Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2020/0141(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A9-0102/2021

Testi mressqa :

A9-0102/2021

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 18/05/2021 - 13
PV 19/05/2021 - 2

Testi adottati :

P9_TA(2021)0237

Testi adottati
PDF 180kWORD 52k
L-Erbgħa, 19 ta' Mejju 2021 - Brussell
Fond għar-Riċerka dwar il-Faħam u l-Azzar *
P9_TA(2021)0237A9-0102/2021

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Mejju 2021 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 2008/376/KE dwar l-adozzjoni tal-Programm ta' Riċerka tal-Fond Ewropew għar-Riċerka dwar il-Faħam u l-Azzar u dwar il-linji gwida tekniċi pluriennali għal dan il-programm (COM(2020)0320 – C9-0214/2020 – 2020/0141(NLE))

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2020)0320),

–  wara li kkunsidra t-tieni paragrafu tal-Artikolu 2 tal-Protokoll Nru 37 dwar il-konsegwenzi finanzjarji tal-iskadenza tat-Trattat tal-KEFA u dwar il-Fond ta’ Riċerka dwar il-Faħam u l-Azzar, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C9-0214/2020),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 82 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A9-0102/2021),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 1
(1)  Fil-5 ta' Ottubru 2016, l-Unjoni rratifikat il-Ftehim ta' Pariġi28. Dan il-ftehim internazzjonali jistieden lill-partijiet li rratifikawh biex isaħħu r-rispons globali għat-theddida tat-tibdil fil-klima ħalli jillimitaw iż-żieda fit-temperatura għal ferm inqas minn żewġ gradi.
(1)  Fil-5 ta' Ottubru 2016, l-Unjoni rratifikat il-Ftehim ta' Pariġi, adottat skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima28, li daħal fis-seħħ fl-4 ta' Novembru 2016. Dan il-ftehim internazzjonali jistieden lill-partijiet li rratifikawh biex isaħħu r-rispons globali għat-theddida tat-tibdil fil-klima billi jżommu ż-żieda fit-temperatura globali għal ferm inqas minn żewġ gradi u jkomplu l-isforzi biex jillimitaw iż-żieda fit-temperatura għal 1,5°C 'il fuq mil-livelli preindustrijali28a.
__________________
__________________
28 Trattat Multilaterali, il-Kapitolu XXVII Ambjent, 7.d, il-Ftehim ta' Pariġi. Daħal fis-seħħ fl-4 ta' Novembru 2016.
28 ĠU L 282, 19.10.2016, p. 4.
28a L-Artikolu 2(1)(a) tal-Ftehim ta’ Pariġi.
Emenda 2
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 6
(6)  Għalhekk, huwa meħtieġ li l-objettivi tal-Programm ta' Riċerka RFCS jiġu allinjati mal-objettivi internazzjonali, bħall-Ftehim ta' Pariġi, kif ukoll mal-objettivi xjentifiċi, teknoloġiċi u politiċi tal-Unjoni dwar in-newtralità tal-klima sal-2050.
(6)  Għalhekk, huwa meħtieġ li l-objettivi tal-Programm ta' Riċerka RFCS jiġu allinjati mal-objettivi internazzjonali, bħall-Ftehim ta' Pariġi, mal-aqwa evidenza xjentifika disponibbli, b'mod partikolari s-sejbiet irrappurtati mill-Grupp Intergovernattiv ta' Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima, kif ukoll mal-objettivi teknoloġiċi u politiċi tal-Unjoni dwar in-newtralità tal-klima sal-2050.
Emenda 3
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 6a (ġdida)
(6a)  Il-Programm ta' Riċerka jenħtieġ li jagħti attenzjoni partikolari lir-riċerka dwar il-materja prima li ġejja mill-iskart tal-faħam minħabba l-potenzjal għoli tagħha għall-iżvilupp ta' prodotti avvanzati ħafna fil-ktajjen tal-valur strateġiċi, bħall-anodi tal-batteriji jew il-fibri tal-karbonju, u fl-industrija tal-kimika.
Emenda 4
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 – punt 1
Deċiżjoni 2008/376/KE
Artikolu 2 – subparagrafu 2
Il-Programm ta' Riċerka għandu jipprovdi appoġġ għar-riċerka kollaborattiva fis-setturi tal-faħam u l-azzar. Il-Programm ta' Riċerka għandu jipprovdi wkoll appoġġ għal teknoloġiji rivoluzzjonarji tal-azzar li jwasslu għal proġetti tal-produzzjoni tal-azzar b'emissjonijiet ta' karbonju ta' kważi żero u proġetti ta' riċerka għall-ġestjoni tat-tranżizzjoni ġusta ta' minjieri tal-faħam li kienu joperaw qabel jew minjieri tal-faħam fil-proċess tal-għeluq u l-infrastruttura relatata magħhom f'konformità mal-Mekkaniżmu ta' Tranżizzjoni Ġusta u mal-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/76/KE. Il-Programm ta' Riċerka għandu jkun konsistenti mal-objettivi xjentifiċi, teknoloġiċi u politiċi tal-Unjoni, u għandu jikkumplimenta l-attivitajiet imwettqa fl-Istati Membri u fi ħdan il-programmi eżistenti ta' riċerka tal-Komunità, partikolarment bħalma huwa l-programm qafas dwar ir-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-attivitajiet ta' dimostrazzjoni (minn issa 'l quddiem imsejjaħ "il-Programm Qafas ta' Riċerka").
Il-Programm ta' Riċerka għandu jipprovdi appoġġ lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, inkluż lil intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, għar-riċerka kollaborattiva fis-setturi tal-faħam u l-azzar. Il-Programm ta' Riċerka għandu jipprovdi wkoll appoġġ għal teknoloġiji rivoluzzjonarji tal-azzar li jwasslu għal proġetti tal-produzzjoni tal-azzar b'emissjonijiet ta' karbonju ta' kważi żero kif ukoll proġetti ta' riċerka, fosthom proġetti kbar ta' riċerka industrijali, għall-ġestjoni tat-tranżizzjoni ġusta ta' minjieri tal-faħam li kienu joperaw qabel jew minjieri tal-faħam fil-proċess tal-għeluq u l-infrastruttura relatata magħhom f'konformità mal-Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta u mal-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/76/KE. Il-Programm ta' Riċerka għandu jkun konsistenti mal-objettivi politiċi, soċjali, ekonomiċi, klimatiċi, ambjentali, xjentifiċi u teknoloġiċi tal-Unjoni, u għandu jikkumplimenta l-attivitajiet imwettqa fl-Istati Membri u fi ħdan il-programmi eżistenti ta' riċerka tal-Unjoni, partikolarment l-Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (minn issa 'l quddiem imsejjaħ "il-Programm Qafas ta' Riċerka"). Il-Programm ta' Riċerka għandu b'mod partikolari jkun konsistenti mal-Ftehim ta' Pariġi.
Emenda 5
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 – punt 1
Deċiżjoni 2008/376/KE
Artikolu 2 – subparagrafu 2a (ġdid)
Il-Programm ta' Riċerka għandu jappoġġa attivitajiet ta' riċerka, fosthom proġetti ta' dimostrazzjoni, li javviċinaw it-teknoloġiji u s-suq u huma mmirati biex jiksbu l-objettivi ddefiniti għall-faħam fit-Taqsima 3 u għall-azzar fit-Taqsima 4.
Emenda 6
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 – punt 2
Deċiżjoni 2008/376/KE
Artikolu 4 – paragrafu 1
1.  Il-proġetti ta' riċerka għandhom jappoġġaw it-tranżizzjoni lejn ekonomija tal-Unjoni newtrali għall-klima sal-2050, bl-objettiv li tiġi appoġġata l-eliminazzjoni gradwali tal-karburanti fossili, biex jiġu żviluppati attivitajiet alternattivi fis-siti li qabel kienu minjieri u biex tiġi evitata jew titreġġa' lura l-ħsara ambjentali tal-minjieri tal-faħam fil-proċess tal-għeluq, tal-minjieri tal-faħam li kienu joperaw qabel u tal-madwar tagħhom. Il-proġetti għandhom jiffokaw partikolarment fuq:
1.  Il-proġetti ta' riċerka għandhom jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-miri klimatiċi tal-Unjoni għall-2030 u jappoġġaw l-industrija fil-proċess ta' tranżizzjoni lejn ekonomija tal-Unjoni newtrali għall-klima sal-2050, bl-objettiv li tiġi appoġġata l-eliminazzjoni gradwali tal-karburanti fossili, biex jiġu żviluppati attivitajiet alternattivi fis-siti li qabel kienu minjieri tal-faħam jew impjanti tal-enerġija bil-faħam u biex tiġi evitata jew titreġġa' lura l-ħsara ambjentali tal-minjieri tal-faħam fil-proċess tal-għeluq, tal-minjieri tal-faħam li kienu joperaw qabel u tal-madwar tagħhom. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 191 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-proġetti għandhom jiffokaw partikolarment fuq:
Emenda 7
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 – punt 2
Deċiżjoni 2008/376/KE
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt a
(a)  l-iżvilupp u l-ittestjar tat-teknoloġiji għall-qbid, l-użu u l-ħżin tad-diossidu tal-karbonju;
(a)  l-iżvilupp u l-ittestjar ta' teknoloġiji għall-qbid, l-użu u l-ħżin tad-diossidu tal-karbonju relatati mal-użu tal-faħam, inkluż ir-riċiklaġġ tal-karbonju fil-fjuwils u l-materjal, bil-ħsieb li tiġi promossa l-ekonomija ċirkolari;
Emenda 8
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 – punt 2
Deċiżjoni 2008/376/KE
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt b
(b)  l-użu tal-enerġija ġeotermali fuq siti li qabel kienu tal-faħam;
(b)  l-iżvilupp ta' enerġija nadifa f'siti li qabel kienu tal-faħam, b'attenzjoni partikolari għall-effiċjenza enerġetika u s-sigurtà tal-provvista, inkluż l-isfruttament tar-riżorsi ġeotermali, il-ħżin tal-enerġija, l-e-fjuwils, u l-idroġenu minn sorsi rinnovabbli;
Emenda 9
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 – punt 2
Deċiżjoni 2008/376/KE
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)
(ba)  il-konverżjoni ta' infrastruttura ta' tisħin u tkessiħ tal-faħam, bħan-networks tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali u l-proċessi industrijali, għal alternattivi ta' tisħin u tkessiħ rinnovabbli, bħall-enerġija ġeotermali;
Emenda 10
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 – punt 2
Deċiżjoni 2008/376/KE
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt c
(c)  l-użi mhux enerġetiċi u l-produzzjoni ta' materja prima minn skart tal-minjieri u residwi minn minjieri tal-faħam li kienu joperaw qabel jew minn dawk fil-proċess tal-għeluq, filwaqt li jiġi vvalutat kif xieraq li l-impatt klimatiku, ambjentali u tas-saħħa tagħhom jiġi minimizzat u jkun aktar baxx minn soluzzjonijiet alternattivi;
(c)  l-użi mhux enerġetiċi u fuq il-produzzjoni ta' materja prima minn skart tal-minjieri u residwi derivati minn minjieri tal-faħam li kienu joperaw qabel jew minn minjieri li jkunu fil-proċess tal-għeluq, filwaqt li jiġi vvalutat kif xieraq li l-impatt klimatiku, ambjentali u tas-saħħa tagħhom jiġi minimizzat u jkun aktar baxx minn soluzzjonijiet alternattivi, skont l-approċċ tal-ekonomija ċirkolari;
Emenda 11
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 – punt 2
Deċiżjoni 2008/376/KE
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt e
(e)  il-promozzjoni tal-iżvilupp ta' programmi effiċjenti ta' taħriġ mill-ġdid u titjib tal-ħiliet għax-xogħol affettwat mill-eliminazzjoni gradwali tal-faħam. Dan jinkludi riċerka dwar it-taħriġ u t-taħriġ mill-ġdid tal-forza tax-xogħol impjegata jew li kienet impjegata qabel fis-settur tal-faħam.
(e)  il-valutazzjoni tal-impatt fuq l-impjiegi fil-komunitajiet lokali u fir-reġjuni affettwati mill-eliminazzjoni gradwali tal-faħam u l-promozzjoni tal-iżvilupp ta' kunċett reġjonali għall-iżvilupp ekonomiku, il-ħolqien tal-impjiegi u programmi effiċjenti ta' taħriġ mill-ġdid u titjib tal-ħiliet għall-ħaddiema affettwati f'dawk ir-reġjuni. Dan jinkludi riċerka dwar it-taħriġ u t-taħriġ mill-ġdid tal-forza tax-xogħol impjegata jew li kienet impjegata qabel fis-settur tal-faħam b'appoġġ għar-reġjuni tal-faħam fi tranżizzjoni.
Emenda 12
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 – punt 3
Deċiżjoni 2008/376/KE
Artikolu 5 – paragrafu 2
Il-proġetti ta' riċerka għandhom jiffokaw fuq il-mard marbut mal-attivitajiet tal-estrazzjoni bl-għan li titjieb is-saħħa tan-nies li jgħixu f'reġjuni tal-faħam fi tranżizzjoni. Il-proġetti ta' riċerka għandhom jiżguraw ukoll li jkun hemm miżuri protettivi waqt l-għeluq tal-minjieri u f'minjieri li kienu joperaw qabel.
Il-proġetti ta' riċerka għandhom jiffokaw fuq il-mard marbut mal-attivitajiet tal-estrazzjoni, b'enfasi speċjali fuq il-mard ikkawżat mit-tniġġis tal-arja, bl-għan li titjieb is-saħħa tan-nies li jgħixu f'reġjuni tal-faħam fi tranżizzjoni. Il-proġetti ta' riċerka għandhom jiżguraw ukoll li jkun hemm miżuri protettivi waqt l-għeluq tal-minjieri u f'minjieri li kienu joperaw qabel.
Emenda 13
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 – punt 4
Deċiżjoni 2008/376/KE
Artikolu 6 – titolu
Minimizzar tal-impatti ambjentali fil-minjieri tal-faħam fi tranżizzjoni
Prevenzjoni u minimizzar tal-impatti ambjentali tas-settur tal-faħam fi tranżizzjoni
Emenda 14
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 – punt 4
Deċiżjoni 2008/376/KE
Artikolu 6 – paragrafu 2 – parti introduttorja
2.  Għandha tingħata preferenza lil proġetti li jipprevedu waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:
2.  Għandha tingħata preferenza lil proġetti bbażati fuq teknoloġiji innovattivi jew il-konnessjoni innovattiva ta' teknoloġiji li jipprevedu waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:
Emenda 15
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 – punt 4
Deċiżjoni 2008/376/KE
Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt c
(c)  il-ġestjoni u l-użu mill-ġdid ta' skart tal-minjieri, irmied li jtir u prodotti ta' desulfurizzazzjoni minn minjieri tal-faħam fil-proċess tal-għeluq u minn minjieri tal-faħam li kienu joperaw qabel, flimkien ma' forom oħra ta' skart, fejn rilevanti;
(c)  il-ġestjoni u l-użu mill-ġdid ta' skart tal-minjieri, irmied li jtir u prodotti ta' desulfurizzazzjoni minn minjieri tal-faħam u impjanti tal-enerġija bil-faħam fil-proċess tal-għeluq u minn minjieri tal-faħam u impjanti tal-enerġija bil-faħam li kienu joperaw qabel, flimkien ma' forom oħra ta' skart, fejn rilevanti;
Emenda 16
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 – punt 4
Deċiżjoni 2008/376/KE
Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt f
(f)  ir-restawr tal-ambjent ta' dawk li kienu installazzjonijiet jew tal-installazzjonijiet li huma fil-proċess tal-għeluq li kienu jużaw il-faħam, u l-madwar tagħhom, speċifikament l-ilma, l-art, il-ħamrija u l-bijodiversità;
(f)  ir-restawr tal-ambjent ta' dawk li kienu installazzjonijiet relatati mal-faħam jew tal-installazzjonijiet relatati mal-faħam li huma fil-proċess tal-għeluq, u l-madwar tagħhom, speċifikament l-ilma, l-art, il-ħamrija u l-bijodiversità;
Emenda 17
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 – punt 4
Deċiżjoni 2008/376/KE
Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt ga (ġdid)
(ga)  l-iżvilupp ta' kunċett reġjonali għad-diversifikazzjoni tal-attivitajiet ekonomiċi għall-iżvilupp lokali u l-ħolqien ta' impjiegi ekoloġiċi u ta' kwalita bi trasformazzjoni adattata tal-istruttura tal-impjiegi u l-aġġustament tal-ħiliet.
Emenda 18
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 – punt 6
Deċiżjoni 2008/376/KE
Artikolu 8 – paragrafu 1 – parti introduttorja
Ir-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku (RŻT) għandu jkollhom l-għan li jiżviluppaw, juru u jtejbu l-proċessi ta' produzzjoni tal-azzar b'emissjonijiet tal-karbonju ta' kważi żero bil-ħsieb li tittejjeb il-kwalità tal-prodott u tiżdied il-produttività. It-tnaqqis sostanzjali tal-emissjonijiet, tal-konsum tal-enerġija, l-impronta tal-karbonju u impatti ambjentali oħra kif ukoll il-konservazzjoni tar-riżorsi, għandhom jiffurmaw parti integrali mill-attivitajiet imfittxija. Il-proġetti ta' riċerka għandhom jindirizzaw wieħed jew aktar mill-oqsma li ġejjin:
Ir-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku (RŻT) għandu jkollhom l-għan li jiżviluppaw, juru u jtejbu l-proċessi ta' produzzjoni tal-azzar b'emissjonijiet tal-karbonju ta' kważi żero bil-ħsieb li tittejjeb il-kwalità tal-prodott u tiżdied il-produttività, f'sinerġija mill-qrib mal-kumpaniji li joperaw fis-settur. It-tnaqqis sostanzjali tal-emissjonijiet, tal-konsum tal-enerġija, l-impronta tal-karbonju u impatti ambjentali oħra, permezz ta' għodod, parametri u data li jistgħu jiġu vverifikati b'mod oġġettiv kif ukoll il-konservazzjoni tar-riżorsi, għandhom jiffurmaw parti integrali mill-attivitajiet imfittxija. Il-proġetti ta' riċerka għandhom jindirizzaw wieħed jew aktar mill-oqsma li ġejjin:
Emenda 19
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 – punt 6
Deċiżjoni 2008/376/KE
Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt g
(g)  teknoloġiji u soluzzjonijiet innovattivi għall-proċessi tal-produzzjoni tal-ħadid u tal-azzar li jippromwovu attivitajiet transsettorjali, proġett ta' dimostrazzjoni li jintegraw produzzjoni tal-enerġija b'emissjonijiet tal-karbonju ta' kważi żero jew li jikkontribwixxu għal ekonomija tal-idroġenu nadifa.
(g)  teknoloġiji u soluzzjonijiet innovattivi għall-proċessi tal-produzzjoni tal-ħadid u tal-azzar li jiffaċilitaw attivitajiet transsettorjali, sinerġiji, raggruppamenti industrijali u simbjożi, biex jippermettu proġetti ta' dimostrazzjoni b'ċirkolarità akbar, li jintegraw produzzjoni tal-enerġija b'emissjonijiet tal-karbonju ta' kważi żero jew li jikkontribwixxu għal ekonomija tal-idroġenu nadifa.
Emenda 20
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 – punt 7
Deċiżjoni 2008/376/KE
Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt b
(b)  titjib fil-proprjetajiet tal-azzar bħal proprjetajiet mekkaniċi u fiżiċi, idoneità għal ipproċessar ulterjuri, idoneità għal applikazzjonijiet varji, u diversi kundizzjonijiet tax-xogħol;
(b)  titjib fil-proprjetajiet tal-azzar bħal proprjetajiet mekkaniċi u fiżiċi, idoneità għal ipproċessar ulterjuri, idoneità għal applikazzjonijiet varji, u diversi kundizzjonijiet tax-xogħol, b'attenzjoni speċjali għall-azzar riċiklat;
Emenda 21
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 – punt 7
Deċiżjoni 2008/376/KE
Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt c
(c)  tiżdied il-ħajja tas-servizz tal-prodott, b'mod partikolari billi tiġi żviluppata r-reżistenza tal-azzar u tal-istrutturi tal-azzar għas-sħana u għall-korrużjoni, għar-reħja mekkanika u termali u/jew għal effetti ta' deterjorament oħrajn;
(c)  tiżdied il-ħajja tas-servizz tal-prodott, jiġi permess disinn għaċ-ċirkolarità, inkluża l-modularità, u l-effiċjenza tal-materjal, b'mod partikolari billi tiġi żviluppata r-reżistenza tal-azzar u tal-istrutturi tal-azzar għas-sħana u għall-korrużjoni, għar-reħja mekkanika u termali u/jew għal effetti ta' deterjorament oħrajn;
Emenda 22
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 – punt 7
Deċiżjoni 2008/376/KE
Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt g
(g)  azzar ta' prestazzjoni għolja għal applikazzjonijiet bħall-mobbiltà, inkluż is-sostenibbiltà, il-metodi tal-ekodisinn, il-modifiki retroattivi, id-disinji li jħeffu l-piż u/jew is-soluzzjonijiet tas-sikurezza.
(g)  azzar ta' prestazzjoni għolja għal applikazzjonijiet bħall-mobbiltà, inkluż is-sostenibbiltà, il-metodi tal-ekodisinn, il-modifiki retroattivi, id-disinji li jħaffu l-piż u/jew soluzzjoni ta' sikurezza, bħall-azzar b'saħħtu ħafna.
Emenda 23
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 – punt 8
Deċiżjoni 2008/376/KE
Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt a
(a)  it-tekniki sabiex jiġi rriċiklat l-azzar li ma għadux jintuża u l-prodotti sekondarji minn diversi sorsi u t-titjib tal-kwalità tar-ruttam tal-azzar;
(a)  it-tekniki għar-riċiklaġġ u l-upcycling tal-azzar li ma għadux jintuża u l-prodotti sekondarji minn diversi sorsi u t-titjib tal-kwalità tar-ruttam tal-azzar, b'attenzjoni speċjali biex jiġi evitat it-tnaqqis fil-grad tal-kwalità tal-azzar minħabba kontaminazzjoni ma' metalli oħra, bħar-ram;
Emenda 24
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 – punt 8
Deċiżjoni 2008/376/KE
Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt b
(b)  it-trattament tal-iskart u tal-irkupru ta' materji primi sekondarji ta' valur, inkluż il-gagazzi, ġol-impjant tal-azzar u barra minnu;
(b)  it-trattament tal-iskart u tal-irkupru ta' materji primi sekondarji ta' valur, inkluż il-gagazzi, ġol-impjant tal-azzar u barra minnu, kif ukoll l-użu mill-ġdid ta' materja prima sekondarja, residwi u prodotti sekondarji minn industriji oħra, bħall-bijomassa, għall-produzzjoni tal-azzar u l-illigar;
Emenda 25
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 – punt 8
Deċiżjoni 2008/376/KE
Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt d
(d)  id-disinn tal-gradi tal-azzar u tal-istrutturi assemblati sabiex jiġi ffaċilitat l-irkupru faċli tal-azzar għar-riċiklaġġ u l-użu mill-ġdid;
(d)  id-disinn tal-gradi tal-azzar u tal-istrutturi assemblati sabiex jiġu ffaċilitati t-titjib tal-ġestjoni u ż-żarmar fi tmiem il-ħajja tar-ruttam, biex jiġu permessi l-irkupru faċli, l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-azzar u materjal ieħor;
Emenda 26
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 – punt 9
Deċiżjoni 2008/376/KE
Artikolu 10a – punt ba (ġdid)
(ba)   it-titjib tal-ġestjoni tal-forza tax-xogħol b'mudelli ta' tbassir għad-domanda u r-riallokazzjoni tal-ħaddiema.
Aġġornata l-aħħar: 9 ta' Settembru 2021Avviż legali - Politika tal-privatezza