Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2018/0219(APP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A9-0165/2021

Testi mressqa :

A9-0165/2021

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 18/05/2021 - 13

Testi adottati :

P9_TA(2021)0221

Testi adottati
PDF 119kWORD 42k
It-Tlieta, 18 ta' Mejju 2021 - Brussell
Programm ta' skambju, assistenza u taħriġ għall-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar għall-perjodu 2021-2027 (il-programm "Pericles IV"): estensjoni għall-Istati Membri mhux parteċipanti ***
P9_TA(2021)0221A9-0165/2021

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Mejju 2021 dwar l-abbozz ta' regolament tal-Kunsill li jestendi għall-Istati Membri mhux parteċipanti l-applikazzjoni tar-Regolament (UE)  2021/... li jistabbilixxi programm ta' skambju, assistenza u taħriġ għall-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar għall-perjodu 2021-2027 (il-programm "Pericles IV"), u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 331/2014 (13255/2020 – C9-0017/2021 – 2018/0219(APP))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' regolament tal-Kunsill (13255/2020),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill f'konformità mal-Artikolu 352 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9‑0017/2021),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A9-0165/2021),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-abbozz ta' regolament tal-Kunsill;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Aġġornata l-aħħar: 9 ta' Settembru 2021Avviż legali - Politika tal-privatezza