mar-RPT maqbuda fl-Istati Membri; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tistabbilixxi sistema ta' segwitu li tagħti prijorità lill-punti miftuħa tar-RPT skont ir-rilevanza tagħhom (jew f'termini tal-impatt finanzjarju, jew tar-rilevanza sistemika fil-każ ta' nuqqasijiet mhux finanzjarji) u tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza;

130.  Ifakkar li fi ħdan iċ-ċiklu ta' verifikazzjoni pluriennali tal-ING, il-Kummissjoni teżamina jekk il-proċeduri li jintużaw mill-Istati Membri biex jikkompilaw il-kontijiet nazzjonali tagħhom jikkonformawx mal-ESA 2010, u jekk id-data dwar l-ING hijiex komparabbli, affidabbli u eżawrjenti; jieħu nota li l-għeluq taċ-ċiklu ta' verifikazzjoni wassal għal riżervi ġodda, aktar speċifiċi, bħal riżerva li tippermetti li d-data tal-ING tal-Istati Membri kollha tiġi riveduta biex tinkorpora stima aktar preċiża tal-assi tar-riċerka u l-iżvilupp (R&Ż) ta' kumpaniji multinazzjonali, stima li hija kkumplikata mill-globalizzazzjoni u mill-fatt li assi bħal dawn jistgħu jiġu ttrasferiti faċilment minn pajjiż għall-ieħor (il-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri, se tkompli sa Settembru 2022 tivvaluta jekk l-assi tar-riċerka u l-iżvilupp tal-kumpaniji multinazzjonali humiex mogħtija valur xieraq fil-kontijiet nazzjonali tal-Istati Membri);

131.  Jinsab imħasseb ħafna dwar ir-riżerva mhux kwantifikabbli miżmuma mid-DĠ BUDG għall-2019, li tindika li l-frodi relatati mas-sottovalutazzjoni għaddiet parzjalment għal għand Stati Membri oħra, u dan jaffettwa sa ċertu punt il-ġbir tar-RPT li qegħdin jistennew kwantifikazzjoni definittiva; jinnota li l-Kummissjoni għamlet spezzjonijiet dwar is-sottovalutazzjoni fl-Istati Membri kollha u vverifikat kif huma organizzati l-Istati Membri biex jindirizzaw il-problemi ta' sottovalutazzjoni, b'mod partikolari rigward it-tessuti u ż-żraben li ġejjin miċ-Ċina; jinnota li r-responsabbiltà finanzjarja tal-Istati Membri għat-telf tar-RPT ġiet indirizzata espliċitament waqt dawn l-ispezzjonijiet u fir-rapporti korrispondenti; jinnota li l-Kummissjoni se tiżgura s-segwitu u se żżomm lill-Istati Membri finanzjarjament responsabbli mit-telf potenzjali ta' RPT imġarrab; jinsab imħasseb bil-fatt li l-kalkoli proviżorji jindikaw li t-telf ta' RPT fl-2019 kien ilaħħaq il-1 % tar-RPT tal-2019, fatt li jiġġustifika riżerva fir-RAA 2019; jitlob lill-Kummissjoni tinforma fil-pront lill-awtorità ta' kwittanza bis-sejbiet u bl-eżiti tal-ispezzjonijiet tagħha u bil-kalkoli ta' kwantifikazzjoni, ladarba finalizzati;

132.  Josserva li, għar-raba' sena konsekuttiva, id-Direttorat Ġenerali għall-Baġits (DĠ BUDG) ħareġ riżerva dwar il-valur tar-RPT miġbura mir-Renju Unit, minħabba n-nuqqas ta' dak il-pajjiż li jagħmel disponibbli għall-baġit tal-Unjoni dazji doganali evaduti fuq l-importazzjonijiet tat-tessuti u taż-żraben, filwaqt li l-portata tal-frodi relatat mas-sottovalutazzjoni kienet kibret aktar għall-Istati Membri tal-Unjoni, li jirriżulta f'aktar telf potenzjali ta' RPT;

133.  Jinnota li, skont ir-RAA 2019 tad-DĠ BUDG, ir-Renju Unit beda jimplimenta, fit-12 ta' Ottubru 2017, il-miżuri rakkomandati mill-Kummissjoni, u dan wassal għal tnaqqis sostanzjali tat-telf ta' RPT fl-2018 (rata ta' żball inqas minn 1 %);

134.  Jiddeplora l-fatt li r-Renju Unit għadu jirrifjuta li jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-baġit tal-UE l-ammonti ta' RPT mitlufa waqt il-perjodu 2011-2017 u li jammontaw għal EUR 2,679 biljun (gross); jinnota li l-awtoritajiet tar-Renju Unit bagħtu lill-Kummissjoni risposta formali, li waslet fil-11 ta' Frar 2019; jinnota li, wara li analizzat ir-risposta tar-Renju Unit, il-Kummissjoni rrinvijat il-każ quddiem il-QĠUE fis-7 ta' Marzu 2019; jinnota li r-Renju Unit ippreżenta r-risposta tiegħu fl-24 ta' Ġunju 2019, segwita mir-replika tal-Kummissjoni fid-29 ta' Awwissu 2019 u minn kontroreplika tar-Renju Unit fl-20 ta' Diċembru 2019; jinnota, mit-tweġibiet bil-miktub tal-Kummissjoni għas-seduta ta' smigħ fil-Kumitat CONT fil-11 ta' Jannar 2021, li s-seduta ta' smigħ orali saret fit-8 ta' Diċembru 2020 u filwaqt li d-data tas-sentenza finali hija kompletament fid-diskrezzjoni tal-Qorti, il-Kummissjoni ma tistenniex deċiżjoni qabel is-sajf tal-2021; jinnota b'sodisfazzjon li l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni ma għandu l-ebda effett negattiv fuq l-irkupru tal-ammonti ddikjarati peress li dawn huma relatati mal-importazzjonijiet qabel tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni;

135.  Jinnota li, skont il-Kummissjoni, fl-2019 kien hemm dħul ibbażat fuq l-Introjtu Nazzjonali Gross (ING) ta' EUR 3 biljun ogħla wara l-aġġustamenti li saru għall-ammonti tal-passat (l-aktar għall-2012-2017) peress li l-bażijiet tal-ING ġew aġġornati b'data reali;

Rakkomandazzjonijiet

136.  Jistieden lill-Kummissjoni:

   tipprovdi lill-Istati Membri appoġġ regolari fis-selezzjoni tal-importaturi bl-ogħla riskju għall-awditi ta' wara r-rilaxx billi:
   a. tiġbor u tanalizza d-data rilevanti dwar l-importazzjonijiet fil-livell tal-Unjoni, u tikkondividi r-riżultati tal-analiżi tagħha mal-Istati Membri;
   b. ladarba s-sistema Sorveljanza III tkun operattiva, tipprovdi gwida dwar kif għandha ssir l-analiżi tad-data fi ħdan din is-sistema l-ġdida;
   tirrevedi l-proċeduri tagħha billi:
   a. tistabbilixxi sistema għall-monitoraġġ ta' punti miftuħa tar-RPT abbażi ta' kriterji kwantitattivi u kwalitattivi li jikklassifikaw in-nuqqasijiet li nqabdu fl-Istati Membri f'ordni ta' prijorità;
   b. tistabbilixxi termini ta' skadenza għall-Istati Membri biex jindirizzaw dawn in-nuqqasijiet, u għal azzjonijiet ta' segwitu, inkluż il-kalkolu tal-imgħax ta' inadempjenza u l-irkupru ta' ammonti li għandhom isiru disponibbli għall-baġit tal-Unjoni;
   c. tissemplifika l-proċedura, inkluża d-dokumentazzjoni rikjesta għall-aċċess għall-finanzjamenti, mingħajr ma jitwarrbu l-prinċipji ta' awditjar u monitoraġġ;

Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi

137.  Jinnota li l-pagamenti għas-Subintestatura 1a "Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi" ammontaw għal EUR 21,7 biljun u ġew żburżati permezz tal-programmi u l-politiki li ġejjin:

   "Riċerka", sa 55,2 % tal-baġit tas-subintestatura jew EUR 11,9-il biljun;
   "Edukazzjoni, Taħriġ, Żgħażagħ u Sport", sa 13,2 % tal-baġit tas-subintestatura jew EUR 2,8 biljun;
   "Trasport u enerġija", sa 11,3 % tal-baġit tas-subintestatura jew EUR 2,5 biljun;
   "Spazju", sa 7,6 % tal-baġit tas-subintestatura jew EUR 1,7 biljun;
   "Azzjonijiet u programmi oħra", sa 12,7 % tal-baġit tas-subintestatura jew EUR 2,8 biljun;

138.  Jinnota li l-programmi prinċipali tal-Kummissjoni huma Orizzont 2020 (H2020) u s-Seba' Programm Kwadru għar-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku (FP7)(5) għar-riċerka u l-innovazzjoni, Erasmus+ għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport, Galileo, EGNOS, ITER u FNE bħala proġetti infrastrutturali kbar, FEIS bħala fond ta' garanzija;

139.  Iqis li l-biċċa l-kbira tal-infiq fuq dawn il-programmi jiġi ġestit b'mod dirett mill-Kummissjoni, inkluż permezz ta' Aġenziji Eżekuttivi, u jieħu l-forma ta' għotjiet lil benefiċjarji pubbliċi jew privati li jipparteċipaw fi proġetti; jinnota li, fil-każ ta' Erasmus+, in-nefqa tiġi ġestita l-aktar minn aġenziji nazzjonali f'isem il-Kummissjoni (li jammontaw għal madwar 80 % tal-għotjiet);

140.  Jirrimarka li hu diffiċli li tiġi vvalutata l-prestazzjoni tal-politika ta' riċerka u innovazzjoni, peress li jgħaddi ħafna żmien bejn il-finanzjament tal-proġetti u l-ksib ta' riżultati u impatti; jinnota, barra minn hekk, li r-rappurtar f'dan il-qasam huwa ċċentrat prinċipalment fuq l-eżiti pożittivi minflok fuq il-valutazzjoni kritika tar-riżultati u tal-impatti, u dan jaf ma jagħtix stampa realistika tal-prestazzjoni fl-intier tagħha; josserva li r-riċerka inkwantu dixxiplina tinvolvi riskji rigward ir-riżultati u li mhux dejjem huwa possibbli tiggarantixxi eżitu pożittiv;

141.  Jinsab imħasseb bil-fatt li perċentwal għoli (f'ċerti Stati Membri sa 25 %) ta' fondi tal-programmi operattivi ddestinati għall-appoġġ tal-SMEs fl-ambitu tal-imprenditorija u tal-innovazzjonijiet qiegħed jitħallas minflok minn kumpaniji kbar; jitlob lill-Kummissjoni tiżviluppa mekkaniżmi ta' kontroll aktar effikaċi rigward id-dikjarazzjonijiet ta' min japplika għall-finanzjamenti tal-UE, peress li l-istitut suprem għall-awditjar sab li, fil-perjodu 2014-2020, l-awtoritajiet rabtu esklużivament fuq l-awtodikjarazzjonjiet previsti mil-liġi fir-rigward tas-sjieda, tad-daqs u tad-dejn tal-kumpaniji;

142.  Jinnota li fl-2019 EUR 4 973 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn u EUR 2 725 miljun f'approprjazzjonijiet ta' pagament kienu disponibbli għall-politiki ta' mobbiltà u trasport li minnhom EUR 4 422 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn u EUR 2 058 miljun f'approprjazzjonijiet ta' pagament awtorizzati għall-Politika Ewropea tat-Trasport (06 02) u Orizzont 2020 - Riċerka u innovazzjoni relatati mat-trasport (06 03) kienu ġestiti mill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Networks (INEA);

143.  Itenni l-appoġġ tiegħu għaż-żieda ta' pilastru tal-mobbiltà militari mal-politika tat-TEN-T bl-adozzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni f'Marzu 2018, bl-għan li jiżdiedu l-kapaċitajiet tagħna li nirreaġixxu għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza; jiddispjaċih li l-proposta tal-Kummissjoni u tal-Parlament biex jiġi inkluż pakkett ġdid iddedikat għall-ħtiġijiet tal-mobbiltà militari ta' EUR 6,5 biljun fil-qafas tal-baġit tal-FNE għall-2021-2027 tnaqqset drastikament;

144.  Jilqa' pożittivament it-tnedija tas-sejħa għall-preżentazzjoni ta' proposti fl-ambitu tal-Programm ta' Ħidma Pluriennali tat-Trasport tal-FNE tal-2019 b'baġit ta' EUR 1,4 biljun u b'enfasi fuq it-tlestija tad-disa' kurituri tan-network ewlieni sal-2030;

145.  Jilqa' pożittivament it-tnedija fl-2019 tal-proġett "Greening the blue" li għandu l-għan li jnaqqas l-emissjonijiet u jipproduċi sistemi ta' propulsjoni aktar effiċjenti b'soluzzjoni ta' qlugħ li jintwew; jinnota li dan ġie ffinanzjat mill-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd;

146.  Ifakkar li, fl-2019, il-baġit totali disponibbli f'approprjazzjonijiet ta' impenn għall-programmi u għall-azzjonijiet tal-Unjoni fl-ambitu tal-portafoll tal-politika tad-direttorat ġenerali għall-Edukazzjoni, iż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Kultura (DĠ EAC) kien jammonta għal madwar EUR 5,66 biljun (żieda ta' 20 % meta mqabbel mal-2018) u jqis li r-riżultati tal-valutazzjoni tal-ġestjoni finanzjarja tad-DĠ EAC għall-2019 b'mod ġenerali huma sodisfaċenti; jinnota li r-riskju globali tad-DĠ EAC fil-waqt tal-pagament għall-2019 jirrappreżenta EUR 24,88 miljun minn nefqa totali ta' EUR 2 147,18 miljun;

147.  Jirrikonoxxi li l-implimentazzjoni tal-programm Erasmus+ fl-2019 fil-biċċa l-kbira rnexxiet u li l-maġġor parti tal-indikaturi tar-riżultati, bħall-għadd ta' kollokamenti ta' mobbiltà, qabżet l-objettivi rispettivi tal-Kummissjoni għal dik is-sena; jinnota li, minħabba d-dewmien fit-tnedija tagħha, livell ta' adozzjoni baxx fost l-istituzzjonijiet finanzjarji u nuqqas ta' għarfien dwarha fost l-istudenti, tranżazzjoni waħda biss ta' Faċilità ta' Garanzija ta' Self lill-Istudenti setgħet titlesta fl-2019, u jilqa' d-deċiżjoni li l-faċilità ma tiġix inkluża fil-programm Erasmus+ suċċessur għall-perjodu wara l-31 ta' Diċembru 2020; jilqa' b'sodisfazzjon iż-żieda ta' 20 % fil-mobbiltà tal-istudenti u jħeġġeġ li l-mobbiltà fiżika tibqa' l-element ewlieni tal-programm Erasmus+ minflok il-mobbiltà virtwali; jenfasizza l-importanza li jitkompla l-appoġġ għall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali u t-tagħlim ibbażat fuq ix-xogħol bħala mezz biex tissaħħaħ l-inklużjoni soċjali;

148.  Jinsab imħasseb dwar każijiet irrappurtati ta' benefiċjarji potenzjali ta' finanzjament tal-Unjoni fl-ambitu tal-programm Erasmus+ li ġew obbligati jsegwu regoli nazzjonali li mhumiex konformi mal-prinċipji tal-Unjoni; jenfasizza li l-Kummissjoni għandha timmonitorja s-sitwazzjoni mill-qrib u tieħu azzjoni xierqa jekk ikun meħtieġ;

149.  Jirrimarka li fl-2019, għadd kbir ta' żgħażagħ ingħaqdu mal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà u ġew mobilizzati, u dan juri l-interess kbir tagħhom li jinvolvu ruħhom f'ħidma ta' solidarjetà fl-Ewropa kollha; jinsab imħasseb dwar id-diskrepanza bejn l-għadd ta' applikazzjonijiet (191 000) u l-għadd ta' kollokamenti effettivi (34 500); jiddispjaċih li l-għadd ta' traineeships u impjiegi fl-ambitu tal-programm tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà kien baxx ħafna: 72 mobilizzazzjoni biss bejn l-2018 u l-2020, jiġifieri inqas minn 1 % tal-għadd totali ta' mobilizzazzjonijiet; jenfasizza l-ħtieġa li tiġi introdotta rata aktar ibbilanċjata ta' mobilizzazzjonijiet, sabiex jiġi żgurat li l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jkun jista' verament joffri firxa wiesgħa ta' opportunitajiet għaż-żgħażagħ;

150.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura biex inaqqsu l-piż burokratiku billi jissemplifikaw u jadattaw il-proċessi tal-applikazzjoni għall-pubbliku fil-mira bil-għan li jtejbu l-aċċessibbiltà tal-programmi li jiġġestixxu; jenfasizza li huma meħtieġa sinerġiji u kooperazzjoni aħjar mad-DĠ EAC biex jinkisbu proċessi ta' applikazzjoni, evalwazzjoni u ġestjoni semplifikati, li jtejbu l-kwalità u l-varjetà tal-applikazzjonijiet;

Is-sejbiet tal-Qorti

151.  Iqis li huwa inkwetanti li mill-130 tranżazzjoni eżaminata, 51 (39 %) kien fihom żbalji;

152.  Jinsab imħasseb bil-fatt li, abbażi tat-28 żball ikkwantifikat mill-Qorti, il-livell ta' żball għall-2019 huwa stmat għal 4,0 %, żieda konsiderevoli meta mqabbla mal-2018, meta l-livell ta' żball stmat kien 2 %; ifakkar li din iċ-ċifra tqarreb ir-rati li l-Qorti sabet fl-2015, fl-2016 u fl-2017;

153.  Jissottolinja li l-infiq tal-FP7 u l-H2020 jibqa' riskju ogħla u l-għajn ewlenija ta' żbalji, filwaqt li l-Qorti sabet żbalji kwantifikabbli fir-rigward tal-ispejjeż ineliġibbli f'24 mit-80 tranżazzjoni ta' riċerka u innovazzjoni fil-kampjun (3 minn 10 fl-ambitu tal-FP7 u 21 minn 70 fl-ambitu ta' H2020, li jirrappreżentaw 78 % tal-livell ta' żball stmat tal-Qorti għal din is-subintestatura fl-2019);

154.  Jirrimarka bi tħassib kbir li 60 % tal-iżbalji kienu magħmula minn "spejjeż diretti ineliġibbli tal-persunal"; jissottolinja li minkejja l-isforzi għas-semplifikazzjoni tar-regoli għad-dikjarazzjoni tal-ispejjeż għall-persunal fl-ambitu tal-H2020, il-kalkolu tagħhom jibqa' sors ewlieni ta' żball fid-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż; jappoġġja l-opinjoni tal-Qorti li l-metodoloġija għall-kalkolu tal-ispejjeż għall-persunal saret aktar kumplessa f'ċerti aspetti fl-ambitu ta' H2020 u dan żied ir-riskju ta' żball (mill-24 tranżazzjoni milquta minn żbalji kwantifikabbli 23 jinvolvu applikazzjoni mhux korretta tal-metodoloġija għall-kalkolu tal-ispejjeż għall-persunal);

155.  Jiddispjaċih li l-kumplessità tar-regoli għall-applikazzjonijiet u l-proċeduri twal huma ostakli importanti partikolarment għall-SMEs, għan-negozji l-ġodda (start-ups) u għall-applikanti għall-ewwel darba, li ma għandhomx riżorsi sinifikanti u esperjenza għal dan it-tip ta' proċeduri ta' applikazzjoni;

156.  Jinnota li "kriterji għall-għoti/għas-selezzjoni illegali/diskriminatorji" irrappreżentaw 16 % tal-iżbalji u li "spejjeż diretti oħra ineliġibbli (VAT, ivvjaġġar, tagħmir)" irrappreżentaw 15 % tal-iżbalji;

157.  Iqis li fil-każ ta' programmi u attivitajiet oħra l-Qorti sabet żbalji kwantifikabbli f'4 mill-50 tranżazzjoni fil-kampjun (l-iżbalji kienu jikkonċernaw proġetti fl-ambitu tal-programmi Erasmus+ u FNE);

158.  Josserva bi tħassib li l-Qorti sabet dgħufijiet fid-dokumentazzjoni tal-Kummissjoni relatata max-xogħol tal-awditjar li sar, fil-konsistenza tal-kampjunament u fir-rappurtar, kif ukoll fil-kwalità tal-proċeduri tal-awditjar f'xi wħud mill-fajls irrieżaminati; jirrimarka bi tħassib li l-qorti sabet, fost ħwejjeġ oħra, ammonti ineliġibbli li ma nqabdux mill-awdituri minħabba ttestjar insuffiċjenti fl-awditu tagħhom, prinċipalment fir-rigward ta' spejjeż għall-persunal, interpretazzjoni żbaljata tar-regola tal-limitu massimu doppju kif ukoll żbalji fil-kalkolu tal-ispejjeż għall-persunal li ma nqabdux; isostni, f'dan ir-rigward, ir-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti biex is-sitwazzjoni titjieb;

159.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li 22 mill-proġetti ta' riċerka li l-Qorti awditjat kienu twettqu f'valuti oħra li mhumiex l-euro, filwaqt li r-rata tal-kambju applikata f'għaxra minn dawn il-proġetti ma kinitx dik stabbilita fir-regoli (l-impatt finanzjarju ta' żbalji bħal dawn mhuwiex minnu nnifsu materjali, iżda l-frekwenza tagħhom turi nuqqas ta' għarfien tar-regoli); jistieden lill-Kummissjoni tikkollabora mal-Istati Membri biex tagħti aktar attenzjoni lil din il-kwistjoni;

160.  Jisħaq li, kieku l-Kummissjoni użat b'mod adegwat l-informazzjoni kollha li kellha għad-dispożizzjoni tagħha, il-livell ta' żball stmat għal din is-subintestatura kien ikun 1,1 punt perċentwali anqas;

161.  Josserva bi tħassib li l-SMEs huma aktar suxxettibbli għall-iżbalji minn benefiċjarji oħra peress li aktar minn nofs l-iżbalji kwantifikabbli li nstabu (17 minn 28) kienu jinvolvu finanzjament għal benefiċjarji privati, għalkemm it-tranżazzjonijiet inkwistjoni kienu jammontaw biss għal 42 (32 %) mill-130 tranżazzjoni fil-kampjun (l-SMEs kienu jiffurmaw 12 % tal-kampjun iżda kienu jammontaw għal 21 % tal-iżbalji kwantifikabbli); jissottolinja li dan jirrifletti n-nuqqas ta' riżorsi min-naħa tagħhom u l-assenza ta' familjarità mar-regoli kumplessi ta' eliġibbiltà;

162.  Jinnota li r-rimborż tan-nefqa għar-riċerka tibbaża fuq id-dikjarazzjonijiet ippreżentati għall-ispejjeż inkorsi mill-benefiċjarji; jinnota li dawn id-dikjarazzjonijiet spiss ikunu suġġetti għal regoli kumplessi u jistgħu jwasslu għal żbalji kif jista' jiġi osservat fil-każijiet imsemmija mill-Qorti;

163.  Iqis, għalhekk, li t-tnaqqis tar-rata ta' żball jiddependi minn sforz kontinwu ta' semplifikazzjoni; jilqa' b'sodisfazzjon ir-rikonoxximent min-naħa tal-Qorti l-isforzi tagħha biex tissemplifika r-rekwiżiti amministrattivi u finanzjarji ta' Orizzont 2020;

164.  Jieħu nota, għal dan il-għan, li l-Kummissjoni, fl-aħħar stadji tal-implimentazzjoni minnha ta' Orizzont 2020, qed tagħmel użu aktar mifrux tal-opzjonijiet ta' spejjeż semplifikati bħalma huwa l-finanzjament b'somma f'daqqa filwaqt li ssaħħaħ il-komunikazzjoni mal-benefiċjarji u ttejjeb b'mod kostanti l-mekkaniżmi ta' kontroll tagħha; jilqa' pożittivament il-fatt li l-programm Orizzont Ewropa se jmur lil hinn billi jibni fuq l-esperjenza miksuba f'Orizzont 2020;

165.  Jieħu nota tal-introduzzjoni min-naħa tal-Kummissjoni ta' sistema soda ta' kontrolli ex ante li tinkludi listi dettaljati ta' kontroll automatizzati, gwida bil-miktub u taħriġ kontinwu, bl-iskop li jonqos il-piż amministrattiv biex il-benefiċjarji jkunu jistgħu jiddedikaw ruħhom biex jilħqu l-għanijiet tagħhom;

166.  Jiddispjaċih bin-nuqqas ta' data konkreta dwar ir-realizzazzjoni tal-proġetti li rċevew is-siġilli ta' eċċellenza fil-qafas tal-programmi tal-FEŻR; jinnota li l-Kummissjoni għandha biss data parzjali bbażata fuq ir-rappurtar volontarju min-naħa tal-awtoritajiet ta' ġestjoni u li tali proġetti jibqgħu għad-diskrezzjoni ta' kull pajjiż; jitlob lill-Kummissjoni tikkollabora mal-Istati Membri fl-ambitu tal-QFP il-ġdid, biex jitjiebu s-sistemi ta' monitoraġġ tal-programmi u biex taqbad aħjar dan it-tip ta' informazzjoni;

167.  Jieħu nota tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE) tippreżenta riskju baxx ta' żball; jitlob madankollu li l-Kummissjoni tissorvelja mill-qrib, f'kollaborazzjoni mal-Qorti u mal-OLAF, il-proġetti tat-trasport tal-Unjoni sabiex tipprevjeni l-frodi, peress li l-investimenti pubbliċi fl-infrastruttura huma partikolarment vulnerabbli f'dan ir-rigward; iqis li dan huwa essenzjali wkoll biex jiġu żgurati l-ogħla standards ta' sikurezza għall-utenti;

168.  Ifakkar li fir-Rapport Speċjali Nru 5/2017 tagħha ("Il-qgħad fost iż-żgħażagħ – il-politiki tal-UE għamlu differenza?"), il-Qorti sabet li, filwaqt li sar xi progress fl-implimentazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ, u filwaqt li nkisbu xi riżultati, is-sitwazzjoni ma tikkorrispondix mal-aspettattivi inizjali li tqajmu waqt it-tnedija tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ;

169.  Ifakkar li fir-Rapport Speċjali Nru 22/2018 tagħha ("Mobbiltà taħt Erasmus+"), il-Qorti sabet li l-fergħa tal-VET fil-programm Erasmus+ tista' tittejjeb aktar peress li l-inklużjoni tal-VET tqarreb il-programm lejn tip aktar varju ta' ċittadini;

170.  Jieħu nota tar-Rapport Speċjali Nru 14/2016 ("Inizjattivi ta' politika u appoġġ finanzjarju tal-UE għall-integrazzjoni tar-Rom") skont liema sar progress sinifikanti fl-aħħar deċennju fir-rigward tal-integrazzjoni tar-Rom, madankollu, għad hemm ostakli fil-prattika; jiddispjaċih f'dan il-kuntest li l-kriterji tal-"aħjar prattiki" li jikkontribwixxu għall-inklużjoni b'suċċess tar-Rom mhux dejjem ġew applikati u l-monitoraġġ tal-prestazzjoni kien diffiċli; ifakkar li n-nuqqas ta' data robusta u komprensiva dwar ir-Rom hija problema għat-tfassil tal-politika bbażat fuq tagħrif konkret fil-livell tal-Unjoni u dak nazzjonali; jiddeplora l-fatt li din is-sitwazzjoni tista' ma tinbidilx, sakemm ma titteħidx azzjoni rapida;

Rakkomandazzjonijiet

171.  Jistieden lill-Kummissjoni:

   tissemplifika ulterjorment ir-regoli u l-proċeduri, tforni gwida prattika u pragmatika, inklużi sessjonijiet ta' informazzjoni u ta' taħriġ, b'mod partikolari għall-applikanti l-ġodda, u ttejjeb l-assistenza għall-SMEs, għan-negozji l-ġodda (start-ups) u għall-applikanti l-oħra għall-ewwel darba, biex jinħolqu kundizzjonijiet ta' parità bejn l-applikanti b'livelli differenti ta' esperjenza u riżorsi;
   issaħħaħ il-kampanja ta' informazzjoni dwar ir-regoli ta' finanzjament għal Orizzont 2020 dwar il-kalkolu u d-dikjarazzjoni tal-ispejjeż għall-persunal, billi tagħti attenzjoni partikolari lit-tipi ewlenin ta' żball u tagħmel sussegwentement kontrolli mmirati fuq il-konformità tagħhom mar-regoli;
   tfakkar lill-benefiċjarji kollha ta' H2020 dwar ir-regoli dwar il-kalkolu u d-dikjarazzjoni tal-ispejjeż għall-persunal, filwaqt li tagħti attenzjoni partikolari lit-tipi ewlenin ta' żball;
   tissemplifika ulterjorment ir-regoli dwar l-ispejjeż għall-persunal fl-ambitu tal-Programm Qafas għar-Riċerka li jmiss (Orizzont Ewropa);
   tindirizza għal H2020 l-osservazzjonijiet li saru b'segwitu tar-rieżami tal-Qorti tal-awditi ex post fir-rigward tad-dokumentazzjoni, tal-konsistenza tal-kampjunament u tal-kwalità tal-proċeduri tal-awditjar; kif ukoll għat-tielet fażi tal-awditi kkuntrattati, tieħu miżuri xierqa biex tiżgura li l-awdituri jkunu jafu kompletament ir-regoli ta' H2020, u tivverifika l-kwalità ta' xogħolhom;
   tindirizza l-problema gravi tal-iżbilanċi ġeografiċi (konċentrazzjoni) tal-maġġor parti tal-fondi ta' Orizzont 2020 assenjati lill-benefiċjarji tal-ftit Stati Membri li l-aktar huma żviluppati, billi tindirizza l-problema minn ras il-għajn fil-pajjiżi inqas żviluppati, jiġifieri billi ssostni r-riċerka, il-kooperazzjoni bejn l-industrija u l-universitajiet, il-kooperazzjoni tal-universitajiet mal-gvernijiet fit-tfassil tal-politiki pubbliċi, il-ħolqien ta' programmi universitarji ġodda, l-eċċellenza akkademika, eċċ.;

Prestazzjoni: Orizzont 2020

172.  Jirrimarka li fil-kuntest tal-objettiv speċifiku 5 "it-tmexxija industrijali tal-Ewropa permezz tar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku, id-dimostrazzjoni u l-innovazzjoni f'għadd ta' teknoloġiji abilitanti u industrijali" id-dikjarazzjoni tal-programm turi li l-programm mhuwiex fit-triq it-tajba biex jilħaq l-objettiv tiegħu fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-privattivi, filwaqt li d-dikjarazzjoni tal-programm tagħti wkoll informazzjoni dwar il-privattivi konċessi, li hija miżura aħjar għall-prestazzjoni, iżda ma jingħata l-ebda objettiv finali jew intermedju;

173.  Jissottolinja li fil-kuntest tal-indikatur għall-objettiv speċifiku 5 "sehem ta' kumpaniji parteċipanti li jintroduċu innovazzjonijiet ġodda għall-kumpanija jew is-suq" id-dikjarazzjoni tal-programm la ssemmi objettivi intermedji u lanqas objettivi finali għal dan l-indikatur; għalhekk, ma jistax jintuża biex jiġi vvalutat jekk il-programm huwiex fit-triq it-tajba; jistieden lill-Kummissjoni taġġorna d-dikjarazzjoni tal-programm ħalli tinkludi objettivi speċifiċi u li jistgħu jitkejlu, biex tkun tista' ssir valutazzjoni tal-effiċjenza u tal-effettività;

174.  Jirrimarka li fil-kuntest tal-objettiv speċifiku 8 "it-titjib tas-saħħa u l-benesseri tul il-ħajja ta' kulħadd", il-valur għall-objettiv jissemma fl-intestatura għas-sena 2020, iżda fil-fatt għandu jinftiehem li jinkiseb "[...] meta jitlestew l-aħħar azzjonijiet iffinanzjati fl-ambitu ta' Orizzont 2020", filwaqt li d-dikjarazzjoni tal-programm issemmi li l-"[m]iri huma għal Pilastru sħiħ tal-isfidi tas-soċjetà (Objettivi speċifiċi: 8-14) u mhux għal kull objettiv speċifiku individwali", u b'hekk it-tqabbil bejn il-valur reali u l-valur fil-mira jsir insinifikanti.

175.  Jieħu nota tal-konklużjonijiet tal-Qorti dwar il-prestazzjoni ta' Orizzont 2020, b'mod partikolari:

   l-informazzjoni disponibbli hija limitata wisq biex tkun tista' tiġi vvalutata bis-sħiħ il-prestazzjoni ta' Orizzont 2020 fi tmiem l-2019; madankollu, ma hemm l-ebda indikazzjoni li l-prestazzjoni tinsab f'riskju u huma bosta l-eżempji ta' proġetti li kellhom suċċess;
   b'kuntrast mal-informazzjoni dwar l-effettività, dik dwar ir-rilevanza, il-koerenza u l-valur miżjud tal-UE tal-programm hija disponibbli b'mod konsiderevoli. Hemm każ b'saħħtu li Orizzont 2020 huwa rilevanti, billi qed jindirizza l-ħtiġijiet li suppost jindirizza;
   l-AMPR jindirizza l-prestazzjoni tas-subintestatura 1a b'mod ġenerali ħafna biss;

176.  Jiddispjaċih bid-differenza relatata mal-investimenti fir-riċerka u l-innovazzjoni bejn l-Istati Membri u bil-fatt li dan ifisser li r-riċerkaturi jibbenefikaw b'mod eteroġenju minn Orizzont 2020 fid-diversi Stati Membri; ifakkar li dan jirrifletti d-differenzi fin-nefqa nazzjonali għar-riċerka u l-iżvilupp; jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jtejbu l-governanza tas-sistemi nazzjonali tagħhom ta' riċerka u innovazzjoni, bil-għan li jinċentivaw u jsostnu l-parteċipazzjoni fil-kollaborazzjoni internazzjonali tal-organizzazzjonijiet ta' riċerka nazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni tikkontribwixxi għat-tixrid tal-eċċellenza billi tinkoraġġixxi l-kollaborazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet ta' riċerka nazzjonali u l-organizzazzjonijiet ta' riċerka Ewropej l-aktar importanti, billi toffri appoġġ tekniku u toħloq programmi oħrajn intiżi li jrawmu l-eċċellenza;

177.  Jistieden lill-Kummissjoni:

   tikkomunika aħjar mal-applikanti u mal-benefiċjarji (jiġu stabbiliti proċeduri u kontrolli aħjar fir-rigward tat-twettiq tal-funzjonijiet tal-helpdesk, u b'mod partikolari tar-RES, u jsiru magħrufin l-għodod li permezz tagħhom il-benefiċjarji jistgħu jirrappurtaw trattament inkonsistenti matul il-proċess tal-applikazzjoni jew matul l-implimentazzjoni tal-proġetti tagħhom; issolvi l-kwistjonijiet tekniċi li fadal li jaffettwaw il-Portal tal-Parteċipanti, ittejjeb id-disinn, in-navigazzjoni u l-funzjoni tat-tiftix tiegħu);
   tintensifika l-ittestjar ta' somom f'daqqa (biex tanalizza u tirrapporta dwar l-eżitu tas-sejħiet diġà mnedija fl-ambitu ta' Orizzont 2020 malli jkunu disponibbli l-ewwel riżultati; tniedi inizjattivi pilota ġodda fuq skala akbar biex tidentifika l-aktar tipi xierqa ta' proġetti, tivvaluta l-iżvantaġġi possibbli u tfassal rimedji xierqa);
   tesplora l-użu akbar ta' evalwazzjonijiet ta' proposti f'żewġ stadji (biex tidentifika numru akbar ta' suġġetti li fihom l-użu ta' evalwazzjonijiet ta' proposti f'żewġ stadji jista' jnaqqas il-piż amministrattiv għall-applikanti li ma jkollhomx suċċess, filwaqt li tiżgura l-iqsar żmien possibbli biex tingħata għotja jekk il-veloċità biex jintlaħaq is-suq tkun kritika);
   tevalwa jekk il-proġetti mfassla mill-Kummissjoni u (ko-)finanzjati mill-baġit tal-UE fir-rigward tal-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità 2010-2020 issodisfawx ir-rekwiżiti indikati fil-Konvenzjoni korrispondenti tan-Nazzjonijiet Uniti (UNCRPD) dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità, b'attenzjoni partikolari fil-konfront tal-proġetti tal-programm Orizzont 2020;
   tiżgura li, waqt l-istadji ta' proġettazzjoni u implimentazzjoni tal-proġetti, il-kostijiet addizzjonali mġarrba mill-persuni b'diżabilità jkunu kompletament koperti mill-għotjiet u tiggarantixxi li jkun hemm arranġamenti ta' monitoraġġ adegwati u u li l-implimentazzjoni tagħhom tkun salvagwardjata;
   teżamina mill-ġdid il-kundizzjonijiet ta' rimunerazzjoni għall-evalwaturi esperti (biex taġġorna r-rata ta' rimunerazzjoni ta' kuljum u terġa' tivvaluta ż-żmien meħtieġ għall-esperti biex iwettqu evalwazzjonijiet affidabbli tal-proposti tal-proġetti);
   tistabbilizza r-regoli u l-gwida għall-parteċipanti (biex iżżomm il-kontinwità fir-regoli għall-parteċipazzjoni bejn il-Programmi Qafas kull fejn ikun possibbli; tnaqqas kemm jista' jkun l-aġġustamenti għall-gwida matul l-implimentazzjoni tal-Programm Qafas; tissemplifika l-kalendarji biex jiġi evitat rappurtar mhux meħtieġ tal-isforz permezz tal-pakkett tax-xogħol; tesplora l-possibbiltà li taċċetta b'mod usa' l-prattiki kontabilistiċi normali tal-ispejjeż, b'mod partikolari għall-ispejjeż għall-persunal);
   ittejjeb il-kwalità tal-awditjar ex post esternalizzat (ittejjeb il-mekkaniżmi tagħha għall-eżami tal-kwalità tal-awditjar ex post esternalizzat, u tħaffef tali awditi);
   tissemplifika aktar l-għodod u l-gwida għall-SMEs (b'tali mod li jimponu piż minimu fuq l-SMEs, u speċjalment fuq in-negozji ġodda (start-ups) mingħajr ir-riżorsi u l-persunal biex jindirizzaw il-kumplessità tagħhom);

Prestazzjoni: il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS)

178.  Ifakkar li l-objettiv ġenerali tal-FEIS huwa "L-appoġġ għall-investimenti li jtejbu t-tkabbir f'konformità mal-prijoritajiet tal-Unjoni"; filwaqt li l-objettiv speċifiku huwa "Iż-żieda tal-volum tal-operazzjonijiet ta' finanzjament u investiment tal-Grupp tal-BEI fl-oqsma ta' prijorità";

179.  Josserva li, skont il-Qorti, il-FEIS huwa fit-triq it-tajba biex jilħaq l-objettivi tiegħu, b'mod partikolari biex jimmobilizza investiment ta' EUR 500 biljun;

180.  Jinsab imħasseb li l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni disponibbli tipprovdi dettalji dwar l-investimenti mobilizzati ta' operazzjonijiet approvati, l-għadd ta' proġetti approvati, l-effetti multiplikaturi u l-kopertura tal-Istati Membri, iżda l-ebda wieħed mill-ħames indikaturi ma jsegwi l-livell tar-riskju jew il-penetrazzjoni tal-oqsma ewlenin deskritti fl-objettiv ġenerali;

181.  Jirrimarka li l-indikaturi ma jkejlux il-progress tal-objettiv speċifiku bħala tali, jiġifieri li jiżdiedu l-volumi tal-BEI, b'mod partikolari fir-rigward ta' operazzjonijiet aktar riskjużi;

182.  Ifakkar li l-FEIS kien effikaċi fiż-żieda tal-finanzjament biex jiġu appoġġjati investimenti addizzjonali sostanzjali iżda f'xi każijiet kien sopravvaluta l-punt sa fejn il-FEIS kien fil-fatt wassal għal investiment addizzjonali fl-ekonomija reali (l-evalwazzjoni tal-FEIS u r-Rapport Speċjali tal-Qorti(6) enfasizzaw ukoll li l-volum kollu ta' finanzjament ma jistax jiġi attribwit biss lill-FEIS);

183.  Jiddispjaċih li l-Kummissjoni ma vvalutatx adegwatament ir-riskju ta' "deadweight" tal-finanzjament fil-każijiet li fihom l-investimenti neċessarji setgħu ġew fornuti minn għejun oħra mingħajr l-involviment tal-fondi tal-FEIS;

184.  Jinnota li l-istima rrappurtata fir-rigward tal-investiment mobilizzat ma tqisx il-fatt li xi wħud mill-operazzjonijiet tal-FEIS issostitwew operazzjonijiet oħra tal-BEI u strumenti finanzjarji oħra tal-Unjoni jew il-fatt li parti mill-appoġġ tal-FEIS mar għal proġetti li setgħu ġew iffinanzjati minn għejun oħra, għalkemm fuq termini differenti;

185.  Jisħaq fuq il-fatt li skont ir-rapport tal-FEIS tal-BEI għall-2019, il-biċċa l-kbira tat-tranżazzjonijiet tal-FEIS huma hekk imsejħa "attivitajiet speċjali", li minnhom infushom iġorru riskju ogħla mill-operazzjonijiet normali tal-BEI (il-volum ta' attivitajiet ġodda bħal dawn iffirmati fl-2019 kien ta' EUR 15-il biljun, madwar 25 % tas-self totali tal-BEI dik is-sena, filwaqt li l-livell ta' qabel il-FEIS kien taħt l-10 %);

186.  Jissottolinja li l-evalwazzjoni indipendenti mwettqa mill-Kummissjoni osservat li minn meta tnieda l-FEIS ġiet introdotta firxa ta' prodotti ġodda u aktar riskjużi, pereżempju strumenti ta' ekwità u għall-kondiviżjoni tar-riskju ma' intermedjarji finanzjarji fl-ambitu tal-IIW;

187.  Josserva li l-Kummissjoni u l-BEI tilfu l-opportunità li jużaw il-fondi tal-FEIS biex jippromwovu ulterjorment tranżizzjoni mill-investimenti fi proġetti infrastrutturali fuq skala kbira lejn proġetti iżgħar, moderni u aktar sostenibbli, filwaqt li fl-istess ħin jippruvaw l-aktar jagħtu spinta ġdida lit-tkabbir ekonomiku tal-UE b'kunsiderazzjoni skarsa tal-potenzjal futur ta' dawn l-investimenti; jiġbed l-attenzjoni lejn ċerti eżempji tajbin ta' tali investimenti fi proġetti fuq skala iżgħar li l-BEI sostna barra mill-Unjoni;

188.  Jieħu nota tal-evalwazzjoni tal-Qorti skont liema l-FEIS saħħaħ xi programmi tal-Unjoni, iżda rikeb temporanjament fuq oħrajn;

189.  Jinsab imħasseb dwar id-distribuzzjoni ġeografika (fl-aħħar tal-2019, l-Unjoni-15 kienet tirrappreżenta 80 % tal-operazzjonijiet iffirmati li jaqbżu l-piż ekonomiku tagħhom fl-Unjoni kif imkejjel mill-PDG u l-formazzjoni tal-kapital fiss gross filwaqt li l-Unjoni-13 irċeviet 10 % biss, il-bqija marret għall-kategorija "l-oħra", b'mod partikolari għal proġetti li jinvolvu diversi pajjiżi);

190.  Ifakkar fil-ħtieġa li l-BEI jforni informazzjoni ċara u aċċessibbli dwar l-impatt ekonomiku, soċjali u ambjentali u l-valur miżjud miksub mill-proġetti ffinanzjati mill-FEIS; jenfasizza li l-valutazzjoni tal-addizzjonalità tal-proġetti kollha appoġġjati mill-FEIS għandha tiġi dokumentata debitament;

191.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-BEI:

   jeżaminaw mill-ġdid l-użu ta' prodotti tal-BEI b'riskju ogħla fl-ambitu tal-FEIS (għal operazzjonijiet tal-FEIS mal-NPBIs, il-BEI għandu jfittex opportunitajiet biex iżid l-użu ta' varjetà usa' ta' finanzjament tad-dejn subordinat, fejn debitament ġustifikat; dan ikun jgħin biex jiġi żgurat li l-finanzjament tal-FEIS ikun komplementari għall-finanzjament ipprovdut mill-NPBIs; il-BEI għandu jippromwovi wkoll l-użu ta' prodotti xierqa għall-kondiviżjoni tar-riskju għall-NPBIs kollha, speċjalment dawk li bħalissa mhumiex rappreżentati biżżejjed fl-operazzjonijiet tal-FEIS); jikkummissjonaw studju tar-riskji tal-profil tar-riskju fuq terminu medju u twil ta' prodotti tal-BEI b'riskju ogħla fl-ambitu tal-FEIS;
   jinkoraġġixxu l-komplementarjetà bejn l-istrumenti finanzjarji tal-Unjoni u l-garanziji baġitarji tal-Unjoni (fil-kuntest tal-programmi l-ġodda tal-QFP, il-Kummissjoni għandha tipproponi li l-istrumenti finanzjarji tal-Unjoni jkunu koerenti u komplementari f'termini tal-objettivi ta' politika rispettivi li għandhom jintlaħqu, sabiex tiġi evitata kompetizzjoni bejn l-istrumenti);
   ittejbu l-valutazzjoni ta' jekk proġetti potenzjali tal-FEIS setgħux jiġu ffinanzjati minn sorsi oħra, bħal fil-każ tat-telf minħabba l-hekk imsejjaħ "deadweight", (il-BEI għandu jivvaluta fl-istadju ta' valutazzjoni tal-proġett is-sostituzzjoni probabbli ta' sorsi oħra ta' finanzjament. Il-BEI għandu juża din l-informazzjoni fil-valutazzjoni tal-eliġibbiltà tal-operazzjonijiet tal-FEIS.);
   jistmaw aħjar l-investiment mobilizzat (il-metodoloġija tal-kalkolu tal-multiplikatur tal-FEIS żviluppata b'mod konġunt mill-Kummissjoni u l-BEI għandha tieħu miżuri proporzjonati biex dawk il-każijiet li fihom il-BEI ikun qed jappoġġja investiment, kemm direttament kif ukoll indirettament, permezz ta' operazzjonijiet differenti tal-FEIS, jiġu identifikati u kkoreġuti b'mod f'waqtu, sabiex jiġi evitat għadd doppju);
   ittejbu l-firxa ġeografika tal-investiment appoġġjat mill-FEIS (il-Kummissjoni u l-BEI għandhom, permezz tal-Bord ta' Tmexxija tal-FEIS jivvalutaw il-kawżi ewlenin tal-firxa ġeografika osservata u jifformulaw rakkomandazzjonijiet għal azzjonijiet li għandhom jittieħdu fil-perjodu ta' implimentazzjoni tal-FEIS li jifdal. Il-Bord ta' Tmexxija tal-FEIS għandu jivvaluta l-effett tal-miżuri meħuda);

Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali

192.  Jinnota li l-pagamenti għas-Subintestatura 1b "Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali" ammontaw għal EUR 53,8 biljun u ġew żburżati permezz tal-programmi u l-politiki li ġejjin:

   "FEŻR u operazzjonijiet reġjonali oħra", sa 54,9 % tas-subintestatura tal-baġit jew EUR 29,6 biljun;
   "Fond ta' Koeżjoni", sa 16,4 % tal-baġit tas-subintestatura jew EUR 8,8 biljun;
   "Fond Soċjali Ewropew", sa 25,9 % tas-subintestatura tal-baġit jew EUR 13,9-il biljun;
   "Programmi oħra", sa 2,8 % tal-baġit tas-subintestatura jew EUR 1,5 biljun;

193.  Ifakkar fir-rwol importanti tal-infiq relatata mas-Subintestatura 1b tal-QFP "Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali", li jimmira li jnaqqas id-distakk bejn il-livelli ta' żvilupp tad-diversi Stati Membri u reġjuni tal-Unjoni, kif ukoll li jsaħħaħ il-kompetittività tar-reġjuni kollha;

194.  Ifakkar li, fis-Subintestatura "Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali", l-Istati Membri ġeneralment jippreżentaw programmi operattivi (PO) pluriennali fil-bidu ta' kull perjodu ta' programmazzjoni għall-perjodu kollu kemm idum il-QFP; wara li l-Kummissjoni tkun tat l-approvazzjoni tagħha, ir-responsabbiltà għall-implimentazzjoni ta' PO tiġi kondiviża bejn il-Kummissjoni (id-DĠ Politika Reġjonali u Urbana (DĠ REGIO) u d-DĠ Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni (DĠ EMPL)) u l-Istati Membri;

195.  Jinnota li l-miżuri preventivi li ħa d-DĠ REGIO fl-2019 wasslu għal riżultati pożittivi u li ma kinitx neċessarja s-sospensjoni tal-pagamenti tal-FEŻR u tal-FK fl-2019 peress li l-awtoritajiet tal-programmi applikaw b'mod puntwali l-pjanijiet għall-azzjonijiet ta' rimedju rikjesti, bir-rinunzja għall-interruzzjonijiet għas-16-il pagament li jammontaw għal EUR 1,1 biljun (minn 20 li jammonta taw għal EUR 1,2 biljun); jinnota wkoll li d-DĠ REGIO kien kapaċi jagħlaq 12-il ittra ta' twissija għal miżuri korrettivi minn 19 għal każijiet ta' nuqqasijiet fis-sistemi minħabba l-implimentazzjoni tal-punti ta' ħruġ neċessarji;

196.  Jilqa' favorevolment is-segwitu pożittiv li tat il-Kummissjoni biex timplimenta r-rakkomandazzjoni tal-Qorti li tinsab fir-Rapport Annwali 2018 u l-bidu tal-abbozzar tal-Linji Gwida dwar l-Għeluq, li jimmiraw li jiżguraw id-disponibbiltà ta' arranġamenti idonei ta' għeluq għall-perjodu 2014-2020, f'ħin utli u fi kwalunkwe każ sew qabel l-għeluq tal-2025;

197.  Jinnota b'sodisfazzjon li, wara l-adozzjoni tal-Istrateġija l-ġdida tal-Kummissjoni Kontra l-Frodi fid-29 ta' April 2019, id-DĠ EMPL għamel analiżi tar-riskju tal-frodi u rrieżamina u aġġorna flimkien mad-DĠ REGIO u d-DĠ MARE l-"Istrateġija Konġunta Kontra l-Frodi" kif ukoll l-istrateġija tagħha kontra l-frodi b'ġestjoni diretta; jieħu nota li d-DĠ EMPL kompla jikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-għodda tal-punteġġ tar-riskju Arachne li tgħin lill-awtoritajiet nazzjonali, fost l-oħrajn, jidentifikaw ir-riskju ta' frodi;

198.  Jinnota li l-għadd totali ta' investigazzjonijiet tal-OLAF li għaddejjin dwar l-oqsma ta' attività tal-EMPL u l-perjodi kollha ta' programmazzjoni miġbura flimkien jammonta għal 20 każ relatati mal-FSE, każ wieħed fir-rigward tal-FEAD u 2 każijiet relatati mal-infiq dirett fi tmiem l-2019, u li l-oqsma ewlenin ta' frodi (potenzjali) f'dawn il-każijiet huma n-nuqqas ta' konformità mal-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba, l-ipprezzar eċċessiv u n-nuqqas ta' rispett tar-regoli u l-proċeduri tal-akkwist;

199.  Jilqa' favorevolment il-fatt li fl-2019, is-segwitu mogħti lill-10 rapporti tal-OLAF tlesta u, permezz ta' diversi mezzi u forom, il-baġit tal-Unjoni ġie protett bl-irkupru ta' kważi EUR 55,3 miljun;

Sistemi ta' monitoraġġ u kontroll: ħżin u reġistrazzjoni tad-data u diġitalizzazzjoni tar-rappurtar

200.  Ifakkar fil-ftehim interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill biex titjieb il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni u ta' Next Generation EU mill-irregolaritajiet, inklużi l-frodi; jitlob l-introduzzjoni ta' miżuri standardizzati biex jinġabru, jitqabblu u jiġu aggregati l-informazzjoni u d-data dwar il-benefiċjarji finali tal-finanzjamenti tal-Unjoni għall-finijiet ta' kontroll u awditjar;

201.  Jinnota li l-ġbir tad-data dwar dawk li fl-aħħar mill-aħħar jibbenefikaw, direttament jew indirettament, minn finanzjamenti tal-Unjoni f'reġim ta' ġestjoni kondiviża u għall-proġetti u għar-riformi sostnuti mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, inkluża d-data relatata mas-sidien benefiċarji tad-destinatarji tal-finanzjamenti, hija neċessarja biex jiġu żgurati kontrolli u awditjar effikaċi; Ir-regoli relatati mal-ġbir u mal-ipproċessar ta' tali data għandhom jikkonformaw mar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data;

202.  Jieħu nota li l-Qorti tinsab fil-proċess li tanalizza f'awditu li jkun għaddej, ir-rilevanza, l-affidabbiltà u l-konsistenza tal-livell annwali tal-infiq fl-ambitu ta' "Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali" li l-Kummissjoni tikkalkula bħala riżultat tal-awditi tagħha, u jistenna l-konklużjonijiet ta' dak l-awditu;

Is-sejbiet tal-Qorti

203.  Iqis li huwa ferm inkwetanti li abbażi tal-236 tranżazzjoni eżaminata, 29 żball ma kinux inqabdu mill-awtoritajiet tal-awditjar u 64 żball kienu nstabu preċedentement mill-awtoritajiet tal-awditjar u l-korrezzjonijiet applikati mill-awtoritajiet tal-programm (li jammontaw għal total ta' EUR 334 miljun għaż-żewġ perjodi ta' programmazzjoni meħuda flimkien), il-Qorti tistma l-livell ta' żball f'4,4 %;

204.  Huwa diżappuntat li ma kienx possibbli li r-rata ta' żball titnaqqas għal-livell ta' 3 % rreġistrat fl-2017, minkejja l-miżuri ta' semplifikazzjoni previsti fir-Regolament Omnibus; huwa konvint li għandhom isiru sforzi f'dan ir-rigward matul il-perjodu ta' programmazzjoni li jmiss;

205.  Josserva li r-riskju fil-waqt tal-għeluq ġie stmat għal 1,1 % (1,3 % fl-2018) u li r-riskju fil-waqt tal-pagament żdied minn 1,7 % fl-2018 għal firxa bejn 2,2 % u 3,1 % fl-2019 għal dan il-qasam ta' nefqa skont ir-Rapport annwali dwar il-ġestjoni u l-prestazzjoni tal-Kummissjoni u r-rapporti annwali tal-attività tad-Direttorat Ġenerali kkonċernat, u dan jidħol fi ħdan il-firxa ta' żball ikkalkolat mill-Qorti;

206.  Jinnota li għall-FEŻR ir-riskju fil-waqt tal-pagament żdied minn 2 % fl-2018 għal firxa bejn 2,7 % u 3,8% fl-2019, u li għall-FSE r-riskju fil-waqt tal-pagament ġie stmat li jinsab f'firxa bejn 1,7 % u 2,4 %; jirrimarka li l-Kummissjoni sabet li n-nefqa ineliġibbli, l-irregolaritajiet fl-akkwist pubbliku u l-problemi marbuta mat-rekord tal-awditjar huma s-sorsi ewlenin ta' sejbiet u irregolaritajiet ta' awditjar identifikati f'dan il-qasam ta' politika;

207.  Jieħu nota li fir-Rapport Annwali tal-Attività tiegħu għall-2019, id-DĠ EMPL irrapporta KPI (rata ta' żball residwu totali ta' 1,7 %) taħt is-soll ta' materjalità ta' 2 % u li huwa rrapporta wkoll "rata massima" (sa 2,4 %) li tippermetti li jitqiesu żbalji ulterjuri possibbli fl-infiq fuq operazzjonijiet li ma kinux inklużi fl-awditi tal-Kummissjoni; jieħu nota, barra minn hekk, li l-Qorti tqis ir-"rata massima" bħala aktar adatta, minħabba li tikkunsidra l-impatt potenzjali tax-xogħol tal-awditjar li għadu għaddej;

208.  Jinnota li l-awtoritajiet tal-awditjar kienu rrappurtaw 64 żball kwantifikabbli fil-pakketti ta' aċċertament/għeluq għall-236 tranżazzjoni li l-Qorti kkampjunat, dawn l-iżbalji kienu jikkonċernaw spejjeż ineliġibbli (39), akkwist pubbliku (24) u dokumenti ġustifikattivi nieqsa (żball wieħed);

209.  Jinnota bi tħassib li l-maġġor parti tal-iżbalji hija relatata ma' tliet kategoriji prinċipali:

   55 % tal-iżbalji kien magħmul minn "proġetti ineliġibbli"; kien hemm ħames proġetti fl-ambitu tal-FEŻR, mill-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020, li għalihom ingħatat għajnuna lill-benefiċjarji jew għall-operazzjonijiet li ma ssodisfawx il-kundizzjonijiet ta' eliġibbiltà stabbiliti fir-regolament applikabbli u fil-PO;
   24 % tal-iżbalji kien magħmul minn "ksur tar-regoli tas-suq intern" (fosthom ksur tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat 9 %, u nuqqas serju ta' konformità mar-regoli tal-akkwist pubbliku 15 %);
   12 % tal-iżbalji kien magħmul minn "nefqa ineliġibbli";

210.  Jinnota li l-Qorti kompliet issib għadd għoli ta' żbalji fir-rigward tal-akkwist pubbliku, ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat u l-proċeduri għall-għoti ta' għotjiet, prinċipalment f'"Koeżjoni" u f'"Riżorsi naturali"; jinnota li dawn l-iżbalji kkontribwew b'20 % għal-livell ta' żball stmat mill-Qorti għal infiq b'riskju għoli (2018: 16 %), u għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni għandha tidentifika modi kif tnaqqas l-iżbalji;

211.  Jisħaq fuq il-fatt li r-regoli kumplessi jikkontribwixxu għal riskju ogħla ta' żball; jieħu nota tal-isforzi tal-Kummissjoni biex tkompli tissemplifika r-regoli u żżid l-użu ta' mekkaniżmi ta' attwazzjoni aktar sempliċi, għall-opzjonijiet semplifikati fil-qasam tal-kostijiet;

212.  huwa tal-opinjoni li l-livell ta' żball stmat mill-Qorti għan-nefqa tal-2019 f'dan il-qasam għandu jiġi vvalutat fil-kuntest tan-natura pluriennali tal-programmi, f'liema każ għandhom jiġu eżerċitati aktar korrezzjonijiet fi stadju aktar tard li jistgħu jwasslu għal tnaqqis sinifikanti tar-riskju fil-waqt tal-għeluq tal-programm; jistieden lill-Qorti tfassal rapport b'rata ta' żball stmata wara l-għeluq tal-programmi tal-Politika ta' Koeżjoni 2007-2013;

213.  Jilqa' pożittivament il-fatt li l-Kummissjoni elaborat Pjan ta' Azzjoni dwar l-Akkwist Pubbliku, aġġornat diversi drabi mill-2014;

214.  Jinnota bi tħassib li l-aktar żball komuni li jolqot l-infiq fl-ambitu tal-FSE huwa n-nuqqas ta' dokumenti ġustifikattivi essenzjali; jinnota, barra minn hekk, li fl-2019 il-Qorti identifikat proġett tal-FSE wieħed li kiser ir-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat;

215.  Jinnota bi tħassib ir-rapport annwali tal-Qorti għas-sena finanzjarja 2019, peress li jissottolinja li l-maġġoranza tal-iżbalji fl-ispejjeż tal-programmi taħt ġestjoni kondiviża jirriżultaw minn żbalji f'awditi mwettqa mill-awtoritajiet nazzjonali tal-awditjar; jilqa' għalhekk il-ħolqien ta' programmi ta' assistenza teknika mill-Kummissjoni Ewropea biex ikun hemm kollaborazzjoni mal-korpi maniġerjali, il-programmi ta' taħriġ u ż-żieda taċ-ċifri tal-programmi tal-Esperti Nazzjonali bħala għodda biex jiżdied l-għarfien tal-istrumenti u jiġu evitati l-iżbalji msemmija qabel; jinnota f'dan il-kuntest il-monitoraġġ meħtieġ tal-Istrateġija kontra l-Frodi tal-Kummissjoni Ewropea kif ukoll l-għoti ta' appoġġ u assistenza lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni ta' miżuri kontra l-frodi, inkluża l-analiżi tal-irregolaritajiet irrappurtati mill-Istati Membri fil-Fondi SIE, peress li kwalunkwe tip ta' frodi b'rabta mal-fondi tal-UE għandha tiġi eliminata biex il-fiduċja taċ-ċittadini fl-infiq tal-UE u fl-istituzzjonijiet tal-UE tiġi kkonsolidata;

216.  Jinnota bi tħassib li minkejja l-ħafna irregolaritajiet li l-awtoritajiet nazzjonali tal-awditjar diġà rrappurtaw għall-proġetti li l-Qorti teżamina, ħafna żbalji xorta jibqgħu ma jinqabdux jew ma jiġu kkoreġuti minn ebda kontroll intern fi stadju aktar bikri; jirrakkomanda, abbażi tas-sejbiet u l-konklużjonijiet tal-Qorti għall-2019, li l-Kummissjoni tanalizza s-sorsi ewlenin ta' żbalji mhux maqbuda u tiżviluppa l-miżuri meħtieġa flimkien mal-awtoritajiet tal-awditjar biex ittejjeb l-affidabbiltà tar-rati ta' żball residwi rrappurtati;

217.  Jinsab imħasseb dwar id-dgħufijiet li nstabu waqt il-valutazzjoni tal-ħidma ta' 18 minn 116-il awtorità tal-awditjar fl-Istati Membri, koperti mill-kampjun tal-Qorti, li bħalissa jillimitaw l-affidabbiltà ta' dik il-ħidma (ir-rata kkalkulata mill-ġdid kienet ogħla mis-soll ta' materjalità ta' 2 % f'disgħa minn 20 pakkett ta' aċċertament għall-perjodu 2014-2020; jinnota l-osservazzjoni tal-Qorti li l-Kummissjoni waslet għal riżultati simili għal tmienja minn dawn il-pakketti u aġġustat ir-rati tal-iżball residwu għal ċifra ta' 'l fuq minn 2 %); jiddispjaċih li l-Qorti ma tistax tinkludi analiżi għar-raġunijiet għal dawn id-dgħufijiet persistenti fil-ħidma tagħha; jiddispjaċih li l-Kummissjoni ma setgħetx tikkontribwixxi b' ideat sinifikanti dwar ir-raġunijiet u dwar ebda differenza speċifika għall-pajjiżi bejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri; jiddispjaċih li dan in-nuqqas ta' informazzjoni dwar ir-raġunijiet li huma l-bażi ta' dawn id-dgħufijiet sistemiċi u persistenti f'ċerti awtoritajiet nazzjonali tal-awditjar jimpedixxi l-indirizzar u r-riżoluzzjoni ta' dawn il-problemi b'mod effiċjenti u effettiv;

218.  Jinnota li għal 120 tranżazzjoni mill-kampjuni tat-tranżazzjonijiet (55 %), il-Qorti setgħet tiġbed konklużjonijiet abbażi tar-rieżami tagħha tal-ħidma tal-awtoritajiet tal-awditjar; jinsab imħasseb serjament li l-Qorti identifikat nuqqasijiet fl-ambitu, fil-kwalità u/jew fid-dokumentazzjoni ta' dik il-ħidma f'100 tranżazzjoni (45 %), li kienu jeħtieġu li l-Qorti twettaq mill-ġdid il-proċeduri korrispondenti ta' awditjar;

219.  Jisħaq li fl-2019, il-Kummissjoni wettqet 26 awditu ta' konformità (14 mid-DĠ REGIO u 12 mid-DĠ EMPL) fi 11-il Stat Membru u fl-abbozzi tar-rapporti tagħha dwar dawn l-awditi kollha ta' konformità kkonkludiet li r-rati tal-iżball reżidwu rrappurtati fir-rapporti annwali ta' kontroll tal-awtoritajiet tal-awditjar għas-sena kontabilistika 2017/2018 kienu sottovalutati (il-Kummissjoni għalhekk żiedet dawk ir-rati);

220.  Jinnota li 13 mill-awditi ta' konformità (5 mid-DĠ REGIO u 8 mid-DĠ EMPL) kienu finali sa Mejju 2020, iżda għal nofs dawn l-awditi, għalhekk, ir-rati residwi kienu għadhom mhumiex finali;

221.  Jilqa' l-fatt li mill-2020, il-Kummissjoni biħsiebha tinkludi, fid-diskussjoni strutturata mal-awtoritajiet tal-awditjar ikkonċernati, analiżi dettaljata tal-iżbalji addizzjonali misjuba mill-awditi tal-Unjoni, b'azzjonijiet irreġistrati mill-awtoritajiet tal-awditjar biex jindirizzaw in-nuqqas ta' qbid ta' dawn l-iżbalji;

222.  Jikkondividi l-fatt li l-Qorti laqgħet l-inizjattiva konġunta tal-Kummissjoni u tal-awtoritajiet tal-awditjar u l-isforzi kkoordinati biex titjieb id-dokumentazzjoni tal-ħidma tal-awtoritajiet tal-awditjar u l-elaborazzjoni ta' "Dokument ta' riflessjoni dwar id-dokumentazzjoni tal-awditjar" f'Diċembru 2019, li, għalkemm mhux obbligatorju, jirrappreżenta l-ewwel pass fit-titjib tal-mod kif l-awtoritajiet tal-awditjar iwettqu u jiddokumentaw il-ħidma tagħhom;

223.  Jilqa' l-isforzi biex jiġu ssemplifikati r-rekwiżiti għall-maniġers tal-proġetti u l-awtoritajiet maniġerjali fl-Istati Membri taħt il-perjodu ta' programmazzjoni 2021-2027 tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni u l-fondi relatati mal-QFP; jissottolinja li biex din il-kwistjoni tiġi solvuta huma fundamentali regoli nazzjonali aktar sempliċi dwar l-eliġibbiltà li jistgħu jgħinu biex jitnaqqsu l-piż amministrattiv u l-probabbiltà ta' żball, u b'hekk jiġi żgurat livell għoli ta' trasparenza; iħeġġeġ l-użu usa' tal-għażliet ta' kostijiet issemplifikati li l-Qorti tqis ukoll bħala għajnuna kbira għall-applikanti u jiffaċilitaw il-kontroll; jikkondividi l-konklużjonijiet tal-Qorti li jiddikjaraw li l-bidla fir-regoli għall-implimentazzjoni tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (SIE) għandhom jaċċeleraw aktar il-proċess ta' implimentazzjoni; jirrimarka li hemm bżonn li jittejbu l-metodi tal-ħidma tal-awditjar fil-livell nazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni biex, fi djalogu strutturat mal-Istati Membri, tanalizza l-prattiki u l-proċeduri amministrattivi biex jiġu eliminati l-ineffiċjenzi u jiġu disseminati eżempji ta' prattiki u proċeduri amministrattivi effettivi lill-awtoritajiet kompetenti kollha;

224.  Jinnota mir-rapport annwali tal-attività tad-DĠ EMPL għall-2019 li d-DĠ EMPL kellu aċċertament raġonevoli u kkonkluda li s-sistemi ta' ġestjoni u kontroll tal-programmi operazzjonali ħadmu kif maħsub fl-2019 bl-eċċezzjoni ta' 29 programm tal-FSE / YEI u programm FEAD wieħed li ppreżentaw defiċjenzi materjali ta' wħud mill-elementi ewlenin tas-sistemi;

225.  Jinnota b'sodisfazzjon, mir-rapport annwali tal-attività 2019 tad-DĠ EMPL, li d-DĠ EMPL wettaq l-azzjonijiet ta' segwitu meħtieġa fir-rigward tar-rakkomandazzjonijiet kollha tad-Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni 2015-2018 irrappurtati mill-Qorti, u li sal-aħħar ta' Marzu 2020, ma kienx hemm rakkomandazzjonijiet miftuħa tal-Qorti;

226.  Jirrimarka li fil-prattika, il-biċċa l-kbira tar-riżervi ddikjarati fir-RAA tal-2019 kienu bbażati l-aktar fuq ir-rati ta' żbalji għall-kontijiet tal-2018/2019, li kienu għadhom ma ġewx aċċettati; għalhekk iż-żewġ Direttorati Ġenerali rrappurtaw li r-rati ta' żball tal-2018/2019 ma kinux se jiġu kkonfermati qabel tal-inqas ir-rapporti annwali tal-attività tal-2020;

227.  Jemmen li l-interessi finanzjarji u l-flus tal-UE mill-kontribwenti kollha tagħha qed ikunu fil-mira tal-kriminalità organizzata u jistieden lill-Kummissjoni tieħu l-miżuri meħtieġa kontra n-networks kriminali li qed jattakkaw il-finanzjament tal-Unjoni;

228.  Itenni n-nuqqas ta' sodisfazzjon tiegħu dwar l-użu differenti ta' metodoloġiji mill-Qorti u mill-Kummissjoni meta jistabbilixxu l-opinjoni rispettiva tagħhom dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet finanzjarji

229.  Jiddispjaċih li l-Kummissjoni mhijiex tirrispetta l-iskadenzi stabbiliti fir-Regolament rilevanti(7) f'dak li għandu x'jaqsam mal-pubblikazzjoni tar-rapport annwali dwar "Strumenti finanzjarji taħt il-Fondi SIE"; itenni t-talba tal-Parlament li jippubblika r-rapport sa Ottubru sabiex jinkludi s-sejbiet tiegħu fil-proċedura ta' kwittanza; jistenna li l-Kummissjoni twieġeb b'mod pożittiv għal din it-talba speċifika sabiex tiżdied it-trasparenza;

Rapport Analitiku 04/2020 tal-QEA – Azzjoni tal-UE biex tiġi indirizzata l-problema tal-iskart tal-plastik

230.  Jinnota li għalkemm mhux rapport tal-awditjar, dan ir-rapport analitiku eżamina l-approċċ tal-Unjoni għall-kwistjoni tal-iskart tal-plastik ibbażat fuq l-art kif stabbilit fl-Istrateġija dwar il-Plastik tal-2018;

231.  Jinsab imħasseb dwar l-osservazzjonijiet tal-Qorti li l-qafas legali tal-Unjoni biex tiġi indirizzata l-kriminalità marbuta mal-iskart huwa kkaratterizzat minn nuqqasijiet li jikkonsistu f'nuqqas ta' data dwar siti kkontaminati kif ukoll dwar sanzjonijiet u rati ta' prosekuzzjoni, diffikultajiet fid-determinazzjoni ta' liema mġiba tikkostitwixxi reat ambjentali minħabba inċertezzi legali bħad-definizzjoni ta' skart fil-konfront tat-tmiem tal-istadju tal-iskart, nuqqas ta' atti legali tal-Unjoni li jindirizzaw l-involviment dejjem jikber ta' gruppi kriminali organizzati fil-kriminalità ambjentali, li mbagħad hija assoċjata ma' reati oħra bħall-ħasil tal-flus, in-nuqqas ta' regoli armonizzati tal-Unjoni dwar it-taħlita ta' sanzjonijiet (amministrattivi/kriminali/ċivili), nuqqas ta' forzi tal-pulizija speċjalizzati, uffiċċji tal-prosekuturi u mħallfin biex jindirizzaw il-kriminalità ambjentali;

232.  Jinnota li r-riċiklaġġ kimiku jista' jinkludi ħafna teknoloġiji differenti, li għadhom mhumiex għażla ta' trattament tal-iskart teknoloġikament jew ekonomikament fattibbli filwaqt li r-rimi fil-landfills huwa mistenni li jitnaqqas b'mod drammatiku; huwa tal-fehma li l-kapaċitajiet ta' riċiklaġġ jeħtieġ li jiżdiedu b'mod drastiku biex titjieb il-fattibbiltà teknoloġika u ekonomika tar-riċiklaġġ; jinsab konvint li ż-żieda fil-kapaċità tar-rimi legali tal-iskart tal-plastik għall-produtturi tal-imballaġġ tal-plastik biex jissodisfaw l-obbligu tagħhom fl-ambitu tal-iskemi EPR se jkollha impatt pożittiv fuq il-problema tat-traffikar illegali tal-iskart u reati oħra relatati mal-iskart;

233.  Jilqa' r-riżorsa proprja bbażata fuq l-iskart mill-imballaġġ tal-plastik mhux riċiklat bħala strument tajjeb biex l-Istati Membri jiġu inċentivati jtejbu r-riċiklaġġ; jenfasizza f'dan ir-rigward il-ħtieġa ta' rappurtar xieraq;

Irregolaritajiet serji u użu ħażin ta' fondi fl-Istati Membri

234.  Jiddispjaċih li l-korrelazzjoni bejn l-ispiża tal-FEG għal kull ħaddiem assistit u r-rata ta' riintegrazzjoni hija dgħajfa ħafna jew ineżistenti. Pereżempju, fi Spanja l-ispiża/ħaddiem hija ta' EUR 2 422,74 u r-rata ta' riintegrazzjoni hija ta' 48 %, filwaqt li fil-Finlandja l-ispiża hija ta' 2 289,81 kull persuna u r-rata ta' riintegrazzjoni hija ta' 83 %. Ir-rati ta' integrazzjoni u l-ispejjeż ivarjaw ħafna skont l-Istati Membri; madankollu, huwa impossibbli li wieħed jikkonkludi li l-ammonti ogħla minfuqa per capita jissarrfu f'rati ogħla ta' riintegrazzjoni. Jitlob lill-Kummissjoni tanalizza bir-reqqa u tindirizza din id-diskrepanza;

235.  Iqis li l-garanzija għaż-Żgħażagħ tal-UE ma tilħaqx l-aspettattivi; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-programmi mfassla biex jgħinu liż-żgħażagħ ma joħolqux aspettattivi li ma jistgħux jintlaħqu; jinsisti li l-Kummissjoni għandha tiġġestixxi l-aspettattivi billi tistabbilixxi għanijiet u miri realistiċi u li jistgħu jintlaħqu;

236.  Jinnota li fl-2019, id-DĠ EMPL ħareġ 16-il ittra ta' twissija, li fihom ġew identifikati nuqqasijiet sinifikanti fis-sistema ta' ġestjoni u kontroll. Ittieħdu 12-il deċiżjoni biex jiġu interrotti l-iskadenzi tal-pagamenti (4 għall-Italja, 3 għall-Ungerija, 2 għar-Renju Unit u Franza u 1 għal Spanja) u ttieħdet deċiżjoni waħda biex jiġu sospiżi l-pagamenti (RU-Skozja);

237.  Jinnota li nħarġu riżervi sinifikanti għall-Italja (15-il riżerva, li jammontaw għal EUR 50,26 miljun) u Franza (9 riżervi, li jammontaw għal EUR 47,95 miljun). Fil-każ tal-Italja dan kien prinċipalment minħabba nuqqas sistemiku fl-akkwisti pubbliċi li rriżulta mit-traspożizzjoni żbaljata tad-direttiva dwar l-akkwist pubbliku mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, filwaqt li fi Franza l-korpi ta' kontroll reġjonali ma kellhomx biżżejjed żmien biex jiffinalizzaw l-awditi tagħhom tal-operazzjonijiet sal-iskadenza fil-każ ta' 5 programmi;

238.  Jinnota li l-ammont totali ta' korrezzjonijiet finanzjarji mwettqa għas-sena kontabilistika 2018-2019 mill-Istati Membri kien ta' EUR 3,41 biljun, li minnhom 912-il miljun waqgħu fuq l-Ungerija, 578 miljun fuq Spanja, 368 miljun fuq is-Slovakkja u 236 miljun fuq il-Polonja. Fir-rigward tal-korrezzjonijiet finanzjarji rrappurtati b'mod kumulattiv mill-bidu tal-perjodu 2014-2020 mill-Istati Membri, l-ammont totali kien ta' 6,10 biljuni, li minnhom 2,15 biljuni waqgħu fuq l-Ungerija, 668 miljun fuq Spanja, 647 miljun fuq il-Polonja u 459 miljun fuq is-Slovakkja;

239.  Jinnota bi tħassib li d-direttorat ġenerali għall-Politika Reġjonali u Urbana (DĠ REGIO), fir-Rapport Annwali tal-Attività tiegħu tal-2019, kellu joħroġ żewġ riżervi dwar 67 programm tal-FEŻR/FK fil-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020, u 9 tal-FEŻR/FK u programm wieħed tal-IPA-CBC fil-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013; jirrimarka li nuqqasijiet serji fis-sistemi ta' ġestjoni u kontroll wasslu għal riskju ta' nefqa stmata għal aktar minn 10 % għall-Qafas Pluriennali 2014-2020; jilqa' l-fatt li r-regolament Finanzjarju aġġornat kompla jiċċara l-kunċett ta' kunflitt ta' interess taħt ġestjoni kondiviża;

240.  Jinsab imħasseb li d-direttorat ġenerali tal-Impjiegi (DĠ EMPL), fir-Rapport Annwali tal-Attività tiegħu għall-2019, kellu joħroġ riżerva dwar l-FSE/Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI) u l-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (FEAD) (30 programm f'FSE/YEI u FEAD) għall-perjodu 2014-2020; jinnota li, peress li ż-żewġ Direttorati Ġenerali ddikjaraw fir-Rapporti Annwali tal-Attività tagħhom li ma saret l-ebda riżerva fejn ir-rata tal-iżball residwu kkonfermata għas-sena kontabilistika preċedenti kienet 'il fuq minn 2 % minħabba li fil-futur se jiġu applikati korrezzjonijiet finanzjarji addizzjonali, ir-riżervi tal-Kummissjoni huma bbażati l-aktar fuq rati proviżorji u mhux neċessarjament ikopru r-riskji materjali kollha;

241.  Jinsab partikolarment imħasseb dwar rapporti li l-Kummissjoni ffinalizzat proċedura ta' awditjar li kkonfermat ksur serju tal-leġiżlazzjoni dwar il-kunflitt ta' interess fir-Repubblika Ċeka;

242.  Jinnota bi tħassib rapporti li r-rapport tal-awditjar tad-DĠ REGIO identifika tliet għotjiet taħt il-FEŻR li kisru l-liġi Ċeka u r-regolament dwar id-dispożizzjonijiet komuni tal-UE għall-FEŻR; jinsab imħasseb li ġie identifikat kunflitt ta' interess fil-ġestjoni tal-iżborż tal-Fondi Strutturali Ewropej;

243.  Jistenna li l-Kummissjoni tinforma lill-Parlament u lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit dwar ir-rispons tal-Gvern Ċek għar-rakkomandazzjonijiet inklużi fir-rapport; jinsab ixxukkjat bil-fatt li aktar minn sentejn wara l-bidu tal-awditi tal-Kummissjoni, is-sitwazzjoni dwar l-allegat kunflitt ta' interess tal-Prim Ministru Ċek Andrej Babiš għadha mhix solvuta; iħeġġeġ lill-Kummissjoni ssaħħaħ l-isforzi tagħha biex issolvi l-proċedura b'mod komprensiv u rapidu, tippubblika r-rapport tal-awditjar malajr kemm jista' jkun, tirrapporta lura lill-Parlament dwar il-konklużjonijiet tagħha u fejn meħtieġ tissospendi u/jew tirkupra finanzjament użat ħażin; ifakkar fir-riżoluzzjoni tal-Parlament dwar il-kunflitt ta' interess tal-Prim Ministru Ċek tad-19 ta' Ġunju 2020, li tiddikjara li jekk il-kunflitt ta' interess tas-Sur Babiš jiġi kkonfermat, dan għandu jiġi solvut jew inkella għandu jirriżenja mid-dmir pubbliku(8);

Rakkomandazzjonijiet

244.  Jistieden lill-Kummissjoni:

   twettaq analiżi bir-reqqa tar-raġunijiet sottostanti u tal-problemi strutturali potenzjali li jikkawżaw id-dgħufijiet sistemiċi persistenti identifikati mill-Qorti fl-awditi tagħha kull sena u tagħti attenzjoni speċjali lil kwalunkwe differenza potenzjali speċifika għall-pajjiż; jitlob lill-Kummissjoni tinkludi wkoll osservazzjonijiet dwar l-aħjar prattika fost l-awtoritajiet nazzjonali b'livelli baxxi ta' żbalji u li l-ħidma tagħhom titqies affidabbli mill-Qorti; jitlob lill-Kummissjoni twettaq din l-analiżi b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Qorti u tinvolvi b'mod attiv lill-awtoritajiet nazzjonali kemm fir-rigward tad-deskrizzjoni tal-problema kif ukoll tas-soluzzjonijiet potenzjali;
   tikkondividi r-riżultati ta' din l-analiżi mal-Qorti, l-awtorità ta' kwittanza u l-Istati Membri;
   abbażi ta' din l-analiżi, tindirizza rakkomandazzjonijiet orizzontali kif ukoll speċifiċi għall-pajjiż li jkunu ċari, prattiċi u faċilment implimentabbli lill-awtoritajiet nazzjonali; jitlob lill-Kummissjoni tistabbilixxi djalogu strutturat mal-awtoritajiet nazzjonali u l-Qorti biex taħdem kontinwament fuq il-bini tal-kapaċitajiet u l-iskambju tal-aħjar prattika biex titjieb l-affidabbiltà tal-ħidma tal-awtoritajiet nazzjonali tal-awditjar; iżomm lill-awtorità ta' kwittanza infurmata dwar il-progress ta' dan id-djalogu;
   tiċċara l-kundizzjonijiet ta' eliġibbiltà fil-pront (inkluż billi tiddefinixxi x'inhu mfisser b'operazzjonijiet "fiżikament ikkompletati" u/jew "implimentati bis-sħiħ", sabiex tgħin lill-Istati Membri jivverifikaw li l-operazzjonijiet jikkonformaw mal-Artikolu 65(6) tar-RDK u jevitaw in-nuqqas ta' identifikazzjoni ta' operazzjonijiet ineliġibbli);
   tieħu azzjoni biex iżżid l-affidabbiltà tar-rati residwi rrappurtati mill-awtoritajiet tal-awditjar (tanalizza s-sorsi ewlenin ta' żbalji mhux maqbuda u tiżviluppa l-miżuri meħtieġa flimkien mal-awtoritajiet tal-awditjar biex ittejjeb l-affidabbiltà tar-rati residwi rrappurtati);
   tipprovdi lill-Parlament b'rapport annwali li jagħti b'mod dettaljat il-kontribuzzjoni ta' kull partita tal-baġit għall-mira tal-integrazzjoni klimatika u għall-infiq fuq il-bijodiversità, sabiex jiġi ffaċilitat il-monitoraġġ tagħhom;
   tibda taħdem b'urġenza fuq metodoloġija effettiva, fejn rilevanti, u f'konformità mal-leġiżlazzjoni settorjali, għall-monitoraġġ tal-infiq fuq il-klima u l-prestazzjoni tagħha bil-ħsieb li tintlaħaq mira ġenerali ta' mill-inqas 30 % tal-ammont totali tal-infiq tal-baġit tal-Unjoni għall-2021-2027 u l-infiq tan-Next Generation EU (NGEU) li jappoġġja l-għanijiet tal-klima;
   flimkien mal-Istati Membri, tapplika sistema unika integrata u interoperabbli ta' informazzjoni u monitoraġġ, inkluż għodda unika ta' estrazzjoni tad-data u ta' valutazzjoni tar-riskju biex tikseb aċċess għad-data rilevanti u tanalizzaha u żżid l-affidabbiltà tal-kontroll, bil-ħsieb ta' applikazzjoni ġeneralizzata, inkluż bl-għajnuna tal-Istrument ta' Appoġġ Tekniku;
   tintroduċi mekkaniżmu tal-ilmenti fl-Unjoni kollha għad-destinatarji ta' finanzjament ikkonfrontati minn imġiba ħażina min-naħa tal-awtoritajiet nazzjonali jew pressjoni minn networks jew organizzazzjonijiet kriminali, pereżempju, li jippermettilhom jirreġistraw ilmenti mal-Kummissjoni;
   tkompli tikkoopera b'mod konsistenti u estensiv mal-awtoritajiet tal-awditjar biex tiżgura qafas ta' kontroll robust, ittejjeb il-kwalità tal-ħidma ta' aċċertament meta jkun meħtieġ u tiżgura l-identifikazzjoni u l-kapaċitajiet korrettivi meħtieġa.
   tobbliga lill-awtoritajiet maniġerjali jieħdu azzjoni biex jindirizzaw l-iżbalji l-aktar frekwenti u biex jimmitigaw kwalunkwe riskju għal infiq futur, u, fejn meħtieġ, itejbu l-kapaċitajiet ta' identifikazzjoni kemm ta' verifiki ta' ġestjoni kif ukoll ta' awditjar.
   tipprovdi rata ta' żball fil-pagamenti u mhux rata tal-iżball residwu sabiex ittejjeb l-evalwazzjoni tal-iskrutinju mwettaq;
   tkompli l-kooperazzjoni tagħha mal-Qorti sabiex tallinja ulterjorment il-metodoloġiji ta' awditjar u l-interpretazzjoni ta' testi legali;
   tagħti aktar attenzjoni, u talloka aktar appoġġ tekniku, lill-Istati Membri, li s-sistemi ta' ġestjoni u kontroll tagħhom huma biss parzjalment affidabbli, jew mhux affidabbli, fejn hemm riskju akbar ta' frodi u korruzzjoni relatati mal-fondi;
   tagħti attenzjoni partikolari lill-ftehimiet qafas mogħtija permezz ta' proċeduri ta' akkwist pubbliku, peress li l-frodi u l-korruzzjoni relatati magħhom jirrappreżentaw riskju akbar għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni;
   tnaqqas kemm jista' jkun malajr l-akkumulu ta' impenji;
   tispeċifika fir-rapporti annwali tal-attività kif l-ammonti affettwati mill-korrezzjonijiet finanzjarji ex post imposti mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni ntużaw mill-ġdid, b'mod partikolari f'dawk il-każijiet fejn kienu involuti frodi, korruzzjoni jew attività kriminali oħra;
   tippubblika r-rapport annwali tal-2020 dwar l-"Istrumenti finanzjarji taħt il-Fondi SIE" mingħajr dewmien, u sa Ottubru 2021 sabiex tippermetti li s-sejbiet relatati jiġu inklużi fil-proċedura ta' kwittanza;
   tiżviluppa strateġija b'saħħitha kontra l-kunflitti ta' interess ta' politiċi ta' livell għoli; tiżviluppa flimkien mal-Istati Membri strumenti legali effettivi biex jiġi evitat li jitrawmu strutturi oligarkiċi li jużaw il-fondi ta' koeżjoni tal-Unjoni;
   tinforma lill-Parlament dwar kwalunkwe żvilupp ulterjuri fil-każ ta' kunflitt ta' interess irrappurtat fir-Rapport tal-Awditjar tad-DĠ REGIO dwar ir-Repubblika Ċeka;
   tibbaża fuq l-osservazzjonijiet tal-Qorti dwar l-iskart tal-plastik għar-reviżjoni tad-Direttiva 2008/99/KE, b'mod partikolari fir-rigward ta' standards minimi u definizzjonijiet ċari ta' reati differenti relatati mal-iskart;
   tindirizza l-problema tan-nuqqas ta' kapaċità għar-riċiklaġġ u l-inċinerazzjoni bħala mezz biex jitnaqqsu r-reati kriminali marbuta mal-iskart, bħat-traffikar tal-iskart billi żżid il-kapaċità għar-rimi legali tal-iskart tal-plastik u l-attraenza ekonomika tiegħu għall-produtturi tal-iskart tal-plastik;
   ittejjeb id-definizzjoni tar-riċiklaġġ u r-rekwiżiti għar-rappurtar dwar ir-riċiklaġġ, b'mod partikolari għar-riżorsa proprja bbażata fuq l-iskart mill-imballaġġ tal-plastik mhux riċiklat; jitlob lill-Kummissjoni tivvaluta l-possibbiltà għad-diġitalizzazzjoni tar-rappurtar u l-monitoraġġ tal-flussi tal-iskart bejn l-operaturi biex tiżdied il-kapaċità li jiġu identifikati irregolaritajiet u indikazzjonijiet għat-traffikar tal-iskart;
   tanalizza b'kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali responsabbli r-raġunijiet għall-assorbiment baxx tal-fondi disponibbli għall-infrastruttura tal-immaniġġjar tal-iskart u tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar is-sejbiet; tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar kif il-Kummissjoni qed tassisti lill-Istati Membri biex iżidu r-rata ta' assorbiment u jesploraw aktar mezzi ta' assistenza;
   tinforma lill-awtorità ta' kwittanza bi kwalunkwe riallokazzjoni ta' finanzjament ta' koeżjoni minn fondi maħsuba biex jappoġġjaw ir-riċiklaġġ u l-ġestjoni tal-iskart għal oqsma oħra b'riżultat tal-pandemija tal-COVID-19;
   tagħti prijorità, bħala kwistjoni ta' urġenza, lir-rieżami tar-Rekwiżiti Essenzjali għall-imballaġġ sabiex jiġi aċċelerat l-adattament tad-disinn u l-manifattura tal-imballaġġ tal-plastik favur ir-riċiklabbiltà u s-sostenibbiltà fil-ħin biex tiġi appoġġjata l-kisba tal-mira tar-riċiklaġġ tal-imballaġġ tal-plastik għall-2025;

245.  Jitlob lill-Kummissjoni, b'mod aktar ġenerali, timplimenta mill-aktar fis ir-rakkomandazzjonijiet pendenti kollha tal-Qorti, tipprovdi rapporti ta' implimentazzjoni speċifiċi u, fuq perspettiva aktar fit-tul, tqis ir-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti meta timplimenta azzjonijiet fl-ambitu tal-FSE+ il-ġdid mill-2021.

246.  Huwa sorpriż li ma kien hemm l-ebda bidu ta' proċeduri biex jitnaqqsu l-allokazzjonijiet tal-programmi permezz ta' korrezzjonijiet netti fl-2019, kif irrappurtat fir-RAA 2019 tad-DĠ REGIO; jistieden lill-Kummissjoni timponi b'mod sistematiku korrezzjonijiet finanzjarji netti meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti bl-Artikolu 145(7) tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni;

247.  Jistieden lill-Kummissjoni tkompli tipprovdi gwida u appoġġ, kif ukoll tidentifika u tikkondividi l-aħjar prattika mal-Istati Membri;

Prestazzjoni: il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u l-Fond ta' Koeżjoni (FK)

248.  Ifakkar li l-FEŻR u l-FK jappoġġjaw il-politika ta' koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-UE (il-politika ta' koeżjoni tal-UE), li għandha l-għan li ssaħħaħ il-koeżjoni ekonomika u soċjali fi ħdan l-UE billi tnaqqas il-lakuni fil-livell ta' żvilupp bejn reġjuni differenti.

249.  Ifakkar li l-FEŻR ikopri l-Istati Membri kollha u jiffoka fuq bosta oqsma prijoritarji ewlenin, bħall-innovazzjoni u r-riċerka, l-appoġġ għall-intrapriżi żgħar u medji (SMEs), u l-ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju; jinnota li fl-2019 il-Kummissjoni allokat EUR 31,1 biljun mill-baġit tal-FEŻR; ifakkar li l-FK jipprovdi appoġġ lill-Istati Membri b'introjtu nazzjonali gross (ING) għal kull abitant taħt id-90 % tal-medja tal-Unjoni; il-fond jiffinanzja prinċipalment proġetti relatati man-network trans-Ewropej tat-trasport u l-ambjent; l-allokazzjoni baġitarja tiegħu għall-2019 kienet ta' EUR 11,5-il biljun;

250.  Jinnota bi tħassib li snin wara t-tnedija tal-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020, kemxejn aktar minn terz tat-72 indikatur tal-programm għall-FEŻR u għall-FK kienu fit-triq it-tajba – minkejja li għadd ta' miri ġew riveduti 'l isfel. ifakkar fir-rakkomandazzjoni biex jittejbu ulterjorment l-Indikaturi Ewlenin tal-Prestazzjoni; jinnota, madankollu, li l-limitazzjonijiet fid-data jipprevjenu lill-awdituri milli jagħmlu valutazzjoni komprensiva tal-prestazzjoni f'dan il-qasam ta' politika, peress li huwa diffiċli li jiġi vvalutat jekk il-fondi laħqux, jew x'aktarx li jilħqu, l-għanijiet ġenerali u speċifiċi stabbiliti, minkejja li l-progress tal-indikaturi individwali jista' jiġi vvalutat skont l-objettivi intermedji u l-miri stabbiliti; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa qafas ta' valutazzjoni konsistenti li jkun kapaċi jivvaluta jekk intlaħqux l-objettivi intermedji u l-miri tal-FEŻR u l-FK;

251.  Jinsab imħasseb dwar il-problemi mqajma mill-Qorti dwar in-nuqqas ta' kontrolli interni fl-Istati Membri jew in-nuqqas ta' affidabbiltà tad-data;

252.  Abbażi tal-fatt li l-maġġoranza tal-iżbalji kollha misjuba kienu magħmula minn "Proġetti ineliġibbli", jisħaq dwar t-tħassib serju tiegħu rigward il-veraċità u l-affidabbiltà tar-rappurtar tal-Kummissjoni dwar ir-riżultati miksuba peress li dawn il-proġetti kollha u tali proġetti oħra (li għadhom ma ġewx skoperti) ma għandhom bl-ebda mod "jikkontribwixxu" għall-valutazzjoni ġenerali tar-riżultati usa' miksuba bl-għajnuna tal-politika ta' koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-Unjoni; jirrakkomanda li l-Kummissjoni tivvaluta mill-ġdid il-proċess tagħha ta' rappurtar dwar ir-riżultati reali miksuba;

253.  Jirrikonoxxi l-importanza tal-għodod diġitali bħal Arachne fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-użu ħażin tal-fondi tal-Unjoni; jistieden lill-Istati Membri kollha jimplimentaw għodod bħal dawn mingħajr aktar dewmien żejjed; jiddispjaċih li mhux l-Istati Membri kollha qed jużaw l-għodda tal-estrazzjoni tad-data Arachne biex itejbu l-identifikazzjoni tal-frodi; jirrimarka li fir-rigward tal-frodi, kemm il-Kummissjoni kif ukoll l-Istati Membri huma responsabbli biex jindirizzaw il-frodi fl-infiq għall-Koeżjoni; dawn jeħtieġ li jżidu l-isforzi tagħhom biex jipprevjenu u jidentifikaw il-frodi, b'kooperazzjoni mal-UPPE u l-OLAF; jisħaq li minbarra l-għodda Arachne big data u għodod oħra tal-IT għandhom jitqiesu serjament mill-Kummissjoni mhux biss għall-investigazzjoni iżda wkoll għall-monitoraġġ tal-bidliet fit-tendenzi u l-prevenzjoni ta' modi oħra ta' użu ħażin tal-fondi tal-Unjoni;

254.  Jinnota li ż-żewġ fondi huma soġġetti għal ġestjoni kondiviża mill-Kummissjoni u l-Istati Membri, u huma implimentati permezz ta' programmi operazzjonali li jitfasslu mill-Istati Membri u jiġu approvati mill-Kummissjoni;

255.  Jinsab kuntent jara li fl-ewwel Rapport Annwali tagħha dwar il-prestazzjoni sa tmiem l-2019 il-Qorti tqis il-ħarsa ġenerali lejn il-prestazzjoni tal-programm tal-FEŻR bħala eżempju pożittiv ta' konklużjonijiet ifformulati b'mod ċar dwar l-għan ġenerali; iħeġġeġ lid-DĠ REGIO jkompli jippreżenta konklużjonijiet ċari fis-sezzjonijiet tal-prestazzjoni kemm għall-għanijiet ġenerali kif ukoll għal dawk speċifiċi, u jistieden lid-Direttorati Ġenerali l-oħra jsegwu dan l-eżempju tajjeb u jtejbu l-konklużjonijiet tagħhom billi jagħmluhom aktar informattivi u aktar ċari;

256.  Jirrimarka li l-informazzjoni mill-indikaturi tal-output u r-riżultati hija kkomplementata mir-riżultati ta' għadd ta' evalwazzjonijiet u studji li janalizzaw ir-riżultati kemm tal-perjodu 2007-2013 kif ukoll l-istadji bikrija tal-programmazzjoni u l-implimentazzjoni tal-programmi tal-politika ta' koeżjoni 2014-2020; jikkondividi l-osservazzjoni tal-Qorti li d-dewmien fl-għażla taż-żmien għal dawn l-evalwazzjonijiet kif imfassal fil-leġiżlazzjoni jfisser li t-tagħlimiet ittieħdu tard wisq biex ikollhom impatt fuq il-perjodi ta' programmazzjoni kurrenti jew sussegwenti (pereżempju r-riżultati tal-evalwazzjonijiet ex post tal-2014-2020, huma mistennija li jkunu disponibbli sa tmiem l-2025 kif meħtieġ mir-RDK, iżda sa dak iż-żmien il-perjodu ta' programmazzjoni 2021-2027 ikun fil-ħames sena tiegħu u l-Kummissjoni x'aktarx li tkun imxiet sew fit-tħejjija tal-proposti leġiżlattivi tagħha għall-perjodu ta' wara l-2027);

257.  Jinnota bi tħassib li, fi tmiem is-sitt sena ta' implimentazzjoni, ir-rati ta' assorbiment għall-FEŻR u l-FK huma 6,6 % inqas milli kienu fl-istess stadju fil-perjodu ta' programmazzjoni preċedenti; jisħaq li dan huwa parzjalment dovut għad-dewmien fil-bidu tal-perjodu ta' programmazzjoni; jinnota, madankollu, li r-rata ta' assorbiment tal-Fondi SIE fl-2019 kienet ogħla minn dik fi kwalunkwe sena oħra tal-perjodu 2014-2020 tal-QFP. Barra minn hekk, jiġbed l-attenzjoni għar-riskju li, hekk kif il-perjodu ta' eliġibbiltà jasal biex jintemm u minħabba ċ-ċirkostanzi tal-kriżi tal-COVID-19, l-Istati Membri jistgħu jagħtu prijorità lir-rati ta' assorbiment pjuttost milli lill-għanijiet ta' koeżjoni, il-prestazzjoni u r-regolarità; jissottolinja li bidla mill-prestazzjoni għall-konformità tfixkel l-għanijiet ta' koeżjoni u tiġġenera nfiq mhux meħtieġ; għalhekk, jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa miżuri biex tissemplifika l-proċeduri, li fiċ-ċirkostanzi msemmija hawn fuq jikkontribwixxu għall-użu responsabbli u adegwat tal-fondi, u b'hekk għall-irkupru fl-Istati Membri, filwaqt li wieħed iżomm f'moħħu li l-għanijiet tal-Istati Membri għall-perjodu ta' programmazzjoni 2021-2027 jeħtieġ li jkunu ferm aktar ambizzjużi, b'rispons għall-impatt ekonomiku u soċjali tal-kriżi tal-COVID-19, bl-għan li ċ-ċittadini jiġu protetti, jiġu salvati l-impjiegi u tissaħħaħ il-klima għall-investimenti, filwaqt li jiġu involuti l-livelli kollha tal-gvern fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' rkupru;

258.   Jistieden lill-Kummissjoni tidentifika r-reġjuni li għandhom rati baxxi ta' assorbiment tal-fondi u tgħinhom itejbuhom billi jidentifikaw ir-regoli li jistgħu jtejbu l-effiċjenza u l-effikaċja tal-Fondi ta' Koeżjoni;

259.  Jissottolinja li fil-politika ta' koeżjoni, ikkaratterizzata minn proġetti ta' infrastruttura fuq skala kbira, jista' jkun hemm perjodu latenti bejn il-bidu tal-programm, l-implimentazzjoni tiegħu u t-twettiq tal-outputs u tar-riżultati; iqis li huwa inkwetanti li l-progress x'aktarx li jiġi affettwat ukoll mil-livelli relattivament baxxi ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-politika ta' koeżjoni, meta mqabbla mal-bqija tal-baġit tal-Unjoni; jinnota li dawn il-fatturi, flimkien mal-fatt li d-data l-aktar riċenti disponibbli (f'perjodu ta' implimentazzjoni li jdum sa tmiem l-2023) hija relatata ma' tmiem l-2018, huma ddefiniti mill-Qorti bħala li jagħmluha aktar diffiċli f'dan l-istadju li tinsilet konklużjoni dwar l-ilħuq tal-għanijiet; jistieden lill-Kummissjoni tnaqqas il-perjodu latenti bejn il-bidu tal-programm, l-implimentazzjoni tiegħu u t-twettiq tal-outputs u tar-riżultati; jinnota li jeħtieġ li tissaħħaħ is-superviżjoni tat-tlestija tan-network; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tistabbilixxi grupp ta' esperti biex jipprovdu appoġġ lill-Istati Membri fit-tmexxija ta' proġetti kbar bħal dawn;

260.  Jinsab imħasseb ħafna dwar ir-rapporti tal-midja dwar Stat Membru wieħed dwar l-investimenti kofinanzjati mill-FEŻR fl-infrastruttura għall-fini ta' taħriġ vokazzjonali, fejn dawn il-binjiet ingħataw skop ġdid wara l-perjodu minimu meħtieġ ta' tliet snin; jiddispjaċih dwar allegazzjonijiet ta' frodi u arrikkiment personali minn dan l-għoti ta' skop ġdid; jiddispjaċih li l-Kummissjoni ma rnexxilhiex tipprovdi informazzjoni addizzjonali biex tneħħi d-dubji kollha li kien għad fadal; jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li ssegwi kif xieraq dawn l-allegazzjonijiet; iqis il-kunċett ta' durabbiltà bħala salvagwardja importanti għall-użu effettiv u effiċjenti tar-riżorsi tal-Unjoni fil-qafas tal-politika ta' koeżjoni;

261.  Iqis li r-rekwiżit ta' durabbiltà minima legali ta' bejn tlieta u ħames snin huwa qasir wisq meta jitqies l-ammont sinifikanti investit u l-lonġevità ta' tali proġetti; jiddispjaċih li l-koleġiżlaturi ma ddeċidewx li jintroduċu rekwiżiti itwal ta' durabbiltà matul ir-reviżjoni tar- [Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni]; jinnota li jeżistu differenzi sinifikanti fost l-Istati Membri fir-regoli nazzjonali dwar id-durabbiltà tal-investimenti fl-infrastruttura u l-għoti ta' skop ġdid prematur;

262.  Jinsab imħasseb dwar in-nuqqas ta' kontroll u segwitu tal-finanzjament tal-imprendituri; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa strateġija dettaljata għall-kontroll tal-finanzjament; u jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta r-riżultati tal-proġetti ffinanzjati minn dan il-mekkaniżmu finanzjarju; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippubblika r-riżultati tal-evalwazzjoni tagħha;

263.  Jieħu nota ta' fatturi oħra rilevanti għall-analiżi tal-prestazzjoni tal-Qorti, li jispjegaw il-fatt li l-għanijiet tal-politika ta' koeżjoni, bħal dawk relatati mar-rati tal-impjiegi, l-iżvilupp ekonomiku, u l-klima u l-enerġija, huma influwenzati ħafna minn firxa wiesgħa ta' fatturi nazzjonali u esterni, fl-Ewropa u fid-dinja, kif ukoll li f'ħafna Stati Membri, il-finanzjament tal-politika ta' koeżjoni tipikament jirrappreżenta proporzjon żgħir tal-fondi ddedikati għal dawn il-kwistjonijiet, u għalhekk mingħajr politiki u programmi nazzjonali mfassla apposta biex jaħdmu id f'id mal-għanijiet tal-politika ta' koeżjoni, jista' jkollhom biss impatt limitat ħafna fuq il-progress ta' dawn l-Istati Membri lejn l-ilħuq ta' dawn l-għanijiet;

264.  Jinnota, barra minn hekk, l-osservazzjoni tal-Qorti rigward fatturi addizzjonali bħall-fatt li l-Unjoni għandha għad-dispożizzjoni tagħha firxa ta' għodod ta' politika biex tilħaq l-għanijiet tagħha ta' politika ta' koeżjoni ta' livell għoli, li l-FEŻR u l-FK jikkostitwixxu parti waħda, li fondi u inizjattivi leġiżlattivi oħra huma mfassla wkoll biex jindirizzaw l-għanijiet, li spiss jagħmluha mhux possibbli li ssir distinzjoni bejn l-effetti ta' għodod ta' politika differenti fuq il-progress lejn il-kisba tal-miri;

265.  Jisħaq, bi tħassib, fuq il-fatt li l-analiżi tal-Qorti bbażata fuq data disponibbli skarsa sa tmiem l-2018 turi li minn total ta' 72 indikatur, terz biss tal-indikaturi jinsabu fit-triq it-tajba biex jilħqu l-miri tagħhom u li madwar nofs l-indikaturi mhumiex fit-triq it-tajba u li għall-indikaturi li jifdal ma kienx possibbli għall-Qorti li tasal għal konklużjonijiet; jiddispjaċih li mid-disa' indikaturi marbuta mal-għanijiet ġenerali, tnejn biss jinsabu fit-triq it-tajba; jinnota, madankollu, li minn madwar terz tal-indikaturi li għandhom objettiv intermedju ta' nofs it-terminu stabbilit għall-2018, 70 % jew inkisbu jew x'aktarx li jinkisbu dalwaqt;

266.  Għalkemm il-FEŻR u l-FK għadhom jistgħu jitħallsu sal-2023, jisħaq, bi tħassib, fuq il-fatt li b'kollox, 40 % tal-indikaturi tal-output jinsabu fit-triq it-tajba, u li għall-indikaturi tar-riżultati u tal-impatt, dan il-perċentwal huwa ta' 10 % biss;

267.  Ifakkar li Ewropa 2020 hija l-istrateġija ta' livell għoli tal-Unjoni għall-perjodu mill-2010 sal-2020; jinnota li għall-perjodu 2014-2020, il-Kummissjoni ddefiniet disa' indikaturi biex jitkejjel il-progress lejn l-ilħuq tal-għanijiet ta' din l-istrateġija, fl-oqsma tal-impjiegi, ir-R&Ż, it-tibdil fil-klima u l-enerġija, l-edukazzjoni, kif ukoll il-faqar u l-esklużjoni soċjali; jinnota li skont il-Kummissjoni, abbażi tad-data għall-2018, il-miri relatati mal-impjiegi u l-edukazzjoni x'aktarx li jintlaħqu, filwaqt li l-progress bi tqabbil mal-miri għar-R&Ż, u l-faqar u l-inklużjoni soċjali għadhom lura u x'aktarx li ma jintlaħqux;

268.  Jisħaq, bi tħassib kbir, li mill-10 indikaturi kollha mid-dikjarazzjonijiet tal-programm marbuta mal-għan li tiġi appoġġjata l-bidla lejn ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju fis-setturi kollha, wieħed biss – "L-għadd ta' unitajiet domestiċi b'indikatur imtejjeb tal-klassifikazzjoni tal-konsum tal-enerġija" – miexi fit-triq it-tajba; jitlob li l-Kummissjoni, anke fid-dawl tal-miri tal-Patt Ekoloġiku, tagħmel it-titjib marbut ma' dan il-għan prijorità assoluta;

269.  Jenfasizza l-fatt li b'rispons għat-tifqigħa tal-COVID-19, l-Unjoni introduċiet miżuri li jżidu l-flessibbiltà tal-Istati Membri fl-użu tal-finanzjament tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (pereżempju, ġie rrinunzjat ir-rekwiżit li jiġi ddedikat proporzjon fiss tal-finanzjament SIE għat-temi ewlenin; madankollu, il-flessibbiltà offruta fil-proposta tista' taffettwa l-kapaċità tal-Unjoni li tikseb l-għanijiet stabbiliti oriġinarjament fil-programmi operazzjonali);

270.  Jirrikonoxxi l-fatt li l-kriżi tal-COVID-19 ipprovdiet sfida ġdida u mhux mistennija li l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jeħtieġ li jirrispondu għaliha b'mod determinat u jipprovdu soluzzjonijiet fil-livell tal-Unjoni u f'dak nazzjonali;

271.  Jilqa' l-flessibbiltà finanzjarja dejjem akbar fl-infiq għall-koeżjoni li tippermetti lill-Istati Membri jużaw il-fondi biex jiffinanzjaw proġetti relatati mal-kriżi; jissottolinja l-ħtieġa li jitrawmu l-kontinwità u l-kooperazzjoni aktar profonda tal-partijiet ikkonċernati kollha rilevanti għall-politika ta' koeżjoni, b'mod partikolari l-SMEs, il-muniċipalitajiet u r-reġjuni, li se jħabbtu wiċċhom ma' diffikultajiet f'dawk li huma qgħad u kura tas-saħħa fix-xhur li ġejjin;

272.  Jenfasizza l-isfidi li jiffaċċjaw il-pazjenti fl-Unjoni biex jibbenefikaw mid-Direttiva dwar il-kura tas-saħħa transkonfinali, kif identifikat fir-Rapport Speċjali tal-Qorti Nru 7/2019, b'mod partikolari fir-rigward tas-sensibilizzazzjoni potenzjali tal-pazjenti dwar id-drittijiet tagħhom, il-problemi u d-dewmien fl-iskambju elettroniku tad-data dwar is-saħħa tal-pazjenti bejn l-Istati Membri u l-aċċess għall-kura tas-saħħa għal pazjenti b'mard rari;

273.  Jinsab imħasseb dwar l-opinjoni tal-Qorti li hemm indikazzjonijiet qawwija li l-Unjoni mhux se tilħaq il-miri tal-klima u tal-enerġija għall-2030; jinnota li skont il-Kummissjoni, kien hemm biss progress limitat fit-tnaqqis tal-impatti ambjentali negattivi li jirriżultaw mill-użu ta' riżorsi naturali; jenfasizza l-osservazzjoni tal-Qorti li nofs l-Istati Membri tal-Unjoni kienu f'riskju li ma jiġġenerawx biżżejjed elettriku mill-enerġija rinnovabbli biex jilħqu l-miri tagħhom għall-2020; jinnota li fl-analiżi panoramika tal-Qorti dwar l-azzjoni tal-UE f'dak li jirrigwarda l-enerġija u t-tibdil fil-klima, il-Qorti rrappurtat li t-tnaqqis fl-emissjonijiet ta' gassijiet serra previst mill-Istati Membri huwa inqas mill-mira ta' 40 % għall-2030; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta mill-ġdid ir-riżultati minħabba l-impatt tal-pandemija tal-Covid-19 u l-pakkett tal-Patt Ekoloġiku;

274.  Jinsab imħasseb dwar il-fatt li nofs is-16-il indikatur marbuta mal-għan tal-"Promozzjoni ta' trasport sostenibbli u t-tneħħija ta' ostakoli fl-infrastrutturi tan-networks ewlenin" mexjin fit-triq it-tajba biex jilħqu l-miri tagħhom; jiddispjaċih li l-Istati Membri naqqsu l-biċċa l-kbira tal-miri għall-2023 fl-aħħar rapport, approvat mill-Kummissjoni, f'xi każijiet b'ammonti konsiderevoli (pereżempju, il-valur tal-mira kkombinat tal-FEŻR u l-FK għall-indikatur "Tul totali tal-linja ferrovjarja l-ġdida" tnaqqas minn 947 km għal 579 km (39 %) u l-valur tal-mira kkombinat tal-FEŻR u l-FK għall-indikatur "It-tul totali ta' linji ġodda jew imtejba tat-tramm u tal-metrò" tnaqqas minn 680 km għal 44 km (35 %));

275.  Itenni t-talba tal-Parlament għall-ħolqien ta' linja baġitarja ġdida għat-Turiżmu, biex jingħata appoġġ lil dan is-settur li ntlaqat severament mill-kriżi tal-COVID-19; jilqa' l-fatt li l-Qorti nediet awditu biex tivvaluta l-proġetti fis-settur tat-turiżmu kofinanzjati b'EUR 6,4 biljun fl-2007-2013 u EUR 4 biljun s'issa fl-2014-2020 bil-flus tal-FEŻR u tal-FK, li se jgħinu fit-titjib tal-politiki tal-UE fil-qasam tat-turiżmu;

276.  Jinnota li sas-sitt sena tal-perjodu ta' programmazzjoni attwali 2014-2020 madwar 31 % biss tal-fondi inizjalment mogħtija kienu rriżultaw f'pagamenti sa Jannar 2020, u dan iqajjem dubju dwar l-implimentazzjoni sħiħa tal-FNE; jistieden lill-Istati Membri jħaffu b'mod sinifikanti l-investimenti u jistieden lill-Kummissjoni żżid il-monitoraġġ tagħha fid-dawl tal-ħtieġa urġenti ta' investiment fl-infrastruttura għall-irkupru rapidu mit-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku relatat mal-COVID-19;

277.  Jisħaq għal darb' oħra li f'dan il-qasam ta' politika l-indikaturi kollha qed ikejlu l-output (prinċipalment jipprovdu data dwar l-implimentazzjoni tal-programm f'termini ta' infrastruttura mibnija) minflok l-eżiti tal-proġetti miksuba; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippjana l-politika sabiex tippermetti valutazzjonijiet regolari u ta' nofs it-terminu tar-riżultati u l-impatti usa' miksuba;

278.  Ifakkar li l-Qorti, fl-awditu tagħha tal-2019, irrimarkat b'mod partikolari dwar in-nuqqas ta' użu tal-FK għall-finanzjament ta' linji ferrovjarji ġodda; jissottolinja l-importanza kbira li jsir investiment f'networks tat-trasport sostenibbli u jistieden lill-Istati Membri li mhumiex qed jagħmlu hekk biżżejjed biex iżidu l-isforzi tagħhom f'dan ir-rigward;

279.  Jissottolinja li fl-awditu riċenti tal-Qorti dwar l-infrastrutturi tat-trasport(9) ġie ddikjarat li x'aktarx in-network ewlieni tat-trasport tal-Unjoni mhux se jilħaq il-kapaċità sħiħa tiegħu sal-2030; barra minn hekk, fl-analiżi panoramika, il-Qorti indikat li peress li l-iskala tal-finanzjament tal-Unjoni hija limitata meta mqabbla mal-ħtiġijiet ġenerali, huwa meħtieġ li ssir enfasi fuq il-prijoritajiet bl-ogħla valur miżjud tal-Unjoni;

280.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa ulterjorment il-mekkaniżmu u l-għodod tagħha li jippermettu s-sensibilizzazzjoni u l-informazzjoni taċ-ċittadini u tal-partijiet ikkonċernati dwar il-proġetti tat-turiżmu u tat-trasport li hija tiffinanzja fil-qafas tal-FEŻR u l-FK;

281.  Huwa tal-fehma li, kif iddikjarat fl-awditu tal-Qorti dwar it-TFIs, il-previżjonijiet tat-traffiku jeħtieġu titjib u koordinazzjoni aħjar; jirrimarka li l-previżjonijiet tat-traffiku għandhom iqisu valutazzjonijiet ekonomiċi sodi, kif ukoll analiżijiet tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji u jiġu riveduti perjodikament biex jitqies id-dewmien possibbli; jisħaq li għandu jiġi evitat ippjanar ħażin, speċjalment fil-qasam tat-tibdil fil-klima u li huwa meħtieġ titjib fil-proċess tal-ippjanar tal-Kummissjoni, b'mod partikolari fl-implimentazzjoni tar-rekwiżiti fil-qasam tal-protezzjoni ambjentali u l-użu tar-riżorsi;

282.  Jiddeplora l-fatt li l-Kummissjoni, fil-proposta leġiżlattiva tagħha għall-FSIE għall-perjodu 2021-2027, telimina r-rekwiżiti ta' valutazzjoni kollha li huma speċifiċi għal proġetti maġġuri, inkluż ir-rekwiżit tal-analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji. Filwaqt dan huwa rikonoxxut li jġib tnaqqis fil-piż amministrattiv ġenerali, dan il-fatt jiġi ssuperat mir-riskju akbar li l-investimenti kofinanzjati ma joffrux l-aħjar valur għall-flus. jistieden bil-qawwa lill-Kummissjoni tevalwa mill-ġdid il-proposta tagħha;

283.  Jilqa' l-fatt li l-Att Ewropew dwar l-Aċċessibbiltà (EAA) ġie finalment adottat fl-2019, jenfasizza l-importanza tiegħu bħala l-ewwel leġiżlazzjoni dwar din il-kwistjoni fl-Unjoni, jitlob lill-Kummissjoni tissorvelja mill-qrib il-progress tal-Istati Membri fl-adozzjoni u l-pubblikazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u l-proċessi amministrattivi kollha meħtieġa biex jikkonformaw mal-EAA sat-28 ta' Ġunju 2022,

284.  Iqis il-fatt li 3 biss minn 9 indikaturi (33 %) mid-dikjarazzjonijiet tal-programm marbuta mal-għan speċifiku tal-FEŻR – "It-titjib tal-kompetittività tal-SMEs" miexja fit-triq it-tajba biex jilħqu l-miri tagħhom jirrappreżenta prestazzjoni batuta; jenfasizza li dawn it-tliet indikaturi huma relatati mal-output, u jkejlu l-għadd ta' negozji appoġġjati mill-FEŻR, filwaqt li indikaturi oħra, bħal dawk li jkejlu jekk l-investiment privat jaqbilx mal-appoġġ pubbliku għan-negozji u ż-żieda fl-impjiegi fin-negozji appoġġjati, mhumiex miexja fit-triq it-tajba; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippjana l-politika sabiex tippermetti valutazzjonijiet kontinwi u ta' nofs it-terminu xierqa tar-riżultati u l-impatti usa' miksuba, inkluża l-valutazzjoni tal-impatt tal-politiki biex jikkumbattu l-qgħad fit-tul;

285.  Jinnota li l-finanzjament tal-FEŻR intuża flimkien ma' sorsi nazzjonali ta' appoġġ għall-SMEs, jew billi ġew kkomplementati miżuri nazzjonali eżistenti jew billi mtlew lakuni fis-sistema ta' appoġġ; madankollu, sab(10) li s-sinerġiji bejn l-appoġġ tal-FEŻR u l-FSE kienu ġeneralment baxxi, minkejja l-importanza li jiġu salvagwardjati l-impjiegi;

286.  Iqis li fil-kuntest tal-awditu tad-Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni tal-Qorti għas-sena 2019, kienu tlestew biss 11 minn 121 proġett kofinanzjati tal-FEŻR u tal-FK li kienu mmexxija minn 12-il Stat Membru; jinnota li 7 proġetti kienu laħqu bis-sħiħ l-għanijiet tagħhom u 2 oħra parzjalment, filwaqt li ż-żewġ proġetti l-oħra ma laħqux dawn l-għanijiet;

287.  Jinnota bi tħassib in-nuqqas ta' informazzjoni ċara dwar il-benefiċjarji finali tal-fondi ta' koeżjoni u jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li tinġabar l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar il-finanzjament tagħha, u li dan m'għandux ikun limitat għall-intermedjarji finanzjarji iżda għandu jiffoka b'mod speċjali fuq il-benefiċjarji finali;

288.  Jisħaq fuq il-potenzjal kbir tar-reġistri pubbliċi tas-sidien benefiċjarji finali introdotti bil-ħames Direttiva kontra l-Ħasil tal-Flus fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni, l-użu ħażin tal-fondi tal-Unjoni u l-kunflitt ta' interess; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li d-data dwar is-sjieda benefiċjarja tal-kumpaniji tiġi stabbilita u magħmula disponibbli għall-pubbliku;

289.  Jilqa' l-fatt li fil-qafas tal-miżuri preventivi applikati mill-Kummissjoni, id-DĠ EMPL ikompli japplika politika stretta ta' interruzzjoni u sospensjoni tal-pagamenti biex jippreserva l-interessi finanzjarji tal-Unjoni; f'dan il-kuntest, jinnota li għall-FSE / YEI u l-FEAD, fl-2019 ġew adottati 12-il deċiżjoni ta' interruzzjoni u deċiżjoni ta' sospensjoni waħda, u li, barra minn hekk, intbagħtu 16-il ittra ta' twissija u ħames ittri ta' qabel is-sospensjoni lill-Istati Membri kkonċernati;

290.  Jinsab imħasseb serjament dwar il-miżuri diskriminatorji meħuda mill-2019 minn diversi gvernijiet lokali Pollakki li adottaw l-hekk imsejħa riżoluzzjonijiet ta' "żona ħielsa mil-LGBTI" jew "Karta Reġjonali tad-Drittijiet tal-Familja" li jiddiskriminaw b'mod partikolari kontra familji b'ġenitur wieħed u familji LGBTI; jinnota li dawn l-awtoritajiet jirċievu u għandhom influwenza fuq il-ġestjoni tal-fondi SIE; Jinsisti fuq il-fatt li, f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, l-użu tal-fondi tal-Unjoni jrid ikun konformi mal-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni; jemmen li hemm riskju serju ta' ksur ta' dawn id-dispożizzjonijiet fil-muniċipalitajiet u r-reġjuni msemmija hawn fuq; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-fondi ta' koeżjoni jiġu żborżati f'konformità mad-drittijiet fundamentali minquxa fit-Trattati u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni rigward il-fondi SIE; jistieden lill-Kummissjoni twettaq investigazzjoni dwar il-konformità tal-FSIE f'dawn ir-reġjuni mad-dritt tal-Unjoni, b'mod partikolari d-dispożizzjonijiet kontra d-diskriminazzjoni, tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar is-sejbiet ta' din l-investigazzjoni u tagħmel użu minn kull għodda għad-dispożizzjoni tagħha, inklużi korrezzjonijiet finanzjarji, f'każ li ssib evidenza ċara ta' użu ħażin tal-fondi għal dawk ir-raġunijiet;

Prestazzjoni: Il-Fond Soċjali Ewropew (FSE) u l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI))

291.  Jieħu nota tal-konklużjoni tal-Kummissjoni li fir-rigward tal-prestazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, il-biċċa l-kbira tal-programmi mexjin lejn il-miri stabbiliti fil-bidu tal-perjodu ta' programmazzjoni, u minkejja d-dewmien fit-tnedija tal-programmi ta' koeżjoni 2014-2020, il-progress issa qed jaċċelera; jinnota, madankollu, li l-Kummissjoni tista' tiddefinixxi konklużjonijiet definittivi dwar il-prestazzjoni biss abbażi ta' evalwazzjonijiet dettaljati wara l-għeluq tal-programmi attwali;

292.  Ifakkar fl-importanza vitali tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE) u r-rwol essenzjali tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI) biex iħeġġu livell għoli ta' impjieg, il-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità, l-edukazzjoni u t-taħriġ, u l-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali; jenfasizza l-ħtieġa li l-FSE u l-YEI jingħataw l-appoġġ finanzjarju u politiku kontinwu tal-Unjoni, u tal-istituzzjonijiet nazzjonali u reġjonali fl-ilħuq tal-miri tagħhom fis-snin li ġejjin; jieħu nota li għall-FSE, li jirrappreżenta 94,7 % tal-baġit 2019 tad-DĠ EMPL, l-akbar riskju inerenti huwa relatat mal-kumplessità tal-operazzjonijiet u l-attivitajiet iffinanzjati, it-tipoloġija u l-varjetà ta' destinatarji, u l-għadd kbir ta' interventi annwali;

293.  Jinnota li l-Qorti ma għażlitx l-FSE u l-FEAD biex jiġu koperti mill-ewwel rapport annwali tagħha dwar il-prestazzjoni tal-baġit tal-Unjoni fi tmiem l-2019;

294.  Jilqa' s-sejbiet fi ħdan l-Evalwazzjoni tal-Kummissjoni (Frar 2021) tal-appoġġ tal-FSE 2014-2018 għall-impjiegi u l-mobilità tal-forza tax-xogħol, l-inklużjoni soċjali u l-edukazzjoni u t-taħriġ; jinnota b'sodisfazzjon li għall-perjodu 2014-2018, madwar 23 miljun persuna pparteċipaw f'azzjonijiet tal-FSE u li 52 % tal-parteċipanti kienu nisa; jinnota, barra minn hekk, li minn dawk li qed jipparteċipaw, kważi 3,2 miljun persuna diġà sabu impjieg u 3,9 miljun kisbu kwalifika b'suċċess;

295.  Jinnota li sal-2018 kienu ntefqu EUR 10,4 biljun – kemm mill-FSE kif ukoll mill-YEI – li 3,8 miljun persuna taħt l-età ta' 30 sena pparteċipaw fi proġetti ta' appoġġ għall-impjieg taż-żgħażagħ u li 1,4 miljun persuna daħlu f'impjieg immedjatament wara l-parteċipazzjoni;

296.  Jinnota, barra minn hekk, li sal-aħħar tal-2018, ġew investiti EUR 33,8 biljun mill-FSE għall-inklużjoni soċjali u kważi 6,2 miljun persuna kienu pparteċipaw f'azzjonijiet ta' inklużjoni soċjali, u li minnhom kważi 700 000 individwu sabu impjieg, bi kważi 400 000 persuna jiksbu kwalifika;

297.  Jesprimi sodisfazzjon dwar il-fatt li l-introduzzjoni ta' għażliet ta' kostijiet issemplifikati fl-ambitu tal-FSE naqqset il-piż amministrattiv u ffaċilitat l-implimentazzjoni kemm għall-awtoritajiet tal-programm kif ukoll għall-benefiċjarji;

298.  Jinnota li l-EaSI ffinanzja 44 proġett permezz ta' ħames sejħiet għal proposti għal EUR 29,3 miljun fl-ambitu tal-programm ta' ħidma tiegħu għall-2019; jieħu nota tal-fatt li f'Ottubru 2019, id-DĠ EMPL iffirma l-ewwel sottoskrizzjoni tal-ishma fl-Istrument Iffinanzjat mill-EaSI, li jirrappreżenta fond ta' self ta' EUR 200 miljun biex jappoġġja s-self lill-mikrointrapriżi u lill-intrapriżi soċjali;

299.  Jisħaq fuq il-ħtieġa li jkomplu jiżdiedu r-riżorsi fil-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) biex ikunu possibbli l-inklużjoni fis-suq tax-xogħol u t-taħriġ adattat, peress li l-kriżi tal-COVID-19 laqtet l-impjieg tan-nisa b'mod sproporzjonat, b'mod partikolari n-nisa li jaħdmu fl-ekonomija informali u b'kundizzjonijiet tax-xogħol prekarji, u f'setturi milquta sew bi proporzjoni għoli ħafna ta' ħaddiema nisa.

300.  Jinnota li, bħala medja, aktar minn persuna waħda minn kull ħamsa u wieħed minn kull erbat itfal għadhom f'riskju ta' faqar jew esklużjoni soċjali fl-Unjoni; ifakkar fl-impenn tal-Unjoni li tipprovdi appoġġ għall-persuni l-aktar fil-bżonn permezz tal-FEAD, filwaqt li ttaffi l-agħar forom ta' faqar fl-Unjoni, bħall-privazzjoni tal-ikel, il-problema ta' persuni mingħajr dar, u l-faqar fost it-tfal; jinnota li madwar 13-il miljun persuna, inklużi madwar 4 miljun tifel u tifla taħt l-età ta' 15-il sena, jiġu appoġġjati mill-FEAD kull sena;

Rakkomandazzjonijiet

301.  Jistieden lill-Kummissjoni:

   tagħti segwitu għall-allegazzjoni ta' frodi rigward l-għoti ta' skop ġdid liċ-ċentri ta' taħriġ vokazzjonali; tanalizza jekk jeżistux problemi simili fi Stati Membri oħra rigward l-għoti ta' skop ġdid lil proġetti ta' infrastruttura kofinanzjati mill-Unjoni;
   tinforma fil-pront lill-awtorità ta' kwittanza dwar is-sejbiet tagħha u dwar azzjoni ulterjuri potenzjali wara din l-analiżi;
   twettaq analiżi bir-reqqa dwar ir-regoli nazzjonali differenti dwar id-durabbiltà tal-investimenti fl-infrastruttura u l-għoti ta' skop ġdid prematur u tikkondividi din l-analiżi mal-awtorità ta' kwittanza;
   tinkoraġġixxi lill-Istati Membri joħolqu leġiżlazzjoni nazzjonali dwar perjodi adegwati ta' durabbiltà lil hinn mir-rekwiżiti minimi kif diġà jeżistu f'ħafna Stati Membri;
   tiżgura li s-sostenibbiltà tal-investimenti tkun garantita għal perjodu itwal;

Riżorsi naturali

302.  Jinnota li l-pagamenti għal "Riżorsi naturali" ammontaw għal EUR 59,5 biljun u ġew żburżati permezz tal-programmi u l-politiki li ġejjin:

   Pagamenti diretti fil-qafas tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG), sa 69,5 % jew EUR 41,4 biljun;
   Nefqa relatata mas-suq fil-qafas tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG), sa 4,0 % jew EUR 2,4 biljun;
   Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), sa 23,9 % jew EUR 14,2-il biljun;
   Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS), sa 1,4 % jew EUR 0,8 biljun;
   Programmi oħra, sa 1,2 % jew EUR 0,7 biljun;

303.  Iqis l-eżistenza ta' żewġ settijiet prinċipali ta' indikaturi intenzjonati biex jimmonitorjaw il-prestazzjoni tal-PAK, it-tnejn li huma bbażati primarjament fuq ir-rappurtar tal-Istati Membri u fuq id-data miġbura mill-Eurostat:

   il-"Qafas komuni ta' monitoraġġ u evalwazzjoni" (CMEF) fih 210 indikaturi: 45 indikatur tal-kuntest, 84 indikatur tal-output, 41 indikatur tar-riżultati, 24 indikatur tal-miri, u 16-il indikatur tal-impatt;
   id-dikjarazzjonijiet tal-programmi tal-PAK fihom 63 indikatur, li fil-biċċa l-kbira huma meħudin mis-CMEF: 6 huma maħsuba biex ikejlu l-impatti relatati mat-tliet għanijiet ġenerali, il-bqija huma indikaturi tal-output/tal-input, tar-riżultat u tal-impatt relatati mal-għanijiet speċifiċi;

304.  Jilqa' s-sejba tal-Qorti li l-pagamenti diretti tal-FAEG, li jirrappreżentaw 70 % tal-infiq fil-qafas tar-riżorsi naturali, jibqgħu ħielsa minn żbalji materjali u l-livell ta' żball stmat għall-kapitolu kollu huwa taħt is-soll ta' materjalità, li juri l-effikaċja tal-pjanijiet ta' azzjoni korrettiva li l-Istati Membri implimentaw fis-snin preċedenti;

305.  Jinnota li għaż-żewġ fondi tal-PAK, it-tnaqqis kontinwu fir-rati ta' żbalji huwa dovut għas-sistemi effiċjenti ta' ġestjoni u kontroll applikati, b'mod partikolari s-Sistema Integrata ta' Amministrazzjoni u Kontroll (IACS);

306.  Huwa sodisfatt li l-livell tan-nefqa fuq il-pagamenti diretti, meta mqabbel mal-limiti massimi netti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1307/2013, ilu li laħaq 99 % mill-2017; jinnota li, għall-FAEŻR, l-eżekuzzjoni kienet laħqet rata sodisfaċenti b'medja ta' 50 % tal-pakkett totali sa tmiem l-2019; jitlob lill-Kummissjoni tippubblika n-nefqa fuq il-pagamenti diretti u l-livell ta' użu ta' fondi mill-FAEŻR għal kull Stat Membru;

307.  Jisħaq fuq il-fatt li l-allokazzjonijiet żbaljati tal-fondi tal-PAK, b'mod partikolari l-pagamenti diretti, iwasslu għal effetti distributtivi mhux mixtieqa, bħall-konċentrazzjoni ta' sussidji għall-ftit, kapitalizzazzjoni fil-prezz tal-art agrikola u l-mġiba rent-seeking minn "investituri ekoloġiċi" finanzjarji li jqisu l-pagamenti diretti bħala dividendi attraenti fuq art agrikola u b'hekk jgħollu l-prezz tal-art għad-detriment tal-bdiewa attivi żgħar u ta' daqs medju; jiddispjaċih li r-regoli attwali tal-PAK jippermettu tali distribuzzjoni legali iżda mhux mixtieqa u jissottolinja l-ħtieġa urġenti ta' limiti massimi effettivi u infurzabbli definiti għall-persuni fiżiċi li jillimitaw dawn l-effetti mhux mixtieqa għall-PAK 2021-2027; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġaw il-proposti rispettivi mressqa mill-Parlament;

308.  Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu eliminati piżijiet amministrattivi żejda, b'mod partikolari fil-kuntest tal-QFP li jmiss, li jfixklu l-implimentazzjoni tal-investimenti permezz tal-PAK, u l-ħtieġa li jiġu ssemplifikati kemm jista' jkun l-obbligi li jirriżultaw mill-arkitettura ekoloġika l-ġdida;

309.  Jisħaq li s-sistema attwali ta' kontrolli u awditi tal-PAK tat prova tal-effiċjenza kbira biex tiżgura l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, l-istabbiltà regolatorja u t-trattament indaqs fost il-bdiewa u benefiċjarji oħra; jenfasizza li l-implimentazzjoni xierqa tal-interventi tal-PAK hija strettament relatata mal-konformità tal-benefiċjarji mal-impenji stabbiliti fil-livell tal-Unjoni;

310.  Jinsab imħasseb li ż-żieda fil-flessibbiltà proposta skont il-mudell il-ġdid tal-implimentazzjoni, u li għandha tingħata lill-Istati Membri għat-tfassil tas-sistema u r-regoli ta' kontroll nazzjonali tagħhom stess, tista' twassal għal diverġenza fil-prattiki nazzjonali u taggrava l-użu ħażin u l-abbuż tal-fondi tal-Unjoni, u għalhekk iħeġġeġ lill-Kummissjoni tevita r-"rinazzjonalizzazzjoni" tal-PAK; jinsab imħasseb ħafna wkoll dwar il-fatt li dan il-mudell il-ġdid tal-implimentazzjoni jista' ma jikkontribwixxix la f'termini ta' semplifikazzjoni u lanqas f'termini ta' prestazzjoni tal-PAK, u jista' jqiegħed f'riskju t-trattament indaqs tal-bdiewa u tal-Istati Membri; iqis, barra minn hekk, li dan jista' jwassal għal kumplessità addizzjonali u tnaqqis akbar tal-pagamenti relatati ma' ppjanar baġitarju inadegwat u piż amministrattiv ulterjuri, u b'hekk ipoġġi f'riskju l-kredibbiltà finanzjarja tal-PAK; jemmen, għalhekk, li għandhom jiġu introdotti salvagwardji suffiċjenti biex tiġi żgurata r-robustezza tal-mudell tal-implimentazzjoni tal-PAK f'termini ta' ġestjoni finanzjarja;

311.  Jinsab imħasseb, fl-istess ħin, dwar il-fatt li r-rekwiżiti l-ġodda għall-biedja sostenibbli, b'mod partikolari fir-rigward tal-għanijiet klimatiċi u ambjentali għall-2030, flimkien mat-tnaqqis fil-baġit globali tal-PAK għall-2021-2027, jistgħu jfixklu l-implimentazzjoni tal-baġit fil-qafas tal-FAEŻR, speċjalment fil-perjodu bikri tal-implimentazzjoni tiegħu, u jirriskjaw li jagħmlu ħsara lill-profittabbiltà, b'mod partikolari, għall-farms żgħar; jenfasizza li l-introduzzjoni ta' rekwiżiti ġodda tal-PAK trid tkun akkumpanjata minn finanzjament adegwat fil-livell tal-Unjoni;

312.  Jirrimarka li, is-sena l-oħra, is-settur agrikolu kien affettwat b'mod partikolari mit-tifqigħa tal-COVID-19, u dan żied ir-riskju ta' instabbiltà fl-introjtu bażiku tal-bdiewa; għalhekk, fis-snin li ġejjin, iqis li għandha ssir enfasi partikolari fuq il-mudell il-ġdid tal-implimentazzjoni tal-PAK biex tiġi żgurata r-regolarità tal-pagamenti lill-benefiċjarji finali tal-PAK;

313.  Iwissi li l-infiq tal-PAK pubbliku jirriskja li jiġi perċepit ħażin mill-kontribwenti Ewropej jekk l-istess liġijiet ambjentali u tas-sikurezza tal-ikel fis-seħħ fl-Unjoni ma jkunux japplikaw għal prodotti importati minn pajjiżi terzi; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel rieżami tat-tħaddim tal-klawżoli ta' salvagwardja fil-ftehimiet kummerċjali biex tiffaċilita u testendi l-applikazzjoni tagħhom lil hinn mis-sitwazzjonijiet tas-suq temporanji;

314.  Jistieden lill-Kummissjoni tkompli tissorvelja mill-qrib il-ftehimiet kummerċjali attwali u futuri ma' pajjiżi terzi fir-rigward tas-sikurezza tal-ikel u l-istandards ambjentali u dawk tat-trattament xieraq tal-annimali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura li jkun hemm kapitolu ta' sostenibbiltà b'saħħtu fil-ftehimiet kummerċjali kollha u li s-sħab kummerċjali jikkonformaw bis-sħiħ mar-rekwiżiti previsti fihom; jinnota l-ħtieġa ta' kundizzjonijiet ekwivalenti f'termini ta' standards ambjentali u trattament xieraq tal-annimali, u jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa ulterjorment il-leġiżlazzjoni dwar id-diliġenza dovuta fil-katina tal-provvista biex tiżgura li l-istandards fl-agrikoltura tal-Unjoni ma jiġux imminati jew kompromessi;

315.  Itenni t-tħassib qawwi tiegħu dwar il-fatt li r-riżerva għal raġunijiet reputazzjonali, legali, finanzjarji u istituzzjonali relatati ma' riskji sinifikanti ta' sigurtà identifikati fil-manutenzjoni u t-tħaddim tas-sistema tar-Reġistru tal-Unjoni tal-Iskema tal-UE għan-Negozjar ta' Emissjonijiet, kif irrappurtat fir-RAA mill-2010 u kif ikkonfermat mill-aħħar eżerċizzju ta' valutazzjoni tar-riskju, hija ripetuta fir-RAA tad-DĠ Azzjoni Klimatika għall-2019; jiddeplora d-durata anomali ta' din ir-riżerva; jistieden lill-Kummissjoni ssolvi l-problema malajr;

316.  Jisħaq li d-DĠ Azzjoni Klimatika u d-DĠ Baġit jimmonitorjaw il-mira tal-20 % marbuta mal-integrazzjoni tal-aspetti klimatiċi fil-QFP, u li d-DĠ Azzjoni Klimatika jappoġġja direttorati ġenerali oħra fl-integrazzjoni tad-dimensjoni klimatika fl-attivitajiet tagħhom; jilqa' l-fatt li 20,9 % tal-baġit tal-Unjoni għall-2019 intefaq fuq attivitajiet relatati mal-klima, iżda jiddispjaċih li ġie stmat li x-xejra se twassal biss għal 19,7 % għall-perjodu attwali tal-QFP;

317.  Jinnota li, fl-2019, il-baġit tad-DĠ Saħħa u Sikurezza Alimentari fl-oqsma ta' politika tiegħu ammonta għal EUR 502,85 miljun u kellu 772 membru tal-persunal; jirrimarka li r-rati ta' implimentazzjoni tal-impenji u tal-pagamenti laħqu 95,85 % u 94,63 %, rispettivament;

Sejbiet tal-Qorti

318.  Ifakkar li l-Politika Agrikola Komuni (PAK) tirrappreżenta 98 % tal-infiq fuq "riżorsi naturali"; jinnota li billi jqis il-livell ta' żball stmat mill-Qorti (1,9 %), il-livell ta' żball huwa taħt il-materjalità għal "riżorsi naturali"; jinnota li l-pagamenti diretti, li jirrappreżentaw 70 % tan-nefqa fuq "ir-riżorsi naturali", kienu ferm taħt is-soll ta' materjalità;

319.  Jinnota l-evoluzzjoni pożittiva għall-qasam ta' politika "riżorsi naturali", li tkompli x-xejra 'l isfel tagħha bi tnaqqis ulterjuri tal-livell kumplessiv ta' żball stabbilit mill-Qorti għal livell ta' żball stmat ta' 1,9 %, taħt is-soll ta' materjalità; jilqa' l-fatt li r-rata ta' żball stabbilita mill-Qorti taqbel kważi għalkollox mar-rata ġenerali ta' żball għall-PAK mogħtija fir-rapport annwali tal-attività tad-DĠ AGRI għall-2019;

320.  Jinnota li mill-251 tranżazzjoni eżaminati mill-Qorti, 44 (18 %) kien fihom żbalji filwaqt li 207 (82 %) ma kienx fihom żbalji; jinnota l-fatt li, bħal fis-snin ta' qabel, 70 % tal-iżbalji kienu magħmula minn "Benefiċjarju/attività/proġett/nefqa ineliġibbli";

321.  Jinnota li mill-136 tranżazzjoni ta' żvilupp rurali, 114 ma kinux affettwati minn żball, 5 każijiet ta' żball kellhom impatt li jaqbeż l-20 % u 15-il tranżazzjoni kien fihom żbalji taħt l-20 % tal-ammont eżaminat, żewġ pagamenti kellhom kwistjonijiet ta' konformità mingħajr impatt finanzjarju;

322.  Jinnota li mit-68 pagament għal proġetti ta' investiment, bħall-modernizzazzjoni tal-farms, l-appoġġ għal servizzi bażiċi u t-tiġdid tal-irħula f'żoni rurali, l-investimenti fil-ġestjoni tal-foresti, u l-appoġġ għall-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità, 9 kienu affettwati minn żbalji, inklużi żewġ każijiet fejn il-benefiċjarju u/jew il-proġett ma kinux issodisfaw il-kundizzjonijiet ta' eliġibbiltà;

323.  Jinnota li mit-68 pagament għall-iżvilupp rurali bbażati fuq iż-żona jew l-għadd ta' annimali ddikjarati mill-bdiewa, u fuq ir-rekwiżiti għall-konformità ma' kriterji ambjentali u relatati mal-klima, 8 tranżazzjonijiet kienu affettwati minn żbalji żgħar taħt il-5 % tal-ammont eżaminat, każ wieħed ta' żball li jaffettwa bejn 5 % u 20 % tal-ammont eżaminat, f'żewġ każijiet oħra l-benefiċjarji kisru l-kundizzjonijiet ta' eliġibbiltà relatati mal-ambjent u mal-klima, li wasslu għal żbalji li jaqbżu l-20 % tal-ammont eżaminat fiż-żewġ każijiet;

324.  Josserva li n-nefqa b'riskju għoli kienet tikkonċerna prinċipalment pagamenti bbażati fuq rimborżi, pereżempju fl-oqsma tal-koeżjoni u l-iżvilupp rurali, fejn l-infiq tal-Unjoni huwa ġestit mill-Istati Membri; jifhem li n-nefqa b'riskju għoli hija ħafna drabi soġġetta għal regoli u kriterji ta' eliġibbiltà kumplessi;

325.  Jinnota bi tħassib kbir li minn 14-il tranżazzjoni li jikkonċernaw miżuri tas-suq, f'5 każijiet (36 %) l-aġenziji tal-pagamenti kienu rrimborżaw l-ispejjeż ineliġibbli, inklużi 3 każijiet ta' nuqqas ta' konformità mar-regoli ta' eliġibbiltà li wasslu għal żbalji li jaqbżu l-20 % tal-ammont eżaminat;

326.  Jinnota bi tħassib kbir li minn 6 tranżazzjonijiet li jikkonċernaw is-sajd, l-ambjent u l-azzjoni klimatika, 2 proġetti (33 %) kellhom elementi ineliġibbli fl-ispejjeż rimborżati;

327.  Iqis it-trasparenza bħala element essenzjali biex tinżamm jew tinkiseb il-fiduċja taċ-ċittadini/tal-kontribwenti kif ukoll ir-reputazzjoni tal-PAK; jinnota l-konklużjonijiet preokkupanti tal-Qorti, tal-Ombudsman u bosta appelli għal titjib mill-awtorità ta' kwittanza dwar il-korruzzjoni u n-nuqqas ta' trasparenza; jinnota l-progress limitat li sar mill-Kummissjoni; jisħaq li l-għodda tal-estrazzjoni tad-data Arachne sservi mhux ħażin għas-soluzzjoni ta' dawn il-problemi, iżda mhux għalkollox, u li għandha tiġi żviluppata aktar billi jiżdiedu għodod diġitali oħra biex tgħin lill-Kummissjoni twettaq kontrolli effiċjenti; jappoġġja r-rakkomandazzjoni tal-Qorti biex tiġi kondiviża l-aħjar prattika fl-użu ta' Arachne biex ikompli jiġi mħeġġeġ l-użu tagħha mill-aġenziji tal-pagamenti; jiddispjaċih serjament li s-sistema Arachne ma tintużax mill-Istati kollha u jittama li jittieħdu inizjattivi f'din id-direzzjoni. jisħaq li l-Kummissjoni tuża l-Arachne bħala bażi ta' data komuni u tippromwovi bil-qawwa l-użu tagħha mill-Istati Membri kollha;

328.  Jilqa' s-sejba tal-Qorti fir-Rapport Speċjali Nru 18/2019(11) li r-rapportar tad-data tal-Unjoni dwar l-emissjonijiet ta' gassijiet serra huwa konformi mar-rekwiżiti internazzjonali u li l-inventarji tal-emissjonijiet tjiebu maż-żmien; jenfasizza li huwa meħtieġ għarfien aħjar f'setturi bħall-agrikoltura u l-forestrija; jistieden lill-Kummissjoni tqis it-titjib ulterjuri ssuġġerit fir-rappurtar ta' kif il-politiki ta' mitigazzjoni tal-Unjoni u dawk nazzjonali jikkontribwixxu għall-ilħuq tal-miri ta' tnaqqis tal-emissjonijiet;

329.  Jinnota li, fir-RAA tiegħu tal-2019, id-DĠ Saħħa u Sikurezza Alimentari ppreżenta rata medja tal-iżball residwu ta' 0,4 %, li hija ferm taħt is-soll ta' materjalità ta' 2 %;

330.  Jinnota li s-sehem tal-pagamenti relatati mal-ġestjoni tal-għotjiet li saru fil-ħin mid-DĠ Saħħa u Sikurezza Alimentari rkupra għal 92 % fl-2019 (83 % fl-2018) għalkemm għadu taħt il-mira ta' 95 %;

331.  Jindika l-isfidi li r-RAA tad-DĠ Saħħa u Sikurezza Alimentari identifika għal darb'oħra fl-implimentazzjoni tal-Qafas Finanzjarju Komuni fil-Qasam tal-Katina Alimentari; jinnota li n-nuqqas ta' faċilità ta' riżerva għall-kriżijiet ifisser li sitwazzjonijiet ta' emerġenza jirrikjedu riallokazzjonijiet ta' fondi minn attivitajiet importanti oħra filwaqt li ma hemm l-ebda metodu ta' valutazzjoni stabbilit għall-annimali, il-pjanti u l-prodotti li jeħtieġ li jinqatlu jew jinqerdu matul il-miżuri ta' trażżin tal-mard;

Regolarità tal-infiq tal-PAK

332.  Jinnota l-opinjoni tal-Qorti li l-espansjoni tal-2015 tar-rwol tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni biex jipprovdu opinjoni dwar ir-regolarità tan-nefqa kienet żvilupp pożittiv, kif ukoll ir-rikonoxximent tal-Qorti li identifikat xi oqsma li fihom hemm lok għal titjib ulterjuri, simili fit-tip għal dawk identifikati mill-Kummissjoni; jistieden lill-Kummissjoni tieħu l-miżuri neċessarji biex tegħleb il-limitazzjonijiet fl-affidabbiltà tar-riżultati tal-ħidma mwettqa mill-korpi taċ-ċertifikazzjoni, minħabba dgħufijiet identifikati mill-Kummissjoni u mill-Qorti f'uħud mill-kontrolli u metodoloġiji ta' kampjunar tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni;

333.  Jiddispjaċih li l-Qorti ma tistax tinkludi fil-ħidma tagħha analiżi għar-raġunijiet għal dawn id-dgħufijiet persistenti li identifikat fl-Istati Membri; jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni żaret il-korpi taċ-ċertifikazzjoni kollha biex tirrieżamina l-ħidma tagħhom dwar il-legalità u l-irregolarità u biex tgħinhom itejbu l-ħidma tagħhom sa tmiem l-2019, iżda jiddispjaċih li l-Kummissjoni ma setgħetx tikkontribwixxi għarfien sinifikanti dwar ir-raġunijiet jew kwalunkwe differenza speċifika għall-pajjiż bejn il-korpi taċ-ċertifikazzjoni tal-Istati Membri; jiddispjaċih li dan in-nuqqas ta' informazzjoni dwar ir-raġunijiet li huma l-bażi ta' dawn id-dgħufijiet sistemiċi u persistenti f'ċerti korpi taċ-ċertifikazzjoni jimpedixxi l-indirizzar u r-riżoluzzjoni ta' tali problemi b'mod effiċjenti u effettiv; jistieden lill-Kummissjoni tanalizza s-sorsi ewlenin ta' żbalji mhux identifikati u tiżviluppa l-miżuri meħtieġa flimkien mal-awtoritajiet tal-awditjar biex ittejjeb l-affidabbiltà tar-rati residwi rrappurtati, b'mod partikolari fid-dawl tal-mudell tal-implimentazzjoni l-ġdid tal-PAK, li fih il-korpi taċ-ċertifikazzjoni se jkollhom rwol aktar prominenti; jistieden lill-Kummissjoni tiffoka aktar fuq l-affidabbiltà tar-riżultati li jipprovdu;

334.  Jirrimarka li d-DĠ AGRI stima li r-riskju fil-pagament huwa ta' madwar 1,9 % għall-infiq tal-PAK kollu kemm hu fl-2019, bir-riskju fil-pagament ikun ta' madwar 1,6 % għall-pagamenti diretti, 2,7 % għall-iżvilupp rurali u 2,8 % għall-miżuri tas-suq;

335.  Jinnota li fl-2019, id-DĠ Ambjent kellu baġit ta' EUR 505,58 miljun u 476 membru tal-persunal; jirrimarka li r-rati ta' implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament kienu t-tnejn ogħla minn 99 % fi tmiem is-sena;

336.  Jilqa' s-sehem imnaqqas ta' pagamenti eżegwiti mid-DĠ Ambjent li qabżu l-iskadenzi legali fl-2019 (3,23 % meta mqabbla ma' 8,20 % fl-2018);

337.  Jinnota li r-RAA tad-DĠ Ambjent għall-2019 juri rata medja tal-iżball residwu ta' 0,80 %, li hija taħt is-soll ta' materjalità ta' 2 %;

338.  Jinnota li fl-2019, id-DĠ Azzjoni Klimatika kien iġġestixxa EUR 140,3 miljun taħt it-titolu "Azzjoni klimatika" tal-baġit tal-Unjoni, u kellu madwar 225 membru tal-persunal; jirrimarka li r-rati ta' implimentazzjoni tal-impenji u tal-pagamenti laħqu 99,98 % u 96,41 %, rispettivament;

339.  Jinnota li 1,59 % tal-pagamenti kollha tad-DĠ Azzjoni Klimatika fl-2019 saru f'dati aktar tard mill-iskadenzi legali;

Politiki u proċeduri kontra l-frodi fil-PAK

340.  Jissottolinja li l-frodi hija att jew ommissjoni mwettqa b'intenzjoni ta' qerq li jirriżulta f'pagamenti mhux dovuti.

341.  Jieħu nota tal-metodoloġija tal-Qorti biex tivverifika jekk it-tranżazzjonijiet awditjati humiex ħielsa minn irregolarità materjali, kemm jekk minħabba frodi kif ukoll jekk minħabba żball mhux intenzjonat, filwaqt li jfakkar li kull sena hija tidentifika każijiet ta' frodi suspettati fl-infiq tal-PAK, bir-riskju li l-frodi jkollha impatt materjali akbar għal pagamenti ta' appoġġ għas-suq, investimenti għall-iżvilupp rurali u pagamenti oħra, li ġeneralment ikunu soġġetti għal kofinanzjament ibbażat fuq rimborżi;

342.  Ifakkar li peress li l-PAK jaqa' taħt ġestjoni kondiviża, kemm il-Kummissjoni kif ukoll l-Istati Membri huma responsabbli għall-indirizzar tal-kwistjonijiet relatati mal-frodi. min-naħa tal-Kummissjoni, jieħu nota tal-fatt li d-DĠ AGRI jipprovdi taħriġ u gwida dwar ir-riskji ta' frodi għall-korpi ta' ġestjoni u kontroll tal-Istati Membri, filwaqt li OLAF jinvestiga każijiet ta' frodi suspettati b'kooperazzjoni ma' korpi investigattivi nazzjonali;

343.  Jieħu nota tal-fatt li d-DĠ AGRI adotta l-Istrateġija għall-Ġlieda kontra l-Frodi aġġornata tiegħu fl-20 ta' Ottubru 2020;

Allokazzjoni ekwa tal-PAK

344.  Jinsisti li l-introjti ta' farms pjuttost kbar mhux neċessarjament jeħtieġu l-istess livell ta' appoġġ għall-istabbilizzazzjoni tal-introjti tal-farms bħall-dawk iżgħar fi żminijiet ta' kriżi tal-volatilità tal-introjtu, peress li dawn jistgħu jibbenefikaw mill-ekonomiji ta' skala potenzjali li x'aktarx huma reżiljenti; jemmen li l-Kummissjoni għandha tieħu miżuri biex tiżgura li l-fondi tal-PAK jitqassmu b'mod ponderat, b'tali mod li l-pagamenti għal kull ettaru jkunu inversament proporzjonali għad-daqs tal-azjenda agrikola/farm(12);

345.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura li l-PAK tkun allokata b'mod ġust lill-bdiewa attivi u li ma tirriżultax fi ftehimiet dwar l-art li jkunu ta' benefiċċju għal grupp magħżul ta' persuni b'informazzjoni privileġġata politika li spiss jissejħu "l-oligarki"; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel rendikont tal-ksur, iċ-ċirkomvenzjonijiet u l-konsegwenzi mhux intenzjonati tar-regoli attwali dwar l-allokazzjoni tal-PAK; jinnota l-importanza ta' sistema ta' governanza trasparenti u b'saħħitha u jistieden ukoll lill-Kummissjoni żżid l-isforzi biex tipprevjeni u tidentifika l-frodi(13);

Kunflitt ta' interessi, ħtif tal-art u konċentrazzjoni tal-art

346.  Jinnota bi tħassib id-data tal-Kummissjoni għad-distribuzzjoni tal-pagamenti diretti skont il-klassi tal-pagamenti fl-2019 li turi li l-akbar sehem tal-pakkett tal-pagamenti diretti (58 %) imur għal 15 % tal-benefiċjarji kollha, filwaqt li l-biċċa l-kbira tal-benefiċjarji (75 %) jirrappreżentaw sehem saħansitra iżgħar tal-pagamenti diretti (15 %) miż-0,5 % tal-benefiċjarji kollha li jirċievu aktar minn EUR 100 000, li jikkorrispondi għal 16,3 % tal-pakkett totali tal-pagamenti diretti;

347.  Jinsab imħasseb serjament li s-sussidji tal-PAK jinċentivaw azjendi agrikoli, investituri, fondi spekulattivi, fondazzjonijiet u individwi sinjuri ħafna biex jakkumulaw l-artijiet, u dan iwassal għal żieda ulterjuri fil-konċentrazzjoni tas-sjieda tal-art; jinnota bi tħassib kbir li dan jgħolli l-prezz tal-art agrikola u jagħmilha dejjem aktar diffiċli għall-bdiewa żgħar u ta' daqs medju biex jakkwistaw l-art; itenni b'enfasi kbira li s-sussidji agrikoli mhumiex maħsuba biex ikunu redditi sikuri għall-investimenti ekoloġiċi;

348.  Itenni t-talba tiegħu għall-introduzzjoni ta' ammonti massimi ta' pagamenti li persuna fiżika waħda tista' tirċievi mill-ewwel u t-tieni pilastru tal-PAK; huwa tal-fehma li l-ammonti massimi li huma definiti għal persuni fiżiċi huma ħafna aktar diffiċli biex jiġu evitati minn limiti massimi għal persuni ġuridiċi; ifakkar li l-benefiċjarji jistgħu jaqsmu b'mod artifiċjali l-kumpaniji tagħhom jew joħolqu kumpaniji addizzjonali li kollha jistgħu jirċievu l-ammont massimu ta' finanzjament, u b'hekk jevitaw limitu definit għal kull persuna ġuridika; jilqa' l-intenzjonijiet tal-proposta li l-kumpaniji kollha li jappartjenu għall-istess grupp jingħaddu bħala benefiċjarju wieħed, iżda huwa tal-fehma li dan mhuwiex biżżejjed: strutturi ta' kumpaniji opaki u kumplessi ħafna li spiss jinvolvu entitajiet f'diversi Stati Membri u/jew pajjiżi terzi jagħmluha diffiċli ħafna li jiġi żgurat li l-kumpaniji kollha li jappartjenu għall-istess grupp jiġu identifikati bħala tali u fil-fatt jiġu ttrattati bħala benefiċjarju wieħed;

349.  Itenni t-tħassib tiegħu li s-sussidji tal-PAK ikomplu jinċentivaw il-ħtif tal-art minn strutturi kriminali u oligarkiċi; itenni l-appell urġenti tiegħu lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi mekkaniżmu ta' lmenti għall-bdiewa u l-SMEs li jiffaċċjaw ħtif tal-art, imġiba ħażina serja mill-awtoritajiet nazzjonali, trattament irregolari jew preġudikat fl-offerti jew id-distribuzzjoni ta' sussidji, pressjoni jew intimidazzjoni minn strutturi kriminali, kriminalità organizzata jew strutturi oligarkiċi, persuni li jkunu soġġetti għal xogħol sfurzat jew skjavitù jew ksur serju ieħor tad-drittijiet fundamentali tagħhom sabiex jressqu lment direttament lill-Kummissjoni; jilqa' l-fatt li mekkaniżmu ta' lmenti bħal dan ġie propost għar-regolament il-ġdid tal-PAK;

350.  Jinnota li l-awditi tad-DĠ AGRI fl-2017 u l-2019 identifikaw dgħufijiet fil-funzjonament tas-Sistema ta' Identifikazzjoni tal-Irqajja' tal-Art, l-Applikazzjoni ta' Għajnuna Ġeospazjali, il-kwalità tal-kontrolli fuq il-post, kif ukoll dewmien eċċessiv fl-ipproċessar tal-pagamenti, b'mod partikolari għal talbiet li jikkoinċidu; jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni interrompiet il-pagamenti u poġġiet l-aġenzija tal-pagamenti taħt prova; jinnota li d-dgħufijiet fis-sistemi ta' ġestjoni u kontroll tal-aġenzija tal-pagamenti qed jiġu indirizzati fi pjan ta' azzjoni mitlub mid-DĠ AGRI u msaħħaħ fl-2019; jinnota li l-ammont f'riskju huwa ta' EUR 3,271 miljun għall-pagamenti diretti u EUR 21,596 miljun għall-iżvilupp rurali u li l-proċedura tal-approvazzjoni tal-konformità għadha għaddejja;

351.  Jinsab imħasseb serjament dwar ir-rapport reċenti ppubblikat mill-Uffiċċju Suprem tal-Kontroll Slovakk rigward il-ħidma tal-Aġenzija tal-Pagamenti għall-Agrikoltura Slovakka, li kkonkluda n-nuqqas ta' trasparenza fil-ġestjoni tas-sussidji diretti kif ukoll tal-kontroll sistematiku tal-applikanti u tad-destinatarji tas-sussidji(14); jinsab imħasseb dwar il-limitazzjonijiet fl-affidabbiltà tar-riżultati tal-ħidma mwettqa mill-korpi taċ-ċertifikazzjoni, minħabba nuqqasijiet li l-Qorti identifikat f'xi kontrolli u metodoloġiji ta' kampjunar tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni;

352.  Jinnota li l-OLAF għalaq tliet investigazzjonijiet amministrattivi fl-2020 dwar l-użu ħażin possibbli tal-fondi tal-Unjoni għall-agrikoltura fis-Slovakkja fir-rigward ta' applikazzjonijiet għal pagamenti diretti li saru bejn l-2013 u l-2019; jiddispjaċih li kumpanija nstabet li intenzjonalment talbet pagamenti mill-Unjoni fuq art ineliġibbli, li prinċipalment intużat għal attività mhux agrikola; iqis li huwa allarmanti li l-OLAF identifika wkoll li ċerti żoni li għalihom kienu ilhom isiru talbiet għal snin twal minn xi kumpaniji fil-fatt ma kinux koperti minn kuntratti ta' kiri legalment validi;

353.  Jinnota wkoll li l-investigazzjonijiet tal-OLAF kixfu diversi dgħufijiet fis-sistema ta' kontroll u ġestjoni għall-pagamenti diretti fis-Slovakkja; jiddispjaċih li hemm biss kontrolli limitati ħafna dwar jekk ir-rimi tal-art mill-applikanti huwiex legali u li l-verifiki huma limitati għal talbiet li jikkoinċidu; jinnota s-sejba tal-OLAF li l-proċeduri ta' verifika interni adottati mill-awtorità nazzjonali Slovakka inkarigata mill-ġestjoni tal-art agrikola taħt sjieda tal-Istat jew art mingħajr sid privat magħruf għandhom jittejbu fir-rigward tat-trasparenza u ċ-ċertezza legali tagħha; jinnota li b'riżultat tan-nuqqasijiet fil-proċessi ta' verifika, l-OLAF iqis li l-pagamenti żejda jistgħu jammontaw għal aktar minn miljun euro;

354.  Jibqa' mħasseb serjament dwar rapporti dwar fondi agrikoli li jispiċċaw fil-bwiet tal-mexxejja awtokrati u l-ħbieb tagħhom; itenni li dan jirrappreżenta inġustizzja gravi lejn il-kontribwenti tal-UE u partikolarment lejn il-bdiewa żgħar u l-komunitajiet rurali; jisħaq li l-qerda tal-korruzzjoni u l-frodi għandha tkun parti integrali tal-PAK;

355.  Jissottolinja li, minħabba l-problemi mifruxa ta' kunflitt ta' interessi fid-distribuzzjoni tal-fondi agrikoli tal-Unjoni, mhuwiex mixtieq li l-membri tal-Kunsill Ewropew, il-ministri tal-agrikoltura, il-funzjonarji, jew il-membri tal-familja tagħhom ikunu qed jieħdu deċiżjonijiet dwar l-appoġġ għall-introjtu;

356.  Jinsab sorpriż mill-evalwazzjoni tal-Kummissjoni li skontha l-ministru agrikolu Ċek mhuwiex f'sitwazzjoni ta' kunflitt ta' interess minkejja li rċieva ammonti sostanzjali ta' sussidji mill-PAK meta kien responsabbli għall-programmazzjoni tal-programmi agrikoli fil-qafas tal-PAK; jikkritika l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni apparentement differenti tal-Artikolu 61 tar-Regolament Finanzjarju; jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi rapport komprensiv li jixħet dawl fuq jekk attwalment qed isirux awditi fuq kwalunkwe membru tal-gvern fi kwalunkwe Stat Membru, u tipprovdi ħarsa ġenerali dwar liema membri tal-gvernijiet fl-Istati Membri kollha jirċievu sussidji mill-PAK u/jew mill-fondi ta' koeżjoni;

357.  Jindika studju reċenti offrut lill-Awtorità ta' Kwittanza dwar l-identifikazzjoni tal-benefiċjarji diretti u finali tal-infiq tal-PAK(15); itenni s-sejba tal-istudju li għadu impossibbli li tingħata ħarsa ġenerali komprensiva u aċċessibbli ta' dawn il-benefiċjarji; għalhekk, jitlob lill-Kummissjoni biex, b'kooperazzjoni mal-aġenziji nazzjonali, tipproponi format standardizzat u aċċessibbli għall-pubbliku biex tiżvela l-benefiċjarji aħħarin tal-PAK;

358.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tikkoopera mal-Istati Membri sabiex taġġusta l-kundizzjonijiet stabbiliti mill-awtoritajiet nazzjonali biex jirċievu sussidji għal proġetti kbar, peress li attwalment il-biċċa l-kbira tal-finanzjament tal-PAK huwa ta' benefiċċju għal kumpaniji kbar; jistieden lill-Kummissjoni toħroġ rakkomandazzjonijiet u tallinja dawn il-kundizzjonijiet sabiex ikunu armonizzati aħjar madwar l-UE, filwaqt li tirrispetta l-ispeċifiċitajiet nazzjonali;

359.  Jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta lill-Parlament dwar ir-riżultati tal-proċedura tal-awditjar tad-DĠ AGRI dwar il-każ ta' kunflitt ta' interess fir-Repubblika Ċeka; jitlob li tingħata attenzjoni partikolari lill-pagamenti li jsiru lill-kumpaniji li huma proprjetà diretta u indiretta tal-Prim Ministru Ċek jew ta' Membri oħra tal-Gvern Ċek;

360.  Jinnota li fir-rigward tal-miżuri tas-suq, 6 Aġenziji tal-Pagamenti ġew ikklassifikati bħala li jipprovdu "aċċertament limitat b'riskju għoli": il-Bulgarija, Spanja, ir-Renju Unit, il-Greċja, l-Italja (għal 2 skema ta' għajnuna) u l-Portugall. L-ogħla rata ta' żball aġġustata nstabet fil-Bulgarija (11,52 %), segwita mill-Polonja (7,15 %) u l-Italja (6,12 %). DĠ AGRI ħareġ 7 riżervi fil-livell tal-miżura: Frott u ħxejjex: Programmi operazzjonali għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi (ir-Renju Unit, l-Italja u l-Portugall), iż-żejt taż-żebbuġa (il-Greċja), is-settur tal-inbid (il-Bulgarija, l-Italja), l-Iskema tal-Iskejjel tal-UE (Spanja). Jinsab partikolarment imħasseb dwar is-settur tal-inbid, fejn ir-rati ta' żball aġġustati fil-Bulgarija (15,7 %) u fl-Italja (9,6 %) huma għoljin ħafna, b'ammonti f'riskju ta' aktar minn EUR 30 miljun fl-Italja u EUR 2,3 miljun fil-Bulgarija.

361.  Jinnota li fir-rigward tal-pagamenti diretti, 18-il Aġenzija tal-Pagamenti kellhom rata ta' żball ta' bejn 2 % u 5 %, u waħda ogħla minn 5 % (5,2 fl-Awstrija). DĠ AGRI ħareġ 17-il riżerva fil-livell tal-Aġenzija tal-Pagamenti għall-Awstrija, Ċipru, id-Danimarka, Spanja (3 Aġenziji tal-Pagamenti), il-Greċja, l-Italja (7 Aġenziji tal-Pagamenti), il-Portugall, ir-Rumanija u l-Iżvezja;

362.  Ir-riżervi jistgħu jinġabru fil-kategoriji li ġejjin: minħabba dgħufijiet fir-rigward tal-intitolamenti għal pagament (AT, DK, IT, PT, SE), minħabba dgħufija f'miżuri volontarji ta' appoġġ ibbażati fuq l-annimali (AT, GR, RO), minħabba rata għolja ta' żball irrappurtata (CY), abbażi tal-valutazzjoni tal-Korp taċ-Ċertifikazzjoni (ES06), minħabba dgħufijiet fil-kwalità tal-kontrolli fuq il-post (ES09, ES15, GR, PT, SE), dgħufijiet fis-Sistema ta' Identifikazzjoni tal-Irqajja' tal-Art (LPIS) (IT) u minħabba dgħufijiet fid-definizzjoni tal-art (RO, SE);

363.  It-tnaqqis li sar fl-2019 kien jikkonċerna 17-il Stat Membru u ammont totali ta' EUR 67 764 269,48 li minnhom 36 miljun waqgħu fuq l-Italja, 15-il miljun fuq ir-Renju Unit u 8 miljuni fuq Spanja;

364.  Jinnota li fir-rigward tal-iżvilupp rurali, 30 minn 71 Aġenzija tal-Pagamenti għandhom rata ta' żball aġġustat 'il fuq minn 2 % (li minnhom 8 kienu 'il fuq minn 5 %: Ċipru, il-Ġermanja (Aġenzija tal-Pagamenti waħda), l-Estonia, Spanja (Aġenzija tal-Pagamenti waħda), Franza (Aġenzija tal-Pagamenti waħda), ir-Renju Unit (Aġenzija tal-Pagamenti waħda), il-Portugall, is-Slovakkja. DĠ AGRI ħareġ 21 riżerva fil-livell tal-Aġenzija tal-Pagamenti: l-Awstrija, Ċipru, il-Ġermanja (Aġenzija tal-Pagamenti waħda), id-Danimarka, l-Estonja, Spanja (żewġ Aġenziji tal-Pagamenti), il-Finlandja, Franza (żewġ Aġenziji tal-Pagamenti), ir-Renju Unit (Aġenzija tal-Pagamenti waħda), il-Kroazja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja (żewġ Aġenziji tal-Pagamenti), il-Litwanja, il-Portugall, ir-Rumanija, l-Iżvezja u s-Slovakkja. L-ogħla rati ta' żball aġġustati nstabu fis-Slovakkja (10,31 %), segwiti minn 7,63 % f'Ċipru u 5,94 % fil-Polonja;

365.  Ir-riżervi jistgħu jinġabru fil-kategoriji li ġejjin: minħabba dgħufijiet fil-miżura tal-biedja organika (AT, HU); afforestazzjoni (ES02, PT); u għall-miżura relattiva għall-investimenti tal-programm Leader u l-investimenti privati tas-Sistema Integrata ta' Amministrazzjoni u Kontroll (non-IACS) (DE19), minħabba nuqqasijiet fil-verifiki għall-kontrolli fuq il-post (CY, DK, FR18, FR19, IT10, SK); ir-raġonevolezza tal-ispejjeż (ES09, FR19); fil-kontroverifiki (ES09, SK); ineliġibbiltà (ES09, CY, RO, SK) u bidwi attiv (GB07), minħabba dgħufijiet fil-proċeduri ta' superviżjoni għal xi miżuri (IT10); u fir-reġistrazzjoni tal-erja massima eliġibbli (MEA) fis-Sistema ta' Identifikazzjoni tal-Irqajja' tal-Art (LPIS) għall-miżuri tas-Sistema Integrata ta' Amministrazzjoni u Kontroll (IACS) (IT10, IT26), minħabba nuqqasijiet fil-miżura ta' investiment (HR); investimenti privati (LT); forestrija, impenji agroambjentali, twaqqif ta' gruppi ta' produtturi u miżuri ta' ġestjoni tar-riskju (HU); minħabba nuqqasijiet fil-proċeduri ta' akkwist pubbliku (HU, RO, SK), minħabba rati ta' żball irrappurtati għoljin (CY, DK, EE, ES02, ES09, FR18, FR19 HR, IE, LT, PT), abbażi tal-valutazzjoni tal-Korp taċ-Ċertifikazzjoni (FI, GB07, HR, IT26, SE);

Rakkomandazzjonijiet

366.  Jistieden lill-Kummissjoni:

   twettaq analiżi bir-reqqa tar-raġunijiet sottostanti u tal-problemi strutturali potenzjali li jikkawżaw id-dgħufijiet sistemiċi persistenti fl-affidabbiltà u l-kwalità tal-ħidma mill-korpi taċ-ċertifikazzjoni identifikati mill-Qorti fl-awditi tagħha kull sena u tagħti attenzjoni speċjali lil kwalunkwe differenza potenzjali speċifika għall-pajjiż; jitlob lill-Kummissjoni tinkludi wkoll osservazzjonijiet dwar l-aħjar prattika fost l-awtoritajiet nazzjonali b'livelli baxxi ta' żbalji u li x-xogħol tagħhom jitqies affidabbli mill-Qorti; jitlob lill-Kummissjoni twettaq din l-analiżi b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Qorti u tinvolvi b'mod attiv lill-awtoritajiet nazzjonali kemm fir-rigward tad-deskrizzjoni tal-problema kif ukoll tas-soluzzjonijiet potenzjali;
   tikkondividi r-riżultati ta' din l-analiżi mal-Qorti, l-awtorità ta' kwittanza u l-Istati Membri;
   abbażi ta' din l-analiżi, tindirizza rakkomandazzjonijiet orizzontali kif ukoll speċifiċi għall-pajjiż li jkunu ċari, prattiċi u faċilment implimentabbli lill-awtoritajiet nazzjonali; jitlob lill-Kummissjoni tistabbilixxi djalogu strutturat mal-awtoritajiet nazzjonali u l-Qorti biex taħdem kontinwament fuq il-bini tal-kapaċitajiet u l-iskambju tal-aħjar prattika biex titjieb l-affidabbiltà tal-ħidma tal-awtoritajiet nazzjonali tal-awditjar; iżomm lill-awtorità ta' kwittanza infurmata dwar il-progress ta' dan id-djalogu;
   ittejjeb ulterjorment il-kwalità u tkabbar l-ambitu tal-awditjar u l-kontrolli tar-regolarità u tikseb ir-riżultati tal-politika agrikola tal-UE kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f'dak Ewropew bħala kundizzjoni ewlenija għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE;

Prestazzjoni tal-PAK

367.  Iqis li, fid-dawl tan-nuqqas ta' strumenti speċifiċi tal-PAK biex jiġi bbilanċjat il-funzjonament tal-katina tal-provvista tal-ikel, il-prijorità urġenti hija li titkompla l-leġiżlazzjoni sabiex il-bdiewa ma jibqgħux l-aktar ħolqa dgħajfa fil-katina;

368.  Jisħaq li l-investimenti li jikkontribwixxu għal irkupru ekonomiku reżiljenti, sostenibbli u diġitali, f'konformità mal-għanijiet agroambjentali klimatiċi segwiti fil-Patt Ekoloġiku Ewropew, huma fundamentali għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku taż-żoni rurali;

369.  Jenfasizza r-rwol tal-appoġġ bażiku għall-introjtu fil-PAK u l-kontribut tiegħu għaż-żamma tal-attività agrikola u dik tat-trobbija tal-bhejjem, it-trażżin tal-esodu rurali u l-promozzjoni ta' ambjent rurali vibranti u dinamiku;

370.  Jenfasizza li l-appoġġ tal-PAK għall-bdiewa żgħażagħ ta prova tal-fatt li huwa għodda essenzjali, u għandu jissaħħaħ ulterjorment; jemmen li d-diġitalizzazzjoni u l-innovazzjoni, u l-investimenti għall-iżvilupp ta' ktajjen tal-provvista qosra u l-bejgħ dirett lill-konsumaturi, jistgħu jkunu strumenti deċiżivi għar-rivitalizzazzjoni taż-żoni rurali li permezz ta' dan isiru aktar attraenti għall-bdiewa żgħażagħ; iqis li, meta l-Istati Membri jwettqu l-ippjanar strateġiku tagħhom, huma għandhom jagħtu prijorità lil appoġġ suffiċjenti u aċċessibbli, flimkien mas-semplifikazzjoni għall-benefiċjarji finali, b'mod partikolari għall-bdiewa żgħażagħ, ġodda u żgħar; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu introdotti proċeduri, fl-istadju ta' implimentazzjoni tal-pjanijiet strateġiċi nazzjonali, li jkunu mfassla għal ħtiġijiet speċifiċi;

371.  Jenfasizza kemm ġeneralment jaħdmu tajjeb il-pagamenti akkoppjati volontarji biex jappoġġjaw setturi f'riskju serju ta' abbandun;

372.  Jirrimarka li l-fondi promozzjonali huma essenzjali għall-ftuħ u l-konsolidazzjoni ta' swieq ġodda; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-mudell ekoloġiku jiġi promoss bl-istess mod bħal mudelli oħra ugwalment sostenibbli, bħall-produzzjoni integrata jew il-biedja ta' preċiżjoni;

373.  Jinnota li PAK aktar ekoloġika, f'konformità mal-Ftehim ta' Pariġi u l-Patt Ekoloġiku Ewropew, mhux biss tappoġġja lill-Unjoni biex tilħaq il-miri tagħha, iżda żżid ukoll l-effiċjenza fl-użu tal-flejjes pubbliċi, billi tillimita l-esternalitajiet negattivi marbuta mal-prattiki agrikoli u tmexxi l-enfasi fuq il-prevenzjoni aktar milli l-kura;

374.  Ifakkar li n-nefqa li tikkontribwixxi għat-twaqqif u t-treġġigħ lura tat-tnaqqis tal-bijodiversità għandha tiġi kkalkulata abbażi ta' metodoloġija effettiva, trasparenti u komprensiva stabbilita mill-Kummissjoni, b'kooperazzjoni mal-Parlament u mal-Kunsill; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi lill-Parlament b'rapport annwali li jistabbilixxi fid-dettall il-kontribut ta' kull partita baġitarja għall-mira tal-integrazzjoni tal-bijodiversità li jiġi pprovdut 7,5 % tal-infiq annwali taħt il-QFP 2021-2027 għall-għan tal-bijodiversità mill-2024 u 10 % tal-infiq annwali taħt il-QFP 2021-2027 għall-għan tal-bijodiversità mill-2026, sabiex jiġi ffaċilitat il-monitoraġġ tiegħu;

375.  Iqis li huwa inkwetanti li l-Qorti identifikat dgħufijiet fis-sett ta' indikaturi tal-prestazzjoni tal-PAK:

   Aktar indikaturi huma relatati mal-inputs jew l-outputs u għalhekk juru l-livell ta' assorbiment aktar milli r-riżultati jew l-impatti tal-politika:
   L-indikaturi fid-dikjarazzjonijiet tal-programmi jipprovdu prinċipalment informazzjoni dwar l-outputs, li jistgħu jitkejlu aktar faċilment u huma inqas milquta minn fatturi esterni meta mqabbla mar-riżultati u l-impatti:
   14-il indikatur ma għandhomx mira speċifika u kwantifikata u għalhekk jindikaw biss xejriet:
   Il-valutazzjoni ta' kemm qed jingħata appoġġ lill-benefiċjarji barra mill-grupp fil-mira tista' ttejjeb it-tfassil tal-politika u żżid l-effiċjenza tal-PAK. Dan jinvolvi l-identifikazzjoni tal-fondi tal-PAK imħallsa lill-benefiċjarji li l-attività ekonomika ewlenija tagħhom mhijiex il-biedja. Tali data tista' wkoll tgħin biex jiġu identifikati talbiet li jinvolvu konċentrazzjoni sinifikanti ta' art (li potenzjalment jirrappreżentaw "ħtif tal-art"). Barra minn hekk, il-pagamenti diretti kkontribwew għal żieda fil-kirjiet tal-art f'xi Stati Membri, b'mod partikolari għall-artijiet bi produttività baxxa. L-evalwaturi rrakkomandaw li l-Kummissjoni tinvestiga l-impatt tal-pagamenti diretti fuq iż-żieda tal-kirjiet tal-art u tieħu kontromiżuri xierqa.
   Seba' indikaturi mhumiex relatati mal-prestazzjoni tal-PAK, iżda huma relatati mal-aċċertament dwar ir-regolarità tal-infiq, is-sensibilizzazzjoni pubblika rigward il-PAK u l-appoġġ għall-politika tal-informazzjoni fi ħdan id-DĠ AGRI.

376.  Jiddeplora l-livell baxx ta' biedja organika fl-Ewropa, li huwa biss 7,5 % meta jitqiesu r-riżorsi investiti; jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi mudell ibbażat fuq il-prestazzjoni fil-PAK li għandu jaħdem abbażi tal-istess indikaturi, li jagħti valuri kwantifikati biex jiġu identifikati l-objettivi intermedji; jinsisti fuq il-ħtieġa li tiġi pprovduta informazzjoni addizzjonali sinifikanti dwar il-prestazzjoni lejn il-kisba tal-għan ta' politika dwar il-bijodiversità u l-azzjonijiet klimatiċi; jenfasizza li huwa meħtieġ għarfien aħjar f'setturi bħall-agrikoltura u l-forestrija; jistieden lill-Kummissjoni tqis it-titjib ulterjuri ssuġġerit fir-rappurtar ta' kif il-politiki ta' mitigazzjoni tal-UE u dawk nazzjonali jikkontribwixxu għall-ilħuq tal-miri ta' tnaqqis tal-emissjonijiet; tipproponi li s-Sistema ta' Monitoraġġ tal-Erja (AMS) għandha tkun obbligatorja fil-qafas tal-IACS (Sistema Integrata ta' Amministrazzjoni u Kontroll) fl-Istati Membri;

377.  Jinsab imħasseb dwar id-disponibbiltà limitata u l-aċċess pubbliku limitat għad-data dwar is-sussidji agrikoli u l-benefiċjarji finali tagħhom; huwa tal-fehma li tali informazzjoni għandha ssir pubblika iżda strettament f'konformità mal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data u l-ġuriżdizzjoni permanenti tal-QĠUE dwar din il-kwistjoni; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri tal-Unjoni jiġbru tali data u jagħmluha aċċessibbli skont il-kundizzjonijiet ta' hawn fuq b'mod trasparenti u faċli għall-utent (inkluż il-format li jinqara minn magna), sabiex dan jippermetti trasparenza u kontroll pubbliku tal-użu tal-fondi tal-Unjoni, b'mod ġenerali, iżda b'mod espliċitu għall-korpi u l-awtoritajiet rilevanti;

378.  Jinnota bi tħassib li skont ir-regoli ta' trasparenza attwali, id-data hija disponibbli biss għal perjodu ta' sentejn fil-każ ta' finanzjament tal-PAK; jitlob li jiġi applikat perjodu ta' żmien itwal fil-każ tal-finanzjament tal-PAK kif inhu l-każ għall-fondi strutturali;

379.  Jinnota li fl-2019 il-Kummissjoni ċċarat il-qafas legali applikabbli għall-monitoraġġ dirett permezz tat-teknoloġiji tal-immaġni(16); jilqa' l-osservazzjonijiet tal-Qorti(17) li t-teknoloġiji tal-immaġni jirrappreżentaw vantaġġi straordinarji bħat-tnaqqis taż-żjarat fuq il-post u konsegwentement l-ispejjeż amministrattivi tagħhom, approċċ ta' monitoraġġ interattiv li jipprevjeni n-nuqqas ta' konformità u l-ġenerazzjoni ta' data utli għall-biedja intelliġenti; jenfasizza b'mod partikolari li t-teknoloġiji tal-immaġni jippermettu l-monitoraġġ tal-popolazzjoni kollha tad-destinatarji tal-għajnuna, li tista' tkun bidla radikali f'termini ta' kontroll baġitarju; jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi l-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u klimatika sabiex tagħmilhom kompatibbli mal-verifiki permezz tal-monitoraġġ; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tneħħi l-ostakli għal użu usa' tat-teknoloġiji tal-immaġni u tipprovdi inċentivi u appoġġ lill-aġenziji tal-pagamenti nazzjonali biex jużaw il-verifiki permezz tal-monitoraġġ;

380.  Jinnota l-osservazzjoni tal-Qorti li l-informazzjoni fl-AMPR hija allinjata mad-data sottostanti fid-dikjarazzjonijiet tal-programmi, iżda l-APMR jagħti perspettiva ottimista wisq tal-kisbiet u ma jiddiskutix l-effiċjenza tal-infiq; jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-miżuri meħuda biex jingħelbu l-isfidi sinifikanti li hija nnotat fil-kisba tal-għanijiet ta' politika għall-perjodu 2014-2020;

381.  Jieħu nota tal-osservazzjoni tal-Qorti li l-pagamenti diretti jnaqqsu l-volatilità tal-introjtu (b'madwar 30 % kif issuġġerit minn studju ta' evalwazzjoni bl-użu ta' data għall-2010-2015), iżda fil-biċċa l-kbira mhumiex immirati; jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li jkun hemm konsistenza aħjar bejn il-miri indirizzati mill-indikaturi u l-għan ta' politika li jiżdied il-qligħ individwali tal-persuni involuti fl-agrikoltura filwaqt li tiġi limitata l-ħtieġa għal appoġġ dirett;

382.  Jilqa' r-reviżjoni tal-indikaturi u l-għanijiet fil-proposti tal-Kummissjoni dwar il-PAK wara l-2020 li hija bbażata fuq id-dgħufijiet identifikati mis-Servizz tal-Awditjar Intern tagħha u mill-Qorti fir-rigward tal-indikaturi tas-CMEF, kif ukoll fuq ir-rikonoxximent tal-ħtieġa li jiġu żviluppati aktar l-indikaturi;

383.  Jinnota l-osservazzjoni tal-Qorti li l-PAK għandha l-potenzjal li tikkontribwixxi għall-użu sostenibbli tar-riżorsi naturali, iżda ma hemmx biżżejjed data biex tiġi vvalutata l-effikaċja; jinnota ulterjorment is-sejbiet tagħha li l-ekoloġizzazzjoni kien kellha ftit effett li jista' jitkejjel fuq il-prattiki tal-biedja u l-ambjent u li essenzjalment baqgħet skema ta' appoġġ għall-introjtu;

384.  Jieħu nota tar-restrizzjoni, identifikata mill-Qorti għal kontribut b'suċċess tal-miżuri agroambjentali u klimatiċi għall-bijodiversità u jistieden lill-Kummissjoni tissuġġerixxi miżuri biex tiżdied il-kopertura tal-iskemi ta' porzjon sostanzjali tal-pajsaġġ agrikolu u ta' riskji speċifiċi;

385.  Jieħu nota tal-kisba modesta mill-miżuri ta' forestrija taħt il-FAEŻR, il-kisba ta' 60 % fl-2018 tal-mira għal sistemi ta' irrigazzjoni aktar effiċjenti stabbilita għall-2023 u l-ħtieġa għal aktar tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra mill-agrikoltura u jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta dwar il-miżuri meħuda biex jittejbu r-riżultati tal-implimentazzjoni tal-PAK f'dawn l-oqsma;

386.  Jieħu nota tal-osservazzjoni tal-Qorti li l-AMPR fih informazzjoni dwar l-impjiegi u l-aċċess għall-broadband, iżda ma jipprovdi l-ebda informazzjoni rilevanti dwar il-prestazzjoni għall-objettiv ta' żvilupp territorjali bbilanċjat; jiddispjaċih ħafna li 40 % tal-unitajiet domestiċi rurali għad m'għandhomx aċċess għall-internet b'veloċità għolja. Id-diġitalizzazzjoni mhijiex qed titħaffef fiż-żoni rurali biex jiġi xprunat l-impjieg hemmhekk u biex jiġi appoġġjat l-iżvilupp tal-azjendi agrikoli fuq bażi ta' kuljum;

387.  Jilqa' ż-żieda fir-rata ta' impjieg rurali minn 63,4 % fl-2012 għal 68,1 % fl-2018;

388.  Jieħu nota taċ-ċifri li dwarhom il-Qorti tikkummenta għal LEADER fi tmiem l-2018 (13 337 impjiegi reġistrati li jirrappreżentaw 30 % tal-mira tal-2023) kif ukoll tal-fatt li l-Kummissjoni ma għandhiex data affidabbli dwar l-impjiegi maħluqa fl-ambitu ta' LEADER; jitlob lill-Kummissjoni taħdem flimkien mal-Istati Membri sabiex tittejjeb id-disponibbiltà ta' data affidabbli għall-implimentazzjoni ta' LEADER;

389.  Huwa mħasseb dwar l-għadd kbir ta' rapporti fil-midja dwar abbużi tad-drittijiet tax-xogħol ta' ħaddiema agrikoli transfruntiera u staġjonali madwar l-UE, f'ħafna Stati Membri; jappoġġja lill-Kummissjoni fl-isforzi tagħha li tirrifjuta l-għajnuna lill-azjendi agrikoli li ma jirrispettawx id-drittijiet tax-xogħol tal-ħaddiema staġonali;

Rakkomandazzjonijiet

390.  Jistieden lill-Kummissjoni:

   tiżgura distribuzzjoni aktar ġusta tal-pagamenti diretti;
   tagħmel l-almu tagħha fin-negozjati dwar il-PAK biex tiżgura li mekkaniżmu ta' lmenti għall-bdiewa u l-SMEs isir parti mir-regolament il-ġdid tal-PAK;
   tagħmel l-almu tagħha fin-negozjati dwar il-PAK biex tiżgura li l-ammonti massimi ta' pagamenti riċevibbli mill-ewwel u t-tieni pilastru tal-PAK jiġu definiti għal kull persuna fiżika;
   iżżid l-isforzi fil-prevenzjoni u d-detezzjoni tal-frodi u taġġorna b'mod frekwenti l-analiżi tagħha tar-riskji ta' frodi tal-PAK u twettaq analiżi tal-miżuri ta' prevenzjoni tal-Istati Membri bħala kwistjoni ta' prijorità;
   tiżgura li l-Ħames Direttiva kontra l-ħasil tal-flus tiġi implimentata b'mod sħiħ u korrett fl-Istati Membri kollha, b'mod partikolari fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' reġistri pubbliċi tas-sidien benefiċjarji u reġistri tas-sidien benefiċjarji tat-trusts; jinnota li l-limiti massimi għandhom japplikaw ukoll għall-kumpanija omm fejn ikun hemm waħda, pjutost milli għall-benefiċjarju individwali jew is-sussidjarji, sabiex jiġi evitat il-qsim tal-azjendi agrikoli bil-għan li jiġi evitat limitu massimu;
   timplimenta t-talbiet tal-Parlament, inkluż l-istabbiliment ta' strumenti konkreti biex tiġi evalwata l-konċentrazzjoni tal-art fl-Istati Membri kollha, jiġu identifikati s-sidien benefiċjarji finali tal-fondi tal-Unjoni, anke permezz ta' identifikatur uniku tan-negozju fil-livell tal-Unjoni kif propost fis-sejbiet preliminari tal-istudju dwar "The largest 50 beneficiaries in each EU Member State of CAP and cohesion funds" (L-akbar 50 benefiċjarju f'kull Stat Membru tal-Unjoni tal-PAK u l-fondi ta' koeżjoni);
   tanalizza aħjar il-leġiżlazzjoni u l-politiki tal-Istati Membri biex jiġi evitat il-ħtif tal-art u tiġi fformulata gwida dwar l-aħjar prattiki; l-Istati Membri għandhom japplikaw l-aħjar prattiki leġiżlattivi intiżi sabiex jirrestrinġu l-ħtif tal-art; il-Kummissjoni għandha żżid l-isforzi għall-prevenzjoni u d-detezzjoni ta' frodi; l-Istati Membri, flimkien mal-Kummissjoni għandhom jiżviluppaw strument ġuridiku xieraq fil-livell tal-Unjoni ħalli jiġi evitat il-ħtif tal-art;
   iżżomm lill-awtorità ta' kwittanza informata dwar kwalunkwe żvilupp ġdid fir-rigward tal-Aġenzija tal-Pagamenti Slovakka għas-Settur Agrikolu, inkluża informazzjoni speċifika dwar il-korrezzjonijiet finanzjarji;
   tirrevedi, abbażi tal-irregolaritajiet misjuba fis-Slovakkja, is-sitwazzjoni tal-Aġenziji tal-Pagamenti għas-Settur Agrikolu fl-Istati Membri u tiżgura kemm l-indipendenza tagħhom kif ukoll il-konformità tal-operazzjonijiet tagħhom mar-regoli tal-Unjoni;
   tinforza bis-sħiħ ir-Regolament Finanzjarju tal-Unjoni, u b'mod partikolari l-Artikolu 61 tiegħu u tiżgura li r-Regolament Finanzjarju jiġi applikat għall-pagamenti kollha tal-fondi tal-Unjoni, inklużi l-pagamenti diretti fl-agrikoltura;
   tipprovdi lill-Parlament b'rapport annwali li jagħti b'mod dettaljat il-kontribuzzjoni ta' kull partita tal-baġit għall-mira tal-integrazzjoni klimatika u għall-infiq fuq il-bijodiversità, sabiex jiġi ffaċilitat il-monitoraġġ tagħhom;
   tibda taħdem b'urġenza fuq metodoloġija effettiva, fejn rilevanti, u f'konformità mal-leġiżlazzjoni settorjali, għall-monitoraġġ tal-infiq fuq il-klima u l-prestazzjoni tagħha bil-ħsieb li tintlaħaq mira ġenerali ta' mill-inqas 30 % tal-ammont totali tal-infiq tal-baġit tal-Unjoni għall-2021-2027 u tan-Next Generation EU (NGEU) li jappoġġja l-objettivi tal-klima;
   tipprovdi r-riżorsi finanzjarji meħtieġa għall-ġestjoni tal-ilma, inkluż l-appoġġ għall-kwalità u l-kwantità tar-riżorsi tal-ilma fl-art agrikola, fil-forestrija u fl-artijiet mistagħdra wkoll;

Sigurtà u ċittadinanza

391.  Jinnota li l-pagamenti għas-"Sigurtà u Ċittadinanza" ammontaw għal EUR 3,3 biljun u ġew żburżati permezz tal-programmi, il-politiki u l-aġenziji li ġejjin:

   "Migrazzjoni u sigurtà", sa 45,3 % tal-intestatura tal-baġit jew EUR 1,6 biljun;
   14-il Aġenzija deċentralizzata (saħħa: ECDC, EFSA, EMA, ECHA; affarijiet interni: Frontex, EASO, Europol, CEPOL, EU-LISA, EMCDDA; ġustizzja: Eurojust, FRA, EIGE, UPPE), sa 29,1 % tal-intestatura tal-baġit jew EUR 1 biljun;
   "Ikel u Għalf", sa 7,6 % tal-intestatura tal-baġit jew EUR 0,2 biljun;
   "Ewropa Kreattiva", sa 7,3 % tal-intestatura tal-baġit jew EUR 0,2 biljun;
   "Oħrajn" (konsumaturi, ġustizzja, drittijiet, ugwaljanza u ċittadinanza), sa 10,7 % jew EUR 0,3 biljun;

392.  Jinnota b'sodisfazzjon li fl-ambitu tal-programm Ewropa Kreattiva ġew iffirmati 1 370 ftehim ta' għotja fl-2019, ċifra li teċċedi b'hekk il-mira tal-Kummissjoni u tuża għalkollox l-approprjazzjonijiet tal-baġit disponibbli; ifakkar, f'dan ir-rigward, li distribuzzjoni ġeografika ġusta tal-għotjiet hija essenzjali biex tiġi sfruttata r-rikkezza kollha tal-kultura Ewropea; jilqa' l-iżviluppi rigward l-implimentazzjoni tal-proġett pilota dwar l-iskema ta' mobbiltà għall-artisti u għall-professjonisti fl-oqsma tal-kultura u kreattività, kif ukoll l-azzjonijiet preparatorja għal "L-Ewropa għall-Festivals, Festivals għall-Ewropa" u għal "Il-Mużika Ċċaqlaq l-Ewropa"; jieħu l-opportunità biex ifakkar fl-importanza li jiżdied il-baġit għal dan il-programm biex tkompli tittejjeb ir-rata ta' suċċess tiegħu;

393.  Għadu mħasseb dwar in-nuqqas apparenti ta' trasparenza u ta' obbligu ta' rendikont fl-arranġamenti għall-għoti mill-Kummissjoni ta' appoġġ finanzjarju lil Euronews; jenfasizza li l-Qorti ma tindikax nuqqasijiet min-naħa ta' Euronews, iżda tiffoka ħafna aktar fuq il-mekkaniżmi ta' monitoraġġ u evalwazzjoni tal-Kummissjoni; iħeġġeġ għaldaqstant lill-Kummissjoni żżid it-trasparenza fir-rigward tal-baġit għall-attivitajiet multimedjali u ttejjeb l-obbligu ta' rendikont għall-infiq; jinnota li Euronews kien soġġett għal żewġ awditi tal-prestazzjoni f'dawn l-aħħar erba' snin; jirrikonoxxi li awditu indipendenti tal-prestazzjoni ta' azzjonijiet iffinanzjati fil-linja baġitarja tal-Azzjonijiet Multimedjali, li ġie ppubblikat fit-23 ta' Ġunju 2020, jiddikjara li "Euronews għandu proċeduri stabbiliti sew biex jappoġġa l-kwalità editorjali, il-bilanċ, l-indipendenza u l-imparzjalità, u dawn jidhru li qed joperaw b'mod effettiv"; ifakkar fil-ħtieġa li titkompla evalwazzjoni imparzjali sabiex jiġu garantiti l-ogħla standards ta' trasparenza u obbligu ta' rendikont; jitlob lill-Kummissjoni tirrifletti t-tħassib tal-Parlament Ewropew fit-tfassil tal-Ftehim Qafas ta' Sħubija li jmiss fl-2021; jitlob lill-Kummissjoni tiddiversifika l-mezzi ta' komunikazzjoni ffinanzjati taħt il-linja baġitarja tal-Azzjonijiet Multimedjali;

394.  Jenfasizza li l-benefiċjarji tal-programmi li jippromwovu d-drittijiet, l-ugwaljanza u ċ-ċittadinanza taħt il-baġit tal-Unjoni jeħtiġilhom jaderixxu mal-ogħla standards tal-istat tad-dritt, il-midja indipendenti u l-libertà tal-espressjoni; jiddeplora l-fatt li x-xjenzjat politiku Awstrijak Farid Hafez ripetutament irċieva finanzjament mill-baġit tal-UE, minkejja l-assoċjazzjoni mill-qrib tiegħu mal-Fratellanza Musulmana u l-gvern Tork, li jippruvaw isikktu ġurnalisti indipendenti u jeliminaw il-libertà tal-midja bl-iskuża tal-Iżlamofobija; jistieden lill-Kummissjoni temenda l-kriterji ta' eliġibbiltà għall-programmi favur id-drittijiet, l-ugwaljanza u ċ-ċittadinanza fil-qafas tal-baġit tal-Unjoni biex tipprevjeni lil individwi u organizzazzjonijiet b'tali fehmiet inkwetanti milli jirċievu finanzjament mill-Unjoni;

395.   Jilqa' r-riżultati f'oqsma ta' azzjoni ewlenin tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri, bħall-vjolenza abbażi tal-ġeneru permezz ta' programmi speċifiċi, kif ukoll l-eżitu u l-konklużjoni tan-negozjati tal-QFP dwar il-programm dwar iċ-ċittadinanza, l-ugwaljanza, id-drittijiet u l-valuri;

396.  Jitlob li jiġu studjati s-sinerġiji bejn il-programmi interni u esterni tal-Unjoni biex jiġi żgurat approċċ koerenti u kontinwu għall-politiki kemm ġewwa kif ukoll barra l-Unjoni, speċjalment pereżempju għal kwistjonijiet relatati mal-vjolenza fuq in-nisa jew mal-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin;

397.  Itenni bil-qawwa t-talba tiegħu li jiżdiedu r-riżorsi ddedikati għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza abbażi tal-ġeneru fl-ambitu tal-programm dwar iċ-Ċittadini, l-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Valuri, speċjalment wara l-eskalazzjoni tal-vjolenza fuq in-nisa matul il-kriżi tal-COVID-19; itenni l-appell tiegħu għal linja baġitarja indipendenti għall-miżuri kollha mmirati speċifikament lejn l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, inkluż dwar il-vjolenza abbażi tal-ġeneru, li se jkun l-ewwel pass biex tiżdied it-trasparenza, jiġi ffaċilitat is-segwitu tal-infiq marbut mal-ġeneri u jkun hemm proċess deċiżjonali miftuħ dwar il-fondi allokati għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri, fejn il-Parlament għandu jkollu rwol fundamentali fil-kapaċità tiegħu bħala awtorità baġitarja;

398.  Jinsab imħasseb li fl-analiżi tal-infiq intern tagħha tal-programmi attwali tal-Unjoni, il-Qorti sabet li l-ugwaljanza bejn il-ġeneri ma kinitx ġiet integrata fil-baġit kollu tal-Unjoni bl-istess mod bħat-tibdil fil-klima jew il-bijodiversità u li minflok, programmi speċifiċi, prinċipalment dawk li jindirizzaw kwistjonijiet soċjali u tal-impjiegi, kienu ntużaw biex tiġi indirizzata d-diskriminazzjoni abbażi tal-ġeneru; jiddispjaċih li ma hemm l-ebda metodoloġija fis-seħħ biex jiġi segwit l-infiq iddedikat għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri; jilqa' d-deċiżjoni tal-Qorti li teżamina l-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-baġit tal-UE u li tippubblika r-rapport tal-awditu fl-ewwel kwart tal-2021(18);

399.  Jenfasizza li d-drittijiet tan-nisa u perspettiva tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri għandhom jiġu integrati u żgurati fl-oqsma ta' politika kollha, b'mod partikolari fid-dawl tal-impatti multipli skont il-ġeneru tal-pandemija tal-COVID-19 fuq id-drittijiet tan-nisa; itenni, għalhekk, l-appell tiegħu għall-implimentazzjoni tal-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fl-istadji kollha tal-proċess baġitarju, inklużi l-implimentazzjoni ta' bbaġitjar skont il-ġeneru u l-valutazzjoni tal-eżekuzzjoni tiegħu; itenni t-talba tiegħu li jiġu inklużi indikaturi speċifiċi għall-ġeneru fis-sett komuni ta' indikaturi tar-riżultati għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE;

400.  Jilqa' l-fatt li l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri ġew introdotti bħala wieħed mill-prinċipji orizzontali għall-fondi tal-Unjoni fil-QFP il-ġdid għall-2021-2027, u li dan jistipula li l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri issa se jingħataw prijorità fil-QFP; jiddispjaċih li għalkemm l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri kienet diġà inkluża f'dikjarazzjoni konġunta mehmuża mal-QFP għall-2014-2020, din ma ġietx implimentata għalkollox fil-QFP għal dan il-perjodu; jistenna li fil-futur, il-Kummissjoni tieħu l-impenji tagħha bis-serjetà billi timmonitorja mill-qrib l-implimentazzjoni ta' dawn il-prinċipji orizzontali fl-oqsma kollha tal-politika tal-UE u billi tipprovdi monitoraġġ mill-qrib tal-politiki u l-programmi kollha tagħha u valutazzjonijiet bir-reqqa tal-impatt tagħhom skont il-ġeneru;

401.  Jilqa' l-impenn li tiġi żviluppata metodoloġija biex jiġi segwit l-infiq fuq l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li l-metodoloġija titfassal sa tmiem l-2021 biex issir operattiva malajr kemm jista' jkun;

402.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-interrelazzjoni bejn l-attakki fuq l-istat tad-dritt u r-rigress fl-ugwaljanza bejn il-ġeneri u d-drittijiet tan-nisa; jitlob li din il-kwistjoni tiġi indirizzata permezz tal-proċedura tal-Artikolu 7 fil-konfront tal-Istati Membri kkonċernati;

Is-sejbiet tal-Qorti: Il-kontijiet annwali tal-AMIF/ISF tal-Istati Membri

403.  Jinnota l-fatt li l-aktar qasam sinifikanti tan-nefqa f'din l-intestatura huwa l-migrazzjoni u s-sigurtà kif ukoll il-fatt li l-biċċa l-kbira tal-infiq ġej minn żewġ fondi – il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF) u l-Fond għas-Sigurtà Interna (ISF);

404.  Jiddispjaċih li l-Qorti ma stmatx ir-rata ta' żball għal din l-intestatura tal-QFP iżda eżaminat kampjun ta' 19-il tranżazzjoni intiż sabiex jikkontribwixxi għad-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni ġenerali tagħha aktar milli biex ikun rappreżentattiv tal-infiq taħt din l-intestatura tal-QFP; jinnota li l-kampjun kopra 8 tranżazzjonijiet f'reġim ta' ġestjoni kondiviża, 8 tranżazzjonijiet f'reġim ta' ġestjoni diretta u tranżazzjoni waħda f'reġim ta' ġestjoni indiretta, u huwa mħasseb dwar il-fatt li l-Qorti identifikat seba' tranżazzjonijiet (37 %) li kienu milquta minn żbalji; ifakkar li l-interess pubbliku u politiku f'dan il-qasam huwa ferm ogħla mis-sehem finanzjarju tiegħu; itenni t-talba tiegħu lill-Qorti biex tistma b'mod ċar ir-rata ta' żball għall-kapitolu Sigurtà u Ċittadinanza;

405.  Jinnota li l-Qorti ma pprovdietx informazzjoni dwar l-impatt finanzjarju li t-tliet żbalji kwantifikabbli identifikati minnha kellhom fuq l-ammonti ddebitati lill-baġit tal-Unjoni;

406.  Jieħu nota ta' erba' każijiet ta' nuqqas ta' konformità mad-dispożizzjonijiet legali li jirregolaw l-għażla ta' proġetti u r-regoli dwar l-akkwist, iżda mingħajr impatt finanzjarju fuq il-baġit tal-Unjoni;

407.  Jinnota li l-Qorti awditjat ix-xogħol li sar minn tmien awtoritajiet li huma responsabbli kemm mill-awditjar tal-kontijiet annwali tal-AMIF/FSI tal-Istati Membri rispettivi tagħhom kif ukoll mill-għoti ta' rapport annwali ta' kontroll lill-Kummissjoni.

408.  Jinnota b'sodisfazzjoni li l-awtoritajiet tal-awditjar fl-Istati Membri17 magħżula mill-Qorti għal kontroll kienu żviluppaw u implimentaw proċeduri dettaljati ta' kwalità suffiċjenti biex jirrapportaw kif meħtieġ mir-regoli, u kellhom programmi ta' awditu u listi ta' kontroll dettaljati biex isostnu l-konklużjonijiet tagħhom;

409.  Iqis ċerti nuqqasijiet fir-rapporti annwali ta' kontroll maħruġa mill-awtoritajiet tal-awditjar, li l-impatt tagħhom fuq il-kontijiet ma kienx materjali biżżejjed biex inaqqas mill-konklużjonijiet tal-awtoritajiet tal-awditjar iżda joħloq riskju potenzjali ta' nuqqas ta' affidabbiltà tad-data rrappurtata u ta' aċċertament limitat, bħal:

   Kwistjonijiet ta' kampjunar (l-użu ta' metodoloġija bbażata fuq ir-riskju aktar milli metodoloġija aleatorja; valuri mhux eżatti użati biex jiġi ddeterminat id-daqs tal-kampjun) fis-Slovenja;
   Sett ħażin ta' kontijiet (sottomissjoni tal-abbozz tal-kontijiet lill-awtorità tal-awditjar qabel ma tlesti l-kontrolli fuq il-post tagħha stess mill-awtorità responsabbli) fl-Italja u s-Slovenja;
   Kalkolu mhux eżatt u preżentazzjoni tar-rati ta' żbalji totali u/jew residwi fil-Ġermanja u l-Italja;
   L-esklużjoni tal-assistenza teknika mill-popolazzjoni tal-awditjar u n-nuqqas ta' rappurtar dwar dan il-fatt fir-rapport ta' kontroll annwali fis-Slovenja;
   L-esklużjoni parzjali ta' avvanzi mill-popolazzjoni tal-awditjar u n-nuqqas ta' rappurtar dwar dan il-fatt fir-rapport annwali ta' kontroll fil-Ġermanja;
   L-allokazzjoni ta' proġetti f'żewġ sottogruppi (avvanzi u nefqa mġarrba) għal raġunijiet ta' kampjunar f'Ċipru;

410.  Jinnota li l-awtoritajiet tal-awditjar fl-Istati Membri(19) magħżula mill-Qorti għal awditu kellhom programmi ta' awditu u listi ta' kontroll dettaljati biex jappoġġjaw il-konklużjonijiet tagħhom;

411.  Jissottolinja ċerti nuqqasijiet fix-xogħol tal-awtoritajiet tal-awditjar li joħolqu riskji potenzjali ta' nuqqas ta' detezzjoni ta' infiq ineliġibbli, ta' nuqqas ta' affidabbiltà tal-konklużjonijiet tal-awditjar u ta' aċċertament limitat bħall-eżempji t'hawn taħt u jitlob lill-Kummissjoni u lill-Qorti jaħdmu flimkien mal-awtoritajiet nazzjonali tal-awditjar biex jikkoreġu dawn in-nuqqasijiet:

   Kontrolli irregolari tal-għażla tal-proġetti u/jew tal-kriterji għall-għoti mill-awdituri fl-Italja u Ċipru;
   Rekord tal-awditjar insuffiċjenti jew dokumentazzjoni ħażina tax-xogħol tal-awditjar fil-Greċja, Ċipru, il-Litwanja u r-Renju Unit;
   Kontroll irregolari tal-evidenza rilevanti kollha disponibbli biex tiġi kkonfermata l-eliġibbiltà tal-gruppi fil-mira u n-nefqa ddikjarata jew ir-raġonevolezza tal-ispejjeż fl-Italja u Ċipru;

412.  Jindika n-nuqqasijiet li jirriżultaw mill-valutazzjonijiet li twettqu mill-Kummissjoni fir-rigward tar-rapporti annwali ta' kontroll(20) bħal:

   Definizzjoni differenti ta' "pagament interim", li toħloq riskji ta' kompromess għall-valur u l-kompletezza tad-data rrappurtata;
   Nuqqas ta' gwida tal-Kummissjoni dwar kif tiġi kkalkulata l-kopertura minima tal-awditjar ta' 10 % fil-każ ta' sottokampjunar, li joħloq riskji ta' affidabbiltà u inċertezza għall-konklużjonijiet tal-awditjar;

413.  Jilqa' l-kooperazzjoni qawwija bejn l-OLAF u l-Qorti fil-ġlieda kontra l-frodi marbuta mal-baġit; jieħu nota tal-fatt li fl-2019, bħal fl-2018, disa' każijiet ta' frodi ġew irrappurtati lill-OLAF mill-Qorti, li fir-rigward tagħhom l-OLAF fetaħ ħames investigazzjonijiet; jinnota li t-tipi ewlenin ta' frodi identifikati mill-Qorti huma dikjarazzjonijiet foloz ta' spejjeż, irregolaritajiet fl-akkwist u l-ħolqien artifiċjali ta' kundizzjonijiet biex wieħed jirċievi finanzjament mill-Unjoni;

414.  Jilqa' r-rapporti speċjali tal-Qorti, u b'mod partikolari dawk dwar l-ażil, ir-rilokazzjoni u r-ritorn tal-migranti(21), dwar is-sistemi ta' informazzjoni tal-UE li jappoġġjaw il-kontroll fil-fruntieri(22) u dwar il-ġlieda kontra l-frodi fl-infiq tal-UE(23), li jirreferi għar-rwol pożittiv tal-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew f'dan ir-rigward;

415.  Ifakkar fl-ittra tiegħu mibgħuta lill-Kummissjoni fit-13 ta' Frar 2020 dwar l-implimentazzjoni taż-żewġ atti delegati li jżidu l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża mar-Regolament Delegat (UE) 2020/446(24) (ir-Regolament ISF) u jżidu azzjoni speċifika ġdida mar-Regolament Delegat (UE) 2020/445(25) (ir-Regolament AMIF); jinnota li l-att delegat għall-AMIF ma ntużax; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi b'mod urġenti informazzjoni dettaljata dwar il-proġetti differenti ffinanzjati fil-qafas tar-Regolament Delegat (UE) 2020/446;

416.  Jitlob lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet tal-awditjar tal-Istati Membri jindirizzaw in-nuqqasijiet identifikati mill-Qorti rigward il-kopertura tal-awditjar, il-kampjunar u r-rendikont tal-entrati fir-rigward tal-awtoritajiet tal-awditjar tal-Istati Membri, u jirrapportaw lill-awtorità ta' kwittanza;

Prestazzjoni: AMIF

417.  Jindika erba' indikaturi tal-impatt ġenerali (dwar ir-ritorni reali meta mqabbla mad-deċiżjonijiet ta' ritorn, il-perċentwal ta' ritorni volontarji, id-differenza fir-rati ta' impjieg bejn iċ-ċittadini tal-Unjoni u dawk mhux tal-Unjoni, u l-konverġenza tar-rati ta' rikonoxximent għall-applikanti għall-ażil) li mhumiex direttament relatati mal-prestazzjoni tal-AMIF, għalkemm l-infiq mill-fond jista' jikkontribwixxi għall-mira korrispondenti;

418.  Jilqa' l-osservazzjoni tal-Qorti li l-evalwazzjoni interim tal-Kummissjoni tindika li l-AMIF huwa rilevanti u li ffinanzja interventi li kkorrispondew għall-ħtiġijiet tal-Istati Membri.

419.  Jinnota madankollu xi limitazzjonijiet fl-indikaturi tal-prestazzjoni tal-AMIF identifikati mill-Qorti, bħal pereżempju li żewġ terzi tal-indikaturi huma indikaturi tal-output u li 5 mill-24 stadju importanti tal-indikaturi għall-2020 diġà nkisbu fis-snin preċedenti, u li l-miri ma ġewx aġġustati 'l fuq f'konformità ma' prattika tajba ta' ġestjoni finanzjarja b'mod li jirriflettu r-rieda politika u l-potenzjal għal saħansitra aktar kisbiet;

420.  Jinnota li xi indikaturi tal-AMIF mhumiex fit-triq it-tajba biex jilħqu l-miri tagħhom, li l-Kummissjoni ma żviluppatx qafas ta' monitoraġġ tal-prestazzjoni għall-proġetti ffinanzjati mill-EMAS u li l-AMPR u d-dikjarazzjonijiet tal-programmi ftit li xejn jipprovdu informazzjoni dwar il-progress miksub taħt indikaturi importanti; jinnota bi tħassib li l-Qorti kkonstatat dewmien sinifikanti fir-rigward tal-ilħuq tal-objettiv li l-AMIF kien stabbilixxa għall-integrazzjoni u l-migrazzjoni legali;

421.  Jinnota li l-evalwazzjoni tal-indikaturi tal-output hija diffiċli f'dan il-qasam ta' politika; jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-finanzjament tal-UE la tejjeb is-sitwazzjoni umanitarja fil-kampijiet tar-rifuġjati u lanqas ma pproteġa b'mod effettiv il-fruntieri esterni; jistieden lill-Kummissjoni tagħti kjarifika dettaljata, b'mod partikolari fir-rigward tal-proċeduri ta' ammissjoni fil-fruntieri esterni; jistieden lill-Kummissjoni tinvestiga eżattament fejn ġew investiti l-fondi tal-UE fil-programmi AMIF u liema titjib speċifiku ġabu magħhom; jitlob rapport korrispondenti mill-Kummissjoni għal kull wieħed mill-Istati Membri kkonċernati;

422.  Id-defiċits huma prinċipalment ikkawżati mit-tul tal-proċeduri tal-ażil, integrazzjoni kajmana u rati ta' ritorn insuffiċjenti; jistieden lill-Kummissjoni tal-Unjoni u lill-Istati Membri javvanzaw b'mod immedjat fil-qafas leġiżlattiv;

423.  Jitlob lill-Kummissjoni tieħu miżuri biex tindirizza n-nuqqasijiet identifikati mill-Qorti u ttejjeb l-informazzjoni inkluża fl-AMPR u fid-dikjarazzjonijiet tal-programmi, li jippermettu monitoraġġ aħjar tal-progress miksub mill-Fond;

424.  Jinsab imħasseb ħafna li informazzjoni dwar il-prestazzjoni aggregata limitata biss hija disponibbli dwar l-infiq ġenerali relatat mal-EMAS(26) (allokazzjoni inizjali ta' EUR 100 miljun żdiedet għal EUR 2,2 biljun għall-perjodu sal-2020, li tirrappreżenta 30 % tal-fond, madankollu, il-Kummissjoni ma żviluppatx qafas ta' monitoraġġ tal-prestazzjoni għall-proġetti ffinanzjati mill-EMAS);

425.  Jinsab imħasseb ħafna dwar il-fatt li l-AMPR u d-dikjarazzjonijiet tal-programmi ftit li xejn jipprovdu informazzjoni dwar ekonomija u effiċjenza fl-implimentazzjoni tal-fond, jew dwar il-kosteffettività tal-azzjonijiet tal-AMIF;

426.  Jinsab imħasseb ħafna dwar il-fatt li l-AMPR u d-dikjarazzjonijiet tal-programmi ma jirrappurtawx dwar miżuri mmirati biex jattiraw ħaddiema b'livell għoli ta' ħiliet lejn l-Unjoni permezz ta' skemi ta' migrazzjoni legali, u li l-indikaturi mhumiex adatti għar-rappurtar dwar tali miżuri;

427.  Jieħu nota tal-eżistenza ta' żewġ skemi paralleli ffinanzjati mill-Unjoni li jappoġġjaw l-istess tip ta' attivitajiet ta' ritorn (NPs tal-AMIF u l-appoġġ għar-ritorn tal-Frontex) kif ukoll tal-fatt li l-koordinazzjoni hija prinċipalment ir-responsabbiltà tal-Istati Membri; għalhekk jistedinhom jiżguraw koordinazzjoni aħjar bejn iż-żewġ skemi;

428.  Jinnota bi tħassib li, kemm għall-AMIF kif ukoll għall-ISF, mhux il-baġit kollu disponibbli ntuża mill-Istati Membri; iqis li dan huwa partikolarment problematiku fid-dawl tal-użu dejjem akbar tal-assistenza f'każ ta' emerġenza biex jiġu ffinanzjati l-politiki tal-Istati Membri f'dawn l-oqsma; ifakkar li l-isfidi relatati mas-sigurtà u l-ġestjoni tal-migrazzjoni huma prijorità għall-Unjoni; jirrikonoxxi l-isforzi tal-Kummissjoni f'dan ir-rigward u jitlob kooperazzjoni akbar mill-Istati Membri kollha;

Rakkomandazzjonijiet

429.  Jistieden lill-Kummissjoni:

   toħroġ gwida lill-awtoritajiet tal-awditjar tal-Istati Membri għall-AMIF u l-ISF dwar kif tiġi kkalkulata l-kopertura tal-awditjar fil-każ ta' sottokampjunar biex jiġi żgurat li l-kampjunar ikun suffiċjenti u xieraq biex jipprovdi bażi raġonevoli biex l-awditur jislet konklużjonijiet dwar il-popolazzjoni kollha tal-awditjar;
   ittenni mill-ġdid lill-awtoritajiet tal-awditjar tal-Istati Membri għall-AMIF u l-ISF li huma għandhom isegwu l-istruzzjonijiet tal-Kummissjoni dwar il-kampjunar u l-kalkolu tar-rata ta' żball bil-kundizzjoni li l-kampjunar ikun aleatorju, kull unità ta' kampjunar fil-popolazzjoni għandu jkollha possibbiltà ta' għażla u, fejn applikabbli, l-iżbalji kollha għandhom jiġu estrapolati għall-popolazzjoni rilevanti;
   toħroġ gwida għall-awtoritajiet tal-awditjar tal-Istati Membri li huma responsabbli mill-AMIF u l-ISF biex jiddokumentaw in-natura, il-kalendarju u l-firxa tal-proċeduri tal-awditjar tagħhom, ir-riżultati tagħhom, u l-evidenza għall-awditjar li nġabret, b'mod suffiċjenti u xieraq;

430.  Jitlob lill-Kummissjoni:

   tiddefinixxi kriterji għall-allokazzjoni tal-fondi għall-EMAS f'reġim ta' ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri fil-qafas finanzjarju li jmiss;
   issaħħaħ il-qafas ta' monitoraġġ tal-prestazzjoni billi a) tiżgura li l-proġetti tal-EMAS tal-AMIF ikun fihom indikaturi tal-output u tal-eżiti b'miri u linji bażi ċari fejn xieraq, u tiġġustifika meta dan ma jkunx il-każ; b) timmonitorja u tirrapporta l-eżiti li nkisbu mill-proġetti ffinanzjati mill-EMAS; c) għall-QFP 2021-2027 il-ġdid, tfassal l-indikaturi tas-CMEF tal-AMIF, inklużi l-linji bażi u l-miri tagħhom qabel ma jinbdew il-proġetti tal-2021-2027;
   timplimenta miżuri li jiżguraw il-komplementarjetà u koordinazzjoni aħjar bejn l-AMIF u l-EASO/il-Frontex (eż. fil-qasam tar-ritorni furzati jew tal-appoġġ lill-awtoritajiet kompetenti fil-qasam tal-ażil);
   tuża l-għajnuna għall-iżvilupp bħala għodda biex tiġi ffaċilitata kooperazzjoni aħjar mal-pajjiżi ta' oriġini tal-migranti(27);

431.  Jistieden lill-Kummissjoni tikkonforma b'mod sħiħ mal-Ftehim Interistituzzjonali dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(28) bħala kwistjoni ta' konformità mad-dispożizzjonijiet ġuridiċi tal-Unjoni u l-prinċipju ta' governanza tajba;

RAA tad-DĠ HOME għall-2019

432.  Jinnota li d-DĠ Migrazzjoni u Affarijiet Interni żamm żewġ riżervi fil-ġestjoni kondiviża (waħda għall-AMIF u l-ISF, u waħda għall-Fondi SOLID għall-perjodu 2007-2013, li kull waħda minnhom hijaa s-suġġett ta' riserva f'diversi Stati Membri) u riżerva oħra f'għotjiet f'reġim ta' ġestjoni diretta minħabba livell ta' żball materjali li jammonta għal rata ta' żball residwu ta' 4,11 % u impatt stmat ta' EUR 7,21 miljun; jinnota li, skont r-Rapport Annwali tal-Attività tal-2019 tal-Kummissjoni, ir-rata medja ta' żball residwu fl-AMIF u l-ISF hija ta' 1,57 %, li tikkostitwixxi persentaġġ ferm inqas mil-livell limitu materjali ta' 2 %; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-implimentazzjoni tal-proġett ta' assistenza ta' emerġenza intitolat "It-tisħiħ tal-attivitajiet ta' kontroll tal-fruntieri fil-fruntieri esterni tal-Kroazja minħabba żieda fil-pressjoni migratorja" minn Settembru 2018 sa tmiem l-2019 u jieħu nota tal-ftuħ tal-KAŻ 1598/2020/MMO mill-Ombudsman Ewropew dwar "kif il-Kummissjoni Ewropea timmonitorja u tiżgura r-rispett għad-drittijiet fundamentali mill-awtoritajiet Kroati fil-kuntest tal-operazzjonijiet ta' ġestjoni tal-fruntieri". jinnota l-enfasi li l-Kummissjoni għamlet fuq l-istabbiliment ta' mekkaniżmu ta' monitoraġġ indipendenti, kif stipulat fl-għotja; jinnota wkoll li l-Kummissjoni qed taħdem mill-qrib mal-Kroazja, li indikat l-intenzjoni tagħha li timplimenta dan il-mekkaniżmu ta' monitoraġġ indipendenti; ifakkar li l-istrumenti ta' finanzjament tal-Unjoni għall-ġestjoni tal-fruntieri jeħtieġu li l-azzjonijiet kollha ffinanzjati jirrispettaw u jikkonformaw mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali; jinsisti għalhekk li kwalunkwe assistenza ta' emerġenza futura relatata mal-ġestjoni tal-fruntieri mogħtija lill-Kroazja għandha tingħata biss wara li jiġi implimentat il-mekkaniżmu ta' monitoraġġ; jitlob lill-Ombudsman tipprovdi lill-Parlament b'aġġornamenti regolari dwar KAŻ 1598/2020/MMO;

433.  Jilqa' b'sodisfazzjon ir-rakkomandazzjonijiet maħruġa mis-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni għad-DĠ HOME għall-2019 bħal:

   it-twaqqif u l-ippjanar tal-attività tal-awditjar tad-DĠ HOME (id-definizzjoni u l-komunikazzjoni tad-dikjarazzjoni tal-missjoni u l-mandat tal-funzjoni tal-awditjar u l-aġġustament tar-rwoli u r-responsabbiltajiet, il-linji ta' rappurtar u l-istadji importanti għall-eżerċizzju tal-approvazzjoni tal-kontijiet; l-aġġornament tal-istrateġiji tal-awditjar; u l-analiżi tal-ħtiġijiet ta' riżorsi tal-attività tal-awditjar);
   it-twettiq tal-pjan ta' awditjar (il-pjanifikazzjoni u it-tnedija ta' awditi malajr kemm jista' jkun fis-sena wara l-adozzjoni tal-programm ta' Ħidma Annwali u r-rieżami tar-rapporti ta' kontroll annwali u l-opinjonijiet ta' awditjar; l-armonizzazzjoni tal-istadji importanti għall-istadji tal-proċess tal-awditjar; l-iżgurar li r-rapporti finali tal-awditjar jintbagħtu lill-benefiċjarji mingħajr dewmien u li dan jiġi mmonitorjat mill-maniġment superjuri);
   l-approvazzjoni tal-kontijiet (l-iżgurar li d-deċiżjonijiet ta' approvazzjoni jittieħdu fil-ħin; il-klarifika tal-proċedura għall-kontijiet ippreżentati qabel tmiem is-sena); l-adattament tal-proċedura ta' approvazzjoni għal struttura organizzattiva ġdida u t-titjib tal-komunikazzjoni bejn l-unitajiet finanzjarji u s-settur tal-awditjar (it-twaqqif u l-ippjanar tal-attività tal-awditjar; l-eżekuzzjoni tal-pjan tal-awditjar; l-approvazzjoni tal-kontijiet);

RAA tad-DĠ JUST għall-2019

434.  Jissottolinja li d-DĠ Ġustizzja u Konsumaturi (DG JUST) żamm ir-riżerva tiegħu fir-rigward ta' rata ta' żball materjali fl-għotjiet f'reġim ta' ġestjoni diretta, li tammonta għal rata ta' żball residwu ta' 2,65 %; jieħu nota tal-impenn tal-Kummissjoni li tadatta l-metodoloġija tagħha għall-kalkolu tar-rata ta' żball fl-għotijiet tal-programm ta' Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza u l-programm dwar il-Ġustizzja, f'konformità mal-osservazzjonijiet tal-Qorti, u li tibda tagħmel dan mill-implimentazzjoni tal-kampanja ta' awditu ex post tal-2020;

435.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-implimentazzjoni li għaddejja bħalissa mid-DĠ JUST tar-rakkomandazzjonijiet maħruġa mis-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni għad-DĠ JUST li huma relatati mal-proċess tal-valutazzjoni tal-impatt u l-implimentazzjoni ta' linji gwida u sett ta' għodod għal regolamentazzjoni aħjar;

Ewropa Globali

436.  Jinnota li l-pagamenti għall-"Ewropa Globali" ammontaw għal EUR 10,1 biljun fl-2019 u ġew żburżati permezz tal-istrumenti speċjali li ġejjin:

   "Strument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (DCI)", sa 26 % tal-baġit tal-"Ewropa Globali" jew EUR 2,6 biljun;
   "Strument Ewropew ta' Viċinat (ENI)", sa 20,6 % tal-baġit tal-"Ewropa Globali" jew EUR 2,1 biljun;
   "Strument għal Qabel l-Adeżjoni (IPA)", sa 15,7 % tal-baġit tal-"Ewropa Globali" jew EUR 1,6 biljun;
   "Għajnuna umanitarja", sa 20,4 % tal-baġit tal-"Ewropa Globali" jew EUR 2,1 biljun;
   "Azzjonijiet u programmi oħra", sa 17,3 % tal-baġit tal-"Ewropa Globali" jew EUR 1,7 biljun;

437.  Ifakkar li l-għanijiet ewlenin tal-politika taħt l-intestatura 4 tal-baġit 2019 huma fost l-oħrajn il-promozzjoni tal-valuri tal-Unjoni barra minnha, bħad-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali u jfakkar li kull azzjoni ffinanzjata mill-Unjoni jeħtieġ li tirrispetta dawk il-prinċipji fundamentali; jilqa' s-sejba tal-Qorti dwar xejra ġeneralment pożittiva f'termini ta' tnaqqis tal-faqar, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-edukazzjoni u għadd ta' ftehimiet ma' pajjiżi ġirien, iżda jesprimi tħassib dwar ix-xejra li sejra għall-agħar f'termini tal-konsolidazzjoni tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u l-istabbiltà politika; ifaħħar bis-saħħa l-isforzi tas-soċjetà ċivili madwar id-dinja fil-promozzjoni u d-difiża tad-drittijiet tal-bniedem, speċjalment fi żmien meta l-ispazju tas-soċjetà ċivili qed jiċkien u meta qegħdin jitqajmu dubji dwar l-universalità tad-drittijiet tal-bniedem u filwaqt li jissottolinja l-prinċipji tat-trasparenza u r-responsabbiltà fir-rigward tal-infiq tal-fondi pubbliċi għas-soċjetà ċivili, jisħaq fuq l-importanza li jiġi evitat li jkun hemm eċċess burokratiku u li jitqajmu suspetti bla bażi;

438.  Iqis li l-baġit għall-azzjoni esterna jiġi implimentat mid-direttorat ġenerali għall-Kooperazzjoni Internazzjonali u l-Iżvilupp (DĠ DEVCO), id-direttorat ġenerali għall-Viċinat u n-Negozjati għat-Tkabbir (DĠ NEAR), id-direttorat ġenerali għall-Protezzjoni Ċivili u l-Operazzjonijiet tal-Għajnuna Umanitarja Ewropej (DĠ ECHO), id-direttorat ġenerali għall-Politika Reġjonali u Urbana (DĠ REGIO) u s-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija (FPI);

439.  Jinnota li n-nefqa f'dan il-qasam ġiet żburżata permezz ta' diversi strumenti u metodi ta' kunsinna, bħal kuntratti ta' xogħol, provvista u servizzi, għotjiet, self speċjali, garanziji ta' self u assistenza finanzjarja, appoġġ baġitarju u forom oħra mmirati ta' għajnuna baġitarja f'aktar minn 150 pajjiż madwar id-dinja;

440.  Jinnota li l-Qorti eżaminat kampjun ta' 68 tranżazzjoni: 22 tranżazzjoni għad-DĠ NEAR, 25 għad-DĠ DEVCO, 10 għad-DĠ ECHO u 11-il tranżazzjoni oħra; u seba' tranżazzjonijiet mill-istudji dwar ir-rata ta' żball residwu tal-2019 tad-DĠ NEAR u d-DĠ DEVCO, aġġustati biex jikkumpensaw għal-limitazzjonijiet metodoloġiċi tagħhom;

441.  Jinnota li l-Qorti sabet li l-għajnuna tal-UE għenet biex jerġa' jkun hemm u jinżamm l-aċċess għal edukazzjoni sikura u ta' kwalità tajba matul kriżijiet umanitarji. Jilqa' r-rilevanza tal-proġetti relatati mal-problemi identifikati. Jinnota li l-proġetti rnexxielhom jilħqu l-biċċa l-kbira tal-objettivi tagħhom. Jappoġġa r-rakkomandazzjoni tal-Qorti u jitlob lill-Kummissjoni biex tiffinalizza l-appoġġ tagħha għall-edukazzjoni f'emerġenzi sabiex jintlaħaq livell tajjeb ta' effiċjenza u rilevanza

442.  Ifakkar li l-politika ta' żvilupp u kooperazzjoni hija maħsuba biex teqred il-faqar u tnaqqas l-inugwaljanza u li l-fondi għandhom jilħqu biss il-benefiċjarji intenzjonati tagħhom;

443.  Jinsisti fuq l-importanza tal-parteċipazzjoni attiva tal-Parlament Ewropew fl-iżvilupp ta' ftehimiet ta' sħubija u kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi; jisħaq li l-ftehimiet ta' sħubija futuri għandhom ikunu soġġetti għal skrutinju parlamentari u bbażati fuq il-prinċipji tas-solidarjetà, ir-responsabbiltà kondiviża, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt u d-dritt umanitarju internazzjonali(29);

444.  Jinsab imħasseb dwar id-diskors ta' mibegħda u l-vjolenza mgħallma fil-kotba tal-iskola Palestinjani u użati fl-iskejjel mill-UNRWAt; jinsab imħasseb dwar l-effikaċja tal-mekkaniżmi ta' aderenza tal-UNRWA mal-valuri tan-NU fil-materjali edukattivi użati u mgħallma mill-persunal tal-UNRWA fl-iskejjel tagħha, li fihom diskors ta' mibegħda u inċitament għall-vjolenza; jinsisti li l-UNRWA taġixxi bi trasparenza sħiħa u tippubblika fi pjattaforma b'sors miftuħ il-materjal edukattiv kollu tagħha għall-għalliema u l-istudenti, kif ukoll l-evalwazzjonijiet tagħha tal-kotba akkademiċi tal-pajjiż ospitanti użati ħalli tiżgura li l-kontenut jaderixxi mal-valuri tan-NU u ma jinkoraġġix il-mibegħda; jitlob li l-materjal skolastiku kollu, li mhuwiex konformi ma' dawn l-istandards, jitneħħa immedjatament; jinsisti li l-allokazzjoni tal-finanzjament tal-UE bħall-PEGASE għas-salarji mħallsa lill-għalliema u lill-uffiċjali pubbliċi fis-settur tal-edukazzjoni trid tkun kondizzjonali fuq materjal edukattiv u kontenut ta' korsijiet li jikkonformaw mal-istandards tal-UNESCO fil-qasam tal-paċi, it-tolleranza, il-koeżistenza u l-nonvjolenza, kif ġie deċiż mill-Ministri tal-Edukazzjoni tal-Unjoni f'Pariġi fis-17 ta' Marzu 2015;

445.  Itenni l-pożizzjoni tiegħu li l-assistenza esterna għandha tiġi ffinanzjata bis-sħiħ mill-baġit tal-Unjoni u jenfasizza li l-azzjonijiet fl-ambitu tal-fondi fiduċjarji (EUTFs) huma biss soluzzjonijiet ta' tranżizzjoni sakemm jiġu sostitwiti bis-sħiħ mill-EFIs futuri, b'mod partikolari l-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali (NDICI) u l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA III); jiddispjaċih li, f'diversi każijiet, l-objettivi umanitarji, bħall-preservazzjoni tad-dinjità u tad-drittijiet tal-bniedem tal-migranti u ta' gruppi vulnerabbli oħra, bħat-tfal u n-nisa, ma ntlaħqux fl-implimentazzjoni tal-azzjonijiet fl-ambitu tal-Fondi Fiduċjari, bħall-Fond Fiduċjarju Madad tal-UE u l-Fond Fiduċjarju għall-Afrika tal-UE; jenfasizza li l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem teħtieġ azzjoni deċiżiva; ifakkar, barra minn hekk, li r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, il-libertajiet fundamentali, il-promozzjoni tal-istat tad-dritt, il-prinċipji demokratiċi, il-libertà ta' reliġjon u ta' twemmin, it-trasparenza, il-governanza tajba u l-paċi u l-istabbiltà huma elementi essenzjali tal-Fond Fiduċjarju għall-Kolombja tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni żżid l-iskrutinju tal-azzjonijiet tas-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni f'dan ir-rigward.

446.  Ifakkar li t-tnaqqis tal-faqar huwa l-għan primarju tal-politika tal-iżvilupp tal-Unjoni u li l-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp (ODA) għandu jkollha bħala l-objettiv ewlieni tagħha l-promozzjoni tal-iżvilupp ekonomiku u l-benesseri tal-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp, skont id-definizzjoni ta' ODA mill-OECD; jenfasizza li l-ODA għandha tappoġġja l-kisba tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs), tirrispetta l-prinċipji tal-Aġenda 2030 tan-NU, inkluż il-prinċipju tagħha li "ħadd ma jitħalla jibqa' lura", tirrispetta l-prinċipji tal-effikaċja tal-iżvilupp u tikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-inugwaljanzi, mingħajr eċċezzjoni għall-ODA relatata mal-migrazzjoni jew meta tintuża kwalunkwe modalità ta' għajnuna partikolari; jappella għal allokazzjoni aktar effiċjenti u trasparenti tas-self tal-ODA, filwaqt li jiġi żgurat li l-ODA tmur fejn hija l-aktar meħtieġa u jkollha l-akbar impatt fuq l-iżvilupp;

447.  Jisħaq fuq il-ħtieġa li l-miżuri ta' serħan mid-dejn jintrabtu mal-mobilizzazzjoni ulterjuri tal-ODA; jemmen, bl-istess mod, li l-isforzi ta' serħan mid-dejn għandhom jiġu kkomplementati minn aktar riżorsi mill-aġenziji multilaterali tas-self, inkluż permezz ta' żieda tad-Drittijiet Speċjali ta' Prelevament tal-FMI;

448.  Jinnota li l-ħtiġijiet tal-ODA jiġu influwenzati mill-mobilizzazzjoni tar-riżorsi nazzjonali tal-pajjiżi, li hija mdgħajfa mill-erożjoni tal-bażi u t-trasferiment tal-profitt (BEPS) minn kumpaniji multinazzjonali; ifakkar li d-dipendenza ogħla li l-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp għandhom fuq it-taxxa korporattiva tfisser li jsofru minn BEPS sproporzjonat; jappella għal aktar azzjoni attiva mill-Unjoni kontra dan, f'konformità mal-Aġenda ta' Azzjoni ta' Addis Ababa dwar il-Finanzjament għall-Iżvilupp inkluż fl-Aġenda 2030; jisħaq fuq il-ħtieġa li jittieħdu azzjonijiet konkreti biex tiġi appoġġjata ż-żieda fil-mobilizzazzjoni tar-riżorsi nazzjonali, bħall-appoġġ għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-iżvilupp ta' sistemi tat-taxxa progressivi u l-indirizzar tal-evitar u l-evażjoni tat-taxxa;

449.  Ifakkar li l-politiki tal-agrikoltura, tas-sajd, tal-kummerċ, tal-ekonomija, tal-edukazzjoni, tal-migrazzjoni, tal-ambjent, tal-klima, tal-affarijiet barranin u tas-sigurtà u l-politiki oħra tal-Unjoni jinfluwenzaw l-effiċjenza tal-politika tal-iżvilupp tal-Unjoni; jinnota li koerenza tal-politiki għall-iżvilupp (PCD), b'mandat mill-Artikolu 208 tat-TFUE, hija għaldaqstant ukoll kwistjoni ta' ġestjoni finanzjarja tajba; ifakkar li l-effikaċja tal-għajnuna tiddependi fuq l-implimentazzjoni korretta tal-PCD; jisħaq li għad hemm bżonn ta' aktar sforzi għall-konformità mal-prinċipji tal-PCD, speċjalment fl-oqsma msemmija hawn fuq, biex jintlaħqu l-objettivi tal-effikaċja tal-għajnuna; jistieden lill-Kummissjoni taġixxi fuq ir-rakkomandazzjonijiet fir-rapport ta' evalwazzjoni esterna(30) tal-2018 dwar il-PCD, turi impenn u tassenja biżżejjed persunal għal kompiti tal-PCD, biex b'hekk tiżgura strateġija orjentata lejn ir-riżultati u progress fil-PCD;

450.  Jisħaq fuq il-fatt li biex l-għajnuna għall-iżvilupp issir aktar effettiva, tipprovdi riżultati dejjiema u tindirizza l-ħtiġijiet lokali, b'mod partikolari f'sitwazzjonijiet ta' kriżi twila u ta' wara kriżi, huwa imperattiv li tittejjeb il-koordinazzjoni tal-għajnuna umanitarja u l-assistenza għall-iżvilupp u li tissaħħaħ ir-rabta bejn l-aspett umanitarju u l-iżvilupp; jappella biex l-Unjoni tkompli tiżviluppa dan l-approċċ;

451.  Jilqa' r-Reviżjoni mill-Qorti tar-"rispons tal-UE għall-istrateġija ta' investiment immexxija mill-Istat taċ-Ċina" ta' Settembru 2020; jenfasizza li l-Qorti identifikat nuqqasijiet fil-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-evalwazzjoni tal-azzjonijiet fl-istrateġija attwali bejn l-Unjoni u ċ-Ċina inkluż il-finanzjament mill-Unjoni ta' proġetti fl-ambitu tal-istrateġija ta' investiment Ċiniża li mhumiex konformi mal-prinċipji tal-istrateġija tal-Unjoni dwar il-konnettività; jappella għall-provvediment ta' aktar riżorsi finanzjarji u umani meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-Unjoni dwar il-konnettività;

452.  Jinnota bi tħassib is-sitwazzjoni kkumplikata fil-Belarussja; jissottolinja l-importanza li jiġi rivedut il-finanzjament tal-Unjoni u li jiġi żgurat li dan ma jkunx dirett lejn ir-reġim ta' Lukashenko, iżda jkun ta' appoġġ għas-soċjetà ċivili fil-Belarussja;

453.  Jistenna b'interess is-Summit 2021 bejn l-Unjoni u l-Unjoni Afrikana; iqis li hemm bżonn li mmorru lil hinn minn relazzjoni tradizzjonali ċċentrata fuq l-għajnuna u ngħaddu għal sħubija bejn partijiet ugwali, li tkun aktar strateġika u integrata;

Is-sejbiet tal-Qorti: DĠ NEAR

454.  Jilqa' l-fatt li t-tranżazzjonijiet relatati mal-appoġġ baġitarju u l-proġetti implimentati minn organizzazzjonijiet internazzjonali skont l-"approċċ nozzjonali" kienu inqas suxxettibbli għal żbalji u li fl-2019 il-Qorti ma sabet l-ebda żball f'dawn l-oqsma; jieħu nota tal-fatt li, fir-rigward tar-regolarità tat-tranżazzjonijiet, il-qasam ta' nfiq tal-appoġġ baġitarju lil pajjiżi terzi huwa inqas suxxettibbli għal żball; jieħu nota, madankollu tal-fatt li, minħabba d-dispożizzjonijiet legali li jħallu ambitu wiesa' għal interpretazzjoni mill-Kummissjoni fir-rigward tal-issodisfar tal-kundizzjonijiet ġenerali, il-Qorti "ma tistax tkopri dak li jiġri wara l-mument li fih il-Kummissjoni tħallas l-għajnuna lill-pajjiż riċevitur, peress li dawn il-fondi mbagħad jingħaqdu mar-riżorsi baġitarji proprji ta' dak il-pajjiż"; jinnota li dan jirriskja li jimmina l-livell ta' responsabbiltà u trasparenza tal-azzjoni u l-infiq tal-Unjoni; jinsisti li l-Kummissjoni tiżgura li l-għoti ta' għajnuna esterna jkun soġġett għall-istat tad-dritt u għar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiżi riċevituri; jenfasizza, b'mod partikolari, il-ħtieġa li jiġi ggarantit li pajjiżi u partijiet terzi u/jew persuni fiżiċi, li huma allokati jew marbuta ma' fondi tal-Unjoni jaderixxu mal-valuri demokratiċi ewlenin, jirrispettaw l-istandards internazzjonali fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u jissottoskrivu għal prinċipji ta' nonvjolenza;

455.  Jistieden lill-Kummissjoni tintroduċi bis-sħiħ il-prinċipju ta' kundizzjonalità u kontrolli ex ante u ex post regolari fuq ir-regolarità u l-prestazzjoni tal-fondi tal-Unjoni għall-appoġġ lil pajjiżi terzi u tiżgura qafas legali li jipprevedi li dawn l-istrumenti ta' appoġġ jippermettu l-irkupru sħiħ tal-fondi f'każ ta' irregolaritajiet skoperti(31);

456.  Jinnota bi tħassib, fir-rigward tal-istudju dwar ir-rata ta' żball residwu tad-DĠ NEAR, li, skont il-Qorti:

   Il-metodoloġija u l-manwal tar-rata ta' żball residwu pprovduti mid-DĠ NEAR jinkludu limitazzjonijiet li jistgħu jikkontribwixxu għas-sottovalutazzjoni tal-iżball residwu, bħal kopertura insuffiċjenti ta' ċerti aspetti tal-proċeduri ta' akkwist (raġunijiet għar-rifjut ta' kandidati li ma ntgħażlux, il-konformità tal-offerta magħżula mal-kriterji kollha tal-għażla u għall-għoti, kontroll sħiħ tas-sejħa għall-proċeduri tal-proposti, ġustifikazzjoni tal-għoti dirett)(32);
   Ir-"rata [ta' żball] ta' għotja" għall-ġestjoni diretta ta' għotjiet hija kkalkulata abbażi ta' livell ta' fiduċja ta' 80 %, filwaqt li normalment ir-rati ta' żball jiġu kkalkulati abbażi ta' livell ta' fiduċja ta' 95 %;
   Il-metodu ta' stima tar-rata ta' żball residwu tad-DĠ NEAR jagħti lill-kuntrattur kamp ta' applikazzjoni wiesa' għall-interpretazzjoni fl-istima ta' żbalji individwali (speċjalment fil-każ ta' nuqqas ta' dokumenti għal tranżazzjoni);
   Fl-2018 u l-2019 id-dipendenza ta' nofs it-tranżazzjonijiet fil-kampjun ġiet attribwita fuq bażi ta' kontrolli preċedenti, filwaqt li l-Qorti tfakkar li approċċ bħal dan ma jkejjilx kompletament ir-rata ta' żball residwu(33);

457.  Jinsab imħasseb mill-fatt li l-qorti għad għandha riżervi dwar l-affidabbiltà tar-riżultati tal-istudju;

458.  Jinnota bi tħassib li d-DĠ NEAR, fir-Rapport Annwali ta' Attività tiegħu tal-2019, kellu joħroġ riżerva dwar id-diffikultajiet fil-monitoraġġ adegwat tal-proġetti kollha fil-Libja u fis-Sirja (riżerva mhux kwantifikata) u riżerva dwar l-iżbalji fin-nefqa fl-Għotjiet f'Reġim ta' Ġestjoni Diretta (riżerva kwantifikata);

459.  Jinnota li, fl-2019, il-Qorti ma kkalkulat l-ebda stima tal-livell tar-rata ta' żball għall-infiq fl-ambitu tal-intestatura 4, kif kien ukoll il-każ fl-2018; jenfasizza li l-Qorti identifikat limitazzjonijiet li jistgħu jwasslu għal sottovalutazzjoni tar-rata tal-iżball residwu (RER); jappoġġa bis-sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet ifformulati mill-Qorti, b'mod partikolari l-ħtieġa li jiġu żvelati l-limitazzjonijiet tal-istudju dwar ir-RER fir-rapporti annwali tal-attività futuri tad-DĠ NEAR, kif ukoll li DĠ NEAR isaħħaħ il-kontrolli tal-istrumenti ta' finanzjament estern (EFIs) billi jiġu identifikati u evitati żbalji rikorrenti;

460.  Jieħu nota tas-segwitu li l-Qorti tat għar-rakkomandazzjonijiet li għamlet fir-rapport annwali tagħha tal-2016, li kienu jeħtieġu azzjoni immedjata jew li kellhom jiġu implimentati sal-2019, u jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni kienet implimentat tlieta minnhom b'mod sħiħ u waħda parzjalment;

461.  Jiddispjaċih li minkejja l-appell tal-Parlament lill-Kummissjoni fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Marzu 2019 biex tuża l-fondi attwalment allokati skont l-IPA II għall-appoġġ għas-soċjetà ċivili, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-ġurnalisti tat-Turkija u biex iżżid l-opportunitajiet għal kuntatti bejn il-persuni, għad-djalogu akkademiku u l-pjattaformi tal-media għall-ġurnalisti permezz ta' pakkett iddedikat ġestit direttament mill-Unjoni, l-Unjoni ddeċidiet li timplimenta l-azzjoni IPA 2019/42258 li tikkofinanzja x-xiri ta' 4 bastimenti tal-Gwardja tal-Kosta Torka; barra minn hekk jinsisti fuq il-bżonn li jsir monitoraġġ mill-qrib tal-użu tal-fondi tal-Faċilità għar-Rifuġjati fit-Turkija, filwaqt li jiġi żgurat li dawn il-fondi jindirizzaw b'mod preċiż il-proġetti tar-rifuġjati u li ma jintużawx għal xi skopijiet oħra;

Rapport Speċjali Nru 09/2019 tal-Qorti: Appoġġ mogħti mill-UE lill-Marokk - Sa issa riżultati limitati

462.  Jinnota li l-appoġġ baġitarju tal-Unjoni fil-Marokk ammonta għal madwar 0,37 % matul il-perjodu 2014-2018 min-nefqa baġitarja totali tal-pajjiż, fejn il-kuntratti ammontaw għal EUR 562 miljun u l-pagamenti ammontaw għal EUR 206 miljun; ifakkar li l-Marokk jirċievi aktar appoġġ għall-iżvilupp mill-Unjoni minn kwalunkwe pajjiż ieħor fl-Afrika ta' Fuq, minbarra t-Tuneżija, u huwa wieħed mill-benefiċjarji prinċipali tal-għajnuna internazzjonali għall-iżvilupp;

463.  Ifakkar li l-ENI huwa l-istrument finanzjarju ewlieni użat mill-Kummissjoni fil-kooperazzjoni tagħha mal-Marokk u jammonta għal EUR 1 399 miljun bħala impenji għall-perjodu 2014-2020;

464.  Jirrimarka li wara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni f'Diċembru 2015 dwar is-Saħara tal-Punent, il-Marokk issospenda d-djalogu politiku li jkopri l-politiki esterni kollha tal-Unjoni, bħall-politika tal-iżvilupp, dik kummerċjali u barranija u dik tas-sigurtà minn Diċembru 2015 sa Jannar 2019; jinnota l-kummenti tal-Kummissjoni dwar ir-Rapport Speċjali Nru 09/2019 li "d-djalogu politiku qatt ma ġie sospiż matul il-perjodu ta' relazzjonijiet politiċi diffiċli bejn l-Unjoni u l-Marokk, il-Kummissjoni tqis li ma kien hemm l-ebda raġuni biex tiġi żviluppata strateġija alternattiva";

465.  Jissottolinja l-fatt li l-Marokk ilu sieħeb u ġar fit-tul u strateġiku tal-UE b'kooperazzjoni produttiva li twassal għal riżultati pożittivi;

466.  Jinnota li l-Qorti identifikat diversi sfidi li jxekklu l-effikaċja tal-Appoġġ Baġitarju:

   enfasi u tfassil subottimali tal-appoġġ (jiġifieri l-finanzjament kopra wisq oqsma, il-Kummissjoni ma kinitx żviluppat strateġija ċara għar-relazzjonijiet futuri mal-Marokk matul is-sospensjoni tad-djalogu politiku, kien hemm koordinazzjoni inugwali tad-donaturi u programmi ta' appoġġ baġitarju mhux imfassla biex jimmassimizzaw l-impatt);
   diffikultajiet fl-implimentazzjoni tal-appoġġ (jiġifieri dewmien, valutazzjoni ħażina tar-riżultati mill-Kummissjoni);
   nuqqas ta' impatt sinifikanti għall-programmi ta' appoġġ baġitarju (jiġifieri inqas minn nofs il-miri ta' appoġġ baġitarju milħuqa fis-saħħa, il-protezzjoni soċjali, il-ġustizzja, eċċ.);

467.  Jistieden lill-Kummissjoni:

   issaħħaħ l-enfasi tal-appoġġ baġitarju tal-Unjoni fil-Marokk, jiġifieri bl-applikazzjoni ta' metodu aktar trasparenti u ddokumentat aħjar biex jiġu allokati l-ammonti għal programmi ta' appoġġ baġitarju settorjali u billi tkompli timmonitorja l-prestazzjoni;
   ittejjeb it-tfassil tar-riżultati f'termini tal-mira u tal-prestazzjoni;
   ittejjeb l-istrateġija tad-djalogu dwar il-politika, speċifikament biex tivvaluta l-kisbiet tal-istrateġija tad-djalogu dwar il-politika u biex tapplika definizzjoni ċara u xierqa tal-objettivi u r-riżultati mistennija tad-djalogu;
   ittejjeb il-proċeduri ta' verifikazzjoni tal-iżborż, speċifikament biex jiġu applikati metodi ta' kalkolu xierqa, biex il-fondi jiġu żborżati biss meta jkun hemm evidenza affidabbli li l-mira fil-fatt tkun inkisbet;
   ittejjeb il-proċeduri ta' monitoraġġ, bħal pereżempju biex issaħħaħ il-valutazzjoni tal-istrateġiji settorjali u timmonitorja l-implimentazzjoni tagħhom permezz tal-indikaturi tal-istrateġiji settorjali;
   tivverifika bir-reqqa l-użu tal-fondi tal-Unjoni minn entitajiet terzi, l-affiljati tagħhom, u/jew persuni fiżiċi biex tiżgura li l-ebda fond ma jkun allokat jew marbut ma' xi kawża jew forma ta' terroriżmu u/jew radikalizzazzjoni reliġjuża u politika; u tiżgura li dawn il-fondi tal-Unjoni jiġu rkuprati b'mod proattiv, u li l-benefiċjarji involuti jiġu esklużi mill-finanzjament futur tal-Unjoni;

468.  Ifakkar fl-importanza tal-promozzjoni tal-valuri tal-Unjoni lil hinn minnha bħad-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni tuża l-Fond ta' Qabel l-Adeżjoni biex tappoġġa t-trasformazzjoni demokratika u tiżgura l-implimentazzjoni xierqa tal-politiki pubbliċi u r-riformi ġudizzjarji fil-Balkani tal-Punent;

469.  Jieħu nota tar-risposti tal-Kummissjoni għar-Rapport Speċjali Nru 09/2019, b'mod partikolari li l-Kummissjoni tikkonkludi li l-kooperazzjoni tal-Unjoni kkontribwiet għall-implimentazzjoni tar-riformi fil-Marokk, li kellhom impatt pożittiv fuq l-iżvilupp soċjoekonomiku tal-pajjiż;

Is-sejbiet tal-Qorti: DĠ DEVCO

470.  Jinnota li d-DĠ DEVCO jimplimenta l-biċċa l-kbira mill-istrumenti ta' għajnuna esterna ffinanzjati kemm mill-baġit ġenerali tal-UE kif ukoll mill-FEŻ. jieħu nota tal-fatt li, fir-rapport annwali tagħha dwar l-attivitajiet iffinanzjati mit-8, mid-9, mill-10 u mill-11-il FEŻ għas-sena finanzjarja 2019, il-Qorti ppreżentat l-osservazzjonijiet tagħha dwar is-sistemi, ir-responsabbiltà tar-RAA u d-dikjarazzjoni tad-direttur ġenerali għall-2019 li jirreferu għall-ambitu kollu tal-kompetenza tad-DĠ DEVCO:

   In-nefqa fl-ambitu tat-8, id-l9, l-10 u l-11-il FEŻ irreġistrata fl-2019 hija materjalment affettwata minn żbalji; skont il-Qorti, il-livell stmat ta' żball huwa ta' 3,5 %;
   43,6 % tal-livell stmat ta' żball ġie minn nefqa mhux imġarrba (jiġifieri impenji ppreżentati bħala nefqa jew nefqa ddikjarata kkalkulata b'mod ħażin);
   22,1 % tal-livell stmat ta' żball ġie minn nuqqas serju ta' rispett għar-regoli dwar l-akkwist pubbliku (jiġifieri deċiżjoni mhux ġustifikata mill-kumitat ta' evalwazzjoni);
   12,7 % tal-livell stmat ta' żball ġie minn nefqa ineliġibbli (jiġifieri żieda sinifikanti fis-salarji tal-persunal lokali wara l-konklużjoni tal-kuntratt);

471.  Jinnota li l-osservazzjoni tal-Qorti li l-Kummissjoni u s-sħab tagħha inkarigati mill-implimentazzjoni wettqu aktar żbalji fi tranżazzjonijiet relatati ma' stimi ta' programmi, għotjiet, ftehimiet ta' kontribuzzjoni ma' organizzazzjonijiet internazzjonali u ftehimiet ta' delega ma' aġenziji ta' kooperazzjoni tal-Istati Membri milli għamlu f'forom oħra ta' appoġġ (bħalma huma dawk li jkopru l-kuntratti ta' xogħlijiet, provvisti u servizzi); Mill-61 tranżazzjoni ta' dan it-tip, 25 (38 %) kien fihom żbalji kwantifikabbli, li kienu jirrappreżentaw 71,7 % tal-livell ta' żball stmat; jieħu nota tal-opinjoni tal-Qorti li l-istudju dwar RER tad-DĠ DEVCO ma jikkostitwix impenn ta' aċċertament jew awditu; jinnota li huwa bbażat fuq il-metodoloġija u l-manwal tar-RER pprovduti mid-DĠ DEVCO; josserva li l-Qorti ssemmi erba' fatturi maġġuri li jaffettwaw ir-rata ta' żball residwu użata mid-DĠ DEVCO bħal limitazzjonijiet fil-kontrolli fuq il-proċeduri tal-akkwist pubbliku, għadd baxx ħafna ta' kontrolli fuq il-post fil-pajjiż tal-implimentazzjoni tal-proġetti, il-metodu nnifsu ta' stima tar-rata ta' żball residwu tad-DĠ DEVCO u d-dipendenza parzjali jew sħiħa minn xogħol ta' kontroll preċedenti; jieħu nota tal-osservazzjoni ta-Qorti li d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni mid-Direttur-Ġenerali fir-RAA 2019 ma kienet tinkludi l-ebda riżerva, billi ż-żewġ riżervi li kien għad baqa' fl-2018 kienu tneħħew u ma nħarġux oħrajn ġodda; qabel ma neħħa dawn ir-riżervi fl-2019, id-DĠ DEVCO kien naqqas b'mod sinifikanti l-kamp ta' applikazzjoni tagħhom (jiġifieri s-sehem tan-nefqa kopert minnhom) fl-2017 u l-2018, li konsegwentement ma jagħtix stampa reali u ġusta tar-riskji fil-qasam ta' responsabbiltà globali tad-DĠ DEVCO;

472.  Jilqa' s-sejba tal-Qorti dwar xejra ġeneralment pożittiva f'termini tat-tnaqqis tal-faqar, l-ugwaljanza bejn is-sessi fl-edukazzjoni u n-numru ta' ftehimiet ma' pajjiżi ġirien; jesprimi madankollu tħassib dwar ix-xejra li sejra għall-agħar f'termini ta' konsolidazzjoni tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u l-istabbiltà politika

473.  Itenni t-tħassib tiegħu li ż-żieda fl-użu ta' strumenti finanzjarji biex jiġu konkretizzati l-politiki tal-Unjoni fil-pajjiżi terzi timmina l-livell tal-obbligu ta' rendikont u t-trasparenza tal-azzjoni tal-Unjoni; jinsisti li l-Kummissjoni tiżgura li l-għoti tal-għajnuna esterna jkun suġġett għall-istat tad-dritt u għar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiżi destinatarji(34);

474.  Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar l-użu ħażin tal-fondi għall-iżvilupp għal azzjonijiet li jirriżultaw fi ksur tad-drittijiet tal-bniedem fil-ġestjoni tal-fruntieri; jiddeplora l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem irrapportat marbut mal-Fond Fiduċjarju ta' Emerġenza tal-UE għall-Afrika (EUTF) fil-Libja, l-Etjopja, l-Eritrea u n-Niġer; jappella għall-ħolqien ta' mekkaniżmi b'saħħithom li jimmonitorjaw l-impatti fuq id-drittijiet tal-bniedem tal-EUTF, kif ukoll sistema ta' obbligu ta' rendikont li tevita u tindirizza l-ksur tad-dritt internazzjonali; itenni l-ħtieġa ta' investigazzjoni bir-reqqa dwar l-allegati abbużi tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi dawk fil-fruntieri tal-UE; jiddeplora l-fatt li r-rapport tal-Kummissjoni dwar l-estensjoni tal-EUTF ma ppreveda l-ebda titjib f'dan il-qasam, u jitlob li jiġu pprovduti garanziji dwar ir-rispett tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem meta tiġi indirizzata l-estensjoni tal-EUTF(35);

Prestazzjoni tal-Istrument Ewropew ta' Viċinat (ENI) u tal-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (DCI)

475.  Ifakkar li l-baġit tal-ENI għall-QFP 2014-2020 huwa ta' madwar EUR 17-il biljun; B'mod ġenerali, sa tmiem l-2019, il-Kummissjoni kienet impenjat 85 % ta' din l-allokazzjoni u nefqet 42 %;

476.  Ifakkar li l-baġit tal-DCI għall-QFP 2014-2020 huwa ta' madwar EUR 20-il biljun; B'mod ġenerali, sa tmiem l-2019, il-Kummissjoni kienet impenjat 84 % ta' din l-allokazzjoni u nefqet 40 %;

477.  Jinnota li skont ir-rieżami tal-prestazzjoni ta' ħames proġetti tad-DCI u tliet proġetti tal-ENI, il-Qorti identifikat li tlieta mill-proġetti tad-DCI kellhom problemi fil-prestazzjoni: tnejn kienu esperjenzaw dewmien fl-implimentazzjoni u għalhekk mhux se jwasslu l-outputs u r-riżultati kollha ppjanati sal-iskadenza rilevanti, filwaqt li ma kienx ġie stabbilita mira biex tkejjel il-prestazzjoni tiegħu, madankollu, l-ebda wieħed mill-proġetti tal-ENI ma kellhom problemi fil-prestazzjoni;

478.  Jinnota li l-indikaturi fir-rapporti dwar il-prestazzjoni ta' livell għoli tal-Kummissjoni wrew xejra ġeneralment pożittiva f'termini ́ta' tnaqqis tal-faqar, ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-edukazzjoni, numru ta' ftehimiet ma' pajjiżi ġirien u żvilupp tal-bniedem; jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-indikaturi wrew xejra li qed tmur għall-agħar f'termini ta' konsolidazzjoni tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u l-istabbiltà politika;

479.  Jirrimarka li dawn l-indikaturi ma pprovdewx informazzjoni dwar il-prestazzjoni tal-programmi nfushom, iżda pjuttost dwar il-kuntest li kienu joperaw fih; jisħaq li t-taħlita ta' indikaturi użati ma kinitx turi b'mod ċar sa liema punt il-programmi kienu qed iwasslu l-outputs u r-riżultati mistennija tagħhom, u kif dawn, min-naħa tagħhom, kienu qed jikkontribwixxu għall-kisba tal-impatti mistennija tal-programmi;

Rakkomandazzjonijiet

480.  Jistieden lill-Kummissjoni:

   tiżvela l-limitazzjonijiet tal-istudju dwar ir-rata ta' żball residwu fir-RAA tal-2020 tad-DĠ NEAR u fir-RAA futuri;
   tiżviluppa malajr gwida u kriterji b'saħħithom biex l-NGOs ikunu identifikati fis-sistema ta' kontabbiltà tagħha u biex tivverifika l-awtodikjarazzjoni tad-data imressqa mill-applikanti;
   tipproponi definizzjoni armonizzata ta' NGOs u kontroll speċifiku fuq il-fondi. Jistieden lill-Kummissjoni tirċievi kull sena l-lista tal-akbar 50 benefiċjarju;
   iżżid il-livell ta' fiduċja li juża d-DĠ NEAR fil-metodoloġija tiegħu biex jikkalkula r-rata tal-għotja biex ikun tal-istess livell li jiġi applikat għall-bqija tal-popolazzjoni tar-rata ta' żball residwu, biex jirrifletti b'aktar preċiżjoni r-riskju ogħla fil-qasam tal-għotjiet f'reġim ta' ġestjoni diretta sa tmiem l-2021;
   issaħħaħ il-kontrolli tad-DĠ NEAR, id-DĠ DEVCO, id-DĠ ECHO, id-DĠ CLIMA u l-FPI billi tidentifika u tipprevjeni żbalji ripetuti (eż. nuqqas ta' sistemi ta' reġistrazzjoni tal-ħin u l-iddebitar ta' VAT ineliġibbli għal proġetti ffinanzjati mill-Unjoni) sa tmiem l-2021;
   ittejjeb aktar sa tmiem l-2021 il-metodoloġija u l-manwal li jintużaw għall-istudju dwar ir-rata ta' żball residwu biex jiġu indirizzati l-problemi li l-Qorti identifikat fir-rapport tagħha, sabiex ir-rata ta' żball irrappurtata fl-istudju tkun aktar affidabbli;
   tintroduċi mill-ġdid riżervi għall-oqsma kollha li jinsab li għandhom livell għoli ta' riskju, irrispettivament mis-sehem tan-nefqa kumplessiva u l-impatt finanzjarju tagħhom;
   tivverifika bir-reqqa l-użu tal-fondi tal-Unjoni minn entitajiet terzi, l-affiljati tagħhom, u/jew persuni fiżiċi biex tiżgura li l-ebda fond ma jkun allokat jew marbut ma' xi kawża jew forma ta' terroriżmu u/jew radikalizzazzjoni reliġjuża u politika; u tiżgura li dawn il-fondi tal-Unjoni jiġu rkuprati b'mod proattiv, u li l-benefiċjarji involuti jiġu esklużi mill-finanzjament futur tal-Unjoni;
   tiżgura li l-ebda fond tal-Unjoni ma jappoġġa t-tħaddim furzat tat-tfal;
   tiżgura li l-fondi tal-Unjoni ma jintużawx għal skopijiet differenti mill-oqsma assenjati;
   tissospendi jew tirrevedi l-kooperazzjoni tagħha ma' pajjiżi terzi, inkluż billi tissospendi finanzjament u proġetti speċifiċi li jipperikolaw id-drittijiet tal-bniedem ta' dawk affettwati, inkluż fejn pajjiżi terzi ma jirrispettawx bis-sħiħ id-drittijiet fundamentali li jirriżultaw kemm mill-Konvenzjoni tan-NU tal-1951 dwar l-Istatus tar-Rifuġjati kif ukoll mill-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, ma rratifikawx dawn il-konvenzjonijiet, jew jonqsu milli jikkonformaw mal-Konvenzjonijiet SOLAS u SAR;
   tipprevedi skrutinju msaħħaħ mill-Parlament meta tkun qed tiżviluppa ftehimiet ta' sħubija ġodda ma' pajjiżi terzi, li għandhom dejjem ikunu bbażati fuq il-prinċipji tas-solidarjetà, ir-responsabbiltà kondiviża, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt u d-dritt umanitarju internazzjonali;
   tipprovdi informazzjoni dettaljata dwar id-deċiżjonijiet meħuda fil-Kumitati Operattivi u tiżgura li l-Parlament ikun irrappreżentat fil-laqgħat tagħhom;

481.  Itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex teżegwixxi bis-sħiħ u mingħajr aktar dewmien is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (31/1/2019) fil-kawża International Management Group (IMG); iħeġġeġ lill-Kummissjoni terġa' tikkunsidra l-IMG bħala kuntrattur xieraq għal proġetti f'pajjiżi li jinsabu f'sitwazzjoni ta' kriżi, fejn din l-organizzazzjoni wriet l-effiċjenza tagħha fil-ġestjoni tal-programmi ta' rikostruzzjoni u ta' assistenza ffinanzjati minn entitajiet Ewropej u Stati Membri fuq perjodu ta' aktar minn 20 sena;

482.  Jenfasizza l-importanza li jiżdiedu l-viżibbiltà, it-trasparenza, l-effettività, il-komplementarjetà u r-responsabbiltà tal-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni fid-dawl tar-ristrutturar attwali tagħhom; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-prestazzjoni tal-ENI kienet aktar ta' suċċess fil-viċinat tal-Lvant tal-UE u, f'dan id-dawl, jitlob li jsiru aktar sforzi diretti lejn il-viċinat tan-Nofsinhar tal-UE sabiex jiġu indirizzati l-isfidi li qed jiffaċċja;

483.  Jappella biex il-Kummissjoni tanalizza aktar l-effikaċja tal-iżvilupp tas-sussidjar u t-tneħħija tar-riskji tal-investiment privat fid-dawl tan-nuqqasijiet irrapportati tal-mekkaniżmi ta' taħlit u ta' garanzija, b'mod partikolari fl-opinjoni reċenti Nru 7/2020 tal-Qorti, relatati mar-rapport tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli (EFSD), li jikkonkludi li huwa impossibbli li jiġi vvalutat il-kontribut tal-EFSD għall-SDGs jew għall-ftehim ta' Pariġi dwar il-klima u li huwa impossibbli jintwera li l-investimenti rilevanti ma kinux iseħħu mingħajr il-kontribut tal-Unjoni, jiġifieri: tintwera l-addizzjonalità finanzjarja tal-EFSD; ifakkar li jekk ma tintweriex l-addizzjonalità finanzjarja, l-Unjoni tkun qiegħda tikser ir-regolamenti tad-WTO rigward is-sussidjar tas-settur privat u potenzjalment tkun qiegħda taħli r-riżorsi tal-kontribwenti; jenfasizza li l-għażliet tal-modalitajiet tal-għajnuna għandhom jiġu ggwidati mill-prospetti għall-effikaċja fir-rigward tal-objettivi ta' politika rilevanti, f'konformità mal-prinċipju ta' "il-politiki l-ewwel"; jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE jiżguraw dan; iqis li l-Kummissjoni u s-SEAE għandhom jagħtu prijorità lis-setturi li għandhom il-potenzjal jattiraw investiment dirett barrani, joħolqu impjiegi u jkabbru l-esportazzjonijiet, u lil azzjonijiet li jappoġġjaw il-governanza tajba, ir-riformi strutturali, id-diversifikazzjoni ekonomika u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni; jisħaq fuq il-ħtieġa li d-donaturi jipprijoritizzaw il-finanzjament ibbażat fuq l-għotjiet bħala l-għażla standard, speċjalment fir-rigward tal-pajjiżi l-anqas żviluppati, u li ma jiġix favorit is-self, li jista' jżid il-piż tad-dejn, minflok l-għotjiet; jissottolinja li s-serħan mid-dejn jaf ikollu impatt kruċjali fuq it-tnaqqis tal-faqar; jisħaq li l-programmi ta' għajnuna għandhom jiġu kkombinati ma' analiżi tas-sostenibbiltà tad-dejn; jappella għal ħidma tal-Unjoni fuq inizjattiva speċifika dwar is-serħan mid-dejn għal pajjiżi foqra b'ammont għoli ta' dejn; itenni li l-għajnuna għall-iżvilupp fl-għamla ta' kooperazzjoni mas-settur privat għandha tirrispetta l-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem, l-istandards rilevanti tal-ILO u l-Linji Gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali; jisħaq li għandhom jiġu żgurati l-governanza tajba, it-tnaqqis tal-faqar u l-ħolqien tal-ġid permezz ta' investiment sostenibbli, kif ukoll it-tnaqqis tal-inugwaljanzi, il-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-istandards ambjentali flimkien mal-għoti tas-setgħa lill-ekonomiji lokali;

484.  Jappella lill-Kummissjoni timmonitorja b'mod sistematiku r-riformi mwettqa u r-riżultati miksuba, filwaqt li turi li l-appoġġ baġitarju tal-Unjoni kkontribwixxa b'mod effikaċi għall-aġenda għall-iżvilupp proprja tal-pajjiżi Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku u saħħaħ is-sjieda demokratika;

485.  Jitlob li jkun hemm aktar obbligu ta' rendikont u effiċjenza fl-infiq għall-iżvilupp tal-Unjoni, peress li l-eżiti tal-iżvilupp għandhom mhux biss jiġu definiti iżda wkoll jiġu skrutinizzati u mmonitorjati f'termini ta' riżultati tanġibbli u impatti tal-iżvilupp.

486.  Jappella għal valutazzjonijiet aktar indipendenti u pubblikament disponibbli tal-miżuri militari u ta' sigurtà ċivili u militari tal-UE, b'mod partikolari l-missjonijiet ta' taħriġ militari tal-UE, il-bini tal-kapaċitajiet ta' atturi militari f'pajjiżi terzi (is-CBSD permezz tal-IcSP), u l-miżuri ta' ġestjoni tal-fruntieri u tal-migrazzjoni, u jiddeplora n-nuqqas ta' flessibbiltà fil-proċeduri amministrattivi u baġitarji/finanzjarji fir-rigward tal-missjonijiet ċivili tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (PSDK); itenni l-opinjoni tiegħu li l-Kummissjoni għandha tintroduċi regoli dwar l-akkwist speċifiċi għall-miżuri ta' ġestjoni tal-kriżi skont il-PSDK bil-għan li jiġi ffaċilitat it-twettiq rapidu u flessibbli tal-missjonijiet;

487.  Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-leġittimità tal-irtirar tal-funzjoni baġitarja mill-Parlament permezz tad-deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar l-istabbiliment tal-EDA u l-PESCO; ifakkar li l-artikoli 45(2) u 46(2) rilevanti tat-TUE jipprevedu li d-deċiżjonijiet jiġu adottati b'maġġoranza kwalifikata mingħajr il-possibbiltà ta' veto; ifakkar li l-irtirar tal-funzjoni baġitarja tal-PE skont l-Artikolu 42 tat-TUE huwa possibbli għall-infiq operattiv biss u jirrikjedi deċiżjoni unanima mill-Kunsill;

488.  Meta jitqies li l-BEI huwa attur ewlieni fl-implimentazzjoni tal-politiki esterni tal-Unjoni, għandu 10 % tas-self tiegħu barra mill-Unjoni, itenni t-talbiet li ilhom jeżistu tal-Parlament li l-Qorti tingħata s-setgħa tawditja l-operazzjonijiet kollha tal-BEI u li dawn l-awditi jitwettqu;

Amministrazzjoni

489.  Jinnota li l-pagamenti għal "Amministrazzjoni" ammontaw għal EUR 10,4 biljun fl-2019 (6.5 % tal-QFP), li minnhom il-baġit tal-Kummissjoni jirrappreżenta 57.9 % jew EUR 6,1 biljun;

490.  Jinnota li l-infiq amministrattiv jinkludi l-infiq fuq ir-riżorsi umani, li jammonta għal madwar 60 % tat-total, u fuq il-bini, it-tagħmir, l-enerġija, il-komunikazzjonijiet u t-teknoloġija tal-informazzjoni, li huwa meqjus mill-Qorti bħala nfiq ta' riskju baxx;

491.  Jinnota li fir-rigward tal-Kummissjoni, instabu diversi żbalji relatati mal-ispejjeż tal-persunal u mal-ġestjoni tal-benefiċċji tal-familja mill-PMO;

492.  Jinnota li l-Qorti teżamina wkoll ir-regolarità tal-informazzjoni fir-rapporti annwali tal-attività tal-Kummissjoni, inklużi dawk tad-Direttorati Ġenerali u l-Uffiċċji tagħha primarjament responsabbli għan-nefqa amministrattiva; jilqa' l-fatt li r-rapporti annwali tal-attività riżaminati ma identifikawx livelli materjali ta' żball.

493.  Jistieden lill-Kummissjoni tieħu miżuri xierqa biex timplimenta r-rakkomandazzjonijiet kollha tal-Qorti u tirrapporta lill-Parlament dwar l-iżviluppi;

L-Iskejjel Ewropej

494.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Qorti ssemmi li l-kwalità tal-kontijiet ittejbet meta mqabbla mas-snin preċedenti; jinnota bi tħassib li l-Qorti ma tistax tikkonferma li l-ġestjoni finanzjarja tal-Iskejjel fl-2019 kienet konformi mar-Regolament Finanzjarju tal-Iskejjel Ewropej u r-Regolamenti tal-Persunal minħabba dgħjufijijiet żvelati fis-sistemi ta' kontroll intern tal-Uffiċċju Ċentrali u taż-żewġ Skejjel magħżula; iħeġġeġ lill-Iskejjel Ewropej jagħtu segwitu malajr għar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti rigward id-dgħjufija speċifika kkonstata fil-kontabbiltà, l-akkwist u r-reklutaġġ;

495.  Jenfasizza, fir-rigward tal-iskejjel Ewropej, l-importanza li jiġu rispettati l-prinċipju tal-annwalità u r-regoli biex isiru inventarji fiżiċi meta jsir l-għeluq fl-aħħar tas-sena u li jiġu rispettati l-iskadenzi tal-pagamenti, ir-regoli tal-akkwist u t-trasparenza fil-proċeduri ta' reklutaġġ.

Rakkomandazzjonijiet

496.  Jistieden lill-Kummissjoni:

   tarmonizza l-appoġġ tagħha għall-istudenti tal-Kategorija I, jiġifieri tfal ta' uffiċjali, li jagħżlu li jinkitbu ma' Skola Ewropea akkreditata (fil-preżent, xi familji ta' impjegati taċ-ċivil, skont il-belt jew il-pajjiż li jgħixu fih, ma jirċevux finanzjament biex jiktbu lit-tfal tagħhom ma' skejjel akkreditati li, madankollu, jagħtu aċċess għall-istess bakkalawrjat);
   issib soluzzjoni għall-inugwaljanza tal-finanzjament bejn l-istudenti tal-Kategorija I miktuba mal-Iskejjel akkreditati li tirriżulta mis-sitwazzjoni fejn xi drabi jiġu sostitwiti għall-Iskejjel Ewropej tat-Tip I u xi kultant dawn tal-aħħar jitpoġġew f'kompetizzjoni mhux ugwali u mhux iġġustifikata skont is-suq tal-iskejjel li joperaw fih;
   tintervjeni biex issolvi l-problemi importanti li qed jirriżultaw bħalissa mill-hekk imsejħa politika tan-"Newtralità tal-Ispejjeż" (ara d-dokument 2018-10-D-63-en-5), li tistipula li l-iskejjel akkreditati ma għandhomx ikunu ta' piż finanzjarju fuq is-sistema tal-Iskejjel Ewropej tradizzjonali, iżda għandhom għall-kuntrarju jikkontribwixxu għall-ispejjeż iġġenerati mis-sistema stabbilita(36);

Riżorsi umani

497.  Jirrikonoxxi l-osservazzjon tal-Qorti li l-adozzjoni fl-2014 tar-Regolamenti tal-Persunal riveduti kienet akkumpanjata minn impenn tal-istituzzjonijiet u l-korpi biex inaqqsu b'mod gradwali l-għadd ta' postijiet (uffiċjali u persunal temporanju) fit-tabelli tal-persunal tagħhom b'5 % qabel l-2018 meta mqabbla mas-sitwazzjoni fl-2012;

498.  Jieħu nota tal-fatt li r-riforma tal-2014 tar-Regolamenti tal-Persunal irriżultat fl-iffrankar ta' EUR 4,2 biljun fuq il-QFP 2014–2020, ammont li jirrappreżenta 0,4 % tal-QFP kumplessiv; ifakkar li r-riforma tal-2014 iġġenerat effetti bla dubbju negattivi fuq il-persunal, fatt li ġie kkonfermat mill-Qorti(37) fl-2019, u jiddispjaċih li huwa kważi impossibbli li wieħed ikun jaf l-ispiża finanzjarja tagħhom sabiex ikun hemm stampa realistika tal-iffrankar; jinnota d-diversi politiki u azzjonijiet imfassla mill-Kummissjoni biex jgħinu jittaffew l-effetti negattivi u jistenna li t-tagħlimiet meħuda jiġu riflessi fl-Istrateġija l-ġdida tal-Kummissjoni dwar ir-Riżorsi Umani li għandha tiġi adottata fl-2021; itenni l-konsegwenzi serji li kwalunkwe tnaqqis baġitarju fl-amministrazzjoni jew tnaqqis tal-persunal jista' jkollu fil-futur fuq is-servizz pubbliku Ewropew u l-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni;

499.  Jieħu nota tal-fatt li l-Kummissjoni qed tinvesti fl-estrazzjoni tad-data tas-sistema medika tal-IT tagħha biex tegħleb in-nuqqas ta' data dwar każijiet ta' eżawriment; iħeġġeġ bil-qawwa lill-Kummissjoni biex tipprevjeni, tidentifika u tiġġestixxi każijiet ta' eżawriment fil-kuntest akbar tal-persunal, l-ammont ta' xogħol u l-benesseri tal-persunal fl-istrateġija tagħha dwar ir-Riżorsi Umani;

500.  Huwa mħasseb dwar il-fatt li il-Kummissjoni ma fasslet ebda miżura temporanja biex ittaffi l-problema dejjem akbar tad-disparità fis-setgħa tax-xiri li jsofru l-uffiċjali Ewropej stazzjonati fil-Lussemburgu; jirrimarka, bħala eżempju rilevanti, li 16 minn 200 kandidat xieraq magħżula mill-UPPE irrifjutaw l-offerta ta' impjieg minħabba li s-salarju ma kienx għoli biżżejjed biex wieħed jgħix il-Lussemburgu; jenfasizza li jistenna proposti konkreti fir-rapport dwar il-metodu tas-salarji mistenni sal-31 ta' Marzu 2022;

501.  Jappoġġa l-intenzjoni tal-Kummissjoni li taġġorna l-approċċ stabbilit fil-Komunikazzjoni tagħha tal-2019 "The Workplace of the Future in the European Commission" (Il-post tax-xogħol tal-ġejjieni fil-Kummissjoni Ewropea) fid-dawl tal-kriżi tal-COVID-19; jistenna li l-Kummissjoni tqis b'mod ugwali l-użu effiċjenti tal-ispazji għall-uffiċċji u s-saħħa u l-benesseri tal-persunal; itenni li r-rappreżentanti tal-persunal għandhom dejjem ikunu involuti f'bidliet sostanzjali fl-arranġamenti tax-xogħol u l-ispazji;

502.  Jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni adottat pjan ta' azzjoni għall-ugwaljanza u d-diversità fl-2018 u l-implimentazzjoni tiegħu fl-2019; jilqa' l-fatt li ġew miżjuda azzjonijiet speċifiċi b'reazzjoni għall-istħarriġ tal-persunal; jistieden lill-Kummissjoni ssegwi l-istess triq b'miżuri aktar speċifiċi fir-rigward tal-persuni mogħtija internships fil-Kummissjoni;

503.  Jaqbel mad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni li "l-aspettattivi kulturali, soċjali u professjonali differenti tal-irġiel u n-nisa jibqgħu jeżistu fir-rigward tal-bilanċ bejn ix-xogħol imħallas u x-xogħol (ta' kura) bla ħlas"; jinnota b'apprezzament l-isforzi tal-Kummissjoni biex tqajjem kuxjenza dwar il-miżuri li jeżistu intiżi sabiex jippermettu bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata bħal korsijiet għall-ġenituri u l-pubblikazzjoni ta' eżempji pożittivi fl-intracomm tal-Kummissjoni;

504.  Jinnota b'apprezzament li l-Kummissjoni (2014-2019) laħqet il-mira ta' 40 % tan-nisa f'funzjonijiet maniġerjali sat-tmiem il-mandat tagħha fl-2019; ifakkar lill-Kummissjoni (2019-2024) li fl-2019 il-President tagħha impenjat ruħha li tilħaq l-ugwaljanza bejn is-sessi fil-livelli kollha ta' ġestjoni sat-tmiem il-mandat attwali u tenniet dan l-impenn fl-ittra ta' missjoni tagħha lill-Kummissarju għall-Baġit u l-Amministrazzjoni;

505.  Jieħu nota tal-linji gwida l-ġodda għall-implimentazzjoni tal-għajnuna għal persuni b'diżabilità abbozzati fl-2019 biex jgħinu finanzjarjament lill-persunal u d-dipendenti tagħhom għal dak li jirrigwarda spejjeż mhux mediċi marbuta mal-indipendenza, l-integrazzjoni soċjali u l-kapaċità fiżika, mentali, soċjali u vokazzjonali tagħhom; jinnota li l-linji gwida daħlu fis-seħħ f'Mejju 2020;

506.  Jinnota li fl-2019 l-għadd ta' każijiet għal appoġġ finanzjarju soċjali żdied b'28 % meta mqabbel mal-2018; jinnota b'apprezzament li l-fondi tad-diżabilità użati żdiedu b' 50 % meta mqabbla mal-2018 (minn madwar EUR 2 miljun għal EUR 3 miljun);

507.  Jieħu nota tal-osservazzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti rigward l-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal(38); jilqa' l-fatt li l-proċess tal-għażla huwa ġeneralment effettiv għal kompetizzjonijiet fuq skala kbira iżda jesprimi t-tħassib tiegħu li l-proċess tal-għażla mhuwiex adattat għal kompetizzjonijiet fuq skala żgħira u mmirati, li huma dawk l-aktar adatti għall-ħtiġijiet attwali ta' reklutaġġ tal-istituzzjonijiet tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta fil-ħin dwar l-implimentazzjoni ta' dawk ir-rakkomandazzjonijiet mill-EPSO;

508.  Jinnota li matul il-perjodu mill-2012 sal-2018, l-istituzzjonijiet u l-korpi, bl-eċċezzjoni tal-Ombudsman Ewropew u l-EDPS kienu naqqsu t-tabelli tal-persunal tagħhom b'1 409 post (3 %) u fl-istess ħin kienu żiedu b'mod gradwali r-reklutaġġ tal-persunal bil-kuntratt; jinnota, f'dak ir-rigward, li l-proporzjon ta' persunal bil-kuntratt fil-previżjonijiet dwar il-forza tax-xogħol totali kiber minn 17 % għal 22 %; jesprimi t-tħassib tiegħu fir-rigward tal-effetti negattivi possibbli tas-sostituzzjoni tal-uffiċjali b'aġenti kuntrattwali bħat-trasferiment meħtieġ tal-għarfien kif ukoll it-telf tiegħu meta jiskadu l-kuntratti tagħhom kif ukoll il-perspettiva u s-sigurtà tal-impjiegi tal-aġenti kuntrattwali;

509.  Jirrimarka li ż-żieda fil-persunal kuntrattwali tirrifletti l-impatt fuq il-livelli tal-persunal ta' kompiti ġodda li jirriżultaw minn prijoritajiet li qed jevolvu rapidament, bħall-implimentazzjoni ta' programmi ġodda delegati mill-Kummissjoni lill-aġenziji eżekuttivi li kienet newtrali f'termini baġitarji u f'termini ta' persunal tal-Kummissjoni trasferit; jinnota l-osservazzjoni tal-Qorti li ż-żieda fil-persunal kuntrattwali kienet ukoll reazzjoni għal sitwazzjonijiet speċjali jew urġenti;

510.  Jesprimi dispjaċir li, għal xi istituzzjonijiet, kien hemm żieda fil-persunal bil-kuntratt fl-FG I b'riżultat tal-konverżjoni tal-postijiet permanenti u temporanji għal segretarji/skrivani f'postijiet għal persunal bil-kuntratt;

511.  Jieħu nota tal-fatt li fi tmiem l-2018, l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji eżekuttivi impjegaw 11 962 persunal bil-kuntratt, (ammont li jirrappreżenta żieda ta' 37 % mill-2012); jinnota li l-biċċa l-kbira kienu impjegati mill-Kummissjoni Ewropea;

512.  Jinsisti li l-Kummissjoni timplimenta proċedura ta' ħatra aktar trasparenti għall-pożizzjonijiet kollha, speċjalment dawk maniġerjali; jistieden lill-Kummissjoni tiċċara l-proċeduri ta' ħatra preċedenti li ma fihomx trasparenza u obbligu ta' rendikont;

513.  Jiddispjaċih għall-iżbilanċi ġeografiċi persistenti fil-kompożizzjoni tal-persunal tal-Kummissjoni, speċjalment fil-livelli ta' maniġment intermedju u superjuri; Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi rappreżentanza xierqa ta' nazzjonalitajiet mill-Istati Membri kollha, filwaqt li fl-istess ħin tirrispetta l-kompetenzi u l-merti tal-kandidati kif indikat fl-Artikolu 27 tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali;

514.  Jissottolinja l-effett importanti tat-turnover fi ħdan il-persunal tal-aġenziji tal-Unjoni, u jappella lill-Kummissjoni tgħinhom fl-implimentazzjoni ta' politiki umani u soċjali biex dan jiġi rimedjat;

515.  Jirrimarka li huwa meħtieġ approċċ kumpless sabiex il-paġni inizjali tas-siti tal-istituzzjonijiet Ewropej isiru aċċessibbli għal persuni b'kull xorta ta' diżabbiltà, kif previst fid-Direttiva (UE) 2016/2102, inkluża d-disponibbiltà tal-lingwi tas-sinjali nazzjonali; jissuġġerixxi li l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-persuni b'diżabbiltà jkunu involuti f'dan il-proċess;

516.  Jilqa' pożittivament l-isforzi tal-Kummissjoni li tibni ambjent u kultura tax-xogħol aktar diversifikati u inklużivi billi tieħu azzjonijiet favur il-persuni b'diżabilità; jitlob lill-Kummissjoni tivvaluta l-possibbiltajiet ta' tisħiħ u ta' integrazzjoni ulterjuri tal-prinċipji ta' opportunitajiet indaqs fir-reklutaġġ, fit-taħriġ, fl-iżvilupp tal-karriera u fil-kundizzjonijiet tax-xogħol, kif ukoll biex tqajjem sensibilizzazzoni fost il-persunal dwar dawn l-aspetti; u jitlobha tqis titjib u modifiki possibbli u raġonevoli tal-binjiet tal-istituzzjonijiet (l-aċċess, it-tagħmir tal-uffiċċju adegwat) għall-persuni b'mobbiltà mnaqqsa jew diżabilitajiet oħra;

517.  Jilqa' l-kisbiet tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal u t-titjib kontinwu fil-prattiki tiegħu f'termini ta' arranġamenti raġonevoli għal kandidati b'diżabilità u/jew rekwiżiti speċifiċi. Fl-2019 l-EPSO żviluppa fuljett, fuljett bil-braille u vidjow animat biex jispjega dawn l-aġġustamenti għall-proċeduri tas-selezzjoni li huma offruti lill-kandidati bi bżonnijiet speċifiċi matul il-proċeduri tas-selezzjoni, li ppermettew li 438 kandidat bi bżonnijiet speċjali japplikaw għall-kompetizzjonijiet u s-selezzjonijiet;

518.  Itenni l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni biex tagħmel l-istatus ta' konsulenti speċjali tal-Kummissjoni aktar trasparenti b'definizzjoni ċara tal-kompiti u l-missjonijiet tagħhom;

519.  Għal dak li għandu x'jaqsam mad-deċiżjoni tal-kulleġġ tal-Kummissarji tat-30 ta' Ottubru 2019 skont liema l-ex Presidenti tal-Kummissjoni jkunu jistgħu jaqdu funzjonijiet rappreżentattivi wara t-tmiem tal-mandat tagħhom, jieħu nota tal-ħatra tal-ex President Jean-Claude Juncker bħala konsulent speċjali, u jiddispjaċih li tali funzjoni, għalkemm mhux bi ħlas, se tinkorri fi spejjeż, marbuta partikolarment mal-missjonijiet, u dan huwa fatt li diffiċli jifhmu l-pubbliku; jitlob li l-Kummissjoni tforni lill-Parlament dettalji tal-implikazzjonijiet finanzjarji tad-deċiżjoni tagħha, biex dan tal-aħħar ikun jista' jieħu f'kunsiderazzjoni dan fil-kwittanzi futuri;

520.  Jistieden lill-Kummissjoni tagħti attenzjoni kbira lir-relazzjonijiet tagħha mal-ex Kummissarji u tivvaluta bir-reqqa r-riskji potenzjali ta' tali relazzjonijiet;

521.  Itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex tinforza r-regoli ġuridikament vinkolanti eżistenti tal-kodiċi ta' kondotta rigward il-kwistjoni tar-"revolving doors" kemm għall-Kummissjoni kif ukoll għall-aġenziji tagħha;

522.  Isostni b'mod qawwi r-rakkomandazzjoni tal-Qorti biex l-istituzzjonijiet kollha jikkollaboraw biex jarmonizzaw l-oqfsa etiċi tagħhom u jintensifikaw l-isforzi tagħhom biex jaqsmu bejniethom il-prattiki tajba;

523.  Jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb is-sensibilizzazzjoni u l-perċezzjoni tal-persunal dwar l-oqfsa etiċi u l-kultura etika; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura, b'mod partikolari, li t-taħriġ dwar l-etika jkun jinkludi gwida prattika bbażata fuq eżempji mill-ħajja reali, u ttejjeb il-komunikazzjoni dwar l-etika mal-persunal; jisħaq fuq il-bżonn li jkun aċċertat il-fatt li l-membri tal-persunal ikunu infurmati dwar kif għandhom jirrappurtaw kwalunkwe kwistjoni relatata ma' mġiba etikament skorretta, u kif iżidu s-sens ta' sigurtà tagħhom;

Rimarki ġenerali

524.  Jirrikonoxxi li l-2019 kienet sena ta' tranżizzjoni għall-Kummissjoni, peress li kellha tiżgura t-tranżizzjoni mill-Kummissjoni Juncker u t-tħejjija għall-wasla tal-Kummissjoni von der Leyen, kif ukoll it-tnedija tal-prijoritajiet il-ġodda tagħha;

525.  Jesprimi t-tħassib tiegħu fir-rigward tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tagħti kuntratt lil BlackRock Investment Management biex twettaq studju dwar l-objettivi ambjentali, soċjali u ta' governanza; jiġbed l-attenzjoni għal inkjesta mill-Ombudsman Ewropew dwar il-possibbiltà ta' kunflitt ta' interess(39); jistieden għalhekk lill-Kummissjoni taġġorna l-linji gwida tagħha dwar il-proċeduri ta' akkwist pubbliku;

526.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tintroduċi rappurtar dwar is-sostenibbiltà, inklużi l-aspetti soċjali u ambjentali tal-akkwist; jemmen li bl-inkorporazzjoni ta' standards kummerċjali responsabbli fil-politiki tal-akkwist u tax-xiri tagħha, il-Kummissjoni tista' tmexxi bl-eżempju, tissalvagwardja l-interess pubbliku u tiżgura r-responsabbiltà tal-infiq pubbliku;

527.  Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tkompli tibni fuq il-prinċipji ta' strateġija b'sors miftuħ(40) u l-Programm ISA2(41) bil-għan li jiġi evitat l-intrappolament tal-klijentela, jinżamm il-kontroll fuq is-sistemi tekniċi tiegħu, jingħata kontribut għal salvagwardji aktar b'saħħithom fir-rigward tal-privatezza u l-protezzjoni tad-data ta' utenti u tiżdied is-sigurtà u t-trasparenza għall-pubbliku; jitlob lill-Kummissjoni tagħti preferenza lil soluzzjonijiet b'sors miftuħ fl-akkwist u l-iżvilupp, bil-għan li tippromwovi l-kondiviżjoni u l-użu mill-ġdid ta' soluzzjonijiet ta' software, tagħmel l-akkwist aktar sostenibbli u li jdum ħafna, u tirrispetta l-prinċipju tal-"fondi pubbliċi, kodiċi pubbliku";

528.  Jilqa' l-kooperazzjoni ċibernetika interistituzzjonali li għaliha l-Kumitat tar-Reġjuni u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew jirċievu l-assistenza tal-Iskwadra ta' Rispons f'Emerġenza relatata mal-Kompjuters għall-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-UE; jinnota li ħafna mill-proġetti tad-diġitalizzazzjoni jikkonċernaw id-diġitalizzazzjoni tar-riżorsi umani u l-proċessi finanzjarji, fejn il-Kumitati jużaw is-sistemi SYSPER u ABAC ipprovduti mill-Kummissjoni; jitlob lill-Kummissjoni teżamina l-possibbiltà li tinnegozja kundizzjonijiet aħjar biex ittejjeb u tagħmel il-proċess tal-kondiviżjoni tal-applikazzjoni finanzjarjament attraenti;

529.  Jenfasizza l-importanza tal-isforzi tad-DĠ Interpretazzjoni biex jiffaċilita l-interpretazzjoni fl-24 lingwa uffiċjali tal-UE u anke fil-lingwa tas-sinjali internazzjonali fil-Kummissjoni u f'istituzzjonijiet u korpi oħra tal-UE; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tgħin lid-DĠ SCIC biex ikompli jżid id-disponibbiltà u l-preżenza tal-lingwa tas-sinjali internazzjonali, biex jiżgura l-aċċess għall-informazzjoni għall-persuni b'diżabilità,

530.  Jinsab imħasseb ħafna dwar id-deċiżjoni li tittermina l-kuntratt mal-fornitur tas-servizzi tal-forniment tal-ikel, li wassal għas-sensja ta' 400 ħaddiem; jitlob b'urġenza lill-Kummissjoni tirrevedi d-deċiżjoni tagħha u tesplora kwalunkwe soluzzjoni vijabbli biex tipproteġi lill-ħaddiema u tevita s-sensji, inkluża l-internalizzazzjoni tal-persunal tal-catering intern;

531.  Jinnota li ħafna komunikazzjonijiet u dokumenti huma disponibbli biss bl-Ingliż; jinnota wkoll li l-laqgħat ta' ħidma jsiru mingħajr il-possibbiltà ta' interpretazzjoni; jitlob li l-Kummissjoni Ewropea tirrispetta l-prinċipji, id-drittijiet u l-obbligi stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u r-Regolament Nru 1/1958, kif ukoll fil-linji gwida u d-deċiżjonijiet interni, bħall-Kodiċi Ewropew ta' Mġiba Amministrattiva Tajba; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni tipprovdi r-riżorsi umani meħtieġa biex jiżgura li l-multilingwiżmu jiġi rispettat, billi żżid l-għadd ta' persunal responsabbli għat-traduzzjoni u għall-interpretazzjoni;

Oqfsa etiċi

532.  Jieħu nota tal-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tar-Rapport Speċjali tagħha dwar "L-oqfsa etiċi tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni li ġew awditjati: hemm lok għal titjib"; itenni l-konklużjoni tal-Qorti li "Kull imġiba mhux etika min-naħa tal-persunal u l-Membri tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni Ewropea (UE) hija inaċċettabbli. Din l-imġiba – anki jekk tkun biss allegata – tattira livelli għoljin ta' interess pubbliku u tnaqqas il-fiduċja fl-UE. L-imġiba mhux etika hija wkoll marbuta mar-riskju ta' korruzzjoni u frodi." jiddispjaċih li għad hemm lok għal titjib għall-infurzar tal-oqfsa etiċi; b'mod partikolari jiddispjaċih li nstabu nuqqasijiet fi kwistjonijiet differenti, jiġifieri:

   il-proċeduri għall-verifikazzjoni tad-dikjarazzjonijiet u l-gwida għall-persunal biex jiġi evitat il-kunflitt ta' interessi mhumiex formalizzati biżżejjed; jeħtieġ li tkun disponibbli gwida ċara u estensiva dwar ir-rekwiżiti etiċi; l-istess japplika għall-gwida dwar il-kunflitti ta' interessi li jirriżultaw mill-interessi finanzjarji tal-membri tal-persunal, l-attivitajiet tagħhom ta' wara l-impjieg, jew l-attività professjonali tal-konjuġi jew tas-sieħeb/sieħba tagħhom;
   skrutinju limitat tad-dikjarazzjonijiet tal-Membri fir-rigward tal-Membri tal-Kummissjoni, il-Qorti jiddispjaċiha dwar in-nuqqas ta' proċeduri standard bil-miktub għall-verifika tal-preċiżjoni, l-affidabbiltà jew il-kompletezza tal-informazzjoni ppreżentata fid-dikjarazzjonijiet tagħhom, u dan joħloq riskju li l-obbligi jiġu interpretati b'mod inkonsistenti, b'tali mod li jkun inqas probabbli li l-istituzzjoni tidentifika ineżattezzi u kwistjonijiet oħra qabel ma jiġu għall-attenzjoni tal-pubbliku, u dan potenzjalment jipperikola l-fiduċja tal-pubbliku;
   politiki mhux kompluti u mhux ċari dwar ir-rigali u d-divertiment, bin-nuqqas ta' definizzjoni ta' rigali u ospitalità applikabbli għall-Membri tal-Kummissjoni.

533.  Jilqa' l-fatt li, fil-biċċa l-kbira, l-istituzzjonijiet li ġew awditjati stabbilew oqfsa etiċi adegwati għall-personal u l-Membri, iżda hemm lok għal titjib. jappoġġa bil-qawwa r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti bħall-armonizzazzjoni tal-oqfsa etiċi u t-titjib tas-sensibilizzazzjoni tal-persunal;

534.  Jieħu nota tat-tieni rieżami tal-linji gwida interni tal-Kummissjoni fir-rigward tad-dispożizzjonijiet dwar l-Iżvelar ta' Informazzjoni Protetta fir-Regolamenti tal-Persunal; jieħu nota b'sodisfazzjon tal-6 rakkomandazzjonijiet li jinsabu fir-rieżami tal-2019 u jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta dwar l-implimentazzjoni lill-awtorità baġitarja; jilqa' l-aġġornament tal-paġna tal-iżvelar ta' informazzjoni protetta fuq MyIntracomm f'Mejju 2019 u ż-żieda ta' link diretta għall-proċedura ta' żvelar ta' informazzjoni protetta tal-OLAF;

535.  Jitlob approċċ aktar proattiv f'termini ta' protezzjoni tal-informaturi; iqis partikolarment rilevanti l-ħtieġa li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-OLAF u l-Awtorità tal-Ħatra responsabbli għall-adozzjoni ta' miżuri protettivi f'dawk il-każijiet fejn applikabbli; iqis ukoll partikolarment importanti r-rakkomandazzjonijiet li skonthom għandu jkun hemm kuntatt mal-UPPE biex tiġi żgurata kollaborazzjoni effiċjenti u jiġu skambjati l-aħjar prattiki fil-qasam tar-rappurtar ta' attivitajiet illegali perċepiti;

536.  F'termini ta' protezzjoni tal-informaturi, huwa tal-fehma li regolamentazzjoni aktar uniformi fost l-Istituzzjonijiet kollha, ibbażata fuq l-aħjar prattiki u fuq standards ogħla, tirrappreżenta titjib tant meħtieġ;

537.  Jenfasizza l-importanza tat-tisħiħ tar-Reġistru ta' Trasparenza u t-titjib tal-kwalità tad-data tiegħu, b'mod partikolari fl-okkażjoni tal-Ftehim Interistituzzjonali li ntlaħaq f'Diċembru 2020; jieħu nota tal-kontrolli tal-kwalità mwettqa mill-Kummissjoni u l-azzjoni tas-Segretarjat tar-Reġistru fuq it-twissijiet riċevuti; jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb is-soluzzjoni tal-IT sabiex twettaq kontrolli tal-kwalità aktar stretti;

538.  Jenfasizza l-importanza ta' Reġistru ta' Trasparenza effettiv u validu; itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex din tagħti aktar attenzjoni lill-validazzjoni u l-kontrolli b'kampjuni tal-entitajiet tar-Reġistru ta' Trasparenza; jinnota bi tħassib in-nuqqas ta' rekwiżit għall-maġġoranza vasta ta' dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni biex jippubblikaw il-laqgħat tagħhom mar-rappreżentanti ta' gruppi ta' interess; jesprimi wkoll tħassib dwar il-possibbiltà li dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni jiltaqgħu ma' lobbisti mhux irreġistrati fir-Reġistru ta' Trasparenza; jitlob li jkun hemm trasparenza sħiħa rigward il-laqgħat kollha organizzati mill-Kummissjoni ma' atturi privati jew ir-rappreżentanti tagħhom, bħal organizzazzjonijiet ta' konsulenza;

539.  Jieħu nota tal-konklużjonijiet u s-suġġerimenti tekniċi tal-Ombudsman Ewropew għal titjib fid-Deċiżjoni tagħha tat-28 ta' Frar 2019 dwar kif il-Kummissjoni tiġġestixxi sitwazzjonijiet ta' "bibien iduru" tal-membri tal-persunal tagħha; jistieden lill-Kummissjoni tagħti segwitu kemm għad-deċiżjoni tal-Ombudsman kif ukoll għar-rakkomandazzjonijiet rilevanti tal-Qorti fir-Rapport Speċjali tagħha dwar l-oqfsa etiċi tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni;

(1) https://ec.europa.eu/anti-fraud/sites/antifraud/files/olaf_report_2019_en.pdf
(2) Para. 23 tar-riżoluzzjoni tal-kwittanza tal-2018.
(3) Para. 17 tar-riżoluzzjoni tal-kwittanza tal-2018.
(4) Artikolu 46 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).
(5) Għas-snin 2007-2013
(6) Ir-Rapport Speċjali Nru 03/2019 tal-QEA "Il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi: Jeħtieġ li tittieħed azzjoni biex il-FEIS ikun suċċess totali", paragrafu 81.
(7) L-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).
(8) https://www.europarl.europa.eu/doceo/document/TA-9-2020-0164_MT.html
(9) QEA, rapport speċjali Nru 10/2020 Infrastrutturi tat-trasport fl-UE: tinħtieġ aktar rapidità fl-implimentazzjoni ta' megaproġetti biex l-effetti tan-network jitwasslu fil-ħin.
(10) Il-Kummissjoni Ewropea, Ex-post evaluation of 2007- 2014, Support to SMEs – Increasing Research and Innovation in SMEs and SME Development, Frar 2016.
(11) Rapport speċjali Nru 18/2019 "L-emissjonijiet ta' gassijiet serra fl-UE: rappurtar tajjeb, iżda jinħtieġ għarfien aħjar dwar it-tnaqqis fil-ġejjieni", ĠU C 400, 26.11.2019, p. 16.
(12) Il-paragrafu 258 tar-riżoluzzjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi
(13) Il-paragrafu 260 tar-riżoluzzjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi
(14) https://www.nku.gov.sk/web/sao/news/-/asset_publisher/FaxZbYV7Oqlp/content/direct-aid-in-agriculture-without-targeted-control-with-holes-in-legislation.
(15) https://www.europarl.europa.eu/meetdocs/2014_2019/plmrep/COMMITTEES/CONT/DV/2021/01-25/Study_Largest50Beneficiaries_EN.pdf
(16) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1804 tat-28 ta' Ottubru 2019 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014 f'dak li għandu x'jaqsam mal-emendi tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna jew tat-talbiet għall-ħlas, mal-verifiki fil-kuntest tas-sistema integrata ta' amministrazzjoni u kontroll u mas-sistema ta' kontroll b'rabta mal-kundizzjonalità.
(17) Rapport Speċjali Nru 04/2020 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar l-użu ta' teknoloġiji ġodda ta' immaġni għall-monitoraġġ tal-Politika Agrikola Komuni: b'mod ġenerali sar progress kostanti, iżda aktar għall-monitoraġġ tal-klima u tal-ambjent dan seħħ aktar bil-mod.
(18) https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/INAP20_03/INAP_Gender_equality_MT.pdf
(19) Il-Ġermanja, il-Greċja, l-Italja, Ċipru, il-Litwanja, il-Polonja, ir-Renju Unit, is-Slovenja.
(20) Mill-Bulgarija, iċ-Ċekja, Franza, in-Netherlands, l-Awstrija, il-Portugall, is-Slovakkja, l-Estonja, Spanja, l-Iżlanda, Malta u l-Finlandja.
(21) Ir-Rapport Speċjali tal-Qorti Nru 24/2019 "L-asil, ir-rilokazzjoni u r-ritorn ta' migranti: Wasal iż-żmien li tingħata spinta biex jiġu indirizzati disparitajiet bejn l-objettivi u r-riżultati".
(22) Ir-Rapport Speċjali tal-Qorti Nru 20/2019 tal-QEA "Sistemi ta' Informazzjoni tal-UE li Jappoġġjaw il-Kontroll fil-Fruntieri - għodda b'saħħitha, iżda tenħtieġ aktar enfasi fuq data li tkun f'waqtha u kompleta".
(23) Ir-Rapport Speċjali tal-Qorti Nru 01/2019 tal-QEA: "Il-ġlieda kontra l-frodi fl-infiq tal-UE: jeħtieġ li tittieħed azzjoni".
(24) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/446 tal-15 ta' Ottubru 2019 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 515/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża (ĠU L 94, 27.3.2020, p. 3).
(25) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/445 tal-15 ta' Ottubru 2019 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 516/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (ĠU L 94, 27.3.2020, p. 1).
(26) Assistenza ta' emerġenza tal-AMIF
(27) Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Novembru 2020 dwar it-titjib tal-effikaċja tal-iżvilupp u l-effiċjenza tal-għajnuna (2019/2184(INI))
(28) Il-Ftehim interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1) sostitwit mis-16 ta' Diċembru 2020 bi Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta' riżorsi proprji ġodda (ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 28).
(29) Opinjoni tal-Kumitat DEVE dwar "Il-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-politika tal-UE dwar il-migrazzjoni esterna", il-paragrafu 17
(30) https://ec.europa.eu/international-partnerships/external-evaluation-eus-policy-coherence-development-2009-2016_en
(31) ĠU C 377, 9.11.2020, p. 13, p. 211 tar-rapport.
(32) ĠU C 377, 9.11.2020, p. 13, p. 213 tar-rapport.
(33) ĠU C 377, 9.11.2020, p. 13, p. 214 tar-rapport.
(34) Il-paragrafu 32 r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Mejju 2020 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi (2019/2055(DEC)).
(35) Opinjoni tal-Kumitat DEVE dwar "Il-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-politika tal-UE dwar il-migrazzjoni esterna", il-paragrafu 13
(36) Din id-dispożizzjoni toħloq problemi f'diversi livelli. L-ewwel nett, l-Uffiċċju Ċentrali kif ukoll il-baġit kollu allokat mill-Kummissjoni lill-Iskejjel Ewropej huwa servizz pubbliku li diġà tħallas mill-Istati Membri u l-kontribwenti permezz tagħhom. It-tieni nett, peress li l-funzjonament ġenerali tal-Iskejjel akkreditati huwa b'awtofinanzjament u ma jesperjenza l-ebda intervent mill-Kummissjoni, id-dikjarazzjoni li dawn jirrappreżentaw spiża addizzjonali li għandhom ikunu responsabbli għaliha tidher li hija kontrointuwittiva. Hekk kif ġie permess il-ftuħ tas-sistema Ewropea tal-Bakkalawrjat u t-tagħlim tat-tfal tal-uffiċjali Ewropej bi spiża ħafna inqas mill-Iskejjel Ewropej tat-tip I, l-iżvilupp tagħhom għandu minflok jiġi integrat fil-baġit tal-Kummissjoni u taħt l-ebda ċirkostanza ma jkun soġġett għal tassazzjoni li tfixkel l-iżvilupp tagħhom u l-iffrankar sostanzjali li jiġġeneraw għall-benefiċċju tal-Unjoni.
(37) Il-Qorti Ewropea tal-Awsituri, Rapport Speċjali Nru 15/2019: Implimentazzjoni tal-pakkett ta' riformi tal-persunal tal-2014 fil-Kummissjoni - Iffrankar sinifikanti, iżda mhux mingħajr konsegwenzi għall-persunal.
(38) Rapport Speċjali Nru 23/2020 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri "L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal: Wasal iż-żmien li l-proċess tal-għażla jiġi adattat għall-ħtiġijiet tar-reklutaġġ li qed jinbidlu".
(39) https://www.ombudsman.europa.eu/en/case/en/57060
(40) https://ec.europa.eu/info/departments/informatics/open-source-software-strategy_en
(41) https://ec.europa.eu/isa2/isa2_en

Aġġornata l-aħħar: 26 ta' Lulju 2021Avviż legali - Politika tal-privatezza